Official Journal L 106 , 29/04/2003 P. 0012 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 740/2003 tat-28 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2000 li jipprovdi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness I li jinsab mat-Trattat, u l-kriterji ta’ l-iffissar ta’ l-ammonti ta’ dawk ir-rifużjonijiet IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jippreskrivi l-arranġamenti tal-kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 [2], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) miġjub fih, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 jippreskrivi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2003 [4], jillimita l-perjodu li matulu prodotti bażiċi agrikoli jew oġġetti jistgħu jibqgħu taħt arranġamenti ta’ finanzjar minn qabel ta’ rifużjoni għat-terminu li jkun għadu ma skadiex tal-liċenzja ta’ esportazzjoni. (2) Il-parti l-kbira taċ-ċertifikati tar-rifużjoni huma validi għal xahar kalendarju li matulu kienet saret l-applikazzjoni għalihom miżjuda bil-ħames xhur kalendarji li jiġu wara. Iżda, ċertifikati tar-rifużjoni maħruġa lejn l-aħħar tal-perjodu ta’l-estimi għandhom perjodu iqsar ta’ validità, li ma jistgħax, minħabba obbligi internazzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, jestendi ’l hinn mit-30 ta’ Settembru. (3) Sabiex tiġi assigurata flesibilità suffiċjenti biex l-operaturi jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ ta’ dawk iċ-ċertifikati ta’ rifużjoni b’tul ta’ żmien qasir huwa xieraq li jittieħdu miżuri speċifiċi li jikkonċernaw dawk iċ-ċertifikati. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 1520/2000 tat-13 ta’ Lulju 2000 jippreskrivi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness I li jinsab mat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammonti ta’ dawk ir-rifużjonijiet [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1052/2002 [6], għandu għalhekk jiġi hekk emendat. (5) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni dwar kwistjoni oriżontali li tikkonċerna l-kummerċ fi prodotti pproċessati agrikoli mhux elenkati fl-Anness I li jinsab mat-Trattat ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien iffissat mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-paragrafu 9 li ġej huwa miżjud ma’ l-artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000: "9. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 28(6) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, għal ċertifikati ta’ rifużjoni maħruġa għall-użu sa mill-1 ta’ Ġunju għal oġġetti li għandhom jiġu esportati qabel l-1 ta’ Ottubru il-prodotti bażiċi kif elenkati fl-Anness A li jinsab ma’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu taħt il-kontroll doganali bil-ħsieb ta’ pproċessar għal tlett xhur mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-ħlas. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 29(5) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għal ċertifikati ta’ rifużjoni maħruġa għall-użu qabel l-1 ta’ Ġunju għal oġġetti li għandhom jiġu esportati qabel l-1 ta’ Ottubru l-oġġetti kif elenkati fl-Annessi B u Ċ li jinsabu ma’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu taħt proċedura ta’ magazzinaġġ doganali jew żona ħielsa għal tlett xhur mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-ħlas." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun jgħodd għal dikjarazzjonijiet ta’ ħlas aċċettati mill-1 ta’ Ottubru 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ April 2003. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18. [2] ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5. [3] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11. [4] ĠU L 67, tat-12.3.2003, p. 3. [5] ĠU L 177, tal-15.7.2000, p. 1. [6] ĠU L 160, tat-18.6.2002, p. 16. --------------------------------------------------