Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 573/2003 tat-28 ta' Marzu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/18/KE għal dak li għandu x'jaqsam mal-konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti tat-tariffi Komunitarji fuq ċerti prodotti taċ-ċereali li joriġinaw mir-Rumanija u li jemenda Regolament Nru 2809/2000
Official Journal L 082 , 29/03/2003 P. 0025 - 0027
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 126 - 130
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 126 - 130
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 126 - 130
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 126 - 130
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 126 - 130
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 126 - 130
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 126 - 130
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 126 - 130
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 126 - 130
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 573/2003 tat-28 ta' Marzu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/18/KE għal dak li għandu x'jaqsam mal-konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti tat-tariffi Komunitarji fuq ċerti prodotti taċ-ċereali li joriġinaw mir-Rumanija u li jemenda Regolament Nru 2809/2000 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Deċizjoni tal-Kunsill Nru 2003/18/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 fuq il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-aspetti tal-kummerċ fil-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Rumanija, fuq in-naħa l-oħra, sabiex iqisu l-konklużjonijiet tan-negozjati bejn il-partijiet fuq il-konċessjonijiet agrikoli ġodda ta' xulxin [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 [2] tiegħu, Billi: (1) Skond id-Deċiżjoni Nru 2003/18/KE, il-Komunità ħadet l-inkarigu li tistabbilixxi għal kull sena ta' kummerċ kwoti ta' tariffi fuq l-merkanzija minn barra bir-rata ta' dazju żero fuq il-qamħ u l-meslin u l-qamħirrum li joriġinaw mir-Rumanija. (2) Biex tiġi assigurata illi l-merkanzija minn barra tal-qamħ u tal-qamħirrum koperti minn dawn il-kwoti tat-tariffi huma kif suppost u m'humiex spekulattivi, u għandhom ikunu suġġetti li jinħargu l-liċenzi ta' importazzjoni għalihom. Il-liċenzi għandhom ikunu maħruġa, fuq il-kwantitajiet stabbiliti, fuq it-talba tal-partijiet interessati, li jkunu soġġetti, fejn ikun xieraq, biex jiġi ffissat tnaqqis ko-effiċjenti fir-rigward tal-kwantitajiet li applikaw għalihom. (3) Biex jiġi assigurat l-immaniġjar xieraq ta' dawn il-kwoti, għandu jiġi stabbilit terminu perentorju sa kemm jiddaħħlu l-applikazzjonijiet tal-liċenzi u l-informazzjoni tkun inkluża fl-applikazzjonijiet u l-liċenzi għandhom ikunu speċifiċi. (4) Sabiex jieħdu ħsieb il-kondizzjonijiet tal-ġarr, il-liċenzi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom sa l-aħħar tax-xahar li fih ikunu nħarġu. (5) Bil-għan li jkun hemm maniġjar sod tal-kwoti, għandu jsir provvediment għal deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE)Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi r-regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi għall-importazzjoni u l-esportazzjoni, u ċertifikati lesti minn qabel għall-prodotti agrikoli (2), kif emendati bir-Regolament (KE) Nru 2299/2001 [3], fir-rigward tat-trasferiment naturali tal-liċenzi u fit-toleranza fejn għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet li jinħarġu għaċ-cirkolazzjoni libera. (6) Biex tiġi assigurata l-amministrazzjoni b'saħħitha tal-kwoti, is-sigurtà fuq il-liċenzi ta' l-importazzjoni, għandhom jiġu mwaqqfa fuq relattivament l-ogħla livell, permezz ta' deroga mill-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 tat-23 ta' Mejju 1995 li tniżżel regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għaċ-cereali u r-ross [4], kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2305/2002 [5]. (7) Għandha tiġi stabbilita sistema mgħaġġla ta' komunikazzjoni reċiproka bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-kwantitajiet li għalihom għandha issir l-applikazzjoni u li għandhom jiġu importati, (8) Peress li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2435/2000 tas-17 ta' Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet f'forma ta' kwoti ta' tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli maħsuba għaliha fil-Ftehim Ewropew mar-Rumania [6] ġie irrevokata bid-Deċiżjoni Nru 2003/18/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2809/2000 ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni, għas-settur tal-prodotti taċ-ċereali, tar-Regolament (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2435/2000 and (KE) Nru 2851/2000 li jistabbilixxu ċerti konċessjonijiet, f'forma ta'kwoti ta' tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Bulgaria, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, ir-Rumanija, u r-Repubblika tal-Polonja rispettivament u li tirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1218/96 [7], kif emendati bir-Regolament (KE) Nru 2864/2000 [8], għandu jiġi emendat. (9) Il-miżuri maħsuba f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għaċ-Ċereali, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-importazzjoni ta' qamħ u meslin li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1001 u rriferuti għalihom fl-Anness I li joriġinaw mir-Rumanija u li jibbenifikaw mir-rata ta' żero fuq dazju ta' importazzjoni, taħt il-kwota tat-tariffa li ġġorr in-numru ta' l-ordni 09.4766, skond id-Deċizjoni Nru 2003/18/KE, se tkun soġġetta għal-liċenza ta' importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament. 2. L-importazzjoni ta' qamħirrum minbarra ż-żerriegħa li taqa' taħt il-kodiċi NM 10059000 u rriferuta għaliha fl-Anness I li joriġinaw mir-Rumanija u li jibbenefikaw mir-rata żero ta' dazju ta' importazzjoni, taħt il-kwota tat-tariffa li ġġorr in-numru ta' l-ordni 09.4767, skond id-Deċiżjoni Nru 2003/18/KE, se tkun soġġetta għal-liċenza ta' l-importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament. 3. Il-prodotti riferuti fil-paragrafi 1 u 2 se jkunu rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera malli jiġu ppreżentati wieħed minn dawn il-dokumenti li ġejjin: (a) ċertifikat ta' moviment EUR.1 maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti fir-Rumanija skond il-Protokoll 4 tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunità u r-Rumanija [9]; (b) dikjarazzjoni ta' fattura fuq il-fattura provduta mill-esportatur skond dak il-Protokoll. Artikolu 2. 1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' importazzjoni se jiġu mressqa quddiem l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mhux aktar tard mis-13.00 ħin ta' Brussel fit-tieni Tnejn ta' kull xahar. Kull applikazzjoni għal-liċenza se tkun għall-kwantità mhux aktar mill-kwantità disponibbli għall-importazzjoni tal-prodott relevanti fis-sena kummerċjali kkonċernata. 2. Mhux aktar tard mis-18.00 ħin ta' Brussel fl-istess jum, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri se jiffaksjaw lill-Kummissjoni (numru (32-2) 295 25 15), skond il-mudell fl-Anness II, il-kwantità sħiħa maħruġa mis-somma tal-kwantitajiet indikati fl-applikazzjonijiet tal-liċenzi ta' l-importazzjoni. Dik l-informazzjoni se tkun komunikata separatament mill-informazzjoni fuq l-applikazzjonijiet tal-liċenzi ta' l-importazzjoni għaċ-cereali. 3. Jekk it-total tal-kwantitajiet ta' kull prodott konċernat sa mill-bidu tas-sena kummerċjali u l-kwantità riferuta għaliha fil-paragrafu 2 jaqbeż il-kwota għas-sena kummerċjali kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, mhux aktar tard mit-tielet jum ta' xogħol wara li l-applikazzjonijiet ikunu ġew sottomessi, tnaqqis wieħed ko-efiċjenti li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba. 4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-liċenzi se jkunu maħruġa fil-ħames jum ta' xogħol wara dik il-ġurnata li fiha ġiet sottomessa l-applikazzjonil Sa mhux aktar tard mis-18.00 ħin ta' Brussel fil-jum li l-liċenzi huma maħruġa, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, għandhom jiffaksjaw lill-Kummissjoni t-total tal-kwantità li tirriżulta mis-somma tal-kwantitajiet li għalihom inħarġet liċenza ta' importazzjoni dik l-isess ġurnata. Artikolu 3 Skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-perjodu ta' validità tal-liċenza għandu jiġi kkalkulat mid-data attwali tal-ħruġ. Liċenzi ta' importazzjoni għandhom ikunu validi sa l-aħħar tax-xahar wara x-xahar li fih ikunu ġew maħruġa. Artikolu 4 Id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu trasferibbli. Artikolu 5 Il-kwantità rilaxxata fiċ-ċirkulazzjoni libera ma tistax taqbeż dik indikata fit-taqsima 17 u 18 tal-liċenza ta' l-importazzjoni. Il-figura "0" għandha tidħol b'dan l-effett fit-taqsima19 tal-liċenza. Artikolu 6 L-applikazzjoni ghal-liċenza ghall-importazzjoni u l-liċenza ghall-importazzjoni għandhom jħaddnu l-informazzjoni li ġejja: (a) fit-taqsima 8, l-isem tal-pajjiż ta' l-oriġini; (b) fit-taqsima 20 wieħed minn dawn li ġejjin: - Reglamento (CE) no 573/2003 - Forordning (EF) nr. 573/2003 - Verordnung (EG) Nr. 573/2003 - Kανονισμός (EK) αριθ. 573/2003 - Regulation (EC) No 573/2003 - Règlement (CE) no 573/2003 - Regolamento (CE) n. 573/2003 - Verordening (EG) nr. 573/2003 - Regulamento (CE) n.o 573/2003 - Asetus (EY) N:o 573/2003 - Förordning (EG) nr 573/2003 (ċ) fit-taqsima 24, il-kliem "dazju zero". Artikolu 7 Is-sigurtà għal-liċenzi ta' importazzjoni pprovduti għaliha f'dan ir-Regolament għandha tkun ta' 30 EUR kull tunnellata metrika. Artikolu 8 Ir-Regolament (KE) Nru 2809/2000 qiegħed jiġi emendat kif ġej: 1. It-Titolu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2809/2000 ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni, għas-settur tal-prodotti ċereali, tar-Regolament (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000 u (KE) Nru 2851/2000 li jistabbilixxu ċerti konċessjonijiet f'forma ta' kwoti ta' tariffi għal ċerti prodotti agrikoli fir-Repubblika tal-Bulgaria, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Polonja rispettivament u tirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1218/96" 2. L-Artikolu 2 jiġi mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 2 L-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness1 ta' dan ir-Regolament li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, mir-Repubblika Slovakka u mir-Repubblika tal-Polonja u li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni parzjali jew sħiħa mid-dazju ta' l-importazzjoni għall-kwantità u bir-rata ta' tnaqqis jew livell ta' dazju speċifikat tiegħu għandhom ikunu sugġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament." 3. Fl-Anness I, ir-ringiela li tikkonċerna lir-Rumanija hija mħassra. Artikolu 9 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu jgħodd mill-1 t'April 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Marzu 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 8, 14.01.03, p. 18. [2] ĠU C 152, 24.06.00, p. 1. [3] ĠU C 308, 27.11.01, p. 19. [4] ĠU C 117, 24.05.95, p. 2. [5] ĠU C 348, 21.12.02, p. 92. [6] ĠU C 280, 04.11.00, p. 17. [7] ĠU C 326, 22.12.00, p. 16. [8] ĠU C 333, 29.12.00, p. 3. [9] ĠU C 357, 31.12.94, p. 2. -------------------------------------------------- ANNESS I Kodiċi tan-NM | Numru ta' l-ordni tal-kwota | Deskrizzjoni | Rata ta' dazju | Kwantità minn ta' l-1.7.2002 sa tat-30.6.2003 (tunnellati) | Kwantità ta' kull sena minn ta' l-1.7.2003 sa tat-30.6.2004 u is-snin ta' wara (tunnellati) | 1001 | 09.4766 | Qamħ u meslin | B'xejn | 130000 | 230000 | 10059000 | 09.4767 | Qamħirrum, barra ż-żerriegħa | B'xejn | 74500 | 149000 | -------------------------------------------------- ANNESS II IL-MUDELL TAN-NOTIFIKA RIFERUTA FL-ARTIKOLU 2(2) Kwoti ta' importazzjoni għall-qamħ u qamħirrum mir-Rumanija miftuħa bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/18/KE Quota | Prodotti | Kodiċi tan-NM | Kwantità mitluba (tunnellata metrika) | Qamħ | Qamħ u meslin | 1001 | | Qamħirrum | Qamħirrum barra ż-żerriegħa | 10059000 | | --------------------------------------------------