Official Journal L 109 , 01/05/2003 P. 0007 - 0009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 761/2003 tat-30 ta’ April 2003 li tapprova l-operazzjonijiet biex jivverfikaw il-konmformità ma’ l-istandards tal-Marketing applikabbli għall-fortt frisk ul-ħxejjex imwettqa fl-Indja qabel l-importazzjoni fil-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 miġjub fih, Billi: (1) L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2001 tat-12 ta’ Ġunju 2001 dwar il-verifiki tal-konformità ma’ l-istandards tal-Marketing li japplikaw għall-frott frisk u ħxejjex [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 408/2003 [4], jippreskrivi l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ verifika mwettqa minn ċerti pajjiżi terzi li hekk jitolbu qabel l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità. (2) Fil-31 ta’ Diċembru 2001, l-awtoritajiet Indjani bagħtu lill-Kjummissjoni talba għall-approvazzjoni ta’ l-operazzjonijiet ta’ verifika mwettqa mid-Direttorat tal-Marketing u l-Ispezzjoni (DMI) taħt ir-responsabbiltà tal-Konsulent dwar il-Marketing Agrikolu (AMA) tal-Ministeru Indjan ta’ l-Agrikoltura Dik it-talba tiddikjara li d-DMI għandu l-impjegati meħtieġa, it-tagħmir u l-faċilitajiet biex iwettaq veirifki, li juża metodi ekwivalenti għall-dawk imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 u li l-frott frish u l-ġxejjex esportati mill-Inja lejn il-Komunità jikknformaw jew ma’ l-istandards tal-Marketing tal-Komunità jew ta’ l-anqas ma’ standards ekwivalenti. (3) L-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni turi li, fil-perjodu 1997 sa l-2000, l-inċidenza ta’ non-konformità ma’ l-itandards tal-Marketing fost importazzjonijiet ta’ frott frisk u ħxejjex mill-Indja kien relattivament baxx. (4) Ir-rappresentanti ta’ l-awtoritajiet Indjani pparteċipaw fi sfozi internazzjonali biex jiġu miftiehma standards tal-Marketing għall-frott u l-ħxejjex f’kumitat tax-xogħol dwar standardizzazzjoni ta’ Prodotti li Jitħassru u l-Iżvilupp ta’ Kwalità tal-Kummissjoni tan-Nazzjoniet Uniti għall-Ewropa(UNECE). (5) Il-verifiki dwar il-konformità mwettqa mill-Indja għandhom għalhekk ikunu approvati b’effett mid-data ta’ l-implimentazzjoni tal-proċedura dwar kooperazzjoni amministrattiva li għalih jipprovdi l-Artikolu 7(8) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001. (6) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Frott Frisk u l-Ħxejjex, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-verifiki dwar il-konformità ta’ l-istandards tal-Marketing applikabbli għall-frott frisk u l-ħxejjex imwettqa mill-Indjaqabel l-importazzjoni lejn il-Komunità huma b’dan approvati skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001. Artikolu 2 Id-dettalji dwar l-awtorizzazzjoni uffiċjali u l-korp ta’ spezzjoni fl-Indja, kif imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001, huma mogħtija fl-Anness I li jinsab ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 3 Iċ-ċertifikati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001, maħtuġa wara l-verifiki msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitħejjew fuq formoli li jikkonformaw mal-mudell muri fl-Anness II li jinsab ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Huwa għandu jgħodd mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fs-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea skond l-avviż imsemmi fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001, li jirrelata ma’ l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Komunità u l-Indja. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ April 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [2] ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 64. [3] ĠU L 156, tat-13.6.2001, p. 9. [4] ĠU L 62, tas-6.3.2002, p. 8. -------------------------------------------------- L-ANNESS I - L-awtorità uffiċjali msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001: Agricultural Marketing Adviser Ministry of Agriculture Govt. of India NH-IV, Faridabad India Tel. (91-129) 241 65 68, 241 57 10; (91-11) 23 01 34 45 Fax (91-129) 241 65 68; (91-11) 23 01 34 45 E-mail: pkagarwall123@hotmail.com - Korp ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001: Directorate of Marketing and Inspection (DMI) Department of Agriculture and Cooperation Ministry of Agriculture Govt. of India NH-IV, Faridabad India Tel. (91-129) 241 65 68, 241 57 10 Fax (91-129) 241 65 68 E-mail: dmifbd@agmark.nic.in -------------------------------------------------- L-ANNESS II Ċertifikat mudell imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------