Official Journal L 116 , 13/05/2003 P. 0012 - 0012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 816/2003 tat-12 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-Agrikoltura IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabblixxi arranġamenti agrimonetarji għall-Euro [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2452/2000 [3], jipprovdi li r-rata ta’ kambju li għandha tintuża għall-konverżjoni fil-munita nazzjonali ta’ l-għajnuna għal kull ettaru u l-ammonti ta’ karattru strutturali jew ambjentali hija l-medja tar-rati ta’ kambju applikabbli matul ix-xahar qabel id-data tal-fatt operattiv maħduma pro rata temporis. Għandu jiġi stabbilit kif tinħadem dik il-medja. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 2808/98 għandu jiġi emendat f’dan is-sens. (3) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni in kwistjoni, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98: "Il-medja tar-rati ta’ kambju għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni fix-xahar wara d-data tal-fatt operattiv." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Mejju 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 1. [2] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 36. [3] ĠU L 282, tat-8.11.2000, p. 9. --------------------------------------------------