32003R0625



Official Journal L 090 , 08/04/2003 P. 0004 - 0031


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 625/2003

tat-2 ta’ April 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2585/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 26, 33 u 36 miġjuba fih,

Billi:

(1) L-Kapitolu I tat-Titolu I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1795/2002 [4], jippresjrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna għall-użu ta’ l-għeneb, għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid, għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jisr inbid jew għeneb magħsur rettifikat konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid. L-esperjenza wriet li prodotti kommestibili mhux eliġibbli taħt l-iskema għandhom ikunu speċifikati b’aktar dettal, l-oneru amministrattiv imqiegħed fuq l-utenti u l-proċessuri ta’ sugu għandu jiġi ċċarat u arranġamenti amministrattivi għandhom ikunu ntrodotti biex jassiguraw li l-użu xieraq tas-suq ikun sorveljat. Il-perċentwal ta’ kwantitajiet ta’ prodotti kommestibili li għandu jiġi vverifikat għandu jkun ogħla minn dak taħt xi skemi minħabba li l-prodott ta’ spiss jintuża fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn titħallas l-għajnuna.

(2) Taħt l-iskema ta’ l-għajnuna għall-għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jisir inbid użat biex iżid is-saħħa alkoħolika ta’ prodotti ta’ l-inbid, ir-referenza tal-metodu biex tiġi satbbilita s-saħħa alkoħolika għandha tiġi korretta. Biex jiġi faċilitat ix-xogħol ta’ l-Istati Membri, huma għandhom ikunu responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Biex ikunu jistgħu jsiru verifiki dettaljati u effettivi, l-arranġamenti tal-verifiki għandhom ikunu verifikati.

(3) Biex jiġi assigurat li każi problematici jkunu ttrattati b’mod ugwali, id-dispożizzjonijiet jirrelataw mal-ħlas ta’ l-għajnuna li hemm provdut għaliha taħt l-iskemi varji ta’ għajnuna koperti bir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 għandhom ikunu armonizzati.

(4) Biex ikun konċess li jsiru verifiki dettaljati u effettivi fil-każ ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ inbid, l-arranġamenti ta’ verifika għandhom ikunu preskritti u l-marġini ta’ tollerenza għall-verifikazzjoni tas-saħħa alkoħolika ta’ għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid, għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid u għeneb magħsur rettifikat koċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid għandhom jiġu klarifikati. Biex jiġi faċilitat il-ħlas ta’ avvanzi taħt din il-miżura, il-proċedura relatata amministrattiva għandha tinbidel.

(5) Fir-rigward ta’ l-arranġamenti għad-distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji mit-tagħmil ta’ l-inbid, huwa ġust li l-għajnuna u l-prezzijiet jiġu modulati skond it-tip ta’ prodott sekondarju konċernat. Ir-rata fissa ta’ għajnuna u r-rata fissa tal-prezz għabdhom għalhekk jitneħħew. B’żieda, sabiex ikun hemm reazzjoni għall-bidliet strutturali fis-settur, l-Istati Membri konċernati għandhom ikunu jistgħu jestendu l-eżenxjoni mill-obbligu li jwasslu prodotti sekondarji għad-distillazzjoni lill-ċerti kategoriji ta’ produtturi.

(6) Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jvarja l-prezz tax-xiri għall-ħażna mħallas lill-produtturi skond il-ħsad taħt l-arranġamenti ta’ distillazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 493/1999, għandu jkun possibbli li jittawwal il-limitu ta’ żmien li fih l-għajnuna għandha titħallas lid-distillaturi.

(7) Biex jiġi assigurat li t-transazzjonijiet finanzjarji taħt distillazzjonijiet ta’ kriżi kif hemm provdut fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jiġu mplimentati kif imiss, għandu jiġi konfermat li l-avvanz fuq il-prezz li għandu jitħallas lid-distillaturi mill-aġenzija ta’ intervent għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħall-għajnuna li hemm provdut għaliha fil-każ ta’ distillazzjonijiet oħra.

(8) Għall-miżuri kollha ta’ distillazzjoni, id-dispożizzjonijiet li jirrelataw ma’ l-użu ta’ parti mill-inbid ivverifikat bħala li tkun rappresentattiva ta’ l-inbid kollu mwassal għad-distillazzjoni għandhom jitneħħew. B’żieda, l-avvanzi mħallsa għad-distillazzjoni ta’ kriżi u ttrattati bħala għajnuna għandhom jiġu nklużi fis-sistema ta’ penalitajiet, u l-istess arranġamenti għandhom jiġu ntrodotti għad-distillazzjonijiet kollha differenti biex jiġi assigurat li l-produtturi jitħallsu l-prezz minimu għall-inbid tagħhom fejn id-distillatur jonqos mili jagħmel dan.

(9) L-esperjenza wriet li l-arranġamenti għad-disponiment ta’ alkoħol miksub taħt il-miżuri differenti ta’ distillazzjoni u miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent għandhom jiġu aġġustati. Il-limiti ta’ żmien għat-tneħħija ta’ l-alkoħol għandhom għalhekk jiġu aġġustati fuq il-bażi ta’ każ b’każ fejn ikunu nvoluti kwantitajiet kbar. Biex jittejbu l-opportunitajiet tas-suq il-limitazzjonijiet ġeografiċi presenti fuq il-bejgħ ta’ alkoħol għandhom jitneħħew. Il-kondizzjonijiet għall-ivverifikar tad-destinazzjoni ta’ alkoħol użat fis-settur tal-karburanti għandhom ukoll jiġu speċifikati.

(10) Minħabba li l-amministrazzjoni tal-miżuri ta’ intervent teħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni kwantità kbira ta’ informazzjoni, il-regoli biex isir dan għandhom jiġu preskritti.

(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 għandu għalhekk jiġi emendat.

(12) Xi emendi jimmiraw li jiċċaraw id-dispożizzjonijiet esiżtenti jew biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali huma favorevoli għall-operaturi tas-suq. Għandhom għalhekk ikunu applikati b’lura.

(13) Emendi oħra jimmiraw li jtejjbu l-kondizzjonijiet li jirregolaw miżuri iżolati għad-disponimnet ta’ alkoħol. Huma għandhom għalhekk ikunu jgħoddu mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(14) Bil-qabda il-maġġoranza ta’ l-emendi jipprovdu għall-bidliet tekniċi fil-miżuri ta’ amministrazzjoni tas-suq. Biex jiġi evitat tfiskil fis-sena kurrenti ta’ l-inbid, dawn l-emendi għandhom ikunu jgħoddu mis-sena ta’l-inbid li ġejja.

(15) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 huwa b’dan emendat kif ġej:

1. Il-Kapitolu I tat-Titolu I huma sostitwiti b’dan li ġej:

"KAPITOLU I MANIFATTURA TA’ SUGU TA’ L-GĦENEB

Artikolu 3

Għan ta’ l-għajnuna

L-għajnuna taħt l-Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tingħata lill-proċessuri li:

(a) fil-waqt li jkun huma stess produtturi jew gruppi ta’ produtturi, jipproċessaw jew ikunu pproċessaw għan-nom tagħhom stess għeneb mill-ħsad tagħhom stess u għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid u għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid miksub direttament mill-ħsad tagħhom stess ta’ għeneb f’sugu ta’ l-għeneb; jew

(b) jixtru direttament jew indirettament minn produtturi jew gruppi ta’ produtturi għeneb prodott fil-Komunità u għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsisr inbid u għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid għall-għan biex jipproċessawh f’sugu ta’ l-għeneb.

L-għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid u l-għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid użati għandhom ikun ġew prodotti fil-Komunità

Artikolu 4

Manifattura ta’ prodotti oħra kommestibbli prodotti mis-sugu ta’ l-għeneb

Is-sugu ta’ l-għeneb jew sugu konċentrat ta’ l-għeneb miksub jista’ jiġi proċessat f’kull prodott kommestibbli minbarra ta’ prodotti ta’ inbid kif imsemmija fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jew il-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(1)(b) u (c) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 5

Ħtiġiet tekniċi li jirrelataw ma’ prodotti

1. Il-materja prima għall-manifattura tas-sugu ta’ l-għeneb imsemm fl-Artikolu 3 għandha tkun ta’ kwalità tajba u ġusta li tista’ tinbiegħ u adattati għall-ipproċessar f’suġu ta’ l-għeneb.

2. L-għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid minsub mill-għeneb użat għandu jkollu densità f’20 °C ta’ bejn 1,055 u 1,100 gramma għal kull ċentimetru kubu.

3. Fiż-żmien li jintuża għall-manifattura ta’ prodotti kommestibbli is-sugu ta’ l-għeneb għandu jkun jikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE [*] ĠU L 10, tat-12.1.2002, p. 58..

Artikolu 6

Regoli amministrattivi applikabbli għall-proċessuri għall-finijiet ta’ spezzjoni

1. Il-proċessuri li jwettqu operazzjonijiet għall-manifattura ta’ sugu ta’ l-għeneb matul is-sena kurrenti ta’ l-għeneb għandhom jibgħatu, qabel il-bidu ta’ kull sena ta’ l-għeneb, skeda ta’ l-ipproċessar ta’ sugu ta’ l-għeneb lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru. Jekk il-proċessur ikun qed iwettaq operazzjonijiet għal-manifattura ta’ sugu ta’ l-għeneb għall-ewwel darba wara l-bidu tas-sena ta’ l-inbid l-iskeda għandha titħejja qabel ma jibdew l-operazzjonijiet.

L-isjeda għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) it-tip ta’ materja prima maħsuba għall-ipproċessar (għeneb, għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid u għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid);

(b) il-lok fejn ikunu maħżuna l-għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid u l-għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid maħsuba għall-ipproċessar;

(ċ) il-post fejn ikun sejjer jitwettaq l-ipproċessar.

2. Il-proċessuri li jwettqu operazzjonijiet għal manifattura ta’ sugu ta’ l-għeneb biss f’dati speċifikati għandhom jibgħatu, ta’ l-anqas tlett ijiem tax-xogħol qabel ma jkunu sejtin jinbdew l-operazzjonijiet, dikjarazzjoni ta’ ipproċessar lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru.

Id-dikjarazzjoni ta’ l-ipproċessar għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-informazzjoni meħtieġa taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;

(b) il-kwantità ta’ għeneb, għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid jew għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid maħsuba għall-ipproċessar;

(ċ) id-densità ta’ l-għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid u l-għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid;

(d) id-data tal-bidu u t-tul probabbli ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar.

Id-dikjarazzjoni għandha tkopri kwantità minima ta’:

(a) 1,3 tunellati metriċi għall-għeneb;

(b) 10 ettolitri għall-għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid;

(ċ) 3 ettorlitri għall-għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid.

3. B’żieda ma’l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-proċessuri jipprovdu aktar informazzjoni.

4. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tittimbra l-iskedi u d-dikjarazzjonijiet li għalihom jipprovdu l-paragrafi 1 u 2 u jibgħatu kopja lura lill-proċessur.

5. Bħala eċċezzjoni għall-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu proċeduri simplifikati għall-proċessuri li ma jużawx aktar minn 5 tunellati metriċi ta’ għeneb jew 40 hl ta’ għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid jew 12 hl ta’ għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid kull sena ta’l-inbid.

6. Il-proċessuri għandhom iżommu rekords tal-ħażniet li juru l-informazzjoni li ġejja meħuda mid-dokumenti li jakkumpanjaw jew ir-reġistri msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999:

(a) il-kwantitajiet u d-densità tal-materja prima mdaħħla fil-post tagħhom kull jum u, fejn japplika, l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ;

(b) il-kwantitajiet u d-densità tal-materja prima wżati kull jum;

(ċ) il-kwantitajiet ta’ sugu ta’ għeneb prodott kull jum;

(d) il-kwantitajiet ta’ sugu ta’ l-għeneb li jħalli l-posty tagħhom kull jum u l-isem u l-indirizz tad-destinatarju, jew il-kwantitajiet ta’ sugu ta’ għeneb użati kull jum mill-proċessur.

Id-dokumenti ta’ sostenn li jirrelataw mar-rekords tal-ħażniet għandhom jintgħamlu disponibbli lill-awtoritajiet ta’ spezzjoni fl-okkażjoni ta’ xi verifiki.

Artikolu 7

Regoli amministrattivi applikabbli għal utenti għall-għanijiet ta’ spezzjoni

1. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu ‘utent’ tfisser kull operatur li jwettaq xi waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin: ibbottiljar, ippakkjar jew il-presentazzjoni ta’ sugu ta’ l-għeneb jew suġu konċentra ta’ l-għeneb, magazzinaġġ bil-ħsieb ta’ bejgħ lill-impriża waħda jew aktar responsabbli għat-twettieq ta’ l-operazzjonijiet imsemmija qabel jew dawn li ġejjin, jew fit-tħejjija ta’ prodotti kommestibbli oħra minn dak is-sugu.

Operazzjonijiet bħal dawk jistgħu wkoll jitwettqu minn proċessuri kif imsemmija fl-Artikolu 3.

2. L-utenti għandhom jibgħatu lill-awtorita kompetenti fil-post tal-ħatt dikjarazzjoni bil-miktub li ma jkunux sejrin jipproċessaw is-sugu ta’ l-għeneb fil-prodotti ta’ l-inbid imsemmija fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jew il-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(1)(b) u (c) of ta’ dak ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu l-ħtiġiet għas-sottomissjoni ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet. Iżda, id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat qabel mas-sugu ta’ l-għeneb jew is-sugu konċentrat ta’ l-għeneb jintuża, u mhux aktar tard minn erba’ xhur wara s-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

L-esportazzjoni għandha titqies bħala kompatibbli ma’ dawk id-dikjarazzjonijiet.

3. Meta proċessuri jibgħatu sugu ta’ l-għeneb lil utent ġewwa l-Komunità:

(a) il-proċessuri għandhom jindikaw fuq id-dokumenbt li jakkumpanja msemmi fl-Artikolu 70(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jekk il-manifattur tas-sugu ta’ l-għeneb kienx jew ikunx suġġett għal applikazzjoni għall-għajnuna mingħandu u d-data attwali jew ippjanata tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni;

(b) l-utenti għandhom jibgħatu d-dokument li jakkumpanja lill-awtorità kompetenti tal-post tal-ħatt mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jirċievu l-prodott;

(ċ) meta l-utenti jibgħatu s-sugu li jkunu rċevew lill-operatur ieħor ġewwa l-Komunità huma għandhom jassiguraw li dak l-operatur jiffirma id-dikjarazzjoni tagħhom bil-miktub u għandhom jibgħatuha lill-awtorità kompetenti fil-limitu ta’ żmien iffissat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2;

(d) l-awtorità kompetenti, war li tkun irċeviet id-dikjarazzjoni bil-miktub, għandha tittimbra d-dokument li jakkumpanja u tibgħat kopja tad-dokument li jakkumpanja ittimbrat lill-proċessur tas-sugu ta’ l-għeneb in kwistjoni mhux aktar minn 30 jum wara li tirċievi dik id-dikjarazzjoni.

4. Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2729/2000 [**] ĠU L 316, tal-15.12.2000, p. 16., matul is-sena tas-suq l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw permezz ta’ kampjonar, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, biex jassiguraw li d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tkun ġiet rispettata. Il-verifiki għandhom jirrelataw għall-anqas ma’ 10 % tal-kwantitajiet koperti b’applikazzjonijiet għall-ittimbrar tad-dokumenti li jakkumpanjaw kif provdut għalihom fil-paragrafu 3(d) ta’ dan l-Artikolu riċevuti matul is-sena ta’ l-inbid ta’ qabel.

Artikolu 8

Applikazzjonijiet għall-għajnuna

1. Il-proċessuri kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) għandhom jibgħatu applikazzjonijiet għall-għajnuna lill-awtortà kompetenti ta’ l-Istat Membru mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tas-sena ta’ l-inbid. Dawn għandhom ikunu akkumpanjati bid-dokumenti li ġejjin

(a) kopja ta’ l-iskeda msemmija ta’ pproċessar;

(b) kopja tar-rekords tal-ħażniet imsemmija fl-Artikolu 6(6) jew sommarju tagħha; l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawk il-kopji u sommarji jkunu ċertifikati minn awtorità responsabbli għall-ispezzjonijiet.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu aktar dokumentazzjoni.

2. Il-proċessuri kif imsemmija fl-Artikolu 6(2) għandhom jibgħatu applikazzjonijiet għall-għajnuna lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru mhux aktar tard minn sitt xhur mit-tmiem ta’ l-operazzjonijiet ta’ pproċessar. Dawn għandhom ikunu akkumpanjati bid-dokumenti li ġejjin

(a) kopja tad-dikjarazzjoni msemmija ta’ l-ipproċessar;

(b) kopja tar-rekords tal-ħażniet imsemmija fl-Artikolu 6(6) jew sommarju tagħha; l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawk il-kopji u sommarji jkunu ċertifikati minn awtorità responsabbli għall-ispezzjonijiet.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jindikaw il-kwantitajiet ta’ materja prima attwalment ipproċessati u l-jum li fihom l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar kienu mitmuma.

3. Il-proċessur għandu jibgħat lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, mhux aktar tard minn sitt xhur wara li kun bagħat l-applikazzjoni għall-għajnuna:

(a) kopja tad-dokument li jakkumpanja ttimbrat mill-awtorità kompetenti kif preskritt fl-Artikolu 7(3)(d);

(b) kopja tad-dokument li jakkumpanja li jkollu fuqu t-timbru tad-dwana li jiċċertifika l-esportazzjoni.

4. Bħala eċċezzjoni għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu proċeduri simplifikati għall-proċesuri li jużaw mhux aktar minn 5 tunellati metriċi ta’ għeneb jew 40 hl ta’ għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid jew 12 hl ta’ għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid għal kull sena tas-suq. Dawn il-proċeduri għandhom jitlestew mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tas-sena ta’ l-inbid

Artikolu 9

Ammonti ta’ għajnuna u regoli

1. L-għajnuna għall-użu ta’ għeneb, għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid u għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid għandha tiġi ffissata għal kull unità ta’ kwantità ta’ materja prima attwalment użata kif ġej:

(a)għal għeneb: | Ewro 4,952 kull 100 kg; |

(b)għal għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid: | Ewro 6,193 kull hl; |

(ċ)għal għeneb magħsur konċentrat qbel ma jeħmer u jisr inbib: | Ewro 21,655 kull hl. |

2. Ħlief f’każi ta’ foza maġġuri, ebda għajnuna ma għandha titħallas fuq kwantitajiet ta’ materja prima f-eċċess tal-proporzjon li ġej bejn il-materja prima u s-sugu ta’ għeneb miksub:

(a) 1,3 għal għeneb, f’100 kg kull hl;

(b) 1,05 għal għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid, f’hl kull hl;

(ċ) 0,30 għal għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid, f’hl kull hl.

Fejn il-prodott miksub ikunu sugu konċentrat ta’ l-għeneb, dawn il-proporzjonijiet għandhom jiġu moltiplikati b’ħamsa.

Artikolu 10

Ħlas ta’ l-għajuna

L-awtorità kompetenti għandha tħallas l-għajuna fi żmien tlett xhur mid-data tal-presentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa msemmija fl-Artikolu 8.

Artikolu 11

Ħlasijiet bil-quddiem

1. Il-proċessuri jistgħu jitolbu ħlas bil-quddiem f’ammont ekwivalenti għall-għajuna msemmija fl-Artikolu 9 kalkolat fuq il-materja prima li jistgħu jipprovaw li daħlet fil-post tagħhom, sakemm ikunu ddepositaw garanzija ma’ l-awtorità kompetenti. Dik il-garanzija għandha tkun 120 % ta’ l-ammont ta’ l-avvanz.

2. L-avvanzi għandhom jitħallsu mill-awtorità kompetenti fi żmien tlett xhur mill-presentazzjoni tal-prova li l-granzija tkun ġiet depositata. Iżda, ebda avvanzi ma għandhom jitħallsu qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ l-inbid konċernata.

3. Wara li l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat id-dokumentazzjoni meħtieġa msemmija fl-Artikolu 8 il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu għandha tiġi rilaxxata kollha kemm hi jew f’parti skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 11a

Penalitajiet u każi ta’ forza maġġuri

1. Jekk il-proċessur jippresenta tard id-dokumentazzjoni meħtieġa msemmija fl-Artikolu 8, iżda fi żmien sitt xhur minn meta jiskadi l-limitu ta’ żmien imsemmi f’dak l-Artikolu, l-għajuna għandha titnaqqas bi 30 %.

Jekk il-proċessur jippresenta d-dokumentazzjoni wara li jkunu skadew is-sitt xhur imsemmija hawn fuq ebda għajuna ma għandha titħallas.

2. Jekk verifika turi li l-utent ma jkunx ikkonforma mad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(2) u (3) l-għajnuna għandha tinġabar lura mingħand il-proċessur. Jekk l-utent ikun domiċiljat fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikun domiċiljat il-proċessur l-Istat Membru konċernat għandu jinnotifika bin-non-konformità lill-Istat Membru fejn il-proċessur ikun domiċiljat mingħajr dewmien.

3. Ħlief f’każi ta’ forza maġġuri, jekk proċessuri jinstabu li ma jkunux ikkonformaw ma’ l-obbligi imposti fuqhom taħt dan il-Kapitolu ħlief għall-obbligu li jipproċessaw f’sugu ta’ l-għeneb il-materja prima koperta bl-applikazzjoni għall-għajnuna l-għajnuna għandha titnaqqas. L-Istat Membru konċernat għandu jiffissa r-rata ta’ dak it-tnaqqis.

4. Jekk il-kwantità ta’ materja prima attwalment użata tkun bejn il-95 % u d-99,9 % tal-kwanità li għaliha kien imħallas l-avvanz il-garanzija msemmija fl-Artikolu 11 għandha tintilaf għall-kwanità mhux ipproċessata matul is-sena ta’ l-inbid.

Ħlief fil-każi ta’ forza maġġuri, jekk il-kwantità ta’ materja prima attwalment użata hija anqas minn 95 % tal-kwantità li għaliha kien imħallas l-avvanz, il-garanzija għandha tintilef kollha kemm hi.

5. Fil-każi ta’ forza maġġuri, l-awtoritàkompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tistabbilixxi l-miżuri li tqies xierqa fid-dawl tar-raġunijiet invokati u għandha tinforma lill-Kummissjoni bihom."

2. L-Artikolu 13(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Is-saħħa potenzjali ta’ l-alkoħol tal-prodotti elenkati fil-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-figuri fit-tabella ta’ ekwivalenza fl-Anness I hawn mehmus għall-qari f’20 °C minn refrattormetru wżat skond il-metodu preskritt fl-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 558/93 [*] ĠU L 58, tal-11.3.1993, p. 50..

Tolleranza ta’ 0,2 għandha tkun permessa fil-verifiki mill-awtoritajiet kompetenti."

3. It-tielet paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 14:

"Iżda, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li diversi applikazzjonijiet għall-għajuna jkunu jistgħu jinbagħtu li jkunu jkopru uħud mill-operazzjonijiet biex tiżdied is-saħħa ta’ l-alkoħol."

4. L-artikolu li ġej 14a huwa miżjud:

"L-Artikolu 14a

Verifiki

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jassiguraw il-verifiki meħtieġa sabiex jivverifikaw b’mod partikolari l-identità u l-volum tal-prodott użat biex iżid is-saħħa alkoħolika u l-konformità ma’ l-Anness V, il-punti Ċ u D, li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

2. Il-produtturi għandhom ikunu obbligati li jippermettu f’kull żmien il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1."

5. L-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 16

Ħlas ta’ l-għajuna

L-awtorità kompetenti għandha tħallas l-għajnuna mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu wara t-tmiem tas-sena kurrenti ta’ l-inbid."

6. L-Artikolu 29(1)(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(c) il-qari miksub f’temperatura ta’ 20 °C b’refrattometru wżat skond il-metodu msemmi fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 558/93. Għandha tkun permessa tolleranza ta’ 0,5 għal għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbidu ta’ 1 għal għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid u għal għeneb magħsur rettifikat konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid."

7. L-Artikolu 34(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, prodotti taħt kuntratt jistgħu jgħaddu biss minn dawk it-trattamenti oneoloġiċi u proċessi hekk kif inhu meħtieġ għall-preservazzjoni tagħhom. Għandha tkun pernmessa varjazzjoni fil-volum imdaħħal fil-kuntratt li m’għandhiex teċċedi t-2 % għall-inbid u t-3 % għal għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid, għal għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid u għal għeneb magħsur rettifikat konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid. Fewjn tkun saret bidla tal-bettija, il-varjazzjoni permessa hija ffissata bejn 3 % u 4 % rispettivament."

8. L-Artikolu li ġej 35a huwa miżjud:

"L-Artikolu 35a

Verifiki

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa biex jassiguraw il-verifiki meħtieġa biex jivverifikaw l-identità u l-volum tal-prodotti koperti bil-kuntratt u l-konformità ma’ l-Artikolu 34.

2. Il-produtturi għandhom ikunu obbligati li jippermettu f’kull żmien il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1."

9. L-Artikolu 37 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 37

Ħlas ta’ l-għajuna

1. L-awtorità kompetenti għandha tħallas l-għajnuna mhux aktar tard minn tlett xhur minn meta tiskadi d-data tal-kuntratt tal-ħażna.

2. Fil-każi fejn kuntratt ikun ġie terminat skond l-Artikoli 33 jew 35, l-għajnuna li għandha titħallas għandha tkun fi proporzjon mal-tul ta’ żmien attwali tal-kuntratt. L-awtorità kompetenti għandha tħallas l-għajnuna mhux aktar tard minn tlett xhur mid-data li fiha jiġi terminat il-kuntratt."

10. L-Artikolu 38 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 38

Ħlasijiet bil-quddiem

1. Il-produtturi jistgħu jitolbu li jitħallas lilhom avvanz sakemm ikunu ddepositaw garanzija għal 120 % ta’ l-avvanz favur l-aġenzija ta’ intervent. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32, l-ammont ta’ l-avvanz għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi ta’ l-ammont ta’ għajnuna għall-prodotti in kwistjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 25.

2. L-avvanzi għandhom jitħallsu mill-awtorità kompetenti fi żmien tlett xhur mill-presentazzjoni tal-prova li l-granzija tkun ġiet depositata.

3. Malli l-għajnuna titħallas mill-awtorità kompetenti, il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rilaxxata.

Meta jintilef id-dritt għall-għajnuna skond l-Artikolu 36(1)(a), il-garanzija kollha għandha tintilef.

Fejn l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 36(1)(b) tirriżulta f’ammont ta’ għajnuna li jkun aktar baxx mis-somma diġà mħallsa, il-garanzija għandha titnaqqas b’120 % ta’ l-ammont imħallas żejjed ta’ l-għajnuna dovuta. Garanziji mnaqqsa b’dan il-mod għandhom jiġu rilaxxati mhux aktar tard minn tlett xhur wara d-data li fiha jiskadi l-kuntratt.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa fejn il-klawżola provduta fl-Artikolu 29(5)(i) hija applikata."

11. It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu43 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Għall-finijiet ta’ l-operazzjonijiet tad-distillazzjoni msemmija f’dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw il-konformità ma’ l-obbligazzjoni preskritta fit-tieni subparagrafu."

12. L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1 it-tieni subparagrafu li ġej huwa miżjud:

"L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li dan it-twassil għandu jseħħ qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu."

(b) Il-paragrafu 2 huwa mħassar.

13. L-Artikolu 46(3)(a)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(ii) fiż-żona ¬ tat-tkabbir ta’ l-inbid: żewġ litri ta’ alkoħol pur, skond is-saħħa attwali jew potenzjali/100 kġ fejn ikunu miksuba mill-varjetajiet elenkati fil-klassifikazzjoni ta’ varjetajiet tad-dwieli għall-unità amministrattiva konċernata bħala varjetajiet minbarra varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid; litri ta’ alkoħol pur, skond is-saħħa attwali jew potenzjali/100 kġ fejn ikunu miksuba mill-varjetajiet elenkati fil-klassifikazzjoni għall-unità amministrattiva konċernata unikament bħala varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid;.".

14. L-Artikolu 48 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 48

Għajnuna li għandha titħallas lid-distillaturi

1. L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 27(11)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tkun iffissta, skond il- % ta’ alkoħol skond il-volum u għal kull ettolitru ta’ prodott mikub mid-distillazzjoni, kif ġej:

(a) għal alkoħol newtru:

- miksub mill-karfa ta’ għeneb magħsur: Ewro 0,8453,

- miksub minn inbid u mill-fond ta’ l-inbid: Ewro 0,4106;

(b) għal spirti distillati minn karfa ta’ għeneb magħsur jew alkoħol mhux maħdum miksub minn karfa ta’ għeneb magħsur li jkollu saħħa alkoħolika ta’l-anqas ta’ 52 % vol.: Ewro 0,3985;

(ċ) għal spirti mill-inbid u alkoħol mhux maħdum miksub minn inbid u fond ta’ l-inbid: Ewro 0,2777.

Fejn id-distillatur jipprovdi evidenza li d-distillat jew alkoħol mhux maħdum miksub permezz ta’ distillazzjoni ta’ karfa ta’ għeneb magħsur kien użat mod ieħor milli bħala spirti distillati mill-karfa ta’ l-inbid magħsur, ammont ieħor ta’ Ewro 0,3139/% vol./hl għandu jitħallas.

2. Ma tkun dovuta ebda għajnuna għal kwantitajiet ta’ nbid imwassla għad-distillazzjoni li jeċċedu l-obbligazzjoni tal-produttur kif hemm provdut għaliha fl-Artikolu 45 b’aktar minn 2 %."

15. L-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Produtturi li, matul is-sena ta’ l-inbid in kwistjoni, ma jipproduċux aktar minn 25 ettolitro ta’ inbid jew għeneb magħsub qabel ma jeħmer u jsir inbid huma nnifishom fil-post tagħhom għandhom ikunu ħielsa li ma jwasslu ebda kwantitajiet."

(b) il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud:

"4. Taħt l-Artikolu 27(8) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu, fir-rigward tat-territorju kollu tagħhom jew parti minnu, li produtturi li ma jeċċedux livell ta’ produzzjoni li għandu jiġi stabbilit, u prodott minnhom stess fil-post tagħhom, jistgħu jwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom li jwasslu l-prodotti sekondarji msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dak l-Artikolu billi jirtiraw dawk il-prodotti taħt superviżjoni. Iżda, l-livell ta’ produzzjoni m’għandux jeċċedi 80 hl ta’ inbid jew għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid."

16. L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 48 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Produtturi suġġetti għal xi waħda mill-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 45 u 54 li jkunu wassla ta’ l-anqas 90 % tal-kwantità ta’ prodott li huma għandhom l-obbligu li jwasslu qabel il-15 ta’Lulju tas-sena ta’ l-inbid kurrenti jistgħu jwettqu dik l-obbligazzjoni billi jwasslu l-kwantità li jibqa’ qabel data li għandha tiġi ffissata mill-awtorità kompetenti nazzjonali, li ma tistgħax tkun wara l-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ l-ibid ta’ wara."

17. L-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 5 it-tieni subparagrafu li ġej huwa miżjud:

"Fil-każ ta’ distillazzjoni kif imemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolamen (KE) Nru 1493/1999, u fejn l-Istat Membru jagħmel differenza fil-prezz tax-xiri għall-ħażna skond il-ħsad kull ettaru kif hemm provdut fl-Artikolu 55(2), il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ta’ seba’ xhur."

(b) il-paragrafu 6 huwa mħassar.

18. L-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Il-prezz li għandu jitħallas lid-distillatur mill-awtorità kompetenti għall-prodott inwassal għandu jkun iffissat f’ % vol./hl kif ġej:

(a) distillazzjoni taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999:

- alkoħol mhux maħdum miksub mill-karfa ta’ l-inbid magħsur: Ewro 1,872,

- alkoħol mhux maħdum miksub minn inbid u fond ta’ l-inbid: Ewro 1,437;

(b) distillazzjoni taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999:

- alkoħol mhux maħdum miksub minn inbid: Ewro 1,799.

Fejn l-a;koloħ jinħażen fil-post fejn kun ġie prodott, il-prezzijiet ta’ hawn fuq għandhom jitnaqqsu b’Ewro 0,5 għal kull ettolitru ta’ alkoħol."

(b) il-paragrafu 3 huwa mħassar.

19. It-tielet paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 67(1):

"L-avvanz fuq il-prezz li għandu jitħallas lid-distillatur mill-aġenzija ta’ intervent, hekk kif jista’ jkun provdut għalih taħt id-distillazzjoni msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għandu jkun l-istess bħala dak ta’ l-għajnuna li hemm provdut għaliha fit-tieni subparagrafu."

20. LArtikolu 73(2) huwa mħassar:

21. L-Artikolu 74 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4. L-aġenzija ta’ intervent għandha tirkupra mill-produttur ammont ugwali għall-ammont kollu ta’ l-għajnuna jew l-avvanz jew parti minnu li għandu jitħallas lid-distillatur fil-każi fejn produttur ma jikkonformax mal-ħtiġiet preskritti fir-regoli tal-Komunità għall-operazzjoni ta’ distillazzjoni in kwistjoni, għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) nuqqas li tiġi presentata d-dikjarazzjoni tal-ħsad, produzzjonijiet jew ħażna fil-limitu ta’ żmien konċess;

(b) il-presentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-ħsad, produzzjoni jew ħażna miżjuba mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li tkun inkompleta jew mhux eżatta, fejn it-tagħrif nieqes jew inkorrett ikun essenzjali għall-applikazzjoni tal-miżura konċernata;

(ċ) in-nuqqas li jitħarsu l-obbligi preskritti fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 fejn il-ksur jinkixef jew jiġi notifikat lid-distillatur wara l-ħlas tal-prezz minimu fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet ta’ qabel.

Fil-każ li għalih jipprovdi l-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu l-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jkun stabbilit skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2001 [*] ĠU L 176, tad-29.6.2001, p. 14..

Fil-każ li għalih jipprovdi l-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu l-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jkun stabbilit skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2001.

Fil-każ li għalih jipprovdi l-punt (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu l-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jkun l-għajnuna kollha jew l-avvanz imħallas lid-distillatur."

(b) il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

"5. Jekk jinstab li d-distillatur ma jkunx ħallas il-prezz tax-xiri lill-produttur fil-limitu ta’ żmien preskritt bl-Artikolu 65(7), l-aġenzija ta’ intervent għandha tħallas lill-produttur, qabel l-1 ta’ Ġunju li jiġi wara is-sena ta’ l-inbid konċernata, ammont ugwali ta’ għajnuna jew avvanz, fejn xieraq permezz ta’ l-intermedjarju ta’ l-aġenzija ta’ intervent fl-Istat Membru tal-produttur. F’dak il-każ, ebda għġajnuna jew avvanz ma tkun dovuta lid-distillatur."

22. L-Artikolu 86 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 86

Ftuħ ta’ proċeduri bl-appalt

Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, tista’ toħroġ invit wieħed jew aktar bl-appalt kull tlett xhur għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi terzi għall-użu finali biss fis-settur tal-karburanti għall-muturi. L-alkoħol konċenat għandu jiġi mportat u deidrat fil-pajjiż terz għall-użu fis-settur tarl-karburanti għall-muturi f’pajjiż terz biss."

23. L-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:

(a) it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-ordni tat-tneħħija għandha turi sa liema data l-alkoħol għandu fiżikament jitneħħa mill-maħżen ta’ l-aġenzija ta’ intervent konċernata. Il-limitu ta’ żmien għat-tneħħija ma jistgħax ikun aktar minn tmint ijiem mid-data tal-ħruġ ta’ l-ordni tat-tneħħija. Iżda, fejn l-ordni tat-tneħħija tkopri aktar minn 25000 hl il-limitu ta’ żmien jista’ jkun ta’ aktar minn tmint ijiem wara iżda mhux aktar minn 15-il jum wara."

(b) il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"10. L-alkoħol għandu fiżikament jitneħħa mill-maħżen ta’ kull aġenzija ta’ intervent konċernata sa limitu ta’ żmien li għandu jiġi ffissat meta l-invit għall-appalt jinħareġ skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999."

24. L-Artikolu 93(6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"6. L-alkoħol għandu fiżikament jitneħħa mill-maħżen ta’ kull aġenzija ta’ intervent konċernata sa limitu ta’ żmien li għandu jiġi ffissat meta jinfetaħ il-bejgħ pubbliku skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999."

25. LArtikolu 95(3) huwa mħassar:

26. Il-paragrafu 4 li ġej qiegħed jiżdied ma’ l-Artikolu 101:

"4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta l-alkoħol jiġi esportat lejn pajjiżi terzi għall-użu finali fis-settur tal-karburant tal-muturi biss, il-verifiki għall-użu attwali tiegħu għandhom jitwettqu sal-mument meta l-alkoħol jitħallat ma’ aġent snaturat fil-pajjiż ta’ destinazzjoni.

Fejn l-alkoħol jiġi disponut għall-użu bħala bio-etanol fil-Komunità, dawk il-verifiki għandhom jitwettqu sal-mument li l-alkoħol jitwassal sa impriża taż-żejt li tuża l-bio-etanol jew lil ditta approvata kif muri fl-Artikolu 92, fein is-sorveljanza msemmija fis-subparagrafu 3 hija garantita mimeta l-alkoħol jitwassal lil dik id-ditta approvata.

Fil-każi li għalihom jipprovdu l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-alkoħol konċernat għandu jibqa’ taħt is-sorveljanza ta’ korp uffiċjalili jiggarantixxi l-użu tiegħu fis-settur tal-karburanti għall-muturi taħt arranġamenti speċjali ta’ taxxa li jeħtieġu dak l-użu finali."

27. L-Artikolu li ġej 102a huwa miżjud mat-Titolu IV:

"L-Artikolu 102a

Deroga mill-limiti ta’ żmien għall-ħlas

Bħala eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-limiti ta’ żmien għall-ħlas mogħtija lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri skond dan ir-Regolament, jekk dik l-awtorità jkollha dubji ġustifikati dwar l-eliġibilità tal-benefiċjarju għall-għajnuna, hija għandha twettaq il-verifiki meħtieġa u l-ħlas m’għandux isir sakemm l-eliġibilità għall-għajnuna kun ġiet rikonoxxuta."

28. L-Artikolu 103 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 103

Notifikazzjonijiet lill-Kummissjoni

1. Fil-każ ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata ta’ nbid u għneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid taħt it-Titolu III, Kapitolu I, tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw:

(a) mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena t’ l-inbid li tiġi wara dik li fiha l-kuntratti kienu konklużi, il-kwantitajiet ta’ għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid ipproċessati f’għeneb magħsur konċentra qabel ma jeħmer u jsir inbid jew f’għeneb magħsur rettifikat konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid matulil-perjodu ta’ validità tal-kuntratt, u l-kwantitajiet hekk miksuba;

(b) sal-5 ta’ Marzu l-aktar tard tas-sema kurrenti ta’ l-inbid, il-kwantitajiet ta’ prodotti taħt kuntratt sas-16 ta’ Frar.

2. Fil-każ ta’ distillazzjoni taħt l-Artikoli 27, 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw sa l-aħħar ta’ Ottubru, Diċembru, Frar, April, Ġinju u Awissu:

(a) il-kwantitajiet ta’ nbid, fond ta’ l-inbid u nbid fortifikat għad-distillazzjoni li jkunu ġew distillati fix-xahrejn ta’ qabel;

(b) il-wantitajiet ta’ alkoħol maqsuma f’alkoħol newtru, alkoħol mhux maħdum u spirti distillati mill-inbid,

- proċessati matul il-perjodu ta’ qabel,

- meħuda mill-aġenzija ta’ intervent matul il-perjodu ta’ qabel,

- disponuti mill-aġenziji ta’ intervent matul il-perjodu ta’ qabel u l-perċentwali ta’ dawk il-kwantitajiet esportati u l-prezz tal-bejgħ imħallas,

- miżm,uma mill-aġenzija ta’ intervent fit-tmiem tal-perjodu ta’ qabel.

3. Dwar id-disponiment ta’ alkoħol meħud mill-aġenziji ta’ intervent, kif imsemmi fl-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fl-aħħar ta’ kull xahar:

(a) il-kwantitajiet ta’ alkoħol fiżikament imneħħija matul ix-xahar ta’ qabel taħt proċedura bl-appalt;

(b) il-kwantitajiet ta’ alkoħol fiżikament imneħħija matul ix-xahar ta’ qabel wara bejgħ pubbliku.

4. Fil-każ ta’ distillazzjoni taħt l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fl-aħħar ta’ kull xahar:

(a) il-kwantitajiet ta’ inbid distilat matul ix-xahar ta’ qabel;

(b) il-kwantitajiet ta’ alkoħol li kkwalifikaw għal għal għajnuna sekondarja matul ix-xahar ta’ qabel.

5. Fil-każ ta’ għajnuna għal għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid konċentrat u rettifikat konċentrat, użat għal arrikkiment kif hemm provdut fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ l-inbid li tiġi wara dik kurrenti:

(a) in-numru ta’ produtturi li jkunu rċevew l-għajnuna;

(b) il-kwantitajiet ta’ nbid arrikkit;

(ċ) il-kwantitajiet ta’ għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid u ta għeneb magħsur rettifikat konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid użati għall-arrikkiment, espressi f’termini ta’ saħħa potenzjali ta’ alkoħol skond il-volum kull ettolitru u mqassma skond iż-żona ta’ oriġini ta’ tkabbir ta’ l-inbid.

6. Fil-każ ta’ għajnuna għall-manifattura ta’ sugu ta’ l-għeneb u prodotti kommestibbli oħra minn dak is-sugu ta’ l-għeneb kif hemm provdut fl-Artikolu 35(1)(a) fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mhux aktar tard sat-30 ta’ April fir-rigward tas-sena ta’ l-inbid ta’ qabel:

(a) il-kwantitajiet ta’ materja prima koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, mqassma skond it-tip;

(b) il-kwantitajiet ta’ materja prima li fuqhom kienet ingħatat l-għajnuna, mqassma skond it-tip.

7. Fil-każ ta’ għajnuna għall-manifattura ta’ ċerti prodotti fir-Renju Unit u l-Irlanda kif hemm provdut fl-Artikolu 35(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mhux aktar tard mit-30 ta’ April fir-rigward tas-sena ta’ l-inbid ta’ qabel:

(a) il-kwantitajiet ta’ għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid u ta’ għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, mqassma skond iż-żona ta’ oriġini ta’ tkabbir ta’ l-inbid;

(b) il-kwantitajiet ta’ għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid u ta’ għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid li fuqhom kienet ingħatat l-għajnuna, mqassma skond iż-żona ta’ oriġini ta’ tkabbir ta’ l-inbid;

(ċ) il-prezzijiet imħallsa mill-manifattur u l-operaturi għall-għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid u għall-għeneb magħsur konċentrat qabel ma jeħmer u jsir inbid.

8. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw:

(a) mhux aktar tard mit-30 ta’ April għas-sena ta’ l-inbid ta’ qabel, il-każi fejn id-distillaturi u dwak li jagħmlu nbid fortifikat għad-distillazzjoni jkunu naqsu li jħarsu l-obbligi tagħhom u l-azzjoni meħuda per konsegwenza;

(b) Għaxart ijiem qabel l-aħħar ta’ kull kwat, l-azzjoni meħuda b’risposta għall-appelli fuq il-bażi ta’ kawża maġġuri u l-passi meħuda f’dawk il-każi mill-awtoritajiet kompetenti fil-każi koperti b’dan ir-Regolament."

29. It-Titolu ta’ l-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Tabella ta’ ekwivalenza bejn is-saħħa potenzjali alkoħolika u l-qari miksub f’20 °C b’refrattometru wżat skond il-metodu preskritt fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 558/93."

30. L-Anness IV huwa sostitwit bit-test ta’ l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(7), (16), (19), (20), (21) u (29) għandu jgħodd mill-1 ta’ Awissu 2000.

L-Artikolu 1(1), (2), (3), (4), (5), (6), (8), (9), (10), (11), (12), (13), (14), (15), (17), (18), (27) u (28) għandu jgħodd mill-1 ta’ Awissu 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ April 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta' l-14.7.1999, p. 1.

[2] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 10.

[3] ĠU L 194, tal-31.7.2000, p. 45.

[4] ĠU L 272, 10.10.0202, p. 15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS IV

METODU TA’ ANALIŻI TAL-KOMUNITÀ GĦAL ALKOĦOL NEWTRU

I. ĠENERALI

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness:

(a) il-limitu tar-repettittività huwa l-valur li taħtu id-dfferenza bejn żewġ riżultati ta’ test waħdiena miksuba taħt l-istess kondizzjonijiet (l-istess operatur, l-istess apparat, l-istess laboratorju u intervall qasir ta’ żmien) huwa mistenni li jkun bi probabbilità speċifika;

(b) il-limitu ta’ riproduċibilità huwa l-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn żewġ riżultati ta’ test waħdieni miksuba taħt kondizzjonijiet differenti (operaturi differenti, apparat differenti u/jew laboratorji differenti u/jew żmien differenti) jista’ jkun mistenni li jkun bi probabbilit_4 speċifika.

L-espressjoni "riżultat ta’ test waħdien" i tfisser il-valur miksub meta l-metodu ta’ test standardised jiġi applikat kollu kemm hu darba għal kampjun waħdieni. Sakemm ma jkunx dijarat mod ieħor, il-probabbilità għandha tkun 95 %.

II. METODI

Introduzzjoni

1. PREPARAZZJONI TAL-KAMPJU GĦALL-ANALIŻI

1.1. Ġenerali

Il-volum tal-kampjun tal-laboratorju maħsub għall-analiżi għandu normalment ikun 1,5 l sakemm ma tkunx maħtieġa kwantità akbar għal stabbiliment speċifiku.

1.2. Preparazzjoni tal-kampjun

Il-kampjun għandu jintgħamel omoġeneju qabel l-analiżi

1.3. Priservazzjoni

Il-kampjun preparat għandu dejjem jinżamm f’kontenitur li ma tidħolx arja u umdità u maħżun sabiex tiġi prevenuta d-deterjorazzjoni; b’mod partikolari siġilli tas-sufra, lastku u plastik m’għandhomx jiġu f’kuntatt dirett ma’ l-alkoħol u l-użu ta’ xama’ li tissiġilla huwa espressament ipprojbit.

2. RIAĠENTI

2.1. Ilma

2.1.1. Kull fejn jissemma’ l-ilma għall-finijiet ta’ soluzzjoni, diluzzjoni jew ħasil, il-finijiet ta’ diluzzjoni jew ħasil, ilma distillat jew ilma dimineralizzat ta’ l-anqas ta’ purità ekwivalenti għandu jintuża.

2.1.2. Kull fejn issir referenza għal "soluzzjoni" jew "diluzzjoni", mingħajr ebda indikazzjoni oħra ta’ riaġent, soluzzjoni akweja hija maħsuba.

2.2. Kimika

Il-kimika kollha għandha tkun ta’ kwalità analitika riaġenti ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor.

3. APPARAT

3.1. Lista ta’ apparat

Il-lista ta’ l-apparat fiha biss dawk l-oġġetti li għandhom użu speċjalizzat jew oġġetti bi speċifikazzjoni partikolari.

3.2. Miżien analitiku

Miżien analitiku tfisser miżien b’sensitività ta’ 0,1 mġ jew aħjar.

4. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

4.1. Riżultati

Ir-riżultat dikjarat fir-rapport analitiku huwa l-valur medju miksub minn ta’ l-anqas żewġ stabbilimenti, li r-repettittività (r) tiegħu tkun sodisfaċenti.

4.2. Kalkolazzjoni tar-riżultati

Ħlief fejn mod ieħor speċifikat, ir-riżultati għandhom ikun kalkolati bħala ġ kull hl ta’ etanol f’100 % vol.

4.3. Numru ta’ figuri sinjifikanti

Ir-riżultat m’għandux ikollu aktar figuri sinjifikanti minn dak li huwa ġustifikat mill-preċiżjoni tal-metodu ta’ l-analżi wżat.

Metodu 1: Stabbiliment tal-kontenut ta’ l-alkoħol

Is-saħħa alkoħolika skond il-volum ta’ l-alkoħol għandha tiġi stabbilita skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti jew, fil-każ ta’ disputa, permezz ta’ alkoħolometri jew idrometri kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 76/765/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’ alkoħolimetri u idrometri ta’ l-alkoħol(1).

Hija għandha tiġi espressa bħala perċentwali skond il-volum, kif preskritt fid-Direttiva tal-Kunsill 76/766/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mat-tabelli ta’ l-alkoħol(2).

Metodu 2: Evalwazzjoni tal-kulur u/jew kjarezza

1. KAMP U QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

Il-metodu jippermetti li jiġi stmat il-kulur u/jew il-kjarezza ta’ alkoħol newtru.

2. DEFINIZZJONI

Il-kulur u/jew kjarezza: il-kulur u/jew il-kjarezza kif stmati bil-proċedura speċifikata.

3. PRINĊIPJU

Il-kulur u l-kjarezza huma stmati viżwalment permezz ta’ tqabbil ma’ ilma kontra sfond abjad u sfond iswed rispettivament.

4. APPARAT

Ċ ilindri tal-ħġieġ, bla kulur, ta’ l-anqas ta’ għoli ta’ 40 ċm.

5. PROĊEDURA

Qiegħed żewġ ċilindri tal-ħġieġ (4) fuq l-isfond abjad jew l-isfond iswed u imla ċilindri wieħed bil-kampjun sa fond ta’ bejn wieħed u ieħor 40 ċm u l-ieħor bl-ilma sa l-istess fond.

Osserva l-kampjun minn fuq jiġifieri mit-tul taċ-ċilindru, qabblu maċ-ċilindru ta’ paragun.

6. INTERPRETAZZJONI

Istma l-kulur u/jew il-kjarezza tal-kampjun meta osservat kif imniżżel fil-5.

Metodu 3: Stabbiliment taż-żmien biex jiċċara l-permanganat

1. KAMP U QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

Il-metodu jistabbilixxi ż-żmien biex jiċċara l-permanganat ta’ alkoħol newtru.

2. DEFINIZZJONI

Il-żmien biex jiċċara l-permanganat, kif stabbilit bil-metodu speċifikat, huwa n-numru ta’ minuti meħtieġa biex il-kulur tal-kampjun jiġi jaqbel ma’ dak tal-kulur standard wara ż-żieda ta’ 1 ml ta’ 1 mmol/l soluzzjoni ta’ permanganat tal-potassju ma’ 10 ml tal-kampjun.

3. PRINĊIPJU

Iż-żmien biex il-kulur tal-kampjun, wara ż-żieda tal-permanganat tal-potassju, jiġi jaqbel mal-kulur standard huwa stabbilit u definit bħala ż-żmien biex jiċċara l-permanganat.

4. RIAĠENTI

4.1. Soluzzjoni ta’ permanganat tal-potassju, 1 mmol/l. Ipprepara minnufih qabel l-użu.

4.2. Kulur tas-soluzzjoni A (aħmar)

- Iżen eżattament 59,50 ġ CoCl2.6H2O,

- ipprepara taħlita ta’ 25 ml aċidu idrokloriku (P20 = 1,19 ġ/ml) u 975 ml ilma,

- żid cobalt chloride ma taħlita ta’ bejn wieħed u ieħor HCI/ilma fi fjaskun volumetriku ta’ 1000 ml u żid sal-marka bil-bqija tat-taħlita f’20 °C.

4.3. Kulur tas-soluzzjoni B (isfar)

- Iżen eżattament 45,00 g FeCl3.6H2O,

- ipprepara taħlita ta’ 25 ml aċidu idrokloriku (P20 = 1,19 ġ/ml) u 975 ml ilma u wara kompli bil-kwantità miżuna ta’ kloridu ferriku bħal tal-kulur tas-soluzzjoni A.

4.4. Kulur tas-soluzzjoni standard

Iġbed b’pipetta 13 ml tas-soluzzjoni tal-kulur A u 5,5 ml tal-kulur tas-soluzzjoni B fi fjaskun volumetriku ta’ 100 ml u żid sal-marka b’ilma f’20 °C.

Nota:

Is-soluzzjonijiet tal-kuluri A u B jistgħu jinħażnu fl-arka f’4 °C għal diversi xhur; il-kulur standard għandu jiġi preparat frisk minn żmien għal żmien.

5. APPARAT

5.1. 100 ml Nessler tubles ta’ ħġieġ trasparenti mingħajr kulur, gradwati sa 50 ml, b’tapp ta’ ħġieġ matt, jew test tubes, mingħajr kulur, ta’ dijametru ta’ bejn wieħed u ieħor ta’ 20 mm.

5.2. Pipetti, 1, 2, 5, 10 u 50 ml.

5.3. Termometru, b’firxa sa 50 °C fi 0,1 jew 0,2 °C.

5.4. Miżien analitiku

5.5. Banju ta’ l-ilma, kontrollat termostatikament f’20 ± 0,5 °C.

5.6. Fjaskuni volumetriċi, 100 u 1000 ml b’tappijiet ta’ħġieġ matt.

6. PROĊEDURA

6.1. - Iġbed b’pipetta 10 ml tal-kampjun f’test tube jew 50 ml f’Nessler tube,

- qiegħed fil-banju ta’ l-ilma f’20 °C,

- żid 1 ml jew 5 ml, skond il-kwantità użata tal-kampjun, ta’ 1 mmol/l KMnO4, soiluzzjoni, żid u ħalli fil-banju ta’ l-ilma f’20 °C,

- innota l-ħin,

- iħbed b’pipetta 10 ml tal-kulur standard f’test tube ta’ l-istess dijametru jew 50 ml tal-kulur standard f’Nessler tube,

- osserva l-bidla fil-kulur tal-kampjun u qabblu mal-kulur standard kontra l-isfond abjad minn żmien għal żmien,

- innota l-ħin li fih il-kulur tal-kampjun isir l-istess bħal dak tal-kulur standard.

Nota:

Oqgħod attent li ma tesponix is-soluzzjoni tal-kampjun għad-dawl dirett tax-xemx matul it-test.

7. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

7.1. L-interpretazzjoni tal-ħin biex jiċċara għandha tkun il-ħin meħtieġ biex il-kulur tat-tubu tal-kampjun isir jaqbel ma’ dak tat-tubu standard.

Għal alkoħol newtur dak il-ħin għandu ta’ l-anqas ikun ta’ 18-il minuta f’temperatura ta’ 20 °C.

7.2. Ripettittività

Id-differenza fil-ħinijiet taż-żewġ testijiet, imwettqa simultanjament jew minnufih wara xulxin, mill-istess analista, fuq l-istess kampjun, taħt l-istess kondizzjonijiet, m’għandhiex teċċedi ż-żewġ minuti.

8. NOTI

8.1. Traċċi ta’ manganese dioxide għandhom effett katalistiku fuq ir-reazzjoni, assigura li l-pipetti u test tubes li jintużaw ikunu tnaddfu skrupolożament u li jiġu esklussivament riservati għal dan il-għan. Naddafhom b’aċidu idrokloriku u laħlaħhom sew bl-ilma, ebda kolorazzjoini kannella m’għandha tkun tidher fuq l-apparat tal-ħġieġ.

8.2. Il-kwalità ta’ l-ilma għall-preparazzjoni tas-soluzzjoni dilwita tal-permanganat (4.1) għandha tkun immonitorjata sewwa; m’għandhiex tikkonsma xi permanganat. Jekk il-kwalità meħtieġa ma tistax tinkiseb, l-ilma distillat għandu jitgħalla u kwantità żgħira ta’ permanganat miżjuda sabiex jinkiseb kulur roża ċar ħafna. Dan għandu jitħalla jiksaħ u wżat għad-diluzzjoni.

8.3. Għal xi kampjuni d-dekolorazzjoni tista’ seħħ mngħajr ma tgħaddi mill-kulur eżatt tas-soluzzjoni ta’ referenza.

8.4. It-test tal-permanganat jista’ jqarraq meta l-kampjun ta’ alkoħol għall-analiżi ma jkunx inħażen fi fjaskun tal-ħġieġ nadif għal kollox, issiġillat jew b’tapp tal-ħġieġ matt li jkun tlaħlaħ bl-alkoħol jew tapp ieħor miksibil-landa jew l-aluminju.

Metodu 4: Stabbiliment ta’ aldehydes

1. KAMP U QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

Il-metodu jistabbilixxi l-aldehydes, espressi bħala acetaldehyde, f’alkoħol newtru.

2. DEFINIZZJONI

Il-kontenut aldehyde: il-kontenut ta’ l-aldehydes, espress bħala acetaldehyde, huwa stabbilit bil-metodu speċifikat.

3. PRINĊIPJU

Il-kulur miksub wara r-reazzjoni tal-kampjun bir-riaġent Schiff huwa mqabbel mas-soluzzjonijiet standard li jkollhom kontenut magħruf ta’ acetaldehyde.

4. RIAĠENTI

p-rosaniline hydrochloride (fuchsin bażiku)

sodium sulphite jew anhydrous sodium metabisulphite

aċidu idrokloriku, densità p20 = 1.19 ġ/ml

karbun ativ mitħun

soluzzjoni ta’ lamtu, ppreparata minn 1 ġ lamtu li jdub u 5 mg Hgl2 (preservattiv) li hija mdendla fi ftit ilma kiesaħ, imħallta ma’ 500 ml ilma jagħli, mgħolli għal 5 minuti u ffiltrat meta jiksaħ.

soluzzjoni ta’ jodju, 0,05 mol/l

1-amino-etanol CH3.CH(NH2)OH (MW 61.08)

riaġent Schiff

- Dewweb 5,0 ġ ta’ p-rosaniline hydrochloride midħun ma’ madwar 1000 ml ta’ ilma sħun fi fjaskun volumetriku ta’ 2000 ml,

- ħalli fil-banju ta’ l-ilma sakemm idub għal kollox jekk meħtieġ,

- dewweb 30 ġ anhydrous sodium sulphite (jew kwantità ekwivalenti ta’ sodium metabisulphite) f’madwar 200 ml ilma u żid is-soluzzjonijiet kiesħa prosaniline,

- ħalliha toqgħod għal xi 10 minuti,

- żid 60 ml aċidu idrokloriku (p20 = 1,19 ġ/ml),

- fejn is-soluzzjoni tkun bla kulur – kemxejn kolorazzjoni fil-kannella tista’ tiġi njorata - żid sal-marka bl-ilma,

- jekk meħtieġ iffiltra bi ftit karbun attiv fuq filtru mitwi biex is-soluzzjoni tintgaħmel mingħajr kulur.

Noti:

(1) Ir-riaġent Schiff għandu jkun ippreparat ta’l-anqas 14-il jum qabel ma jintuża.

(2) Il-kontenut ħieles SO2 fir-riaġent għandu jkun bejn 2,8 u 6,0 mmol/100 ml, il-pH għandha tkun 1.

Stabbiliment ta’ SO2 ħieles

- Iġbed b’pipetta 10 ml tar-riaġent Schiff fi fjaskun Erlenmeyer ta’ 250 ml,

- żid 200 ml ilma,

- żid 5 ml soluzzjoni ta’ lamtu,

- ittitra b’0,05 mol/l soluzzjoni ta’ jodju sal-limitu tal-lamtu,

jekk il-kontenut ħieles SO2 ikun bara l-firxa indikata għandu jkun jew:

- imtalla’ bi kwantità kalkolata ta’ sodium metabisulphite (0,126 g Na2SO3/100 ml riaġent kull mmol SO2 nieqes), jew

- imniżżel permezz ta’ arja bil-bżieżaq parmezz tar-riaġent.

Kalkolazzjoni ta’ SO2 ħieles fir-riaġent.

mmol ħieles SO2/100 ml riaġent:

=

soluzzjoni ta’ jodju kkunsmata f’ml (0,05 mol/l) · 3,2 · 10064 · 10

=

soluzzjoni ta’ jodju kkunsmata ml (0,05 mol/l)2

Importanti:

Jekk jintużaw mezzi oħra biex jiġi preparat ir-riaġent Schiff, is-sensitività tar-riaġent għandha tiġi verifikata sabiex matul it-test:

- ma jkun hemm ebda kolorazzjoni bl-alkoħol ta’ referenza ħieles mill-aldehyde,

- il-kolorazzjoni roża għandha tkun tidher minn 0,1 ġ acetaldehyde għal kull hl ta’ alkoħol f’100 % vol.

(3) Purifikazzjoni ta’ 1-amino-etanol kummerċjali

- Dewweb għal kollox 5 ġ 1-amino-etanol f’madwar 15 ml etanol assolut,

- żid madwar 50 ml ta’ diethyl ether niexef (1-amino-etanol jippreċipita),

- ħalli għal diversi siegħat f’refriġeratur,

- neħħi l-kristalli permezz ta’ filtru u aħsel bid-diethyl ether niexef,

- nixxef għal minn 3 sa erba’ siegħat f’dessikatur fuq aċidu sulfuriku f’vakwu parzjali.

Nota:

Il- 1-araino-etanol imnaddaf għandu jkun abjad; jekk le, iirepeti l-proċess ta’ rikristallizzazzjoni.

5. APPARAT

5.1. Tubi kolorimetriċi, b’kull wieħed provdut b’tapp ta’ħġieġ matt, b’kapaċità ta’ 20 ml.

5.2. Pipetti ta’ 1 ml, 2 ml, 3 ml, 4 ml, 5 ml u 10 ml.

5.3. Banju ta’ l-ilma, kontrollat termostatikament f’20 ± 0,5 °C.

5.4. Spektrofotometru b’reċipjenti ta’ 50 mm tul.

6. PROĊEDURA

6.1. Rimarka preliminari

Meta jintuża dan il-metodu biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ aldehyde assigura li l-kontenut ta’ alkoħol tal-kampjun ikun ta’ l-anqas 90,0 % vol. Jekk le għandu jittalla’ billi żżidd ammonti korrispondenti ta’ etanol ħieles mill-aldehyde.

6.2. Kurva ta’ kalibrazzjoni

- Iżen eżattament 1,3860 g 1-amino-etanol purifikat u mnixxef fuq miżien analitiku.

- Qiegħed fi fjaskun volumetriku ta’ 1000 ml u żid l-etanol ħieles mill-aldehyde ħieles mill-ethanol, żid sal-marka f’20 °C. Il-kontenut tas-soluzzjoni 1 ġ/l acetaldehyde.

- ipprepara s-serje ta’ diluzzjonijiet f’żewġ stadji biex tipproduċi 10 soluzzjonijiet ta’ referenza li jkun fihom 0,1 sa 1,0 mg acetaldehyde kull 100 ml ta’ soluzzjoni.

- Stabbilixxi l-valuri ta’ assorbenza għal dawn is-soluzzjonijiet ta’ referenza skond is-6.3 u pinġi graff.

6.3. Stabbilixxi l-kontenut ta’ aldehyde

- Iġbed b’pipetta 5 ml tal-kampjun f’tubi kolorimetriku.

- Żid 5 ml ilma, ħawwad u żomm f’temperatura kostanti ta’ 20 °C.

- Fl-istess ġin għamel bjank billi tuża 5 ml ta’ etanol ħieles mill-aldehyde f’96 % vol, żid 5 ml ilma u żomm f’yemperatura ta’ 20 °C.

- Imbagħad żid 5 ml tar-riaġent Schiff ma’ kull tubu, għalaq bit-tapp tal-ħġieġ matt u ħallat sew.

- Żomm fil-banju ta’ l-ilma għal 20 minuta f’20 °C.

- Qiegħed il-kontenuti fir-reċipjenti.

- Stabbilixxi l-valuri ta’ assorbenza f’546 nm.

Noti:

(1) Biex tistabbilixxi l-figuri aldehyde huwa meħtieġ li tivverifika l-validità tal-kurvi ta’ kalibrazzjoni billi tqabbilhom mas-soluzzjoni tat-test; jekk le, il-kurva ta’ kalibrazzjoni għandha terġa titħejja mill-ġdid.

(2) Assigura li l-bjank ikun dejjem mingħajr kulur.

7. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

7.1. Formola u metodu ta’ kalkolazzjoni

Ibni graff ta’ densità ottika kontra konċentrazzjoni ta’ acetaldehyde u stabbilixxi l-konċentrazzjoni fil-kampjun b’referenza għal din il-graff.

Il-kontenut ta’ aldehydes, espress bħala acetaldehyde, fi ġ/hl etanol f’100 % vol huwa mogħti bi

100 · AT

fejn:

A = il-kontenut, fi ġ kull hl ta’ acetaldehyde fis-0soluzzjoni tal-kampjun kif stabbilit b’referenza għall-kurva standard,

T = is-saħħa alkoħolika skond il-volum tal-kampjun kif stabbilita bil-metodu 1.

7.2. Ripettittività

Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ stabbilimenti, imwettqa simulanjament jew wara xulxin minnufih, mill-istess analista, fuq l-istess kampjun, taħt l-istess kondizzjonijiet, m’għandhiex teċċedi ż-0,1 g aldehyde kul hl Etanol f’100 % vol.

Metodu 5: Stabbiliment ta’ alkoħol ogħla

1. KAMP U QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

Il-metodu jistabbilixxi estimi ta’ alkoħol, espressi bħala 2 methylpropan-1-ol, f’alkoħol newtru.

2. DEFINIZZJONI

Il-kontenut ogħla ta’ alkoħol: il-kontenut ta’ alkoħol ogħla, espress bħala 2-methylpropan-l-ol kif stabbilit bil metodu speċifikat.

3. PRINĊIPJU

L-assorbenza ta’ prodotti kuluriti li tirriżulta nir-reazzjoni ta’ alkoħol ogħla u aldehyde aromatiku f’aċidu sulfuriku sħun imħallat (reazzjoni Komarowsky) huma stabbiliti f’560 nm, korretti għall-presenza ta’ xi aldehyde fil-kampjun u mbagħad imqabbla ma dawk prodotti permezz ta’ 2-methylpropan-1-ol li jirreaġixxu taħt l-istess kondizzjonijiet.

4. RIAĠENTI

4.1. Soluzzjoni salicyl aldehyde, 1 % mas. Ipprepara biż-żieda ta’ 1 ġ ta’ salicyl aldehyde ma’ 99 ġ of etanol f’96 % vol (li jkun ħieles miż-żejt fusel).

4.2. Aċidu sulfuriku, konċentra, densità 1,84 ġ/m2.

4.3. 2-methylpropan-1-ol.

4.4. Soluzzjonijiet 2-methylpropan-1-ol standard

Dewweb 2-methylpropan-1-ol (4.3) b’soluzzjoni akweja ta’ 96 % vol etanol biex tagħti serje ta’ standards li jkun fihom 0,1, 0,2, 0,4, 0,6 u 1,0 g ta’ 2-methylpropan-1-ol kull hl ta’ soluzzjoni.

4.5. Soluzzjonijiet acetaldehyde standard.

Ipprepara s-soluzzjonijiet acetaldehyde standard kif deskritt fit-taqsima 6.2 tal-metodu 4.

4.6. Etanol 96 % vol ħieles minn alkoħol ogħla u aldehydes.

5. APPARAT

5.1. UV-VIS spektrofotometru, kapaċi li jistabbilixxi assorbenza ta’ soluzzjonijiet f’560 nm.

5.2. Reċipjenti ta’ spektrofotometru, ta’ tul ta’ 10, 20 u 50 mm.

5.3. Banju ta’ l-ilma, termostatikament regolat f’20 ± 0,5 °C.

5.4. Tubi kolirimetriċi magħmula minn ħġieġ oħxon Pyrex jew simili b’tappijiet ta’ ħġieġ matt, b’kontenut ta’ madwar 50 ml.

6. PROĊEDURA

6.1. Kontenut aldehyde

Stabbilixxi l-kontenut aldehyde, espress bħala acetaldehyde, fil-kampjun bl-użu ta’ methanol 4.

6.2. Kurva ta’ kalibrazzjoni: 2-methylpropan-1-ol

Iġbed b’pipetta 10 ml ta’ kull wieħed mill-istandards 2-methylpropan-1-ol (4.4) f’ċilindri tal-ħġieġ ta’ 50 ml b’kull wieħed mgħammar b’tapp tal-ħġieġ matt. Iġbed b’pipetta 1 ml tas-soluzzjoni salicyl aldehyde (4.1) fiċ-ċilindri u mbagħad 20 ml ta’ l-aċidu sulfuriku (4.2). Ħawwad sew il-kontenuti billi tmejjel iċ-ċilindri l-quddiem u lura diversi drabi (għandha tingħata attenzjoni li kultant jintrefa t-tapp). Ħalli għal 10 minuti f’temperatura tal-kamra u mbagħad qiegħed fil-banju ta’ l-ilma (5.3) f’20 ± 0,5 °C. Wara 20 minuta ferra’ l-kontenut f’serje ta’ reċipjenti spektrofotometriċi.

Eżattament 30 minuta wara li żżid l-aċidu sulfuriku stabbilixxi l-assorbenza tas-soluzzjonijiet f’560 nm billi tuża l-ilma fir-reċipjent ta’ referenza ta’ l-ispektrofotometru.

Ibni kurva ta’ kalibrazzjoni ta’ assorbenza kontra konċentrazzjoni 2-methylpropan-1-ol.

6.3. Kurva ta’ kalibrazzjoni - aldehydes

Irrepeti 6.2 iżda qiegħed l-10 ml ta’ kull wieħed mit- 2-methylpropan-1-ol standards b’10 ml ta’ kull wieħed mill-istandards acetaldehyde.

Ibni kurva ta’ kalibrazzjoni ta’ assorbenza ta’ 560 nm kontra konċentrazzjoni acetaldehyde.

6.4. Stabbiliment tal-kampjun

Irrepeti 6.2 billi tissostitwixxi l-10 ml ta’ 2-methylpropan-1-ol standards b’10 ml tal-kampjun.

Stabbilixxi l-assorbenza tal-kampjun.

7. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

7.1. Formola u metodu ta’ kalkolazzjoni

7.1.1. Ikkoreġi l-assorbenza tal-kampjun billi tnaqqas il-valur ta’ l-assorbenza li tikkorrispondi mal-konċentrazzjoni aldehyde fil-kampjun (miksub mill-kurva ta’ kalibrazzjoni mibnija taħt 6.3).

7.1.2. Stabbilixxi l-konċentrazzjoni ta’ alkoħol ogħla, espressi bħala 2-methalpropan-1-ol, fil-kampjun mill-kurva ta’ kalibrazzjoni mibnija taħt 6.2 iżda bili tuża l-assorbenza korretta (7.1.1).

7.1.3. Il-konċentrazzjoni ta’ alkoħol ogħla, espressa bħala 2-methylpropan-1-ol fi ġ kull hl etanol f’100 % vol, hija mogħtija bi:

A · 100T

fejn:

A = il-konċentrazzjoni ta’ alkoħol ogħla fil-kampjun kif kalkolata fis-7.1.2.

T = is-saħħa alkoħolika skond il-volum tal-kampjun kif stabbilita bil-metodu 1.

7.2. Ripettittività

Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ stabbilimenti, meta mwettqa simultanjament jew minnufih wara xulxin, mill-istess analista, fuq l-istess kampjun, taħt l-istess kondizzjonijiet, m’għandhiex teċċedi 0,2 ġ kull hl etanol f’100 % vol.

Metodu 6: Stabbiliment ta’ l-aċidità totali

1. KAMP U QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

Il-metodu jistabbilixxi l-aċidità totali, espressa bħala aċidu aċetiku, ta’ alkoħol newtru.

2. DEFINIZZJONI

Il-kontenut ta’ aċidità totali, espress bħala aċidu aċetiku: il- kontenut ta’ aċidità totali, espress bħala aċidu aċetiku, kif stabbilit bil-metodu speċifikat.

3. PRINĊIPJU

Il-kampjun, wara li jitneħħa l-gass, jiġi titrat kontra soluzzjoni standard ta’ sodium hydroxide u l-aċidità kalkolata bħala aċidu aċetiku.

4. RIAĠENTI

4.1. Is-soluzzjonijiet sodium hydroxide, 0,01 mol/l u 0,1 mol/l, maħżuna biex il-kuntatt mad-diossidu tal-karbun ikun minimizzat.

4.2. Soluzzjoni indigo carmine (A)

- Iżen 0,2 g indigo carmine,

- dewweb f’40 ml ilma u żid sa 100 ġ b’etanol.

Soluzzjoni phenol red (B)

- Iżen 0,2 g phenol red,

- dewweb f’6 ml sodium hydroxide 0,1 mol/1 u żid sal-marka bl-ilma fi fjaskun volumetriku ta’ 100 ml.

5. APPARAT

5.1. Buretta jew titratur awtomatiku.

5.2. Pipetta, 100 ml.

5.3. Flixkun bil-qiegħ tond b’tapp tal-ħġieġ matt, 250 ml.

5.4. Kondensur reflux b’tapp tal-ħġieġ matt.

6. PROĊEDURA

- Iġbed b’pipetta 100 ml tal-kampjun fi flixkun bil-qiegħ tond ta’ 250 ml,

- żid ġebel jagħli u saħħan għal ftit sakemm jagħli fil-kondensur reflux,

- żid qatra minn kull waħda mis-soluzzjonijiet indikaturi A u B mas-soluzzjoni sħuna,

- imbnagħad ittitra bis-sodium hydroxide 0,01 mol/l sa l-ewwel sinjali ta’ bidla minn isfar fl-aħdar għal vjola.

7. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

7.1. Formola u metodu ta’ kalkolazzjoni

Il-kontenut ta’ aċidità totali, espress bħala aċidu aċetiku, fi ġ kull hl etanol f’100 % vol huwa mogħti bi:

V · 60T

fejn:

V = in-numru ta’ ml ta’ 0,01 mol/l sodium hydroxide meħtieġ għan-newtralizzazzjoni.

T = is-saħħa alkoħolika skond il-volum tal-kampjun kif stabbilita bil-metodu 1.

7.2. Ripettittività

Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ stabbilimenti, mwettqa simultanjament jew minnufih wara xulxin, mill-istess analista, fuq l-istess kampjun, taħt l-itess kondizzjonijiet m’għandhiex teċċedi 0,1 ġ kull hl etanol f’100 % vol.

Metodu 7: Stabbiliment ta’ esteri

1. KAMP U QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

Il-metodu jistabbilixxi l-esteri, espressi bħala ethyl acetate, f’alkoħol newtru.

2. DEFINIZZJONI

Il-kontenut ta’ l-esteri: the il-kontenut ta’ esteri, espress bħala ethyl acetate, huwa stabbilit bil-metodu speċifikat.

3. PRINĊIPJU

L-esteri jirreaġixxu kwantittivament mal-hydroxylamine hydrochloride f’soluzzjoni alkalina biex jiffurmaw aċidi hydroxylamic. Dawn imbagħad jiffurmaw kumplessi kuluriti b’joni ferriċi f’soluzzjoni ta’ l-aċidu. Id-densitajiet ottiċi ta’ dawn il-kumplessi huma mkejjla f’525 nm.

4. RIAĠENTI

4.1. Aċidu idrokloriku 4 mol/l.

4.2. Soluzzjoni kloridu ferriku, 0,37 mol/l f’1 mol/l aċidu idrokloriku.

4.3. Hydroxylamine Hydrochloride, 2 mol/l. Aħżen f’refriġeratur.

4.4. Soluzzjoni idrossidu tas-sodju, 3,5 mol/l.

4.5. Soluzzjoni standard ethyl acetate li jkun fiha 0,0, 0,2, 0,4, 0,6, 0,8 u 1,0 g ethyl acetate kull hl etanol ħieles mill-esteru f’96 % vol.

5. APPARAT

5.1. Spektrofotometru b’50 mm reċipjenti tawwalin.

6. PROĊEDURA

6.1. Kurva ta’ kalibrazzjoni

- Iżen eżattament 1,0 ġ ethyl acetate fuq miżien analitiku,

- żid alkoħol ħieles minn esteri fi flixkun volumetriku ta’ 1000 ml u żid sal-marka f’20 °C,

- ipprepara serje ta’ diluzzjonijiet f’żewġ stadji biex tipproduċi 20 soluzzjoni ta’ referenza li jkun fihom 0,1 sa 2,0 mg ethyl acetate kull 100 ml ta’ soluzzjoni,

- stabbilixxi l-valuri ta’ assorbenza għas-soluzzjoni ta’ referenza skond is-6.2 u ibni graff.

6.2. Stabbiliment tal-kontenut ta’ esteru

- Iġbed b’pipetta 10 ml tal-kampjun f’tubi tat-test mgħamra b’tappijiet ta’ ħġieġ matt,

- żid 2 ml soluzzjoni ta’ hydroxylamine hydrochloride,

- fl-istess waqt ipprepara bjank billi tuża 10 ml eta’ etanol ħieles minn esteri f’96 % vol u 2 ml soluzzjoni ta’ hydroxylamine hydrochloride,

- wara żid 2 ml sidrossidu tas-sodju ma’ kull soluzzjoni, għalaq it-tubi bit-tappijiet tal-ħġieġ matt u hawwaħ sew,

- żomm għal 15-il minuta f’20 °C f’banju ta’l-ilma,

- żid 2 ml aċidu idrokloriku f’kull tubu, ħawwad għal ftit,

- żid 2 ml soluzzjoni ta’ kloridu ferriku, ħawwad sew,

- ferra’ l-kontenuti f’reċipjenti,

- Stabbilixxi l-valuri ta’ assorbenza f’525 nm.

7. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

7.1. Formola u metodu ta’ kalkolazzjoni

Niżżel id-densitajiet ottiċi ta’ l-istandards kontra l-konċentrazzjonijiet tagħhom.

Il-kontenut ta’ esteru (espress bħala ethyl acetate = A) li jikkorrispondi mal-valur ta’l-assorbenza jinqara minn fuq il-graff u jiġi kalkolat skond il-formola:

A · 100T

u mogħti f’9 kull hl etanol f’100 % vol,

fejn T = il-kontenut ta’ alkoħol fil-kampjun fi stabbiliment % vol kif deskritt fil-metodu 1.

7.2. Ripettittività

Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ stabbilimenti, imwettqa simultanjament jew minnufih wara xulxin, mill-istes analista, fuq l-istess kampjun, taħt l-istess kondizzjonijiet, m’għandhiex teċċedi 0,1 ġ ta’ esteri, bħala ethyl acetate, kull hl etanol f’100 % vol.

Metodu 8: Stabbiliment ta’ bażi ta nitroġenu volatili

1. KAMP U QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

Il-metodu jistabbilixxi l-bażi ta’ nitroġenu volatili, espress bħala nitroġenu, f’alkoħol newtrali.

2. DEFINIZZJONI

Il-kontenut tal-bażi ta’ nitroġenu volatili: il-kontenut tal-bażi ta’ nitroġenu volatili, espress bħala nitroġenu, kif stabbilit bil-metodu speċifikat.

3. PRINĊIPJU

Il-kampjun huwa evaporat għal volum żgħir fil-presenza ta’ l-aċidu sulfuriku u l-kontenut ta’ l-ammonja wara stabbilit bl-użu tat-teknika conway micro-diffusion.

4. RIAĠENTI

4.1. Aċidu sulfuriku, 1 mol/l.

4.2. Soluzzjoni indikatriċi ta’ aċidu boriku. Ħoll 10 ġ ta’ aċidu boriku, 8 mg ta’ bromocresol aħdar u 4 mg ta’ methyl aħmar fi 30 % vol propan-2-ol u żid sa 1000 ml bi 30 % vol propan-2-ol.

4.3. Soluzzjoni ta’ l-idrossidu tal-potassju, 500 g/l; ħielsa mid-dijossidu tal-karbonju.

4.4. Aċidu idrokloriku, 0,02 mol/l.

5. APPARAT

5.1. Dixx ta’ evaporazzjoni, ta’ daqs suffiċjenti li jaċċetta 50 ml tal-kampjun.

5.2. Banju ta’ l-ilma.

5.3. Flixkun conway b’għatu jagħlaq tajjeb; ara figura 1 għad-deskrizzjoni u daqsijiet suġġeriti.

5.4. Micro-burette, kapaċità 2 sa 5 ml, gradwat f’0,01 ml.

6. PROĊEDURA

6.1. Iġbed b’pipetta 50 mls tal-kampjun (b’kontenut antiċipat ta’ nitroġenu ta’ anqas minn 0,2 g kull hl tal-kampjun 200 ml ta’ kampjun) f’dixx tal-ħġieġ, żid 1 ml ta’ 1 mol/l aċidu sulfuriku (4.1), qiegħed id-dixx (5.1) fuq banju ta’ l-ilma (5.2) u evapora sakemm jibqa’ 1 ml.

6.2. Iġpbed b’pipetta 1 ml tas-soluzzjoni indikatriċi ta’ aċidu boriku (4.2) fil-kompartiment ta’ ġewwa tal-flixkun Conway (5.3) u aħsel il-likwidu li jibqa mill-proċess ta’ l-evaporazzjoni (6.1) fil-kompartiment ta’ barra. Mejjel ftit il-flixkun Conway flask u żid madwar 1 ml tas-soluzzjoni ta’ idrossidu tal-potassju (4.3) mal-kompartiment ta’ barra kemm jista’ jkun malajr iżda l-bogħod kemm jista’ jkun mill-parti l-kbira tal-likwidu fil-kompartiment ta’ barra. Issiġilla minnufih il-flixkun Conway billi tagħtih b’għatu li jagħlaq sew midluk bil-grass.

6.3. Ħawwad iż-żewġ soluzzjonijiet fil-kompartiment ta’ barra waqt li toqgħod attent li ma jixxeridx xi likwidu minn kompartiment għall-ieħor. Ħalli joqgħod għal sagħtejn.

6.4. Ittitra l-ammonja fil-kompartiment ta’ ġewwa kontra 0,02 mol/l aċidu idrokloriku (4.4) bl-użu ta’ micro-burette (5.4) san-newtralizzazzjoni. Il-volum ta’ aċidu wżat għandu jkun bejn 0,2 u 0,9 ml; ħalli l-volum ta’ aċidu wżat minn V1 ml.

6.5. Wettaq titrazzjoni bjanka billi tirrepeti t-taqsimiet 6.1 sa 6.4 iżda tissostitwixxi 50 ml ta’ kampjun fit-taqsima 6.1 bl-istess volum ta’ ilma. Ħalli l-volum ta’ aċidu idrokloriku wżat ikun V2 ml.

7. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

7.1. Formula and method of calculation.

Il-kontenut ta’ bażi ta’ nitroġenu volatili, fi ġ kull hl etanol f’100 % vol, kalkolat u espress bħala nitroġenu, huwa mogħti bi:

2800

E ·T

Fejn

V1 = il-volum, sa ml, ta’ l-aċidu idrokloriku wżat biex jinnewtralizza l-kampjun.

V2 = il-volum, f’ml, ta’ aċidu idrokloriku wżat fit-test bjank.

T = is-saħħa alkoħolika skond il-volum tal-kampjun kif stabbilita bil-metodu 1.

E = il-kwantità wżata ta’ kampjun f’ml.

7.2. Ripettittività

Id-differenza tar-riżultati bejn iż-żewġ stabbilimenti, imwettqa simultanjament jew minnufih wara xulxin, mill-istess analista, fuq l-istess kampjun, taħt l-istess kondizzjonijiet, m’għandhiex teċċedi 0,05 ġ kull hl etanol f’100 % vol.

+++++ TIFF +++++

Figura1: Flixkun Conway

Metodu 9: Stabbiliment ta’ metanol

1. KAMP U QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

Il-metodu jistabbilixxi l-kontenut ta’ metanol fl-alkoħol newtru.

2. DEFINIZZJONI

Il-kontenut ta’ metanol: il-kontenut ta’ metanol huwa stabbilit bil-metodu speċifikat.

3. PRINĊIPJU

Il-konċentrazzjoni ta’ metanol hija stabbilita b’injezzjoni diretta tal-kampjun f’apparat ta’ gass likwidu kromatografiku.

4. PROĊEDURA

Kull metodu GLC huwa adattat sakemm il-kolonna kromatografika ta’ gass u l-kondizzjonijiet użati huma kapaċi li jiksbu separazzjoni ċara bejn metanol, acetaldehyde, ethanol u ethyl acetate. Il-limitu ta’ kxif ta’ metanol f’etanol għandu jkun anqas minn 2 ġ/hl.

5. REPETTITTIVITÀ

Id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ stabbilimenti, imwettqa simultanjament jew minnufih wara xulxin, mill-istess analista, fuq l-istess kampjun, taħt l-istess kondizzjonijiet, m’għandhiex teċċedi 2 ġ metanol kull hl etanol f’100 % vol.

Metodu 10: Stabbiliment ta’ fdal niexef

1. KAMP U QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

Il-metodu jistabbilixxi l-kontenut ta’ fdal niexef ta’ alkoħol netwru.

2. DEFINIZZJONI

Il-kontenut ta’ fdal niexef: il-kontenut ta’ fdal niexef kif stabbilit mill-metodu speċifikat.

3. PRINĊIPJU

Alikwott tal-kampjunhuwa mnixxef f’103 °C u l-fdal stabbilit gravimetrikament.

4. APPARAT

4.1. Banju ta’ l-ilma, jagħli.

4.2. Dixx ta’ evaporazzjoni ta’ kapaċità adattata.

4.3. Dessikatur, li jkun fih silica gel attivat frisk (jew dessikant ekwivalenti) b’indikatur tal-kontenut ta’ l-umdità.

4.4. Miżien analitiku

4.5. Forn, termostatikament kontrollat f’103 ± 2 °C.

5. PROĊEDURA

Iżen eżatt, sa l-anqas 0,1 mg, dixx nadif, niexef ta’ evaporazzjoni (4.2) (mo). Iġbed b’pipetta fejn meħtieġ f’diversi operazzjonijiet volum adattat ta’ kampjun fid-dixx (100 - 250 ml) (Voml). Qiegħed id-dixx bil-kampjun fuq il-banju bl-ilma jagħli (4.1) u ħallieh jinxef. Qiegħed fil-forn (4.5) f’103 ± 2 °C għal 30 minuta u mbagħad ittrasferixxi d-dixx bil-fdal għal ġewwa d-dessikatur (4.3). Ħalli d-dixx jiksaħ għal 30 minuta u mbagħad iżen, sa l-anqas 0,1 mg, id-dixx bil-fdal (M1).

6. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

6.1. Formola u metodu ta’ kalkolazzjoni

Il-kontenut ta’ fdal niexef, sa ġ kull hl ta’ etanol f’100 % vol huwa mogħti bi:

10

V

T

fejn:

Mo = il-massa, fi ġ, tad-dixx nadif niexef,

M1 = il-massa, fi ġ, tad-dixx u l-fdal wara t-tnixxif,

Vo = il-volum tal-kampjun meħud għat-tnixxif, u

T = is-saħħa ta’ l-alkoħol skond il-volum tal-kampjun hija stabbilita bil-metodu 1.

6.2. Ripettittività

Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ stabbilimenti, imwettqa simultanjament jew minnufih wara xulxin, mill-istess analista, fuq l-istess kampjun, taħt l-istess kondizzjonijiet m’għandhiex teċċedi 0,5 ġ kull hl ta’ etanol f’100 % vol.

Metodu 11: Test tal-limitu għall-assenza ta’ furfural

1. KAMP U QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu jikxef il-furfural f’alkoħol newtru.

2. DEFINIZZJONI

Il-kxif tal-konċentrazzjoni tat-testijiet tal-limitu ta’ furfural: ir-riżultat tat-test tal-limitu kif stabbilit bil-metodu speċifikat.

3. PRINĊIPJU

Il-kampjun ta’ alkoħol huwa mħallat ma’ aniline u aċidu aċetiku glaċjali. Il-presenza ta’ furfural hija ndikata b’kulura roża fis-salamun li jidher fis-soluzzjoni fi żmien 20 minuta mit-taħlita.

4. RIAĠENTI

4.1. Aniline, distillat frisk.

4.2. Aċidu aċetiku, glaċjali.

5. APPARAT

Tubi, mgħamra b’tappijiet ta’ ħġieġ matt.

6. PROĊEDURA

Iġbed b’pipetta 10 ml tal-kampjun f’tubu (5); żid 0,5 ml ta’ aniline u 2 ml ta’ aċidu aċetiku glaċjali. Ħawwad it-tubu u l-kontenuti biex jitħalltu.

7. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

7.1. Interpretazzjoni tat-test tal-limitu

Jekk il-ħin biex tiżviluppa kolorazzjoni roża fis-salamun fit-tubu huwa anqas minn 20 minuta t-test huwa pożittiv u l-kampjun fih il-furfural.

7.2. Osservazzjonijiet

Ir-riżultati taż-żewġ testijiet tal-limitu, mwettqa simultanjamentjew minnufih wara xulxin, mill-istess analista, fuq l-istess kampjun, taħt l-istess kondizzjonijiet, għandhom ikunu identiċi.

Metodu 12: Test UV

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu jistabbilixxi t-trasparenza ottika ta’ l-alkoħol newtru.

2. PRINĊIPJU

It-trasparenza ottika tal-kampju fil-firxa ta’ mewġ tal-ħoss minn 220 sa 270 nm hija mkejjla kontra sustanza definita ta’ referenza ta’ trasparenza ottika għolja.

3. APPARAT

3.1. Spektrofotometru UV-VIS

3.2. Reċipjenti tal-kwarz, tul ta’ 10 mn, l-istess trasmissjoni ta’ spektrum.

4. RIAĠENTI

n-Hexane għall-ispectroscopy.

5. PROĊEDURA

- Naddaf ir-reċipjenti b’soluzzjoni mill-kampjun u wara ferra’ l-kampjun; nixxef barra tar-reċipjenti,

- ittratta r-reċipjent ta’ referenza bl-istess mod bl-n-Hexane u imla,

- stabbilixxi l-valuri ta’ assorbenza u ibni graff.

6. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Il-valuri ta’ assorbenza misjuba f’270, 240, 230 u 220 nm ma jistgħux jeċċedu l-figuri li ġejjin: 0,02, 0,08, 0,18 u 0,3.

Il-kurva ta’ assorbenza għandha tkun lixxa u regolari.

Metodu 13: Stabbiliment ta’ kontenut 14C fl-etanol

1. METODU GĦALL-ISTABBILIMENT TAT-TIP TA’ ALKOĦOL

L-istabbiliment tal-kontenut 14C fl-etanol jippermetti li ssir distinzjoni bejn alkoħol minn karburant tal-fossili (sintesi ta’ l-alkoħol) u alkoħol minn materja prima reċenti (fermentazzjoni ta’ alkoħol).

2. DEFINIZZJONI

Il-kontenut 14C ta’ etanol huwa miftiehem li jkun il-kontenti 14C stabbilit bl-użu tal-metodu deskritt hawnhekk.

Il-kontenut naturali ta’ 14C fl-atmosfera (il-valur ta’ referenza), li huwa assorbit minn veġitazzjoni ġajja permezz ta’ assimilazzjoni, m’huwiex valur kostanti. Il-valur ta’ referenza huwa għalhekk stabbilit fuq etanol minn materja prima tal-perjodu ta’ veġitazzjoni l-aktar reċenti. Dan il-valur annwali ta’ referenza huwa stabbilit kull ena permezz ta’ analiżi kollaborattiv organizzat mill-Community Bureau of References u l-Joint Research Centre, Ispra

3. PRINĊIPJU

Il-kontenut 14C ta’ kampjuni li jkun fihom alkoħol b’massa ta’ etanol ta’ l-anqas ta’ 85 % huwa stabbilit direttament permezz għadd likwidu ta’ xintillazzjoni.

4. RIAĠENTI

4.1. Xintillatur Toluene

5,0 g 2,5-diphenyloxazole (PPO)

0,5 g p-bis-ġ4-methyl-5-phenyloxazolyl(2)ħ-benzene (dimethyl-POPOP) f’litru wieħed ta’ toluene ta’ grad analitiku.

Xintillaturi kummerċjali ta’ toluene lesi għall-użu ta’ din il-kompożizzjoni jistgħu jintużaw ukoll.

4.2. standard 14C

n-Hexadecane 14C b’attività ta’ madwar 1 × 106 dpm/g (bejn wieħed u ieħor 1,67 × 106 cBq/g) u eżattezza garantita ta’ attività stabbilita ta’ ± 2 % rel.

4.3. 14C-ġieles mill-etanol

Alkoħol ta’ sintesi minn materja rpima ta’ oriġini mill-fossili b’ta’ l-anqas massa ta’ 85 % ta’ etanol, biex jiġi stabbilit l-isfond.

4.4. Alkoħol minn materja prima reċenti tal-perjodu ta’ veġitazzjoni l-aktar reċenti b’ta’ l-anqas massa ta’ etanol ta’ 85 % bħala materjal ta’ referenza.

5. APPARAT

5.1. Spektrometru ta’ xintillazzjoni ta’ likwidu minn diversi kanali bi proċessur u standardisation awtomatika esterna u wiri ta’ l-istandard estern/proporzjon ta’ kanal (disinn normali): kanal ta’ tlett metri u żewġ kanali esterni standard).

5.2. Tubu b’għadd ta’ potassju baxx adattat għall-ispektrometru, b’tappijiet oskuri bil-kamin li jkun fihom daħla tal-politene.

5.3. Pipetti volumetriċi, 10 ml.

5.4. Mekkaniżmu ta’ dosing awtomatiku 10 ml.

5.5. flixkun bil-qiegħ tond ta’250 ml b’tapp ta’ ħġieġ matt.

5.6. Apparat tad-distillazzjoni ta’ l-alkoħol b’mantell għas-sħana, per eżempju tip Micko.

5.7. Siringa Microliter 50 μl.

5.8. Lembut Pycnometer, pycnometers, 25 ml u 50 ml.

5.9. Termostat bi stabilità ta’ temperatura ta’ ± 0,01 °C.

5.10. Tabelli uffiċjali ta’ l-alkoħol skond id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mat-tabelli ta’ l-alkoħol, ippublikati mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (ISBN 92-825-0146-9).

6. PROĊEDURA

6.1. Aġġustament ta’ l-apparat

L-apparat għandu jkun aġġustat skond l-itruzzjonijiet tal-manifattur. Il-kondizzjonijiet tal-kejn ikunu l-aħjar meta l-valur E2/B, l-indiċi tal-kwalità, jkun fl-aqwa tiegħu.

E = effiċjenza

B = sfond

Kanali biss ta’ żewġ metru huma ottimizzati. It-tielet wieħed jitħalla miftuħ kollu għall-finijiet ta’ kontroll.

6.2. Għażla ta’ tubi ta’ l-għadd

Numru akbar ta’ tubi ta’ l-għadd aktar milli jkun meħtieġ aktar tard jiġu mimlija b’10 ml ta’ etanol 14C- ħieles mis-sintesi u 10 ml ta’ xintillatur toluene. Kull wieħed jitkejjel għal ta’ l-anqas × 100 minuta. It-tubi li l-isfondi tagħhom ivarjaw b’aktar minn ± 1 % rel. mill-medja jitwarrbu. Tubi biss ġodda mill-fabbrika u mill-istess lott jistgħu jintużaw.

6.3. Atabbiliment ta’ l-istandard estern/proporzjon tal-kanal (ESCR)

Matul il-proċess ta’ l-issettjar tal-kanali (6.1) l-ESCR jiġi stabbilit billi jintuża il-programm adattat tal-kompjuter meta tiġi stabbilita l-effiċjenza. L-istandard estern użat huwa 137caesium, li jkun ġia ġie inkluż mill-manifattur.

6.4. Preparazzjoni tal-kampjun

Kampjuni li jkollhom kontenut ta’ etanol ta’ massa ta’ l-anqas 85 % u ħielsa minn impuritajiet, li jassorbu f’mewġ tal-ħoss l-isfel minn 450 nm jistgħi jitkejjlu. Il-fdal baxx ta’ esteri u aldehydes mhux problema. Wara li l-ewwel ftit ml ikunu twarrbu il-kampjun jiġi distillat direttament fil-pycnometer u l-konetnut ta’ l-alkoħol tal-kampjun jiġi stabbilit permezz tal-pycnometry. Il-valuri li għandhom jiġu stabbiliti jittieħdu mit-Tabelli Uffiċjali ta’ l-Alkoħol.

7. KELJ TAL-KAMPJUNI BILLI JINTUŻA L-ISTANDARD ESTERN

7.1. Kampjuni kemm kemm mitfija bħal dawk deskritti fis-6.4 b’ESCR ta’ madwar 1.8 jistgħu jitkejjlu permezz ta’ l-ESCR, li jipprovdi miżura ta’l-effiċjenza.

7.2. Kejl

10 ml minn kul wieħed mill-kampjuni preparati skond is-6.4 jiġu miġbuda b’pipetti f’tubu ta’ l-għadd magħżul ivverifikat għall-isfond u 10 ml ta’ xintillatur toluene jiġi miżjud permezz ta’ mekkaniżmu awtomatiku ta’ doża. Il-ampjuni fit-tubi jiġu omoġenizzati permezz ta’ movimenti fit-tond adattati; il-likwidu m’għandux jitħalla jxarrab il-politene imdaħħal fit-tap bil-kamin. Tubu li jkun fih etanol 14C-ħieles mill-fossili jiġi preparat bl-istess mod biex ikejjl l-isfond. Biex jiġi verifikat il-valur relevanti annwali ta’ 14C jiġi preparat duplikat ta’ etanol reċenti mill-aħħar perjodu ta’ veġetazzjoni, b’tubu jiġi mħallat bl-istandard intern, ara 8.

Il-kontroll u l-kampjuni ta’ l-sifond jitqiegħdu fil-bidu tas-serje ta’ kejl, li għandu jkun fiha mhux aktar minn 10 kampjuni għall-analiżi. Il-ħin totali ta’ kejl ta’ kull kampjun huwa ta’ l-anqas ta’ 2 × 100 minuta, bil-kampjuni individwali jitkejjlu f’partijiet ta’ stadji ta’ 100 minuta sabiex xi ċaqliq ta’ l-apparat jew xi difett ieħor jinkixef. (¬iklu wieħed għalhekk jikkorrispondi ma’ intervall ta’ kejl ta’ 100 minuta għal kull kampjun).

L-isfond u l-kampjuni ta’ kontroll għandhom ikunu ppreparati friski kull erba’ ġimgħat.

Dan il-metodu jeħtieġ ftit ġin u materjal u huwa partikolarment adattat għall-laboratorji mhux speċjalizzati li jipproċessaw numru kbir ta’ kampjuni.

Fil-każ ta’kampjuni kemm kemm mitfija (ESCR madwar 1,8) l-effiċjenza hija affettwata b’mod negliġibbli bil-bidla f’dan il-valur. Jekk il-bidla hija fil-limitu ta’ ± 5 % rel. tista’ tkun mistennija l-istess effiċjenza. Għal kampjuni aktar mitfija, bħal alkoħol snaturat, l-effiċjenza tista’ tiġi stabbilita permezz tal-korrezzjoni ta’ l-estinzjoni tal-graff. Jekk programm adattat tal-kompjuter ma jkunx disponibbli l-istandard intern għandu jintuża, u dan jagħti riżiltat mhux ambigwu.

8. KAMPJUNI TA’ KEJL BILLI JINTUŻA L-ISTANDARD INTERN HEXADECANE14C

8.1. Proċedura

Kontroll u kampjuni ta’ sfond (etanol reċenti u mill-fossili) u l-materjal mhux magħruf jitkejjlu bħala duplikati. Kampjun tad-duplikat jiġi preparat f’tubu mhux magħżul u kwantità dożata eżatta (30 μl) ta’ hexadecane 14C hija miżjuda bħala standard intern (attività miżjuda ta’ madwar 26269 dpm/gC bejn wieħed u ieħor 43782 cBq/gC). Għall-preparazzjoni tal-kampjun u l-ħin tal-kejl tal-kampjuni l-oħra ara 7.2, iżda l-ħin ta’ kejl għall-kampjuni bl-istandard intern jista’ jitnaqqas b’xi ħames minuti b’issettjar minn qabel f’150 taħbita. Duplikat wieħed ta’ kull sfond u kampjuni ta’ kontroll jintużaw għas-serje tal-kejl; dawn jitqiegħdu fil-bidu tas-serje tal-kejl.

8.2. immaniġġar ta’ l-istandard intern u t-tubi ta’ l-għadd

Biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni waqt il-kejl bl-istandard intern dawn għandhom jinħażnu u jiġu maniġġati l-bogħod miż-żona fejn il-kampjuni għall-analiżi huma preparati u mkejjla. Wara l-kejl it-tubi wżati għall-isfond jistgħu jergħu jintużaw. Il-tappijiet bil-kamin u t-tubi li jkun fihom l-istandard intern jintremaew.

9. EXPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

9.1. L-unità ta’ l-attività ta’ sustanza radju attiva hija l-becquerel; 1 Bq = 1 decay/sec.

L-indikazzjoni tar-radju attività speċifika hija espressa bħala becquerels relattivi għal gramma waħda karbun = Bq/gC.

Biex jinkisbu riżultati aktar prattiċi huwa aħjar li r-riżultati jiġu espressi f’centi-bequerels = cBq/gC.

Id-deskrizzjonijiet u l-formoli wżati fil-letteratura, ibbażati fuq dpm, jistgħu jinżammu għal issa. Biex tikseb figuri li jikkorrispondu f’cBq sempliċement immoltiplika l-firgura dpm b’100/60.

9.2. Espressjoni tarriżultati bl-istandard estern

cBq/g C =

1,918 · 100

V · F · Z · 60

9.3. Expressjonti tar-riżultati bl-istandard intern

cBq/g C =

dpm

1,918 · 100

V · F · 60

9.4. Abbrevjazzjonijiet

cpmpr = ir-rata medja ta’ l-għadd tal-kampjun fuq il-ħin totali tal-kejl.

cpmNE = ir-rata medja ta’ l-isfond tat-taħbit kalkolata bl-istess mod.

cpmIS = l-ammont ta’ l-istandard intern miżjud miżjud (kalibrazzjoni dpm tar-radju attività dpm).

dpmIS = il-kwantità ta’ standard intern miżjud (kalibrazzjoni dpm ta’ radju attività.

V = il-volum tal-kampjuni wżati f’ml.

F = il-kontenut fi grami ta’ alkoħol pur kull ml li jikkorrispondi mal-konċentrazzjoni tiegħu.

Z = l-effiċjenza li tikkorrispondi mal-valur ESCR.

1,918 = in-numru ta’ grammi ta’ alkoħol għal kull gramma ta’ karbun.

10. KEMM HU TA’ MIN JORBOT FUQU L-METODU

10.1. Repettittività (r)

r = 0,632 cBq/g C; S(r) = ± 0,223 cBq/g C

10.2. Komparabilità (R)

R = 0,821 cBq/g C; S(R) = ± 0,290 cBq/g C.

"

--------------------------------------------------