32003R0871



Official Journal L 125 , 21/05/2003 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 871/2003

tal-20 ta’ Mejju 2003

li jawtorizza b’mod permanenti ossidu manganomanganiku addittiv fl-għalf

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9(d) tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li addittivi ġodda jistgħu jkunu awtorizzati wara r-reviżjoni ta’ applikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva.

(2) Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kienet issottomessa għall-addittiv "ossidu manganomanganiku" bħala fonti ta’ manganiż, li jappartieni lill-grupp ta’ oligoelementi li tirreferi għalihom il-parti II ta’ l-Anness C tad-Direttiva 70/524/KEE.

(3) Il-Kumitat Xjentifiku dwar Nutrizzjoni ta’ l-Annimali (KXNA) ta opinjoni dwar l-użu ta’ dan l-addittiv f’għalf fis-6 ta’ Frar 2002, li tikkonkludi li ossidu manganomanganiku ma jippreżentax riskju għas-saħħa ta’ l-annimal, saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.

(4) Il-valutazzjoni tat-talba għal awtorizzazzjoni ssottomessa fir-rigward ta’ ossidu manganomanganiku turi li dan l-addittiv, li jirreferi għalih l-Artikolu 2(aaaa), tissodisfa r-rekwiżiti preskritti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE, taħt il-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. Dan l-addittiv għandu għalhekk ikun awtorizzat għal perjodu illimitat.

(5) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ossidu Manganomanganiku li jappartieni għall-grupp "oligoelementi", elenkati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, huwa awtorizzat għal użu bħala addittiv fl-għalf taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regulament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fl-20 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

[2] ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Oligoelementi

Nru tal-KE | Elementi | Addittivi | Formula kimika | Kontenut massimu ta' l-element f'mg/kg tal-għalfa sħiħa | Dispożizzjonijiet oħra | perjodu ta' awtorizzazzjoni |

E5 | Manganiż-Mn | Ossidu manganomanganiku | MnO Mn2O3 | 150 (total) | | |

--------------------------------------------------