Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 tat-2 ta’ Ġunju 2003 Jimponi dazji definittivi ta’ kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid u l-azzar, li joriġinaw mir-Repubbliċi tal-Popli taċ-Ċina u t-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, sewwa jekk le ddikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan.
Official Journal L 139 , 06/06/2003 P. 0001 - 0015
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 275 - 289
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 275 - 289
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 275 - 289
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 275 - 289
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 275 - 289
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 275 - 289
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 275 - 289
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 275 - 289
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 275 - 289
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 tat-2 ta’ Ġunju 2003 Jimponi dazji definittivi ta’ kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid u l-azzar, li joriġinaw mir-Repubbliċi tal-Popli taċ-Ċina u t-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, sewwa jekk le ddikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan. Il-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra mportazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. [1] ("Regolament bażiku"), u partikolarment l-Artikolu 11(2) u (3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-propsta mogħtija mill-Kummissjoni, wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultatorju, Billi: A. INVESTIGAZZJONI PRE¬EDENTI (1) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 584/96 [2], il-Kunsill impona dazju definittiv ta’ kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid u l-azzar, illi joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ("Ċina"), il-Kroazja u t-Tajlandja. Il-miżuri li japplikaw għal dawn l-importazzjonijiet kienu jikkonsistu f’dazju ad valorem, minbarra għal tlett produtturi tajlandiżi li jesportaw li minnhom l-impriżi kienu aċċettati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/252/KE [3]. F’Lulju 2000, il-miżuri xierqa ta’ kontra d-dumping għall-importazzjonijiet ta’ waħda minn dawn it-tlett kumpanniji ġiet irrevokata, wara reviżjoni temporanja mitluba mill-kumpannija, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku u li wera l-assenza tad-dumping [4]. (2) Skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, il-miżuri ta’ kontra d-dumping dwar importazzjonijiet miċ-Ċina kienu imġedda mir-Regolament (KE) Nru 763/2000 [5], biex tkopri xi importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat illi huma kkunsinnati mit-Tajwan, ibbażati fuq is-sejbien fl-investigazzjoni ta’ kontra d-diwir tal-fatti B. INVESTIGAZZJONI PREŻENTI (3) Wara l-pubblikazzjoni, f’Settembru 2000, ta’ avviż ta’ l-għeluq imminenti tal-miżuri ta’ kontra d-dumping li qegħdin fis-seħħ, il-Kummissjoni rċevit talba għal reviżjoni ta’ l-għeluq alloġjata mill-Kumitat tad-Difiża ta’ l -EU Steel Butt-welding Fittings Industry, f’isem produtturi li jirrappreżentaw prporzjon maġġuri tal-poduzzjoni totali tal-Komunità ta’ ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji tal-ħadid jew ta’ l-azzar. It-talba allegat li d-dumping ta’ l-importazzjonijiet inġurjati li joriġinaw fiċ-Ċina u t-Tajlandja ("il-pajjiżi kkonċernati") x’aktarx jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu. Il-produtturi applik anti tal-Komunità ma talbux l-inizzjazzjoni tar-reviżjoni ta’ l-għeluq dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Kroazja għal raġunijiet li l-istatistiċi disponibbli juru esportazzjonijiet vera baxxi mad-dinja kollha u, għalhekk, l-ebda evidenza ta’ min joqgħod fuqha dwar ir-rekorrenza simili ta’ dumping inġurjuż. B’konsegwenza, il-miżuri xierqa għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Kroazja skadew fl-4 ta’April 2001. (4) Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni tal-Kumitat ta’ Konsultatorju, illi evidenza suffiċjenti eżistit għall-inizzjazzjoni tar-reviżjoni, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni [6], skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. (5) Fl-istess ħin, bl-istess mod wara konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultatorju, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni ex officio temporanju skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, sabiex jeżamina l-konvenjenza tal-forma tal-miżuri dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja. (6) L-investigazzjoni li tirrigwarda l-kontinwazzjoni u/jew rikorrenza tad-dumping u inġurja/ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’April 2000 sal-31 ta’ Marzu 2001 ("IP"). L-eżaminazzjoni tat-tendenza relev anti ma’ l-istima tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ inġurja kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1996 sa l-aħħar ta’ l-IP ("perjodu taħt reviżjoni"). (7) Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi applik anti tal-Komunità, l-esportaturi u l-produtturi li jesportaw fiċ-Ċina u t-Tajlandja, importaturi/kummerċj anti, utenti ta’ l-industriji, u assoċjazzjonijiet ta’ utenti magħrufa bħala li huma kkonċernati, wkoll lir-rappreżent anti tal-Gvernijiet Ċiniż u Tajlandiż ta’ l-inizzjazzjoni tar-reviżjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil dawn il-partijiet kollha u lil dawk li għarrfu lilhom infushom sal-limitu ta’ ħin mpoġġi fl-aħbar ta’ l-inizzjazzjoni. Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet direttament ikkonċernati l-opportunità biex jagħtu l-opinjoni tagħhom bil-miktub u biex jitolbu għal sejħa/seduta. (8) Il-produtturi tal-Komunità li ġejjin wieġbu l-kwestjonarju, u żjarat għall-verifikazzjoni seħħew fil-premessi tagħhom: (a) Erne Fittings GmbH & Co - Schlins, l-Awstrija (b) Interfit - Maubeuge, Franza (ċ) Siekmann Fittings GmbH & Co. KG - Lohne, il-Ġermanja (d) Virgilio CENA & Figli S.p.a.- Brescia, l-Italja. (9) Iż-żewġ produtturi li jesportaw fit-Tajlandja li ġejjin wieġbu l-kwestjonarju u żjarat għall-verifika seħħew fil-premessi tagħhom: (a) TTU Korp. Industrijali, Ltd, Bangkok (b) Awaji Sangyo (Thailand) Co., Ltd, Samutprakarn. (10) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 57 importaturi/kummerċj anti mhux relatati, 23-il utent ta’ l-industrija u 5 assoċjazzjonijiet ta’ utenti ta’ l-industrija. Żewġ tweġibiet tal-kwestjonarju mill-importaturi kienu rċevuti u dawn ġew sussegwentement verifikati bir-reqqa: (a) INRABO S.R.L - Bologna, l-Italja (b) IRC Spa - Cortemaggiore, l-Italja. C. INVESTIGAZZJONI GĦADDEJJA LI TIKKON¬ERNA PAJJIŻI OĦRAJN (11) B’avvis [7] li kien ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-1 ta’ Ġunju ta’ l-2001, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni dwar l-importazzjonijiet ta’ l-istess prodotti u li joriġinaw fir-Repubblika ¬eka, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, ir-Russja u l-Islovakkja. Din il-proċedura nbdiet minħabba f’ilment irrapportat mill-Kumitat tad-Difiża tal-EU Steel Butt-welding Fittings Industry, u li tikkuntieni prova ċara suffiċjenti ta’ inġurja fil-prattiċi tad-dumping ikkawżati minn importazzjonijiet li joriġinaw f’dawn il-ħames pajjiżi. Miżuri definittivi ta’ kontra d-dumping kienu mposti kontra l-importazzjonijiet li oriġinaw f’dawk il-pajjiżi f’Awissu ta’ l-2002 [8]. D. PRODOTT TAĦT KUNSIDERAZZJONI U PRODOTT SIMILI (12) Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal ta’ l-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri, ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji (minbarra aċċessorji tal-ħadid fondut, pajpijiet u aċċessorji bil-kammin), tal-ħadid jew ta’ l-azzar (mhux inklużi l-istainless steel), b’diametru estern ikbar li ma jaqbiżx 609,6 mm, ta’ tip li jiġi wżat għal butt-welding jew għal għanijiet oħra ("prodott ikkonċernat" jew "tubu jew pipe fittings"), kurrentement klassifikati ġol11 99), -kodiċi NM ex73079311 (kodiċi TARIC 730793ex73079319 (kodiċi TARIC 7307931999), ex73079930 (kodiċi TARIC 7307993098) u ex73079990 (kodiċi TARIC 7307999098). (13) Aċċessorji ta’ tubi jew pajpijiet huma wżati biex jagħqqdu tubi jew pajpijiet u biex jiġu magħmula f’ħafna forom differenti (rkejjen, f’forom ta’ "T" , forom ridotti u tappijiet), gradi u miżuri materjali. Huma jistgħu jkunu kategorizzati għalhekk f’tipi differenti skond dawn il-karatteristiċi. Huma ġeneralment użati f’industriji primarji, bħall-kimiċi, l-irfinar taż-żejt, il-produzzjoni ta’ l-enerġija, il-kostruzzjoni u t-tarzna. (14) Bħal ma ġara fl-investigazzjoni preċedenti, din l-investigazzjoni wriet illi l-aċċessorji tat-tubi jew pajpijiet tal-ħadid jew ta’ l-azzar, magħmula fil-pajjiżi kkonċernati, mibjugħa fid-djar u/jew esportati lill-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi bħal tal-prodotti mibjugħa fil-Komunità mill-produtturi applik anti tal-Komunità w huma kkonsidrati bħala prodotti simili, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. E. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING RIMARKA PRELIMINARI (15) Taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-għan ta’ dan it-tip ta’ reviżjoni huwa biex jiddetermina jekk id-data ta’ l-għeluq tal-miżuri għandhomx x’aktarx iressqu għall-kontinwazzjoni jew rekorrenza tad-dumping. Sakemm l-importazzjonijiet tal-prodott taħt konsiderazzjoni miċ-Ċina u t-Tajlandja (bl-esklużjoni ta’ produttur li jesporta li ma għadux suġġett għall-miżuri ta’ kontra d-dumping) kienu taħt il-limitu de minimis/minimu fl-IP, l-analiżi ma għandix tiffokalizza il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping, iżda wkoll fuq jekk it-tneħħija tal-miżuri għandhiex x’aktarx twassal għal rekorrenza tad-dumping f’volumi sinifikattivi Għandu jiġi nnutat li fl-investigazzjoni oriġinali l-ishma fis-suq taċ-Ċina u t-Tajlandja kienu 8,5 % u 2,6 % rispettivament. (16) Iż-żewġ produtturi Tajlandiżi li jesportaw li għalihom impriżi huma kurrentement fis-seħħ kkoperaw fl-investigazzjoni billi rrispondew il-kwestjonarju li ġie mibgħut mill-Kummissjoni. L-ebda nformazzjoni ma kienet mogħtija minn xi produttur Ċiniż li jesporta u għalhekk is-sejbiet relatati mas-sitwazzjonijiet tagħhom kellhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni impjegat l-istess metodoloġija bħal ta’ l-investigazzjoni oriġinali (ara premessi 17 sa 31 taħt). PROBABBILTÀ TÀ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING It-Tajlandja Valur normali (17) Sakemm id-determinazzjoni tal-valur normali huwa kkonċernat, kien stabbilit l-ewwel għaż-żewġ produtturi Tajlandiżi li jesportaw li jikkoperaw dwar jekk il-bejgħ totali domestiku tal-prodott simili kienx rappreżentat fit-tqabbil mal-bejgħ totali ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, dan instab li kien il-każ. (18) Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti, mibjugħa domestikament mill-kumpanniji kkonċernati, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità. (19) Kull fejn prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur li jesporta ma setax ikun użat sabiex jistabbilixxi valur normali jew minħabba li ma kienuxx mibjugħa fis-suq domestiku inkella mhux matul iż-żmien ordinarju ta’ kummerċ, metodu ieħor kellu jkun applikat. Fl-assenza ta’ kull metodu ieħor raġonevoli, valur normali kostruwit intuża. (20) Fil-każijiet kollha fejn valur normali kostruwit kien użat u skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, valur nolmali kien kostruwit billi żdiedu mal-prezzijiet tal-manifattura tat-tipi esportati, persentaġġ raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi ("SG& A") u limitu raġonevoli ta’ profit. Il-limitu ta’ profit domestiku kien iddeterminat fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku magħmul matul iż-żmien ordinarju tal-kummerċ. Prezz ta’ l-esportazzjoni (21) Ladarba il-bejgħ kollu ta’ l-esportazzjoni tal-prodott taħt konsiderazzjoni kien magħmul direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fil-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew li huma pagabbli. Tqabbil (22) Għall-għanijiet ta’ tqabbil ġust minn tip ta’ prodott fuq bażi ex-factory u l-istess livell ta’ kummerċ, konċessjoni dovuta kienet magħmula għad-differenzi li kienu kklejmjati u murija għal effett ta’ prezz bi qbil. Dawn l-aġġustamenti kienu magħmula b’rispett ta’ ħlasijiet ta’ l-importazzjoni, t-trasport, l-assigurazzjoni, prezzijiet fl-idejn, l-ippakkjat, kreditu/imballaġġ u kummissjonijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. (23) Produttur esportatur Tajlandiż ikklejmja aġġustament għal prezz kreditu għar-raġuni li kien prattiku standard li jikkonċiedi minn 30 sa 90-il ġurnata ta’ kreditu lil klijenti domesttiċi magħrufa. Din it-talba kienet irriffjutata għax l-applikant naqas li juri, eż. permezz tal-kuntratti jew ta’ deskrizzjonijiet dwar l-invojs, li dan kien fattur ikkunsidrat fid-determinazzjoni tal-prezzijiet iċċarġjati. (24) Iż-żewġ kumpanniji Tajlandiżi kklejmjaw allokazzjoni għal ċarġijiet għall-importazzjoni. Skond l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku dawn it-talbiet ġew ikkumpensati fejn kien muri li l-materjali li fuqhom dazji ta’ l-importazzjoni kienu pagabbli kienu fisikament inkorporati ġol-prodotti mibjugħa kkonċernati fis-suq domestiku u li d-dazji ta’ l-importazzjoni ma kienux miġbura jew fundati mill-ġdid b’rispett tal-prodott esportat lill-Komunità. Waħda biss mill-kumpanniji setgħet turi dan. Limitu tad-dumping (25) Sabiex tikkalkula l-limitu tad-dumping,il-Kummissjoni kkomparat il-valur medju normali mqejjes mal-prezz medju ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità f’livell ex-factoty u fl-istess livell tal-kummerċ. Dan il-qbil wera l-eżistenza tad-dumping għaż-żewġ kumpanniji kkonċernati, li jibdew minn 23 sa madwar 88 %. Iċ-Ċina Pajjiż analogu (26) Il-miżuri existenti jipprovdu għal dazju singolu għal pajjiż kollu fuq l-importazzjonijiet kollha fil-Komunità ta’ aċċessorji ta’ tubi jew pajpijiet li joriġinaw fiċ-Ċina. Għalhekk, valur normali kien iddeterminat fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miksuba fl’ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz ("il-pajjiż analogu"). (27) It-Tajlandja serviet bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. Fl-avvis ta’ l-inizzjazzjoni ta’ din ir-reviżjoni ta’ l-għeluq ġie għalhekk prevedut li terġa tintagħżel it-Tajlandja bħala pajjiż analogu għall-għan li tistabbilixxi valur normali. Ladarba kien instab li s-sejbiet ta’ l-investigazzjonijiet preċedenti kienu għadhom validi, il-prezzijiet ġew ikkontrollati mill-forzi tas-suq, ħafna produtturi kkompetew fuq is-suq Tajlandiż u t-teknoloġija tal-produzzjoniu proċess kienu, sa ċertu punt l-istess bejn iċ-Ċina u t-Tajlandja, ladarba l-ebda parti nteressata ma kkummentat fuq din l-għażla ta’ pajjiż analoguu ladarba l-produtturiesportaturi Tajlandiżi kkoperaw, it-Tajlandja kienet għalhekk, skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, kkunsidrata bħala xierqa u għażla raġonevoli ta’ pajjiż analogu biex jistabbilixxi valur normali b’rispett taċ-Ċina għall-prodott ikkonċernat. Valur normali (28) Fl-assenza tal-koperazzjoni miċ-Ċina, riżors kellu jiġi magħmul għal fatti disponibbli. F’ċirkustanzi ta’ dan il-każ l-ebda informazzjoni fuq gamma ta’ taħlit tal-prodott ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi ma kienet disponibbli, u għalhekk id-determinazzjoni tal-valur normali kellu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-medja mwiezna ta’ varji valuri normali stabbiliti għall-produtturi esportaturi Tajlandiżi li jikkoperaw matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni. Prezz ta’ l-esportazzjoni. (29) Għal dak li jirrigwarda l-esportazzjonijiet lill-Komunità, ladarba produtturi esportaturi fiċ-Ċina ma kkoperawx, s-sejbiet kellhom jiġu bbażati fuq il-fatti disponibbli, skond ma’ l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien għalhekk determinat fuq istatistiċi dwar il-bażi tal-kummerċ ta’ l-esportazzjoni ladarba instab li dawn dehru iktar ta’ min joqgħod fuqu għall-prodott ikkonċernat minn data Eurostat. F’dan il-kuntest għandu jiġi magħruf li l-istatistiċi Eurostat għal prodott ikkonċernat huma ex kodiċi, jiġifieri ma jinkludux esklussivament il-prodott ikkonċernat, u li d-data Ċiniża kienu jaqblu iktar ma’ l-ilment. Tqabbil (30) Għall-għan ta’ tqabbil ġust, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, allokazzjoni dovuta fil-forma ta’ aġġustament ġiet magħmula għal differenzi fir-rispett tat-trasport u l-prezzijiet ta’ l-assigurazzjoni, li kienu kkunsidrati li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezz. Limitu tad-dumping (31) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju mwieżen, fuq bażi ta’ l-ex fabbrika Tajlandiża kien ikkomparat mal-prezz medju mwieżen ta’ l-esportazzjoni, fuq bażi ta’ ex-factory Ċiniża, fl-istess livell tal-kummerċ. It-tqabbil hawn fuq wra l-eżistenza ta’ dumping sihjifikattiv. Koklużjoni (32) L-investigazzjoni rrivelat li għalkemm il-kw antitajiet mixtrija taħt il-prezz importati kienu limitati għal livelli konsiderevoli mwaqqa’ fil-prezz. L-investigazzjoni ma wrietx/rrivelatx xi raġuni li għaliha l-livell ta’ dumping jista’ jisparixxi jew jonqos fil-każ li l-miżuri jerġgħu jkunu evokati. Għalhekk ġie konkluż li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping. Madankollu, kien ikkonsidrat xieraq li jiġi examinat ukoll jekk kellux ikun hemm rekorrenza ta’ dumping f’volumi miżjuda ta’ l-esportazzjoni jekk il-miżuri eżistenti jiġu revokati. Probabbiltà ta’ tlugħ f’esportazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz lill-Komunità (33) Għall-għanijiet ta’ l-examinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ rekorrenza tad-dumping f’kw anti tajiet sinjifik anti, il-fatturi li ġejjin ġew stimati: l-evoluzzjoni ta’ l-esportazzjoni u/jew il-kapaċità tal-produzzjoni, l-isfond tad-tidwir tal-fatti fil-każ taċ-Ċina u s-sitwazzjoni fl-imġiba ta’ l-esportazzjoni fis-swieqi ta’ pajjiżi terzi. It-Tajlandja (34) L-impriżi li ġew aċċettati għaż–żewġ produtturi esportaturi li jikkoperaw, fil-kwadru tal-qafas tal-proċedura oriġinali, kellhom l-effett li jillimitaw il-bejgħ tagħhom lis-suq tal-Komunità matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni. L-ebda ksur ta’ liġi ta’ l-impriżi ma ġie osservat matul dan il-perjodu. Il-kapaċità ta’ l-esportazzjoni (35) L-investigazzjoni wriet li ż-żewġ kumpanniji koper anti għandhom propensità għall-esportazzjoni, ladarba matul il-perjodu taħt reviżjoni, iktar minn 80 % tal-produzzjoni tagħhom tal-prodott ikkonċernat ġie esportat. Jidher illi dawn il-kumpanniji għandhom flessibilità konsiderevoli fil-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom, li tirrapprexenta madwar 25 % tat-total tal-konsum tal-KE. Apparti minn hekk, il-fatt li dawn il-kumpanniji huma estremament orjentati lejn/għall-esportazzjoni juri li x’aktarx huma jerġgħu jindirizzaw il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni tagħhom lil xi suq li jibda jattira aktar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet u volum. L-esportazzjonijiet tat-Tajlandja lil pajjiżi terzi (36) Ħarsa lejn il-volum baxx kurrentement importat fil-Komunità, l-imġiba fl-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi TajlandiżiI f’wieħed mis-swieqi prinċipali ta’ l-esportazzjoni, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ġiet ikkunsidrata. Instab li fl-1992, wara l-proċedura ta’ l-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’prodott li jikkonċidi ħafna mal-wieħed ikkonċernat minn din l-investigazzjoni, lilitat għal diametru ta’ inqas minn 360 mm, u li joriġina, inter alia, fit-Tajlandja, l-amministrazzjoni ta’ l-Amerika sabet limiti ta’ dumping għal dan il-pajjiż li jestendu ruħhom minn 10,7 % sa 50,8 %. Iktar import anti, f’Diċembru 1999, skond reviżjoni ta’ l-għeluq, ġie/kien konkluż li it-tneħħija ta’ dawn il-miżuri għandu x’aktarx iwassal għall-kontinwazzjoni jew ir-rekorrenza tad-dumping [9]. Iċ-Ċina Produzzjoni u utilizazzjoni tal-kapaċità (37) Mgħotija l-assenza tal-koperazzjoni minn produtturi esportaturi Ċiniżi, is-servizzi tal-Kummissjoni kellha tagħmel użu mill-fatti disponibbli. Ladarba ftit informazzjoni hija magħrufa dwar l-industrija Ċiniża, il-konklużjonijiet li ġejjin joqgħodu fuq l-informazzjoni miġbura fl-ilment u l-istatistiċi tal-kummerċ ta’ l-esportazzjoni Ċiniża. Appoġġ għal dawn is-sejbiet instab ukoll fl-informazzjoni li kienet saret pubblika fil-kwadru tal-qafas ta’ proċeduri simili fil-USA. (38) Skond dawn is-sorsi, il-kapaċità totali tal-produzzjoni Ċiniża għall-prodott ikkonċernat hija ta’ madwar 250000 tunnellata metrika kull sena. Il-volum kurrenti tal-produzzjoni Ċiniża kull sena, bħal ma ġie estimat fl-ilment, huwa ta’ madwar 90000 tunnellata metrika. Din l-estimazzjoni hija bbażata fuq il-volum Ċiniż ta’ l-esportazzjoni mad-dinja kollha mogħtija mill-istatistiċi tal-kummerċ (madwar 17000 tunnellata metrika fis-sena), u fuq il-konsum domestiku kkalkolat bejn wieħed u ieħor daqs il-konsum tal-Komunità (madwar 70000 tunnellata metrika fis-sena). (39) Fuq din il-bażi, ir-rata Ċiniża tal-kapaċità ta’ l-użu tkun inqas minn 40 % u — kapaċità żejda tagħhġom għola mit-total tal-konsum totali tal-Komunità. (40) Konsegwentement, il-kapaċità kbira tal-produzzjoni disponibbli fiċ-Ċina, flimkien mall-qies tas-suq domestiku Ċiniż, tagħti lill-produtturi li jesportaw/esportaturi flessibiltà konsiderevoli biex tisswiċċja bejn kemm is-swieqi kif ukoll it-tipi ta’ prodotti. Dawn il-produtturi huma kapaċi għalhekk iżijdu malajr il-produzzjoni u jindirizzawha lil xi suq ta’ l-esportazzjoni, inkluż, li kieku l-miżuri jkollhom jiġu revokati, is-suq tal-Komunità. L-isfond tat-tidwir tal-fatti (41) Għandu jkun magħruf li l-produtturi Ċiniżi li jesportaw m’għandhomx biss il-kapaċità jerġgħu jieħdu lura l-pussess f’forma massiva l-esportazzjoniet tagħhom lill-Komunità, iżda huma disposti li jagħmluha. Dan huwa muri mill-fatt li, wara l-imposizzjoni tal-miżuri oriġinali fl-1995, l-importazzjonijiet annwali mit-Tajwan għandhom medja kwadrippla, sakemm investigazzjoni ta’ kontra t-tidwir tal-fatti [10] uriet li ħafna minn dawn l-importazzjonijiet kienu attwalment ta’ oriġini Ċiniża u għalhekk miżuri xierqa liċ-Ċina ġew imġedda lit-Tajwan (bl-eċċezzjoni ta’ tlett produtturi Tajwaniżi) f’Ġunju ta’ l-2000. Cesportazzjonijiet Ċiniżi lil pajjiżi terzi (42) L-imġiba ta’ l-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi fi swieqi sinifikattivigħall-prodott ikkonċernat ġie investigat ukoll. F’dan ir-rispect, il-USA bdiet, fl-aħħar għaxar snin, tlett investigazzjonijiet dwar l-importazzjonijiet ta’ prodott li jikkonċidi ħafna ma’ dak ikkonċernat minn din l-investigazzjoni, illimitat b’diametru iżgħar minn 360 mm, li joriġina, inter alia, fiċ-Ċina. L-ewwel investigazzjoni, illi seħħet fl-1992, stabbiliet limiti għolja ħafna ta’ dumping (sa 182,9 %), u għalhekk miżuri anti-dumping ġew imposti kontra l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina, inter alia, fiċ-Ċina. Sentejn wara, fl-1994, it-tieni investigazzjoni iddeterminat li dawn il-miżuri ta’ kontra d-dumping kienu mdawra/mibdula fil-fatti billi salpaw il-prodotti permezz tat-Tajlandja. Fl-aħħar, il-miżuri ta’ l-anti-dumping li qegħdin fis-seħħ reġgħu ġew reveduti fl-1999 bill-konklużjoni li t-tneħħija tal-miżuri tista’ twassal għal kontinwazzjoni jew rekorrenza ta’ dumping inġurjuż. (43) Dan kollu juri illi kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati, il-produtturi Ċiniżi għandhom jadottaw l-istess imġiba ta’ l-esportazzjoni mqiegħda fis-suq tal-KE, suq li huwa mqabbel ma’ dak ta’ l-Amerika/USA. (44) Fl-aħħar, l-assenza tal-koperazzjoni Ċiniża għall-investigazzjoni hija indikazzjoni li l-ebda produttur Ċiniż ma ried jew kien kapaċi juri l-ebda dumping m’għandha sseħħ f’każ li il-miżuri jiġu mħassra. Konklużjoni (45) L-investigazzjoni wriet li kemm iċ-Ċina kif ukoll it-Tajlandja komplew il-prattiċi tad-dumping tagħhom matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. (46) Minħabba l-fatt li ċ-Ċina għandha kapaċità ta’ produzzjoni ekstra kbira ħafna disponibbli u li l-miżuri kienu diġà mdawwra fil-fatti, hemm probabiltà qawwija li l-produtturi Ċiniżi ta’ l-esportazzjoni jżiedu sostanzjalment l-esportazzjoniet tagħhom mwaqqa’ fil-prezz tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità f’każ li miżuri ġa existent jkollhom jiġu mħassra. (47) B’rispett għat-Tajlandja għandu jiġi nnutat li mindu il-kumpanniji Tajlandiżi huma orjentati lejn l-esportazzjoni u minħabba fil-faxxinu tas-suq tal-Komunità, huwa probabbli ħafna illi, li kieku l-miżuri ġa existenti jkollhom ikunu mħassra, dawn il-kumpanniji jerġgħu jibdew jesportaw il-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Komunità b’volumi sostanzjali u bi prezzijiet imnaqqsa. (48) Fl-aħħar, referenza ġiet magħmula lill-bejgħ mnaqqas fil-prezz ta’ esportaturi Ċiniżi u Tajlandiżi fis-suq amerikan/statunitensi u fil-miżuri anti-dumping amerikani/statunitensi u inally li ġew imġedda fl-1999. (49) Fil-qosor, huwa ferm probabbli li l-importazzjonijiet lill-Komunità mill-pajjiżi konċernati għandhom jerġgħu jibdew fi kw anti tajiet sinifik anti u b’prezzijiet imwaqqa, f’każ li l-miżuri jiġu mħassra. DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ (50) L-erbgħa produtturi tal-Komunità li kkorporaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni rrapprexentat madwar 60 % tal-produzzjoni tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat matul l-IP il-ġdida u għalhekk tikkostitwixxi l-industrija tal-Komunità ġot-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Għandu jiġi nnutat li tlett produtturi oħra, li pparteċipaw ukoll fit-talba tar-reviżjoni, li jirrappreżentaw madwar 10 % tal-produzzjoni tal-Komunità, ma rrispondewx sussegwentement il-kwestjonarju matul iż-żmien permess li fih għandu jintemm. Tnejn minn dawn il-produtturi jappoġġaw il-proċedura, filwaqt li t-tielet wieħed ma esprima l-ebda opinjoni rigward il-proċedura. F. IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-KOMUNITÀ KONSUM TAL-KOMUNITÀ (51) Għandu jiġi nnutat li parti mill-bejgħ domestiku tal-produtturi ta’ l-UE huma magħmula għal bejjiegħa (li ma kkoperawx), li darba kull wieħed jesportaw il-prodotti barra l-Komunità. Il-konsum apparenti tal-Komunità kien għalhekk stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità u tal-produtturi l-oħra tal-Komunità (fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura fit-talba), u fuq l-importazzjoni tal-Komunità u l-volum ta’ l-esportazzjonili huwa bbażat fuq id-data Eurostat. (52) Fuq il-bażi, ġie stabbilit li l-konsum tal-Komunità l-ewwel żdied minn madwar 57000 tunnellata metrika fl-1996 għal madwar 64500 tunnellata metrika fl-1998, iżda sussegwentement naqas b’madwar 50800 tunnellata metrika fl-IP. EVOLUZZJONI TA’ IMPORTAZZJONIJIET MILL-PAJJIŻI KKON¬ERNATI. Volumi ta’ importazzjoni u ishma tas-suq (53) B’rispett lejn il-pajjiżi kkonċernati u t-Tajwan, il-volum ta’ l-importazzjoni u l-ishma tas-suq żviluppa b’dan il-mod: | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | (54) L-importazzjonijiet totali Tajlandiżi żiedu minn madwar 100 tunnellata metrika fl-1996 għal madwar 1400 tunnellata metrika matul l-IP. L-iktar żieda sinifik anti seħħet bejn l-1999 u l-2000, li taħbat mad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tħassar il-miżuri lill-produttur Tajlandiż li jesporta, li rriżulta minn reviżjoni temporanja skond l-artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Meta tikkonsidra dawk il-kumpanniji biss li għadhom suġġetti għad-dazji ta’ l-anti-dumping, iż-żieda fil-volum baqgħet madankollu limitata, b’sehem imqiegħed fis-suq li qiegħed jiżdied minn 0,3 % fl-1996 sa 0,5 % matul l-IP. Għandu jiġi nnutat illi l-perjodu preċedenti ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 1993), l-ishma Tajlandiżi mqiegħedha fis-suq kienu ta’ 2,6 %. (55) Bħal ma huwa muri fuq,il-volumi ta’ l-importazzjonijiet miċ-Ċina baqgħulimitati matul il-perjodu tar-reviżjoni. Madankollu għandu jerġa jiġI msemmi illi l-investigazzjoni ta’ kontra t-tidwir tal-fatti kkonkludiet li parti sinifi k anti ta’ l-importazzjonijiet mit-Tajwan kien fil-fatt ta’ oriġini Ċiniża. It-tnaqqis ta’ dawn l-importazzjonijiet fl-2000 taħbat ma’ l-estensjoni tal-miżuri ta’ l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi lil ċerti importazzjonijiet mit-Tajwan. Fil-perjodu preċedenti ta’ l-investigazzjoni s-ishma mqiegħedha fis-suq Ċiniż laħaq it-8,5 %. EVOLUZZJONI TAL-PREZZ TA’ L-IMPORTAZZJONIJIET (56) Prezzijiet ta’ l-esportazzjoni taż-żewġ produtturi Tajlandiżi li jikkoperaw żdiedu bis-6 % bejn l-1996 u l-IP. Madankollu, matul il-perjodu sħiħ taħt reviżjoni, ma segwew l-ebda direzzjoni ċara, b’telgħat u nzul ta’ inqas minn 10 % tal-prezz medju matul dan il-perjodu. (57) Skond l-istatistiċi ta’ l-Eurostat, il-prezzijiet totali ta’ l-esportazzjoni naqqset b’7 % bejn l-1996 u l-IP. Bħall-prezzijiet Tajlandiżi, huma ma segwew l-ebda direzzjoni matul il-perjodu taħt reviżjoni. VOLUM TA’ L-IMPORTAZZJONI U ISHMA TAS-SUQ MINN PAJJIŻI MHUX IKKON¬ERNATI (58) Bħall-importazzjonijiet mill-pajjiżi mhux ikkonċernatiminn din il-proċedura, u bħal ma huwa muri fit-tabella isfel, huma żdiedu sinifikament minn madwar 4300 tunnellata metrika fl-1996 għal 11700 tunnellata metrika matul l-IP. Iż-żieda totali fl-ishma tas-suq matul il-perjodu taħt reviżjonihuwa ta’ 15,5 punti persentaġġ. | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | Pajjiżi mhux ikkonċernati | 4271 | 5922 | 7510 | 4169 | 10821 | 11686 | ishma tas-suq | 7,5 % | 9,6 % | 1,6 % | 8,0 % | 21,3 % | 23,0 % | G. SITWAZZJONI EKONOMIKA FL-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ RIMARKA PRELIMINARI (59) L-indikaturi ekonomiċi prexentati isfel juru żvilupp pożittiv fis-snin 1996 sa l-1998, sussegwentement segwit minn deterjorament ta’ sitwazzjoni ekonomika totali ta’ l-industrija tal-Komunità. Dan l-iżvilupp għandu jintwera fid-dawl ta’ l-imposizzjoni tal-miżuri definittivi ta’ l-anti-dumping 1995, il-prattiċi mdawwra fil-fatti u l-estensjoni relatata tal-miżuri lil ċerti mportazzjonijiet li oriġinaw fit-Tajwan fl-2000, u fl-aħħar il-volum li żdied ta’ l-importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz minn pajjiżi oħra suġġetti għal proċedura separata. Produzzjoni Produzzjoni | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | tunnellata metrika | 42455 | 44771 | 46499 | 43009 | 43903 | 46905 | (60) Il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità l-ewwel żdiedet b’ 10 % bejn l-1996 u l-1998, imbagħad marret lura għal-livell milħuq fl-1998. Kapaċità u rati ta’ l-użu tal-kapaċitċa. Kapaċità | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | tunnellata metrika | 88400 | 88400 | 88400 | 87300 | 87900 | 87900 | Utilizzazzjoni | 48 % | 51 % | 53 % | 49 % | 50 % | 53 % | (61) Il-kapaċità tal-produzzjoni totali ta’ l-industrija tal-Komunità kienet relattivament stabbli matul il-perjodu taħt reviżjoni u għalhekk il-livell tal-kapaċità ta’ l-utilizzazzjoni segwa direzzjoni identika għal dik tal-volum tal-produzzjoni. Volum tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat għall-konsum fl-UE. Volum ta’ bejgħ fil-KE | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | tunnellata metrika | 30147 | 30038 | 32897 | 28470 | 24893 | 24313 | (62) Bħal ma ġie spjegat fuq, il-bejgħ iddestinat għall-konsum tal-UE biss ġie kkunsidrat. Fuq din il-bażi, matul il-perjodu taħt reviżjoni, il-volum ta’ bejgħ tal-Komunità naqas minn madwar 30100 tunnellata metrika fl-1996 sa madwar 24300 tunnellata metrika matul l-IP, tnaqqis ta’ madwar 19 %. Huwa madankollu, import anti li jiġi nnutat li bejn l-1996 u l-1998 il-volum ta’ bejgħ żdied b’9 %, li laħaq il-livell ta’ madwar 33000 tunnellata metrika fl-1998, u mbagħad waqa’ lura għal madwar 24300 tunnellata metrika fl-IP. Ħażniet/Stokkijiet Ħażniet/stokkijiet li qegħdin jagħallqu | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | tunnellata metrika | 5629 | 5920 | 6022 | 6109 | 5571 | 5401 | (63) Il-livell ta’ l-istokkijiet/ħażniet naqas b’madwar 4 % bejn l-1996 u l-IP. Filwaqt li kien bejn wieħed u ieħor stabbli matul l-ewwel erbgħa snin tal-perjodu taħt reviżjoni, beda jonqos konsiderevolment wara l-1999. Ishma tas-suq Ishma tas-suq | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | L-industrija tal-Komunità | 52,8 % | 48,9 % | 50,9 % | 54,7 % | 49,0 % | 47,9 % | (64) L-industrija tal-Komunità naqqset b’punti perċentwali 4,9 fl-ishma tas-suq bejn l-1996 u l-IP. Madankollu, bejn l-1996 u l-1999, l-ishma tas-suqżdiedu b’1,9 punti perċentwali, li rriżulta mill-imposizzjoni tal-miżuri korrentement taħt reviżjoni. Minn dak iż-żmien ‘il quddiem, il-pożizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità mqiegħedha fis-suq iddeterjorat. Prezzijiet għall-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità Unità ta’ prezz, bejgħ fil-KE. | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | EUR/tunnellata metrika | 1812 | 1686 | 1595 | 1515 | 1437 | 1413 | (65) Il-prezz nett ta’ l-unità al-bejgħ medju ta’ l-industrija tal-Komunità naqas minn EUR 1812 fl-1996 għal EUR 1413 matul l-IP, nuqqas ta’ 22 %. Il-prezzijiet għall-bejgħ waqa’ b’madwar 5 % kull sena. Profitt u ritorn fuq investimenti Profitt | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | % ta’ net ta’ valur ta’ bejgħ fil-KE | 3,1 % | 5,2 % | 3,3 % | –2,4 % | –4,2 % | –3,5 % | L-għotja ta’ profitt/il-prospett fuq l-investiment | 7,5 % | 17,7 % | 17,6 % | –1,0 % | –6,2 % | –3,7 % | (66) L-idustrija tal-Komunità rnexxiela żżid il-profitt tagħha minn 3,1 % fl-1996 għal 5,2 % fl-1997. Wara dik is-sena, madankollu, il-profitt naqas kontinwament u kien negattiv ċar matul l-IP, b’- 3,5 %. Għandu jiġi innutat li l-industrija tal-Komunità kienet f’sitwazzjoni ta’ telf ta’ madwar - 7 % fuq valur ta’ bejgħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali (Lulju sa Diċembru 1993). (67) Il-prospett fuq l-investimenti ġeneralment segwa l-kurva tal-profitt matul il-perjodu taħt reviżjoni. Għandu jiġi nnutatt li kemm l-investimenti diretti kif ukoll porzjoni ta’ l-investimenti indirettament relatati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat ġew ikkunsidrati. Dħul u ħruġ tal-flus Dħul u ħruġ tal-flus | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | EUR 1000 | 3009 | 5393 | 4939 | 1773 | 638 | 281 | (68) Id-dħul u l-ħruġ tal-flus iġġenerat mill-bejgħ tal-prodott ikkonċernat żdied b’madwar 65 % bejn l-1996 u l-1998 u mbagħad naqas drastikament għal EUR 281000 matul l-IP. Kapaċità li żżid il-kapital (69) L-ebda waħda mill-kumpanniji ma semmiet xi diffikultà kurrenti biex iżiedu l-kapital. Madankollu, jekk id-dħul u l-ħruġ tal-flus tkompli tiddeterjora, din is-sitwazzjoni tista’ tinbidel. Impieg and pagi. Impieg u pagi | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | Impjegati totali | 547 | 548 | 580 | 555 | 535 | 580 | Pagi medji kull impjegat (EUR 1000) | 33,4 | 33,6 | 35,1 | 34,5 | 35,1 | 35,9 | (70) Impjieg fl-industrija tal-Komunità ma segwietx direzzjoni ċara. Żdid bejn l-1996 u l-1998, minn 47 għal 80 impjegati, naqqas minn dak il-ħin ‘il quddiem, imma reġgħet lura għal-livell tiegħu ta’ l-1998 matul l-IP. Iż-żieda ta’ matul l-IP għandha tiġi mpoġġija b’konnessjoni ma’ produzzjoni li qiegħda tiżdied matul l-istess perjodu. (71) Il-pagi medji għal kull impjegatr baqgħat relattivament stabbli matul is-snin 1996 u 1997, u minn dak iż-żmien ‘il l quddiem żdiedet gradwalment. Bejn l-1996 u l-IP, iż-żieda totali kienet ta’ madwar 7 %. Produttività Produttività | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | Produttività (produzzjoni fitunnellata metrika kull impjegat | 77,6 | 81,7 | 80,2 | 77,5 | 82,1 | 80,9 | (72) Il-produttività żdiedet bi 3 % bejn l-1996 u l-1998, minn 77,6 tunnellata metrika kull impjegat għal 80,2. Imbagħad naqset iżda reġgħet kisbet il-livell tagħha ta’ l-1998 ta’ matul l-IP. Investiment Investimenti | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | IP | EUR 1 000 | 2738 | 2222 | 2441 | 3094 | 2781 | 2529 | (73) Investimenti ġodda baqgħu f’livell relattivament stabbli matul il-perjodu li qiegħed taħt reviżjoni. Dawn l-investimenti fil-biċċa l-kbira kienu jikkonsistu fit-tiġdid jew l-approvazzjoni tat-tagħmir eżistenti u mhumiex relatati ma xi żiediet tal-kapaċità. Tkabbir (74) Bħal ma huwa spjegat fuq, bejn is-snin1996 u 1998, l-industrija tal-Komunità setgħet tibbenefika mis-suq li qiegħed jikber, u żiedet il-volumi tal-bejgħ u l-ishma tas-suq tagħha. Minn dak iż-żmien l’hawn, il-konsum tal-Komunità naqas u, minkejja n-nuqqas fil-volum ta’ l-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati(speċifikament circumvented lejn it-Tajwan) il-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità u l-ishma tas-suq naqqsu. Tkabbir fil-limitu tad-dumping (75) Ħarsa lejn il-volum baxx ta’ l-importazzjoniet mill-pajjiżi kkonċernati matul l-Ip, it-tkabbir ta’ limitu tad-dumping huwa mistenni li jħalli effetti negattivi speċjalment jekk il-volum ta’ l-importazzjonijiet jiżdid fil-futur. Fil-kuntest il-konklużjonijiet fl-intestatura E4 huma msejħa, li qalu li huwa ferm probabbli li mportazzjonijiet lill-Komunità minn pajjiżi kkonċernati jerġgħu jkunu fħkw anti tajiet sinifik anti u bi prezzijiet mwaqqgħin, jekk il-miżuri jiġu mħassra. Rkupru mill-effetti tad-dumping l-antik (76) Bħal ma huwa muri mill-evoluzzjoni pożittiva tal-biċċa l-kbira ta’ l-indikaturi llistjati fuq, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità rkuprat, fis-snin 1996 sa 1998, mill-effett inġurjuż ta’ importazzjonijiet mwaqqgħa fil-prezz li oriġinaw fiż-żewġ pajjiżi kkunċernati. Minn dak iż-żmien ‘il quddiem is-sitwazzjoni reġgħet iddeterjorat, li rriżultat mill-effett ta’ importazzjonijiet mwaqqgħa fil-prezz li żdiedu minn pajjiżi terzi oħra (ara intestatura C). KONKLUŻJONI DWAR L-ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-KOMUNITÀ. (77) L-introduzzjoni tal-miŻuri kontra iĊ-Ċina u t-tajlandja kellhom b’mod Ċar impatt poŻittiv fuq/dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-komunità meta kkomparata mas-sitwazzjoni ta’ qabel l-introduzzjoni tagĦhom. il-maĠĠoranza ta’ l-indikaturi wrew Żvilupp poŻittiv bejn l-1996 u l-1998. il-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaĊità u l-volum tal-bejgĦ Żdiedu, jirriŻultaw f’gwadann fl-ishma tas-suq u Żieda fl-impjieg. L-indikaturi tal-profitt bħal ma huwa il-prospett fuq il-valur tal-bejgħ, prospett fuq investimenti u dħul u ħruġ ta’ flus ukoll żviluppaw favrevoli. Li kieku il-miżuri ma ġewx circumvented mill-importazzjonijiet mit-Tajwan, dan l-iżvilupp kien ikun aktar favorevoli. Madankollu, wara l-1998, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità ġeneralment iddeterjorat: volum tal-bejgħ, ishma tas-suq u produzzjoni naqqsu, anke l-profitt u l-prezzijiet. L-inġurja sofferta mill-industrija tal-Komunità matul dan il-perjodu kien ikkawżat minn importazzjonijiet imwaqqgħa fil-prezz li oriġinaw fir-Repubblika Ċeka, il-Malasja, ir-Russja, ir-Repubblika tal-Korea u l-Islovakkja, u għalhekk il-miżuri definittivi ta’ kontra d-dumping kienu mposti kontra dawn il-pajjiżi f’Awissu 2002 [11]. H. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW REKORRENZA TA’ L-INĠURJA (78) Sabiex jiġi assessjat l-effett probabbli ta’ l-għeluq tal-miżuri fis-seħħ, l-elementi li ġejjin ġew ikkunsidrati: (a) Kif inhu spjegat taħt premessi 33 sa 44: - hemm indikazzjonijiet ċari li l-produtturi Ċiniżi u Tajlandiżi għandhom il-potenzal li jgħollu u/jew jerġgħu jindirizzaw il-volumi ta’ l-esportazzjoni tagħhom lis-suq tal-Komunità. - fuq il-bażi ta’ l-imġieba tal-prezz ta’ l-esportazzjoni b’rispett ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-USA, huwa probabbli li, fl-assenza tal-miżuri, produtturi fil-pajjiżi kkonċernati jkunu jistgħu jerġgħu jadottaw prattika ta’ prezzijiet imwaqqgħa fis-suq tal-Komunità. Tassew, fuq bażi totali, il-prezzijiet iċċarġjati lil dawn is-swieqi ta’ l-esportazzjoni huma inqas mill-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità, għalkemm analiżi dettaljata ma setgħetx tinġieb minħabba fil-varjetà numeruża ta’ tipi ta’ prodotti differenti u għalhekk l-impossibbiltà li jiġu stabbiliti komparazzjonijiet għat-tipi kollha ta’ prodotti. (b) L-investigazzjoni wriet li, fuq il-basi ta’ tipi ta’ prodotti komparabbli, il-produtturi esportaturi Tajlandiżi li jikkoperaw biegħu l-prodott ikkonċernat bi prezz baxx b’mod sinifikattiv minn ta’ l-industrija tal-Komunità. Bħal ma huwa għaċ-Ċina, fl-assenza ta’ koperazzjoni u minħabba fil-varjetà ta’ tipi ta’ prodott u għalhekk prezzijiet għall-importazzjoni, l-ebda komparazzjoni/qbil fil-prezz fuq bażi type per type setgħet ġiet maħruġa. Madankollu, il-fatti disponibbli juru li l-prezz medju ta’ l-importazzjoni Ċiniża huwa b’mod sinifik anti aktar baxx minn dak prattikat mill-produtturi Tajlandiżi. Għalhekk għandu jiġi konkluż li d-differenza bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw fiċ-Ċina u ta’ l-industrija tal-Komunità, mingħajr imposizzjoni ta’ dazji ta’ l-anti-dumping, hija mill-inqas sinifikattiva daqs kemm hija għall-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja. (ċ) Dawn il-prezzijiet baxxi aktarx ikomplu jiġu ċċarġjati mill-pajjiżi kkonċernati, anke sabiex jerġgħu jakkwistaw l-ishma tagħhom mitlufa tas-suf. Imġiba ta’ prezz bħal dan, akkopjat ma’ l-abilità taċ-Ċina u tat-Tajlandja biex jibagħtu kw anti tajiet sinifikattivi tal-prodott ikkonċernat li qiegħed fis-suq tal-Komunità, jkollu probabilment l-effett li jinforza id-direzzjoni tal-prezz maħsub biex jitnaqqas il-kummerċ fis-suq, b’impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità. (79) Barra minn hekk, l-iskadenza tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jinvolvi l-iskadenza tal-miżuri mdawwra fil-fatti rigward l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Tajwan. F’dan ir-rispett għandu jerġa jiġi magħrraf li, bħal ma ġie spjegat taħt il-premess 41, il-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi nstabu li kienu f’forma massiva mdawwra fil-fatti u għalhekk kienu estiża sat-Tajwan. Jekk dawn il-miżuri kontra t-Tajwan jerġgħu jitħassru, hemm probabbiltà kbira li t-tidwir fil-fatti jerġa jiġi mibdi. (80) Fuq il-bażi ta’ fuq, ġie honkluż illi, jekk il-miżuri jkollhom jitħassru, hemm probabbiltà ta’ rekorrenza ta’ inġurja miċ-Ċina u t-Tajalandja. I. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ RIMARKA PRELIMINARI (81) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie examinat jekk il-manteniment tal-miżuri existenti ta’ l-anti-dumping jkunux kontra l-interess tal-Komunità bħala ħaġa sħiħa. Id-determinazzjoni ta’ l-interess tal-Komunitàkienet ibbażata fuq l-apprezzamentta’ l-interessi varji kollha involuti, jiġifieri, dawk ta’ l-industrija tal-Komunità, l-importaturi/kummerċj anti wkoll l-utenti tal-prodott li qiegħed taħt konsiderazzjoni. (82) Għandu jerġa jiġi msemmi li, fl-investigazzjoni preċedenti, l-adozzjoni tal-miżuri kienet ikkunsidrata bħala mhux kontra l-interess tal-Komunità. Barraminnhekk, il-fatt li l-investigazzjoni prexenti hija reviżjoni, għalhekk li tanalizza sitwazzjoni illi fiha il-miżuri ta’ l-anti-dumping kienu diġà jexistu, tippermetti il-valutazzjoni ta’ kull impatt eċċessiv negattiv dwar il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri kurrenti ta’ l-anti-dumping. (83) Fuq din il-bażi kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet fuq il-probabbiltà tar-rekorrenza tad-dumping inġurjuż, raġuni interess anti kienet teżisti li tkun tista’ twassal għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li żżomm miżuri f’dan il-każ partikolari. Interess ta’ l-industrija tal-Komunità. (84) L-industrija tal-Komunità pprovat li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan ġie kkonfermat mill-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika tiegħhu fi żmien meta kompetizzjoni effettiva reġgħet ittieħdet wara l-imposizzjoni tal-miżuri ta’ l-anti-dumping li huma kurrentement fis-seħħ. Il-livell ta’ profitt li seta’ jilħaq sentejn wara l-imposizzjoni tal-miżuri kienet ikkunsidrata fiż-żmien ta’ ta’ l-investigazzjoni oriġinali bħala raġonevoli bir-rigward lejn dak li l-industrija setgħet kienet qegħda tistenna li tikseb fl-assenza ta’ importazzjonijiet mwaqqgħa fil-prezz. (85) Jista’ raġonevolment ikun mistenni li l-industrija tal-Komunità għandha tkompli tibbenefika mill-miżuri li qegħdin kurrentement imposti. Jekk il-miżuri ma jiġux mantnuti/miżmuma, jkun probabbli li l-industrija tal-Komunità ssofri inġurja, anke jekk tittieħed kontra l-pajjiżi l-oħra li qegħdin jimportaw bi prezzijiet mwaqqa’. Interess ta’ importaturi/kummerċj anti li mhumiex relatati (86) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 57 importaturi/kummerċj anti li mhumiex relatati. Żewġ importaturi biss irrispondew il-kwestjonarju. Wieħed minn dawn l-importaturi kien jixtri l-prodott ikkonċernat miċ-Ċina, iżda biddel il-fornitur tiegħu wara li l-miżuri ġew imposti. Għalhekk ġie kklejmjat sabiex ma taffettwax jekk il-miżuri kellhomx jiġu mantnuti jew imħassra. It-tieni mportatur huwa favur il-titwil tal-miżuri u kklejmja li mġiba inġusta min-naħa tal-Kummerċ qabel ma l-miżuri ġew imposti kellha effett mhux preċiż fuq is-suq tal-Komunità. (87) Dsatax importaturi oħra rrispondew li huma ma kienux ikkonċernati mill-proċedura ladarba ma xtrawx mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta’ taħt ir-reviżjoni. L-ebda reazzjoni oħra ma ġiet irċevuta u għalhekk jista’ jiġi konkluż illi l-manteniment tal-miżuri ma għandux ikollu effett sinifikattiv negattiv fuq importaturi u kummerċj anti. Interess ta’ l-utenti (88) L-utenti tal-prodott ikkonċernat huma l-aktar industriji petrokimiċi wkoll industriji attivi fis-settur tal-binja. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 23 utenti u 5 assoċjazzjonijiet Ewropej ta’ utenti potenzali. Tlett kumpanniji biss irrispondew u dawn kollha kklejmjaw li ma humiex interessati fil-proċedura. (89) Dan in-nuqqas ta’ koperazzjoni jidher jikkonferma li l-aċċessorji tat-tubi jew tal-pajpijiet jirrapprexentaw parti żgħira ħafna tal-prezzijiet totali tal-produzzjoni għal dawn il-kumpanniji, u li l-miżuri li qegħdin kurretement fis-seħħ ma kellhomx xi effett sustanzjalment negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom. J. KONKLUŻJONI FUQ INTERESS TAL-KOMUNITÀ (90) Mgħotija ir-raġunijiet ta’hawn fuq, huwa konkluż li ma huwiex ikkunsidrat li kull impatt possibbli fuq importaturi u utent ta’ l-industriji jista’ jkun kapaċi jikkompensa l-effett pożittiv fuq l-industrija tal-Komunità tal-miżuri kontra inġurji rikorrenti tad-dumping. Għalhekk ma hemmx raġunijiet interess anti/import anti kontra il-kontinwazzjoni tal-miżuri ta’ l-anti-dumping. Forma tal-miżuri li jirrigwardaw it-Tajlandja (91) Bħal ma ntqal fl-avviż ta’ l-inizzjazzjoni, ir-reviżjoni temporanju li tirrigwarda il-forma tal-miżura għall-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja ġiet mibdija mill-Kummissjoni b’inizzjattiva tiegħu personali. (92) L-ebda konklużjoni finali f’dan ir-rispett għadha ma ntlaħqet u l-investigazzjoni għadha għaddejja. K. MIŻURI TA’ L-ANTI-DUMPING (93) Il-partijiet kollha kienu nfurmati bil-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet fuq il-bażi li fuqha hemm l-intenzjoni sabiex jirrakkomandaw li l-miżuri existenti jiġu mantnuti. Huma ġew wkoll mgħotija perjodu li fih setgħu jagħmlu rapprexentazzjonijiet sussegwenti ma’ dan it-tikxif. L-ebda kummenti ma ġew irċevuti li kienu fin-natura li jibdlu l-konklużjonijiet ta’ fuq. (94) Ikompli minn fuq li, kif inhu provdut għalih fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri xierqa ta’ l-anti-dumping għall-importazzjonijiet tat-tubi jew pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid jew l-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina u mit-Tajlandja jew kunsinnati mit-Tajwan, bħal ma ġie estiż mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 763/2000 u bħal ma huwa emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2314/2000, għandu jiġi mantnut. Reġa ġie msemmi li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazju ad valorem għaż-żewġ pajjiżi kkonċernati, minbarra l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma manifatturati u mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità minn żewġ kumpanniji Tajlandiżi li għalihom intrapriżi ġew aċċettati. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju definittiv ta’ kontra d-dumping huwa impost hawnhekk fuq importazzjonijiet tat-tubi jew pajpijiet aċċessorji (minbarra aċċessorji tal-ħadid fondut, pajpijiet w aċċessorji bil-kammin), tal-ħadid jew ta’ l-azzar (ma jinkludix l-istainless steel), b’diametru estern kbir li ma jaqbiżx is-609,6 mm, ta’ tip li jiġi wżat għall-butt-welding jew għal għanijiet oħra, li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM ex73079311 (kodiċi TARIC 7307931199), ex73079319 (kodiċi TARIC 7307931999), ex73079930 (kodiċi TARIC 7307993098) u ex73079990 (kodiċi TARIC 7307999098) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-poplu taċ-Ċina u t-Tajlandja. 2. Ir-rata tad-dazju definittiv ta’ l-anti-dumping applikabbli għan-nett, prezz limitu free-at-Community, qabel id-dazju, għandu jkun kif ġej għall-prodotti manifatturati minn: Pajjiż | Rata tad-dazju | Kodiċi addizzjonali TARIC | Repubblika tal-poplu taċ-Ċina. | 58,6 % | — | It-Tajlandja | 58,9 % | 8851 | Minbarra: Thai Benkan Co. Ltd,Prapadaeng-Samutprakarn | 0 % | A118 | 3. Minkejja paragrafu 1, id-dazju definittiv ta’ l-anti-dumping ma għandux japplika għal importazzjonijiet maħruġa ġo ċirkulazzjoni libera skond l-Artikolu 2. 4. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw. Artikolu 2 1. Importazzjonijiet iddikkjaraw għal ħruġ fiċ-ċirkulazzjoni libera taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC li huma prodotti u direttament esportati (jiġifieri msalpa u invojsjati) mill-kumpannija taħt kumpannija fil-Komunità li tattwa bħala importatur fil-każ li tiġi eżenti mid-dazju anti-dumping impost mill-Artikolu 1 iżda importazzjonijiet bħal dawn huma importati b’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Pajjiż | Kumpannija | Kodiċi addizzjonali TARIC | It-Tajlandja | Awaji Sangyo (Thailand) Co. Ltd, Samut-prakarn | 8850 | TTU l-industrija Corp. Ltd Bangkok. | 8850 | 2. L-mportazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu eżenti mid-dazju ta’ l-anti-dumping bil-kondizzjoni li: (a) invojs kummerċjali li tiġbor fiha mill-inqas l-elementi llistjati fl-Anness hija pprexentata lill-awtoritajiet tal-klijenti ta’ l-Istati Membri dwar prezentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-ħruġ f’ċirkulazzjoni libera; u (b) il-merkanzija ddikjarat u ppreżentat lill-klijenti korrispond preċiż mad-deskrizzjoni fuq l-invojs kummerċjali. Artikolu 3 Id-dazju definittiv ta’ kontra d-dumping impost mill-Artikolu 1 fuq importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-poplu taċ-Ċina huwa hawnhekk estiż għall-importazzjonijiet ta’ l-istess aċċessorji (kodiċi TARIC: 7307931191; 7307931991; 7307993092; 7307999092) kunsinnati mit-Tajwan (kodiċi addizzjonali TARIC A 999), minbarra dawk il-prodotti mill-impriża Chup Hsin Co. Ltd, Kaohsiung (Taiwan) (kodiċi addizzjonaliTARIC A 098), Rigid Co. Ltd, Kaohsiung (Taiwan) (kodiċi addizzjonali TARIC A 099) u Niang Hong Pipe Fittings Co. Ltd, Kaohsiung (Taiwan) (kodiċi addizzjonali TARIC A 100). Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-2 ta’ Ġunju 2003. Lill-Kunsill Il-President K. Stefanis [1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1). [2] ĠU L 84, 03.04.96, p. 1. [3] ĠU L 84, 03.04.96, p. 46. [4] Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/453/KE (ĠU L 182, tal-21.7.2000, p. 25). [5] ĠU L 94, 14.04.00, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2314/2000 (ĠU L 267, 20.10.00, p. 15). [6] ĠU C 103, 03.04.01, p. 5. [7] ĠU L 159, 01.06.01, p. 4. [8] ĠU L 228, 24.08.02, p. 1. [9] US Federal reġistri/Vol. 64, Nru 232, tat-3.12.1999. [10] ĠU L 94, 14.04.00, p. 1. [11] Kunsill Regulation (KE) Nru 1514/2002 tad-19 ta’Awissu 2002 (ĠU L 228, ta’ l-24.8.2002, p. 1). -------------------------------------------------- L-ANNESS L-elementi li ġejjin għandhom jiġu murija/indikati fl-invojs kummerċjali li jakkompanjaw il-bejgħ tal-kumpannija tat-tubi u l-pajpijiet aċċessorji lill-Komunità li huma suġġetti għall-impriża. 1. L-Intestatura "INVOJS KUMMERĊJALI LI TAKKOMPANJA MERKANZIJA LI HIJA SUĠĠETTA GĦAL IMPRIŻA" 2. L-isem tal-kumpannija msemmija fl-Artikolu 2(1) li toħroġ l-invojs kummerċjali 3. In-numru ta' l-invojs kummerċjali 4. Id-data tal-ħruġ ta' l-invojs kummerċjali 5. Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħthom il-merkanzija fuq l-invojs għandha tiġi meħlusa mill-klijenti fil-limitu tal-Komunità. 6. Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija 7. Id-deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-bejgħ, li tinkludi: - prezz, - il-kondizzjonijiet applikabbli ta' ħlas, - il-kondizzjonijiet tal-kunsinna applikabbli, - skont totali u ribassi. 8. L-isem tal-kumpannija li tattwa bħala mportatur li għalih l-invojs huwa maħruġ direttament mill-kumpannija. 9. L-isem ta' l-uffiċjal tal-kumpannija li ħareġ l-invojs ta' l-impriża u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja: "Jien, li ffirmajt hawn taħt, niċċertifika li l-bejgħ ta' l-esportazzjoni diretta minn (l-isem tal-kumpannija) lill-Komunità Ewropea tal-merkanzija koperta minn dan l-invojs qiegħed jiġi magħmul bil-għan u taħt il-kondizzjoniet ta' l-impriżi offruti minn (l-isem tal-kumpannija), u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta' (Deċiżjoni 996/252/KE). Niddikjara li l-informazzjoni provduta f'dan l-invojs hija kompleta u korretta.". --------------------------------------------------