Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 337/2003 tal-21 ta’ Frar 2003 li jissospendi l-applikazzjoni tar-reġim ta’ kontroll doppju għal ċerti prodotti tessili li joriġinaw fl-Ukrajna
Official Journal L 049 , 22/02/2003 P. 0007 - 0008
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 60 - 61
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 60 - 61
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 60 - 61
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 60 - 61
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 60 - 61
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 60 - 61
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 60 - 61
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 60 - 61
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 60 - 61
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 337/2003 tal-21 ta’ Frar 2003 li jissospendi l-applikazzjoni tar-reġim ta’ kontroll doppju għal ċerti prodotti tessili li joriġinaw fl-Ukrajna IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/33/KE tad-19 ta’ Diċembru 2000 dwar l-iffirmar ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Ukrajna dwar il-kummerċ fil-prodotti tessili nizjalat fil-5 ta’ Mejju 1993, kif l-aħħar emendat mill-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri nizjalat fil-15 t’Ottubru 1999 u li tawtorizza l-applikazzjoni proviżorja tagħha [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, Billi: (1) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna dwar il-kummerċ fil-prodotti tessili [2], kif l-aħħar emendat bi ftehim bejn il-partijiet implementat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 475/2002 [3], jistipul fl-Artikolu 2(1) li ta’ l-inqas sitt ġimgħat qabel it-tmiem ta’ kull sena ta’ Ftehim il-Kummissjoni u l-Ukrajna għandu jkollhom konsultazzjoni dwar il-ħtieġa li jinżammu l-kategoriji elenkati fl-Anness III tal-Ftehim taħt il-kontroll doppju, bil-għan li possibilment jiġi sospiż il-kontroll doppju mill-katergoriji. (2) Inżammu konsultazzjonijiet f’Ottubru 2002 bil-għan li ssir reviżjoni tal-bżonn li tinżamm l-applikazzjoni tas-sistema ta’ kontroll doppju għal ċerti prodotti tessili. B’riżultat ta’ dawn il-konsultazzjonijiet, il-partijiet qablu li jissospendu ir-reġim ta’ kontroll doppju għal prodott tessili wieħed. (3) Huwa mixtieq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament sabiex l-operaturi jiġu nformati bil-vantaġġi tiegħu malajr kemm jista’ jkun. (4) Il-miżuti previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tessili, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness III tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna dwar il-kummerċ fil-prodotti tessili, li jniżżel il-prodotti mingħajr limiti kwantitattivi suġġetti għas-sistema ta’ kontroll doppju msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) ta’ dak il-Ftehim, huwa mibdul mill-Anness ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, il-21 ta’Frar 2003. Għall-Kummissjoni Pascal Lamy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 16, 18.01.01, p. 1. [2] ĠU L 123, 17.05.94, p. 718. [3] ĠU L 75, 16.03.02, p. 26. -------------------------------------------------- ANNESS L-ANNESS III Prodotti mingħajr limiti kwantitattivi suġġetti għas-sistema ta' kontroll doppju msemmija fl-Artikolu 2(1), it-tienu subparagrafu, tal-Ftehim Grupp | Kategorija | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | IA | 1 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 2 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | 3 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | IB | 4 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | 5 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | 6 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | 7 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | 8 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | IIA | 9 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 20 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 22 | Sorveljanza | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 23 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 39 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | IIB | 12 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | 13 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | 15 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | 16 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 21 | Kwota | Sorveljanza | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 24 | Kwota | Sorveljanza | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 26/27 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | 29 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | 73 | Sorveljanza | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 83 | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | IIIA | 33 | Sorveljanza | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 36 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 37 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 50 | Kwota | Sorveljanza | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | IIIB | 67 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 74 | Sorveljanza | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 90 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | IV | 115 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | 117 | Kwota | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | Sorveljanza | 118 | Kwota | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | Eżenzjoni | --------------------------------------------------