32003R0830



Official Journal L 120 , 15/05/2003 P. 0013 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 830/2003

ta’ l-14 ta’ Mejju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2659/94 dwar regoli dettaljati għall-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-ġobon Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone

IL-KUMMISSJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 10(3) miġjub fih,

Billi:

(1) L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2659/94 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 779/2002 [4], jippreskrivi l-ammonti ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-ġobon Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone. Dawk l-ammonti għandhom jiġu emendati biex jitqies l-iżvilupp fi spejjeż tal-ħażna u ta’ tbassir ta’ prezz tas-suq.

(2) Il-Kumitat tat-Tmexxija tal-Halib u l-Prodotti mill-ħalib ma tax l-opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2659/94 il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. L-ammont ta’ għajnuna għall-ħażna privata għall-ġobon għandu jkun kif ġej:

(a) 20 EUR kull tunnellata metrika għal spejjeż fissati;

(b) 0,25 EUR kull tunnellata metrika kull ġurnata ta’ ħażna skond il-kuntratt għall-ispejjeż tal-magażinaġġ;

(ċ) ammont għall-ispejjeż finanzjarji, f’euro kull tunnellata metrika kull jum ta’ ħażna skond il-kuntratt, kif ġej:

- 0,40 għall-Grana padano

- 0,58 għall-Parmigiano-Reggiano

- 0,32 għall-Provolone."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15.

[3] ĠU L 284, ta’l-1.11.1994, p. 26.

[4] ĠU L 123, tad-9.5.2002, p. 31.

--------------------------------------------------