Official Journal L 117 , 13/05/2003 P. 0012 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2003 tat-12 Mejju 2003 dwar il-miżuri tranżitorji taħt ir-Regolament (KE) Nru 1744/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards ta' proċess għal materjal ta' Kategorija 3 u demel użat f'impjanti tal-biogass (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jippreskrivi r-regoli tas-saħħa dwar prodotti sekondarji minn annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1], kif emendati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprovdi għar-revizjoni kompluta tar-regoli tal-Komunità li jikkonċernaw prodotti sekondarji minn annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, bl-introduzzjoni ta' rekwiżiti stretti inkluża. B'żieda ma' dan, dan jipprovdi li l-miżuri tranżitorji xierqa jistgħu jiġu adottati. (2) Minħabba li dawn ir-rekwiżiti huma ta' natura stretta, huwa neċessarju li għall-Istati Membri jkunu provduti miżuri tranżitorji biex iħallu żmien biżżejjed lill-industrija sabiex taġġusta ruħha. Barra dan, ġbir alternattiv, transport, ħażna, maniġġar bl-idejn, proċessar u użu tal-prodotti sekondarji tal-animali, kif ukoll il-metodi kif jiġu mormija dawn il-prodotti sekondarji, jeħtieġ li dawn ikunu aktar żviluppati. (3) Għaldaqstant, bħala miżura temporanja għandha tingħata deroga sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jawtorizzaw operaturi ħalli jkomplu japplikaw ir-regoli nazzjonali ta' l-istandards ta' proċess għall-materjal ta' Kategorija 3 u demel użat f'impjanti tal-biogas. (4) is-sistemi ta' kontroll għandhom jinżammu fl-Istati Membri tul iż-żmien ta' miżuri tranżitorji sabiex jipprevjienu xi riskju għall-annimali u għas-saħħa pubblika. (5) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Deroga rigward il-proċessar ta' materjal ta' Kategorija 3 u demel f'impjanti tal-biogas. 1. Skond l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u bħala deroga mill-Kapitolu II(A), (C) and (D) ta' l-Anness VI ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet individwali sa mhux aktar mill-31 Diċembru 2004 lill-operaturi ta' bini u faċilitajiet konformi mar-regoli nazzjonali sabiex japplikaw dawn ir-regoli, għall-proċessar ta' materjal ta' Kategorija 3 jew materjal ta' Kategorija 3 u demel użat f'impjanti tal-biogas, sakemm ir-regoli nazzjonali: (a) jiggarantixxu n-nuqqas globali tal-patoġeni; (b) huma applikati biss f'bini u faċilitajiet li applikaw dawk ir-regoli fl-1 Novembru 2002; u (ċ) jikkonformaw mal-ħtiġijiet dikjarati fil-Kapitolu II(B) ta' l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. 2. Impjani tal-biogas irridu jkunu mgħammra b': (a) installazzjonijiet għall-monitoraġġ tat-temperatura mal-ħin; (b) meżżi tar-reġistrazzjoni biex jirreġistraw kontinwament ir-riżultati ta' dawn il-kejlijiet; (ċ) sistema ta' sigurtà adekwata biex tipprevjeni n-nuqqas ta' sħana; u (d) faċilitajiet adekwati għat-tindif u d-diżinfestazzjoni tal-vetturi u tal-kontenituri mat-tluq mill-impjant tal-biogas. 3. Kull impjant tal-biogas irid ikollu l-laboratorju tiegħu jew jagħmel użu minn laboratorju barrani. Il-laboratorju jrid ikun mgħammar biex jagħmel l-analiżijiet neċessarji u jkun approvat mill-awtorità kompetenti. Artikolu 2 Miżuri ta' kontroll L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkontrolla l-konformità ta' l-operaturi tal-bini u facilitajiet awtoriżżati mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1. Artikolu 3 Irtirar ta' approvazzjonijiet u ta' rimi ta' materjal li ma jkunx konformi ma' din ir-Regola. 1. Approvazzjonijiet individwali mill-awtorità kompetenti għall-istandards tal-proċess ta' materjali ta' Kategorija 3 jew materjal ta' Kategorija 3 u demel użat fl-impjanti tal-biogas għandha tiġi immedjatament u permanentement irtirata għal xi operatur, bini jew faċilitajiet jekk il-kondizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament ma jitweqqux iktar. 2. L-awtorità kompetenti għandha tirtira xi approvazzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 1 mhux aktar tard mill-31 Diċembru 2004. L-awtorità kompetenti ma għandha tikkonċedi xi approvazzjoni finali taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2004 sakemm fuq bażi ta' l-inspezzjonijiet tagħha tkun sodisfatta li l-bini u l-faċilitajiet msemmija fl-Artikolu 1 jilħqu r-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament. 3. Kull materjal li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandu jintrema skond l-istruzzjonijiet ta' l-awtorità kompetenti. Artikolu 4 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 Mejju sal-31 Diċembru 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 12 Mejju 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, p. 1. [2] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------