32003R0408



Official Journal L 062 , 06/03/2003 P. 0008 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 408/2003

tal-5 ta’ Marzu 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1148/2001 fuq kontrolli ta’ konformità ma’ l-istandards tal-marketing fis-settur tal-Frott u l-ħaxix frisk

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix [1], kif mibdul l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2001 [3], emendat mir- Regolament (KE) Nru 2379/2001 [4], jniżżel ir-regoli għall-applikazzjoni ta’ kontrolli fuq fl-istandards tal-marketing kemm għal prodotti ta’ konsum fis-suq lokali u għal prodotti esportati.

(2) Huwa neċessarju li nistabbilixxu li negozjanti li joffru biżżejjed garanziji ta’ konformità u permezz t’hekk jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet speċjali fl-istadju tal-esportazzjoni mhux neċessarjament jkunu dawk li ppakjaw il-prodotti fl-istadju tat-trasmissjoni. Fil-fatt, xi negozjanti li joffru dawn il-garanziji, per eżempju negozjanti bl-ingrossa li jipprattikaw kontrolli personali ta’ konformità qabel ma’ jirrijesportaw ma’ jagħmlux użu minn faċilitajiet ta’ ippakjar. Għal fini ta’ ċarezza, huwa meħtieġ li meta l-Uffiċjali tal-Kontroll ma jeżaminawx il-prodotti huma stess, il-frażi "Kontroll Personali" tidher fuq iċ-ċertifikat maħruġ fl-istadju ta’ l-esportazzjoni.

(3) Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhomjistabbilixxu kriterji sabiex riskji bħal dawn jkunu stmati, flimkien mar-regoli dwar kif dawn il-kontrolli jistgħu jkunu inqas stretti fejn ir-riskji ta’ nuqqas ta’ konformità huma baxxi. Sabiex fejn ir-riskju jkun baxx regoli fuq kontrolli jkunu anqas stretti. Għal fini ta’ prattiċita fuq il-kontrolli bejn l-Istati Membri, jeħtieg li l-Kummisjoni tistabilixxi linji gwida komuni.

(4) Tgħabijiet akkompanjati minn ċertifikati ta’ konformità maħruġa minn terzi pajjiżi li l-kontrolli tagħhom huma skond ir-Regolament (KE) Nru 1148/2001 jħallu anqas lok ta’ nuqqas ta’ konformità minn dawk li ma jkunux akkompanjati b’dawn iċ-ċertifikati.Il-proporzjon tal-kontrolli fuq tgħabijiet u kunsinni akkumpanjati b’ċertifikat huma ħafna anqas minn dawk mingħajr ċertifikat. F’dan il-kas, irid jkun żgurat li l-ispejjeż involuti mill-Istati Membri fuq l-inqas proporzjon ta’ kontrolli u spejjeż oħra ta’ kontrolli ġġenerati f’terzi pajjiżi li qegħdin jesportaw, jkunu inqas mill-ispejjeż involuti taħt l-iskema ġenerali tal-kontrolli fuq l-importazzjoni u huma proporzjonali mal-kontrolli involuti.

(5) Aktar milli fejn xi prodotti ma jkunux konformi jew ma jkunx aktar possibli li prodotti jiġu konformi, f’każijiet fejn in-negozjanti jkunu jixtiequ jikkonformaw prodotti f’xi Stat Membru, jridu jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali.

(6) Fil-ħażniet ta’ ċertu negozjanti wieħed għadu jsib ħafna pakketti, stampati qabel l-1 ta’ Jannar 2002 u juru indikazzjonijiet stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2251/92 [5], kif mibdul l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 766/97 [6] F’dan il-każ huwa meħtieġ li l-perjodu fejn dawn il-prodotti jistgħujkunu użati jkun estiż b’sitt xhur.

(7) Il-metodi ta’ spezzjoni mniżżla fl-Anness IV jridu jkunu aġġornati, partikolarment fejn jidħlu proċeduri relatati ma’ ġewż u metodi kif tiġi stabbilita l-maturità tal-frott u l-ħaxix.

(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1148/2001 irid jiġi emendat bl-istess mod.

(9) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Amministrazzjoni tal-Frott u l-Ħaxix Frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1148/2001 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, jitneħħa t-tielet subparagrafu;

(b) il-paragrafu 1a li ġej ġie miżjud:

"1 bis. L-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-dispożizzjonijiet msemmija fit-tieni subparagrafu dwar in-negozjanti, billi jaderixxu mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) joffru garanzija għolja ta’ konformità konsistenti tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix li huma jinnegozjaw;

(b) ikollhom nies adekwati fuq kontroll, mħarrġa b’taħriġ approvat mill-Istati Membri;

(ċ) jimpenjaw ruħhom biex jiċċekjaw li l-prodotti li jinnegozjaw jkunu konformi;

(d) jimpenjaw ruħhom biex iżżommu reġistru bil-kontrolli kollha li jkun għamlu.

Għal dawn in-negozjanti, L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, l-inqas ammont ta’ kunsinni u kwantitajiet soġġetti għall-kontrolli ta’ konformità mill-persuni inkarigati fl-istadju tal-esportazzjoni, għall kull kategorija ta’ negozjant u bbażata fuq analiżi ta’ riskju. Dan il-proporzjon irid ikun biżżejjed biex jassigura qbil mar-regoli tal-KomunitàFejn l-awtoritajiet tal-kontrolli jsibu ħafna irregolaritajiet, għandhom jiżiedu l-kontrolli tal-kunsinni ta’ dawn in-negozjanti kkonċernati."

(ċ) fil-paragrafu 2, ġew miżjuda dawn li ġejjin:

"fejn, skond il-paragrafu 1a, tgħabijiet li għandhom jkollhom ċertifikat ta’ konformità li ma jkunux ġew iċċekjati mill-awtoritajiet kompetenti fl-istadju tal-esportazzjoni, l-imsemmija ‘Kontroll Personali (Art 5(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001)’ trid titniżżel f’kaxxa 13 (Kummenti) taċ-ċertifikat."

2. L-Artikolu 6(4) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"4. Minkejja paragrafi 1, 2 u 3, fejn l-Awtorità kompetenti tal-Kontrolli tikkonsidra li hemm riskju minimu li ċertu tgħabijiet ma jkunux konformi ma’ l-istandards tal-marketing fl-istadju tal-esportazzjoni, tista’ tagħżel li ma tiċċekjax dawn it-tgħabijiet.Għal dan il-għan, l-Awtoritá kompetenti tal-Kontrolli għandha tibgħat dikjarazzjoni stampata lill-Awtoritá tad-dwana jew b’xi mod ieħor tinforma lill-istess Awtoritá li tista’ tmexxi bil-proċeduri ta’ clearance mid-dwana.

Għall-iskop li wieħed japplika l-ewwel subparagrafu, l-Awtoritá tal-kontrolli trid tistabilixxi bil-quddiem il-kriterji li wieħed għandu juża biex janaliżża r-riskju li xi tgħabijiet ma jkunux konformi, u għal kull tip ta’ esportazzjoni li għandha l-Awtoritá, fuq bażi ta’ riskju, tistabbilixxi l-inqas proporzjon ta’ kunsinni u kwantitajiet li għandhomjkunu soġġetti għal ispezzjonijiet mill-Awtoritá tal-Kontrolli fl-istadju tal-esportazzjoni. Fi/kull każ, kull proporzjon speċifikat f’dan il-paragrafu jrid ikun ħafna akbar minn dawk applikati skond l’L-Artikolu 7(5)

4 bis. Il-Kummissjoni tistabbilixxi linji ta’ gwida komuni biex ittejjeb l-uniformitá ta’ l-applikazzjoni ta’ paragrafu 4 fl-Istati Membri. L-Awtoritá kompetenti trid tinforma lill-Kummissjoni bir-regoli stabbiliti għall-applikazzjoni ta’ paragrafu 4, u tinkludi l-kriterji u l-inqas ammont ta’ proporzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 u kull emenda li ssir wara f’dawk ir-regoli."

3. Is-subparagrafu li jmiss ġie miżjud ma’ l-Artikolu 7(5):

"Jekk xi Membru Stat jara l’bżonn ta’ miżata li tkopri l’infiq fuq dawn il-kontrolli msemmija f’dan il-paragrafu, l-miżata trid tkun stabbilita fuq l-inqas ammont ta’ kunsinni u tgħabijiet suġġetti għal dawn il-kontrolli aktar milli fuq dawk msemmija fl-Artikolu 6."

4. Is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda ma’ l-Artikolu 9(3):

"Jekk l-awtorità ta’ kontroll tilqa’ x-xewqa ta’ negozjant li jġib il-prodotti tiegħu konformi f’xi Stat Membru minn jeddu, aktar milli meta xi kontrolli jwasslu għal xi diskrepanza ta’ konformitá, l-Istati Membri jridu jieħdu miżuri xierqa biex bejnietom jassiguraw li l-prodotti jkunu ġew/huma konformi verament.

Fejn il-prodotti ma jkunux jistgħu jiġu konformi u lanqas użati għall-għalf ta’ l-annimali jew għal proċessar industrijali jew xi użu ieħor mhux tal-ikel, l-awtorità ta’ kontroll, fejn ikun neċessarju, trid iġġiegħel in-negozjanti jieħdu miżuri xierqa biex jassiguraw li l-prodotti konċernati ma jitpoġġewx fis-suq.

In-negozjanti għandhom l’obbligu li jipprovdu kull infomazzjoni meħtieġa mill-Istati Membri għal fini tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu."

5. Fl-Artikolu 11(2), id-data "31 ta’ Diċembru 2002" hija mibdula bid-data "30 ta’ Ġunju 2003".

6. L-Anness IV hu mibdul bit-test tal-Anness tar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jrid jidħol fis-seħħ tlett ijiem wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 64.

[3] ĠU L 156, tat-13.6.2001, p. 9

[4] ĠU L 321, tas-6.12.2001, p. 15.

[5] ĠU L 219, ta’ l-4.8.1992, p. 9.

[6] ĠU L 112, tad-29.4.1997, p. 10.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS IV

Metodi ta’ spezzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)

Rimarka:

Il-metodi ta’ spezzjoni li ġejjin huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet ta’ gwida tal-implimentazzjoni ta’ kontroll fuq il-kwalità tal-frott u l-ħaxix frisk stabbiliti mill-Grupp ta’ ġidma tal-UN/ECE (Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti) għall-istandard ta’ prodotti tal-konsum u titjib fil-kwalità ta’ dawn il-prodotti.

1. DEFINIZZJONIJIET

(a) Kontrolli ta’ Konformitá

Spezzjoni segwita minn kontrollur skond dan ir-Regolament sabiex jikkontrolla li il-frott u l-ħaxix jikkonforma ma’ l-istandards tal-marketing stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Din l-ispezzjoni tinkludi:

- meta approprjat, spezzjoni ta’ identita u dokumenti:spezzjoni tad-dokumenti jew ċertifikati li jakkumpanjaw il-konsenja u/jew ir-reġistri msemmija fit-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 5(1a)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001, u spezzjoni tal-prodotti u d-dokumenti biex jiġi ċċekjat li l-partikolari mniżżla fid-dokumenti jaqblu mal-prodotti,

- spezzjoni fiżika: billi jittieħed kampjun ta’ prodotti mill-merkanzija u jiġi assigurat li dak il-kampjun jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-istandards tal-marketing, inklużi d-dispożizzjonijiet fuq l-ippakjar u l-mod kif il-pakketti jiġu ppreżentati.

(b) Kontrollur

Persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti ta’ l-ispezzjonijiet li għandu taħriġ xieraq sabiex ikun jista’ jmexxi spezzjonijiet ta’ konformitá.

(ċ) Kunsinna

Il-kwantitá ta’ prodott mibjugħ minn negozjant preżenti waqt il-ħin tal-kontroll u definita minn dokument. Il-kunsinna tista’ tikkonsisti minn tip ta’ prodott wieħed jew minn ħafna tipi: fiha jista’ jkun hemm tip wieħed jew ħafna tipi ta’ frott u ħaxix frisk.

(d) Lott

Kwantitá ta’ Prodotti li, fil-post u l’ħin tal-kontroll, ikollha l-istess karatteristiċi bħal:

- l-identitá ta’ min ippakja jew dak li jqassam il-prodott,

- il-pajjiż ta’ l-oriġini,

- in-natura tal-Prodott,

- il-klassi tal-prodott,

- id-daqs (jekk il-prodott huwa klassifikat skond id-daqs),

- it-tip ta’ varjetá jew kummerċ (skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-istandard),

- t-tip ta’ ppakkjar u preżentazzjoni.

Madankollu, jekk waqt l-ispezzjoni tal-kunsinna, ma jkunx possibli li wieħed jiddistingwi bejn lottijiet differenti u/jew ma jkunx possibli li wieħed jgħaraf lottijiet individwali, il-lottijiet kollha ta’ kunsinna partikolari jiġu trattati bħala lott wieħed jekk ikunu simili fir-rigward tat-tip tal-prodott, min bagħthom, l’pajjiż minn fejn oriġinaw, il-klassi w it-tip ta’ varjetá jew kummerċ u jkun stipulat fl-istandard.

(e) Kampjun

Kampjun kollettiv meħud minn lott waqt spezzjoni ta’ konformitá.

(f) Kampjun primarju

Pakkett meħud minn lott, jew fil-każ ta’ prodotti bl-ingrossa, kwantitá meħudha minn xi post fil-lott.

(g) Kampjun globali

Ġafna kampjuni primarji meħuda minn lott, li l-kwantitá tagħhom tkun suffiċenti biex issir stima fuq il-lott kollu fir-rigward tal-kriterji kollha.

(h) Kampjun sekondarju

Fil-każ tal-ġewż, kampjun sekondarju għandu jkun kwantitá ta’ prodott meħud minn kull kampjun primarju fil-kampjun globali li jkun jiżen bejn 300 g u 1 kg. Jekk il-kampjun primarju jkun magħmul minn ikel ippakkjat, il-kampjun sekondarju għandu jkun pakkett wieħed minn dan l-ikel.

(i) Kampjun mħallat

Fil-każ tal-ġewż, kampjun imħallat għandu jkun taħlitá ta’ ġewż li tiżen mill-inqas 3kg, minn kull kampjun sekondarju fil-kampjun globali. It-taħlita ta’ ġewż fil-kampjun mħallat għandha tkun indaqs.

(j) Kampjun ridott

Kwantitá rapreżentattiva ta’ prodott meħudha minn kampjun globali li d-daqs tagħha jkun suffiċenti biex issir stima individwali ta’ ċertu kriterja.Fil-każ tal-ġewż, il-kampjun ridott jrid jkun fih mill-inqas 100 ġewża meħudha mill-kampjun mħallat.}afna kampjuni ridotti jistgħu jittieħdu minn kampjun globali.

(k) Pakketti

Pakketti individwali parti minn lott, li jkun fihom xi kontenut.L-ippakkjar sar sabiex jiffaċilitá t-trasport u t-tqandil ta’ unitá ta’ bejgħ jew waħdiet jew numru ta’ prodotti, sabiex ma jkunx hemm danni fit-tqandil fiżiku jew t-trasport.Kontenituri tat-trasport bl-art, bil-ferrovija, bil-baħar jew bl-ajru mhumiex ikkunsidrati bħala pakketti.

(l) Pakketti ta’ bejgħ

Pakketti indiviwali li jagħmlu parti minn lott u li fihom kontenut. L-ippakkjar ta’ pakketti ta’ bejgħ sar sabiex unitá ta’ bejgħ tkun offruta lil konsumatur għax-xiri. Fost il-pakketti ta’ bejgħ, pakketti ppakjati minn qabel bħal pakketti li jaħbu l-kontenut tal-ikel kompletament jew parzjalment b’tali mod li l-kontenut ma jkunx jista’ jiġi mibdul jekk kemm ‘il darba il-pakkett ma jiġix miftugħ jew ippakkjat mill-ġdid.

2. TA’ KONTROLL TA’ KONFORMITÀ

(a) Rimarka ġenerali

Kontrolli fiżiċi jridu jsiru billi jiġu stmati kampjuni globali meħuda saltwarjament minn partijiet differenti tal-lott li jkun qed jiġi kontrollat. Dan hu bbażat fuq il-prinċipju ta’ preżunzjoni li l-lott hu konformi mal-kampjun globali.

(b) Identifikazzjoni tal-lott u/jew impressjoni ġenerali tal-kunsinna

L-indentifikazzjoni tal-lottijiet trid tkun ibbażata fuq l-indikazzjonijiet esterni jew fuq kriterji oħra bħal indikazzjonijiet stabbiliti mid- Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE [1]. Fil-każ ta’ kunsinni li jkunu magħmula minn ħafna lottijiet, jkun neċessarju li l-kontrollur jistabbilixxi impressjoni ġenerali tal-kunsinna bil-għajnuna tad-dokumenti u d-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjaw il-kunsinna.Hu wara jistabilixxi, kemm dawn il-lottijiet jaqblu ma’ l-informazzjoni ta’ dawn id-dokumenti.

Jekk il-prodott għandu jiġi jew ikun ġie mgħobbi fuq xi mezz ta’ trasport, in-numru tar-reġistrazzjoni ta’ dan il-mezz tat-trasport għandu jiġI użat bħala identifikazzjoni tal-kunsinna.

(ċ) Preżentazzjoni ta’ Prodott

Il-kontrollur għandu jiddeċiedi liema pakketti għandhom jiġu kontrollati.Il-preżentazzjoni ta’ dawn il-pakketti għandha tkun ippreżentatha mill-persuna inkarigata jew rappreżentattiv tagħha.Il-proċedura trid tinkludi preżentazzjoni tal-kampjun globali.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjuni ridotti jew sekondarji, dawn għandhom jiġu magħżula mill-kontrollur innifsu mil-kampjun globali.

(d) Kontroll fiżiku

- Stima ta’ ppakkjar u preżentazzjoni fuq bażi ta’ kampjuni primarji:

L-ippakkjar, inkluż il-materjal użat fil-pakkett, jrid jiġi ttestjat għall-għan u l-indafa tal-prodott skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-istandards tal-marketing. Jekk ikunu permessi biss ċertu tipi ta’ ppakjar, il-kontrollur għandu jiċċekja li jkun qiegħed jintuża dan it-tip ta’ ppakjar.

- Verifikazzjoni ta’ indikazzjonijiet fuq bażi ta’ kampjuni primarji:

l-ewwel, ikun aċċertat li l-prodott hu mmarkat skond l-istandards tal-marketing. Tkun iċċekjata, waqt kontroll, il-preċiżjoni tal-indikazzjonijiet u/jew l-estensjoni ta’ l-emenda meħtieġa.

Frott u ħaxix mgerbeb individwalement fil-plastik mhux ikkonsidrat bħala ikel ippakjat fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew 2000/13/KE [2] u mhux neċessarjament għandu jkun immarkat skond l-istandards tal-marketing. F’każijiet bħal dawn, it-tgeżwir tal-plastik għandu jkun ikkunsidrat bħala sempliċi protezzjoni għal prodotti fraġli.

- Verifikazzjoni ta’ konformitá ta’ prodotti li jużaw kampjuni globali jew mħallta u/jew kampjuni ridotti:

Il-kontrollur jrid jistabbilixxi d-daqs tal-kampjun globali b’tali mod li jkun jista’ jagħmel stima tal-lottijiet. Hu għandu saltwarjament jagħżel il-pakketti li jridu jiġu spezzjonati jew fil-każ ta’ prodotti bl-ingrossa, l-postijiet minn fejn għandhom jittieħdu kampjuni individwali.

Pakketti li jkunu sofrew xi danni ma għandhomx jiġu wżati fil-kampjuni globali. Dawn għandhom jiġu mwarrba u jekk ikun neċessarju jistgħu jkunu suġġetti għal spezzjoni u rapport separat.

Kull meta kunsinna tkun dikjaratha mhix sodisfaċenti, il-kampjun globali jrid ikun fih il-kwantitajiet li ġejjin:

Prodotti ppakjati |

Numru ta’ pakketti fil-lott | Numru ta’ pakketti biex jittieħdu (kampjuni primarji) |

Sa 100 | 5 |

Minn 101 sa 300 | 7 |

Minn 301 sa 500 | 9 |

Minn 501 sa 1 000 | 10 |

Aktar minn 1 000 | 15 (minimu) |

Prodotti bl-ingrossa |

Kwantitá tal-lot f’kg jew numru ta’ qatet fil-lott | Kwantitá ta’ kampjuni primarji jew numru ta’ qatet |

Sa 200 | 10 |

Minn 201 sa 500 | 20 |

Minn 501 sa 1 000 | 30 |

Minn 1 001 sa 5 000 | 60 |

Aktar minn 5 000 | 100 (minimu) |

Fil-każ ta’ frott u ħaxix goff (‘il fuq minn 2 kg kull biċċa), il-kampjun primarjujrid jkun magħmul minn ta’ l-inqas ħames biċċiet. Fil-każ ta’ lottijiet li jkun fihom anqas minn 5 pakketti jew jkunu jiżnu anqas minn 10kg, il-kontroll għandu jkun fuq il-lott kollu.

Jekk il-kontrollur jiskopri li wara deċizjoni ma tkunx tista’ tiġI milħuqha wara li tkun saret spezzjoni, hu jista’ jerġa’ jagħmel spezzjoni oħra u jesprimi ir-riżultat globali bħala medja taż-żewġ spezzjonijiet.

Jertu kriterji fuq il-livell ta’ żvilupp u/jew maturitá jew fuq il-preżenza jew l-assenza ta’ difetti interni, jistgħu jiġu ċċekjati fuq bażi ta’ kampjuni ridotti; dan japplika partikolarment għall-kontrolli li jeqirdu l-valur tal-prodott fis-suq. Id-daqs tal-kampjun ridott jrid ikun assolutament restritt għall-iżgħar kwantitá neċessarja biex issir stima fuq il-lott. Jekk, madankollu, jkunu suspettati jew ċertifikati xi difetti, d-daqs tal-lott ridott ma jridx jaqbeż l-10 fil-mija tad-daqs tal-kampjun globali meħud inizjalment għall-ispezzjoni.

(e) Kontroll ta’ Prodott

Il-Prodott irid jiġi maħruġ mill-pakkett biex jiġi spezzjonat; il-kontrollur jista’ ma jagħmilx dan fil-kaz tal-ġewż jew jekk it-tip jew forma ta’ kif ikun ippreżentat il-prodott iħalli lok li l-prodott jiġi spezzjonat mingħajr ma jinħareġ. Spezzjoni ta’ uniformitá, ħtiġiet bażiċi, il-klassijiet ta’ kwalitá u daqs trid tiġi segwita fuq bażi tal-kampjuni globali, jew fuq bażi tal-kampjuni mħallta jew fil-każ tal-ġewż. Meta jiġu skoperti difetti, il-kontrollur għandu jistabbilixxi il-perċentwali rispettivi tal-prodotti mhux konformi mal-istandard permezz ta’ numru jew piż.

Il-kriterji fuq il-livell ta’ żvilupp u/jew maturitá jistgħu jiġu ċċekjati permezz ta’ l-istrumenti u l-metodi stabbiliti għal dan il-għan fl-istandards tal-marketing jew skond prattiċi aċċettati.

(f) Rapport tar-riżultati ta’ kontroll

Dokumenti msemmija fl-Artikolu 9 jinħarġu fejn meħtieg.

Jekk jinstabu difetti, in-negozjant jew rappreżentant tiegħu għandhom jiġu mgħarrfa bil-miktub dwar ir-raġunijiet tal-ilment. Jekk il-konformitá tal-prodott tkun possibbli b’xi bdil fl-indikazzjonijiet, in-negozjant jew ir-rappreżentant tiegħu, għandhom ikunu mgħarrfa b’dan.

Jekk jinstabu difetti f’xi prodott, jrid jiġi indikat il-perċentwali ta’ prodotti mhux konformi ma’ l-istandards.

(g) Tnaqqis fil-valur minn kontroll ta’ konformitá

Wara li jsir il-kontroll, il-kampjun globali jiġi mqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu.

L-awtorità ta’ kontroll mhux marbuta li tirritorna lura l-elementi tal-kampjun globali li jinqerdu waqt il-kontroll.

"

[1] ĠU L 186, 30.6.1989., p. 21.

[2] ĠU L 109, 6.5.2000., p. 29.

--------------------------------------------------