Official Journal L 124 , 20/05/2003 P. 0017 - 0018
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 865/2003 tad-19 ta’ Mejju 2003 li jissupplimeta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (Cítricos Valencianos jew Cítrics Valencians) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-KomunitàEwropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ismijiet ta’ l-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 692/2003 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 6 [3] u (4) tiegħu, Billi: (1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Spanja bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-isem "Cítricos Valencianos" jew "Cítrics Valencians" bħala indikazzjoni geografika. (2) Skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament, l-applikazzjoni għandha tinstab li tissodifa r-rekwiżiti kollha preskritti fih u b’mod partikolari jkun fiha l-informazzjoni kollha stipulata skond l-Artikolu 4 tiegħu. (3) Ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ma ġiet irċevuta mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-isem mogħti fl-Anness hawn mehmuż wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej(3). (4) L-isem għalhekk għandu jkun irreġistrat fir-"Reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u minn issa jkun protett mal-Komunita kollha bħala indikazzjoni ġeografika protetta. (5) L-Anness ma’ dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 617/2003 [5], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-isem fl-Anness hawn mehmuż jiżdied ma’ l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u jkun irreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) fir-"Reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" li jipprovdi għalihom l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fid-19 ta’ Mejju 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 1. [2] ĠU L 99, tas-17.4.2003, p. 1. [3] ĠU C 204, tat-28.8.2002, p. 6 (Cítricos Valencianos or Cítrics Valencians). [4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11. [5] ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 3. -------------------------------------------------- L-ANNESS PODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT TAL-KE INTENZJONATI GĦAL KONSUM UMAN Frott, ħaxix ta’ l-ikel u ċereali SPANJA Cítricos Valencianos jew Cítrics Valencians. (IĠP) --------------------------------------------------