32003R0676



Official Journal L 097 , 15/04/2003 P. 0029 - 0030


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 676/2003

ta’ l-14 ta’ April 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2001 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ additiv ġdid fi prodotti ta’ l-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-additivi fi prodotti ta’ l-ikel [1], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9r tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2001 tat-2 ta’ Lulju 2001 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ additiv ġdid fi prodotti ta’ l-ikel [3], awtorizzat proviżorjament l-użu ta’ l-additiv potassium diformate għall-użu bħala additiv f’għalf għall-annnimali, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(2) Id-Direttiva 70/524/KEE teħtieġ awtorizzazzjonijiet biex dawn l-additivi jkunu marbuta mal-persuna responsabbli li jkun għamilhom fiċ-ċirkolazzjoni.

(3) Il-Kummissjoni ġiet avżata li l-persuna responsabbli mit-tpoġġija ta’ l-additiv potassium diformate fiċ-ċirkolazzjoni nbidlet, u issa hija BASF Aktiengesellschaft.

(4) Il-persuna responsabbli mit-tpoġġija ta’ dak l-additiv fiċ-ċirkolazzjoni issottometta informazzjoni ġdida biex jikseb l-approvazzjoni għal konċentrazzjonijiet massimi ogħla ta’ l-additiv fl-ikel.

(5) Il-Kumitat Xjentifiku għan-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali ta opinjoni favorevoli dwar is-sigurtà ta’ l-additiv, taħt kondizzjonijiet ta’ użu ġodda.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2001 għandu jkun għalhekk emendat kif suppost.

(7) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1334/2001 qed jinbidel bit-test li hemm fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ April 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

[2] ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1.

[3] ĠU L 180, tat-3.7.2001, p. 18.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS

Numru tar-Reġistrazzjoni ta' l-Additiv | Isem u Numru tar-Reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli mit-tpoġġija ta' l-additiv fiċ-ċirkulazzjoni | L-Isem (tad-ditta ta' l-additiv) | Kompożizzjoni, formula kemikali, deskrizzjoni | Speċi jewil-kategorija ta' l-annimali | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Dispożizzjoni oħra | It-Tmiem tal-perjodu ta' l-awtorizzazzjoni |

(mg ta' ingredjent attiv/kg ta' prodott ta' l-ikel komplut) | (mg ta' ingredjent attiv/kg ta' prodott ta' l-ikel komplut) |

Additivi

1 | BASF Aktiengesellschaft DE RP 1 31401 | Potassium diformate (FormiTM LHS) | Il-Komposizzjoni ta' l-additiv Potassium diformate, solidu min. 98 %,Mass. ta' Silicate 1,5 %,Mass. ta' ilma 0,5 %Sustanza attiva: Potassium diformate, soliduKH(COOH)2 SAK Nru 20642-05-1 | Ħnieżer żgħar (miftuma) | Xahrejn | 6000 | 18000 | tat- 30.6.2005 |

Majjali għas-simna | - | 6000 | 12000 | | tat- 30.6.2005 |

"

--------------------------------------------------