32003R0649



Official Journal L 095 , 11/04/2003 P. 0013 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 649/2003

ta’ l-10 ta’ April 2003

le jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 139/81, (KE) Nru 936/97 u (KE) Nru 996/97 dwar l-importazzjoni ta’ prodotti taċ-ċanga u l-vitella

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2345/2001 [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 139/81 tas-16 ta’ Jannar 1981 li jiddefinixxi l-kondizzjonijiet għad-dħul ta’ ċerti kwalitajiet ta’ ċanga u vitella ffriżata taħt is-sotto-titolu 02023050 tan-Nomenklatura Magħquda [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 264/1999 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/97 tas-27 ta’ Mejju 1997 li jagħti ftuħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għal kwalità għolja ħafna ta’ laħam taċ-ċanga mkessaħ u ffriżat, u għal-laħam iffriżat tal-buflu [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1781/2002 [6], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) miġjub fih,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/97 tat-3 ta’ Ġunju 1997 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffi ta’ importazzjoni għal qatgħat irqaq ta’ annimali bovini li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi CN 02062991 [7], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1266/98 [8], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) miġjub fih,

Billi:

(1) Taħt ir-Regolamenti (KEE) Nru 139/81, (KE) Nru 936/97 u (KE) Nru 996/97 iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għandhom jinħarġu qabel ma ċerti prodotti jiġu impurtati jew ammessi taħt sotto-titoli speċifiċi tan-nomenklatura magħquda. Il-listi ta’ l-awtoritajiet li joħorġu tali ċertifikati huma mehmuża ma’ dawk ir-Regolamenti.

(2) L-Arġentina biddlet l-isem ta’ l-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati ta’ l-awtentiċità.

(3) Ir-Regolamenti (KEE) Nru 139/81, (KE) Nru 936/97 u (KE) Nru 996/97 għandhom, għalhekk, ikunu emendati kif suppost,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 139/81 għandu jinbidel bit-test li hemm fl-Anness hawn taħt.

Artikolu 2

Fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 936/97, l-isem ta’ l-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati "Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentación (SAGPyA)" għandu jinbidel b’"Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentos (SAGPyA)".

Artikolu 3

Fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 996/97, l-isem ta’ l-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati "Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentación (SAGPyA)" għandu jinbdel b’"Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentos (SAGPyA)".

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ April 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 315, ta’ l-1.12.2001, p. 29.

[3] ĠU L 15, tas-17.1.1981, p. 4.

[4] ĠU L 32, tal-5.2.1999, p. 3.

[5] ĠU L 137, tat-28.5.1997, p. 10.

[6] ĠU L 270, tat-8.10.2002, p. 3.

[7] ĠU L 144, ta’ l-4.6.1997, p. 6.

[8] ĠU L 175, tad-19.6.1998, p. 9.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS II

Lista ta' aġenziji fil-pajjiżi esportaturi li għandhom l-awtorità joħorġu ċertifikati ta' awtentiċità

Pajjiż li mhux Membru | Aġenzija |

Isem | Indirizz |

Arġentina | Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentos (SAGPyA), Coordinación de Mercados Ganaderos | Paseo Colón 922, 1 er PisoOficina 146(C 1063 ACW) Buenos AiresArġentina |

Awstralja | Dipartiment ta' l-Agrikoltura, Sajd u Forestrija – Awstralja | Kaxxa Postali 858Canberra,, ACT 2601 |

Botswana | Ministru ta' l-Agrikoltura Dipartiment tas-Saħħa ta' l-Annimali u l-Produzzjoni | L-Uffiċju tal-Veterinarju Prinċipali (Biċċerija)Private Bag 12Lobatse |

In-New Zealand | Il-Bord tal-Laħam tan-New Zealand | Kaxxa Postali 121Wellington |

Sważiland | Ministeru ta' l-Agrikoltura | Kaxxa Postali 162Mbabane |

Uruguay | Instituto Nacional de Carnes (INAC) | Rincón 459Montevideo |

L-Afrika t'Isfel | Il-Bord tal-Kontroll ta' l-Industriji Afrikani tat-Trobbija ta' l-Annimali u tal-Laħam | Hamilton and Vermeulen StreetsPretoria |

Żimbabwe | Ministeru ta' l-Agrikoltura Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji | Kaxxa Postali 8012CausewayHarareZimbabwe |

Namibja | Ministeru ta' l-Agrikoltura, l-Ilma u l-Iżvilupp Rurali Direttorat tas-Servizzi Veterinarji | Private Bag 12002AuspanplatzWindhoek9000Namibia |

"

--------------------------------------------------