32003R0462



Official Journal L 070 , 14/03/2003 P. 0008 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 462/2003

tat-13 ta’ Marzu 2003

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti mil-laħam tal-majjal li joriġinaw fl-Istati ACP u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2568/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1365/2000 [2], u partikolarment l-Artikoli 8 u 20 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2002 dwar l-arraġamenti li japplikaw għall-prodotti u l-oġġetti agrikoli li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibbew u tal-Paċifiku (l-Istati ACP) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1706/98 [3], u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2286/2002 jimplementa l-emendi għall-arranġamenti għall-importazzjoni mill-IstatiACP magħmul bħala riżultat tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE iffermat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 [4]. l-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-regolament introduċa, għall-prodotti fl-Anness I tiegħu, arranġamenti ġenerali għat-tnaqqis tad-dazji doganali u arranġamenti speċifiċi għat-tnaqqis tad-dazji doganali, fi ħdan il-qafas ta’ kwoti ta’ tariffi, għal ċerti prodotti fl-Anness II tiegħu.

(2) Bħala riżultat ta’ dawn l-arranġamenti ġodda ta’ l-importazzjoni, regoli dettaljati ta’ l-applikazzjoni għandhom ikunu stabbiliti għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti li jikkwalifikaw għal dazji mnaqqsa. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2562/98 tas-27 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti mil-laħam tal-majjal li joriġinaw fl-Istati ACP u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 904/90 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1006/201 [6], għandu għalhekk ikun imħassar.

(3) Għall-iskopijiet ta’ l-immaniġġjar tal-kwoti ta’ tariffi ta’ l-importazzjoni, ir-regoli ġenerali stabbiliti bid-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta’ l-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli [7], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2299/2001 [8], għandu jkun applikat meta dan ir-Regolament ma jistabbilixxix regoli speċifiċi.

(4) Sabiex tkun assigurata l-amministrazzjoni xierqa tal-kwoti, garanzija għandha tkun meħtieġa għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ċerti kondizzjonijiet għandhom għalhekk ikunu stabbiliti fir-rigward ta’ l-applikanti nfushom. Il-kwoti għandhom ukoll ikunu mqassma ma tul is-sena u t-terminu tal-validità tal-liċenzji għandu jkun speċifikat.

(5) Sabiex tkun tista sseħħ l-aħjar amministrazzjoni tal-kwota ta’ tariffa, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2003.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huwa bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-importazzjoni kollha fil-Komunità fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 tal-prodotti koperti bil-kodiċi NM elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkwalifikaw għal dazji doganali mnaqqsa mal-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.

Il-liċenzji għandhom ikunu maħruġa permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u fi ħdan il-limiti tal-kwoti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002.

Artikolu 2

Il-kwota ta’ tariffa annwali ta’ 500 tunnellata referuta fil-Parti B ta’ l-Anness I għandha tkun imqassma kif ġej:

- 25 % fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu,

- 25 % fil-perijodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju,

- 25 % fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju sat- 30 ta’ Settembru,

- 25 % fil-perijodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 3

1. L-applikanti għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti referuti fl-Anness I għandhom ikunu persuni naturali jew legali li, fil-waqt ta’ meta l-applikazzjonijiet ikunu ppreżentati, ikunu kapaċi jgħatu prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li huma jkunu ilhom attivi fil-kummerċ ma pajjiżi terzi fis-settur tal-laħam tal-majjal għal mill-anqas it-12-il xahar preċedenti.

B’dana kollu, stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ristoranti li jbiegħu il-prodotti tagħhom lill-konsumaturi aħħarija huma esklużi mit-tnaqqis tad-dazji doganali.

2. Applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni jistgħu jkun fihom wieħed biss min-numri tal-kwota referuti fl-Anness I. Dawn jistgħu jinvolvu diversi prodotti koperti bid-differenti kodiċi NM. F’dawn il-każi, il-kodiċi NM kollha għandhom ikunu indikati fis-Sezzjoni 16 u d-deskrizzjoni tagħhom fis-Sezzjoni 15 ta’ l-applikazzjonijiet u tal-liċenzji.

L-applikazzjonijiet għandhom ikopru mill-anqas trunnellata waħda u sa massmu ta’ 100 % tal-kwantità disponibbli għall-kwoti kkonċernat u għall-perijodu speċifikat fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

1. Is-Sezzjoni 8 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u tal-liċenzji għandha tindika l-pajjiż ta’ l-oriġini; il-liċenzji għandhom iġorru l-obbligu ta’ l-importazzjoni mill-pajjiż indikat.

2. Is-sezzjoni 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru waħda minn dawn id-dħul li ġejjin:

- Producto ACP – Reglamentos (CE) no 2286/2002 y (CE) no 462/2003

- AVS-produkt – forordning (EF) nr. 2286/2000 og (EF) nr. 462/2003

- AKP-Erzeugnis – Verordnungen (EG) Nr. 2286/2002 und (EG) Nr. 462/2003

- Προϊόν AKE – Kανονισμοί (EK) αριθ. 2286/2002 και (EK) αριθ. 462/2003

- ACP product – Regulations (EC) No 2286/2002 and (EC) No 462/2003

- Produit ACP – règlements (CE) no 2286/2002 et (CE) no 462/2003

- Prodotto ACP – regolamenti (CE) n. 2286/2002 e (CE) n. 462/2003

- ACS-product – Verordeningen (EG) nr. 2286/2002 en (EG) 462/2003

- Produto ACP – Regulamentos (CE) n.o 2286/2002 e (CE) n.o 462/2003

- AKT-tuote – asetukset (EY) N:o 2286/2002 ja (EY) N:o 462/2003

- AVS-produkt – förordningarna (EG) nr 2286/2002 och (EG) nr 462/2003.

3. Is-sezzjoni 24 tal-liċenzji għandha turi waħda minn dawn id-dħul li ġejjin:

- Reducción del derecho de aduana en virtud del Reglamento (CE) no 462/2003

- Toldnedsættelse, jf. forordning (EF) nr. 462/2003

- Ermäßigung des Zollsatzes gemäß der Verordnung (EG) Nr. 462/2003

- Μείωση του δασμού όπως προβλέπεται στον κανονισμό (EK) αριθ. 462/2003

- Customs duty reduction a. s. provided for in Regulation (EC) No 462/2003

- Réduction du droit de douane comme prévu au règlement (CE) no 462/2003

- Riduzione del dazio doganale a norma del regolamento (CE) n. 462/2003

- Douanerecht verlaagd overeenkomstig Verordening (EG) nr. 462/2003

- Redução do direito aduaneiro conforme previsto no Regulamento (CE) n.o 462/2003

- Tullialennus, josta on säädetty asetuksessa (EY) N:o 462/2003

- Nedsättning av tullavgiften enligt förordning (EG) nr. 462/2003.

Artikolu 5

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jiġu depożitati biss matul l-ewwl sebat ijiem tax-xhar li jippreċedi kull perijodu kif speċifikat fl-Artikolu 2.

2. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu invalidi jekk l-applikanti ma jiddikjarawx bil-miktub li huma ma jkunux ippreżentaw u ma jkunux sejrin jippreżentaw matul il-perijodu f’dan il-każ, applikazzjonijiet ohra għall-istess kwota fl-Istat Membru ta’ fejn huma jkunu ppreżentaw l-applikazzjoni jew f’xi Stat Membru ieħor. Jekk applikant jippreżenta aktar minn applikazzjoni waħda għal prodotti fi kwota waħda, l-ebda mill-applikazzjonijiet m’għandhom ikunu validi.

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fil-tielet jum utili wara l-għeluq tal-perijodu għal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet ippreżentati għal kull wieħed mill-prodotti fil-grupp f’dan il-każ. Din in-notifika għandha tinkludi l-lista ta’ l-applikanti u l-kwantitajiet applikati skond il-kwota.

In-notifiki kollha, inklużi n-notifiki ‘nil’, għandhom isiru bil-fax jew b’meżżi eletronoiċi fil-jum tax-xogħol stipulat, bl-użu tal-mudell muri fl-Anness II, fil-każi meta ma jkunux ġew ippreżentati l-ebda applikazzjonijiet, u bil-mudelli murija fl-Annessi II u III fil-każi meta applikazjonijiet ikunu ġew ippreżentati.

4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi sa liema limitu l-kwantitajiet jistgħu jiġu aċċettati fir-rigward ta’ l-applikazzjonijiet.

Jekk il-kwantitajiet li rigward tagħhom tkun saret applikazzjoni għal-liċenzji jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli, il-Kummissjoni għandha tiffissa persentaġġ waħdieni tat-tnaqqis tal-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni dwarhom.

Jekk il-kwantità ġenerali koperta bl-applikazzjonijiet hija inqas mill-kwantità disponibbli, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-kwantità li jifdal, u din għandha tiġi miżjuda mal-kwantità disponibbli fir-rigwad tal-perijodu segwenti ta’ l-istess sena.

5. Il-liċenzji għandhom ikunu maħruġa malajr kemm jista jkun possobbli suġġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet.

6. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mall-Kummissjoni, qabel it-tmiem tar-raba’ xhar li jsegwi kull perijodu annwali speċifikat fl-Artikolu 2, il-kwantitajiet attwalment importati permezz ta’ dan ir-Regolament f’dak il-perijodu.

In-notifiki kollha, inklużi n-notifiki li ma kien hemm l-ebda importazzjoni, għandhom isiru bl-użu tal-mudell muri fl-Anness IV.

Artikolu 6

1. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 150 jum mid-data attwali tal-ħruġ bi qbil ma’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

B’dana kollu, l-liċenzji m’għandhomx ikunu validi lill hinn mill-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ.

2. Il-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 7

Għandha tkun iddepożitata garanzija ta’ 20 EUR għal kull 100 kilogramma għall-applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ l-importazzjoni għall-prodotti kollha.

Artikolu 8

L-importazzjoni skond l-arranġamenti għal tnaqqis fid-dazji doganali li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament tista’ ssir biss jekk l-oriġini tal-prodotti kkonċernati tkun iċċertifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi esportaturi b’mod konformi mar-regoli dwar l-oriġini li japplikaw għall-prodotti f’dan il-każ skond il-Protokoll 1 tal-Ftehim tas-Sħubija ACP-KE iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000.

Artikolu 9

Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu jkun applikabbli.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 2562/98 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 156, tad-29.6.2000, p. 5.

[3] ĠU L 348, tal-21.12.2002, p. 5.

[4] ĠU L 317, tal-15.12.2000, p. 3.

[5] ĠU L 320, tat-28.11.1998, p. 34.

[6] ĠU L 140, ta’ l-24.5.2001, p. 13.

[7] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1.

[8] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 19.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

A. Il-prodotti referuti fl-Artikolu 1(3) u fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 li jikkwalifikaw għal rata-ta’-dazju-il-barra-mill-kwota

Kodiċi tan-NK | Tnaqqis fid-dazju doganali (%) |

01039110 | 16 |

01039211 |

01039219 |

15010011 |

15010019 |

16021000 |

16022090 |

16024110 |

16024210 |

160249 |

16029010 |

16029051 |

19022030 |

B. Il-prodotti referuti fl-Artikolu 1(3) u fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 li jikkwalifikaw għal tnaqqis fid-dazju doganali permezz tal-kwota

Nru fl-Ordni | Kwot Nru | Kodiċi NM | Tnaqqis fid-dazju doganali (%) | Kwantità annwali (tunnellati) |

09.4029 | Q7 | 02031110 | 50 | 500 |

02031211 |

02031219 |

02031911 |

02031913 |

02031915 |

ex02031955 |

02031959 |

02032110 |

02032211 |

02032219 |

02032911 |

02032913 |

02032915 |

ex02032955 |

02032959 |

02090011 |

02090019 |

02090030 |

02101111 sa02101139 |

02101211 |

02101219 |

02101910 sa02101989 |

02109941 |

02109949 |

Nru fl-Ordni | Kwot Nru | Kodiċi tan-NK | Tnaqqis fid-dazju doganali (%) | Kwantità annwali (tunnellati) |

09.4028 | Q8 | 160100 | 65 | 500 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------