32003R0444



Official Journal L 067 , 12/03/2003 P. 0003 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2003

tal-11 ta’ Marzu 2003

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 2090/2003 f’dak li jirrigwardja l-pagament bil-quddiem ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u partikolarment l-Artikoli 13 u 21 tiegħu, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolamenti l-oħrajn dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli,

Billi:

(1) Kien ġie innutat li l-kontijiet tal-ħażna ta’ l-esportaturi użati għal monitoraġġ tal-prodotti bażiċi imqiegħda taħt l-arranġamenti tal-pre-finanzjar u ntiżi għall-esportazzjoni fil-għamla ta’ prodotti proċessati u li huma bażati fuq rati standard ta’ rendiment, mhux neċessarjament jirrefflettu s-sitwazzjoni tal-ħażniet eżistenti u ma jippermettux verifiki adekwati fuq il-ħtiġiet li dwarhom dawn il-prodotti huma suġġetti permezz tar-regoli tal-Komunità. L-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ta’ l-4 ta’ Marzu dwar il-pagament bil-quddiem ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fir-rigward ta’ prodotti agrikoli [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2026/83 [4], għandu għalhekk ikun emendat hekk li r-rati standard tar-rendiment ma jkunux aktar applikati għal pre-finanzjament.

(2) L-esperjenza wriet li r-regoli ma jispeċifikawx adekwatament kif il-verifiki fiżiċi fuq il-prodotti mqiegħda taħt l-arranġamenti ta’ pre-finanzjament għandhom ikunu applikati. Differenzi kienu wkoll misjuba bejn l-Istati Membri fil-metodu ta’ kif il-verifiki fiżiċi huma mwettqa.Sabiex tkun milħuqa l-applikazzjoni uniformi tar-regoli f’dan il-qasam, rata minima obligatorja ta’ verifiki fiżiċi fuq il-prodotti mqiegħda taħt l-arranġamenti tal-pre-finanzjar għandhom ikunu ntrodotti, sabiex jitwettqu meta d-dikjarazzjoni tal-pagament tkun aċċettata; għandu jkun speċifikat ukoll li dawn il-verifiki għandhom jitwettqu b’konformità mas-sistema stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 [5], kif emendat bir-Regolamemt (KE) Nru 136/94 [6], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/2002 [7].

(3) Kien instab li l-esportaturi jużaw l-arranġamenti tal-pre-finanzjament qabel xejn sabiex jestendu indirettament il-perjodu tal-validità tal-liċenzi ta’ l-esportazzjoni. Ir-Regolamemnt (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli [8], kif l-aħħar emendat fir-Regolament (KE) Nru 1252/2002 [9], għandu għalhekk ikun aktar emendat f’dak li jirrigwardja l-perjodu li matulu l-prodotti bażiċi jistgħu jibqgħu taħt kontroll doganali in-vista ta’ l-ipproċessar u l-perjodu li matulu l-prodotti jistgħu jibqgħu taħt il-magażinaġġ-doganali jew tal-proċedura ta’ żona-ħielsa.

(4) Aktar minhekk, sabiex tkun assigurata ġestjoni soda tas-suq, il-kwantitajiet ta’ prodotti mqiegħda taħt l-arranġament tal-pre-finanzjament għandhom ikunu magħrufa pjuttost ta’ malajr.

(5) B’segwiment ta’ l-emenda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2002 [11], ċerti referenzi għall-artikoli ta’ dak ir-Regolament li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandhom ikunu emendati.

(6) Ir-Regolamenti (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 2090/2002 għandhom ikunu emendati kif xieraq.

(7) Il-Kumitati ta’ Ġestjoni konċernati ma tawx opinjonijiet fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-Presidenti tagħhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej:

"3. F’dak li jirrigwardja l-proċeduri ta’ kontroll u r-rata tar-rendiment, il-prodotti bażiċi għandhom ikunu suġġetti għall-istess regoli bħalma japplikaw fir-rigward ta’ l-ipproċesar ’il ġewwa tal-prodotti ta’ l-istess natura, bl-eċċezzjoni tar-regoli tar-rati standard tar-rendiment.

Ir-rati tar-rendiment li għandhom ikunu applikati għal-prodotti bażiċi użati fil-manifattura ta’ l-oġġetti elenkati fl-Anness C tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 [12] għandhom ikunu dawk indikati f’dak l-Anness."

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 800/1999 huwa b’hekk emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2(1)(h), "l-Artikoli 471 sa 495" huwa mibdul bi "l-Artikoli 912a sa 912g";

2. L-Artikolu 10(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. Meta prodott huwa mqiegħed, fl-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni, taħt waħda mill-proċeduri simplifikati ta’ transitu tal-Komunità għall-karreġġjata ta’ oġġetti bil-ferrovija jew f’kontenituri kbar li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 412 sa 442a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 lejn stazzjon ta’ destinazzjoni jew għall-konsenja lejn konsennitarju ’l barra mit-territorju doganali tal-Komunità. Il-pagament tar-rifużjoni m’għandux ikunu ikkondizzjonat fuq il-produzzjoni tal-kopja ta’ kontroll T5.";

3. Il-paragrafu li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 26:

"7. Prodotti li dwarhom id-dikjarazzjoni tal-pagament hija aċċettata għandhom ikunu suġġetti għal verifika fiżika meta d-dikjarazzjoni tkun aċċettata, li tkun tirrigwardja selezzjoni rapreżentattiva ta’ mill-anqas 5 % tad-dikjarazzjonijiet tal-pagamenti aċċettati.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru386/90 u l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 3, l-Artikolu 4, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 8(1) u (2), l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 11 u l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/202 [*] ĠU L 322, tas-27.11.2002, p. 4. għandhom japplikaw. B’danakollu, fil-każ ta’ prodotti mqiegħda taħt l-arranġamenti tal-pre-finanzjar u ntiżi għall-esportazzjoni wara l-ipproċessar, il-verifika fiżika għandha tikkonċerna biss il-kwantità u t-tip ta’ prodott."

4. L-Artikolu 28(6) huwa mibdul b’dan li ġej:

"6. Il-perjodu li matulu l-prodotti bażiċi jibqgħu taħt il-kontroll doganali bil-għan ta’ l-ipproċessar għandhom ikunu egwali għall-kumplament tar-terminu tal-validità tal-liċenza ta’ l-esportazzjoni.

Meta l-esportazzjoni ma sseħħx permezz tal-koperta ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni, l-limitu taż-żmien għandu jkun ta’ xahrejn mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-pagament.";

5. L-Artikolu 29(5) huwa mibdul b’dan li ġej:

"5. Il-perijodu li matulu l-prodotti jistgħu jibqgħu taħt il-magażżinaġġ-doganali jew taħt il-proċedura ta’ żona-ħielsa għandhom ikunu egwali għall-kumplament tar-terminu tal-validità tal-liċenza ta’ l-esportazzjoni.

Meta l-esportazzjoni ma sseħħx permezz tal-koperta ta’ liċenza ta’ l-esportazzjoni, l-limitu taż-żmien għandu jkun ta’ xahrejn mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-pagament.";

6. Fit-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 30(1), "l-Artikolu 349" huwa mibdul bi "l-Artikolu 357";

7. L-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:

(a) it-tieni inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:

"— għal kull kodiċi ta’ 12-il-figura, tal-kwantitajiet ta’ prodotti esportati m’humiex koperti b’liċenzi ta’ l-esportazzjoni stabbiliti bil-quddiem għar-rifużjoni dwar il-każi referuti fl-ewwel inċiż tat-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 6 u l-Artikolu 45. Il-kodiċi għandhom ikunu aggruppati bis-settur. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li informazzjoni bħal din tkun innotifikata mhux aktar tard mit-tieni xhar li jiġi wara dak ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni,";

(b) l-inċiż li ġej huwa miżjud:

"— tal-kwantitajiet, għal kull kodiċi ta’ 12-il-figura, ta’ prodotti, jew għal kull kodiċi ta’ 8-figuri, ta’ l-oġġetti mqiegħda taħt l-arranġamenti tal-pre-finanzjament referuti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li informazzjoni bħal din tkun innotifikata mhux aktar tard mit-tieni xhar li jiġi wara dak ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-pagament."

Artikolu 3

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2090/2002 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(4), (5) u (7)(b) għandhom ikunu japplikaw għall-prodotti koperti b’dikjarazzjoni tal-pagament aċċettata sa mill-1 ta’ Ottubru 2003.

L-Artikolu 2(7)(a) għandu jkun japplika għall-prodotti koperti b’dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni aċċettata qabel l-1 ta’ Ottubru 2003.

L-Artikolu 2(3) għandu jkun japplika għall-prodotti koperti b’dikjarazzjoni tal-pagament aċċettata qabel l-1 ta’ Jannar 2004.

L-Artikolu 3 għandu jkun japplika għall-prodotti koperti b’dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni aċċettata sa mill-1 ta’ Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1.

[3] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

[4] ĠU L 199, tat-22.7.1983, p. 12.

[5] ĠU L 42, tas-16.2.1990, p. 6.

[6] ĠU L 325, tas-17.12.1999, p. 12.

[7] ĠU L 322, tas-27.11.2002, p. 4.

[8] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.

[9] ĠU L 183, tat-12.7.2002, p. 12.

[10] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[11] ĠU L 68, tat-12.3.2002, p. 11.

[12] ĠU L 177, tal-15.7.2000, p. 1.

--------------------------------------------------