32003R1012



Official Journal L 146 , 13/06/2003 P. 0050 - 0051


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1012/2003

tat-12 ta' Ġunju 2003

li jemenda għad-19-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' Al-Qaida u t-Taliban, u waqt li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jiprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta' Afganistan [1], kif l-aħħ1802_mt_32003r1012ar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet koperti bil-friża ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2) Fl-10 ta' Ġunju 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom għandha tapplika l-friża ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu hawnhekk emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

[2] ĠU L 124, ta' l-20.5.2003, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif ġej:

Il-punt li ġej għandu jiġu miżjud taħt it-titolu

"Persuni Naturali"

:

"Abdelghani MZOUDI (jew (a) Abdelghani MAZWATI, (b) Abdelghani MAZUTI). Post tat-twelid: Marrakesh (il-Marokk). Data tat-twelid: 6 ta' Diċembru 1972. Nazzjonalità: Marokkina. Nru tal-Passaport: (a) Passaport Marokkin Nru F 879567, maħruġ fid-29 t'April 1992 il-Marrakesh, il-Marokk, validu sat-28 t'April 1997, imġedded sat-28 ta' Frar 2002; (b) Passaport Marokkin Nru M271392, maħruġ l-4 ta' Diċembru 2000 mill-Konsulat Marokkin f'Berlin, il-Ġermanja. Identifikazzjoni nazzjonali Nru: Identità personali Marokkina Nru E 427689, maħruġa fit-20 ta' Marzu 2001 mill-Konsulat Ġenerali tal-Marokk f'Düsseldorf, il-Ġermanja. Informazzjoni addizzjonali: intbagħat lura l-ħabs fil-Ġermanja (Ġunju 2003)."

--------------------------------------------------