32003R0745



Official Journal L 106 , 29/04/2003 P. 0022 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 745/2003

tat-28 ta' April 2003

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi kkumbattut it-terroriżmu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 miżuri speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi ikkumbattut it-terroriżmu [1] u b'mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jelenka l-awtoritajiet kompetenti lil lihom għandhom jintbagħtu t-tagħrif u t-talbiet li jikkonċernaw il-miżuri imposti minn dak ir-Regolament.

(2) L-Olanda u r-Renju Unit talbu sabiex id-dettalji ta' l-indirizzi li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiġu emendati u, b'riżultat ta' bdil fl-impjegati, id-dettalji ta' l-indirizzi li jikkonċernaw il-Kummissjoni għandhom jiġu emendati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-28 ta'April 2003.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 344, tat-28.12.2001, p. 70.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 2580/2001 huwa emendat kif ġej:

1. Id-dettalji ta' l-indirizz taħt l-intestatura "L-Olanda" għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"Ministerie van Finanzjarju

Directie Finanzjarju Markten, afdeling Integriteit

Postbus 20201

2500 EE Den Haag

L-Olanda

Tel. (31-70) 342 89 97

Fax (31-70) 342 79 18"

.

2. Id-dettalji ta' l-indirizz taħt l-intestatura "Ir-Renju Unit" għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"HM Treasury

International Financial Services Team

1, Horse Guards Road

London

SW1A 2HQ

ir-Renju Unit

Tel. (44-207) 270 55 50

Fax (44-207) 270 43 65

Bank of England

Financial Sanctions Unit

Threadneedle Street

London

EC2R 8AH

ir-Renju Unit

Tel. (44-207) 601 46 07

Fax (44-207) 601 43 09"

.

3. Id-dettalji ta' l-indirizz taħt l-intestatura "Komunità Ewropea" għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Direttorat Ġenerali Għar-Relazzjonijiet Esterni

Direttorat PESK

Unità A.2: Materji legali u istituzzjonali għar-relazzjonijiet esterni - Sanzjonijiet

CHAR 12/163

B - 1049 Brussel

Tel. (32-2) 295 81 48/296 25 56

Fax (32-2) 296 75 63

E-mail: relex-sanctions@cec.eu.int"

.

--------------------------------------------------