32003R0304

Ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Official Journal L 063 , 06/03/2003 P. 0001 - 0026
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 65 - 90
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 65 - 90
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 65 - 90
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 65 - 90
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 65 - 90
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 65 - 90
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 65 - 90
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 65 - 90
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 65 - 90


Ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-28 ta’ Jannar 2003

dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2455/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 li jirrigwarda l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ ċerti kimiċi perikolużi [4] jistabbilixxi, fost l-oħrajn, sistema komuni ta’ notifika u informazzjoni għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi ta’ kimiċi li huma pprojbiti u jew strettament imrażżna fil-Komunità minħabba l-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Ir-Regolament japplika fuq bażi obbligatorja il-proċedura internazzjonali tal-"kunsens informat minn-qabel" (PIC) taħt id-dispożizzjonijiet mhux vinkolanti tal-Gwidi ta’ Londra għat-Tparti ta’ Tagħrif dwar Kimiċi fil-Kummerċ Internazzjonali (Gwidi ta’ Londra) tal-Programm ta’ l-Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP), kif emendati fl-1989, u taħt il-Kodiċi ta’ Kondotta Internazzjonali dwar id-Distribuzzjoni u l-Użu ta’ Pestiċidji, kif emendat fl-1990, ta’ l-Organiżżazzjoni ta’ l-Ikel u ta’ l-Agrikoltura (FAO).

(2) Fil-11 ta’ Settembru 1998, il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura tal-kunsens informat minn qabel għal xi kimiċi u pestiċidji perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (Il-Konvenzjoni tal-PIC). Fl-istess ħin, ġiet addottata Riżolussjoni dwar arranġamenti temporanji stabbiliti fl-Att Finali tal-Konferenza Diplomatika, li stabbilixxiet proċedura tal-PIC temporanja bażata fuq it-test tal-Konvenzjoni

(3) Huwa xieraq li l-Komunità taġixxi biex timplimenta r-regoli tal-Konvenzjoni, inklużi, sa meta tidħol fis-seħħ, il-proċedura tal-PIC temporanja, mingħajr bl-ebda mod iddgħajjef il-livell ta’ ħarsien lill-ambjent u lill-pubbliku ġenerali tal-pajjiżi li jimportaw skond ir-Regolament (KEE) Nru 2455/92.

(4) Bl-istess għanijiet miftakra, huwa wkomm meħtieġ u xieraq li wieħed imur oltre d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni f’xi aspetti. L-Artikolu 15(4) tal-Konvenzjoni tippermetti lill-Partijiet id-dritt li jieħdu azzjoni li hija protettiva aktar strettament tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent milli jintalab mill-Konvenzjoni, sa fejn tali azzjoni hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u hija skond il-liġi internazzjonali.

(5) Rigward il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Konvenzjoni, huwa essenzali li jkun hemm punt ta’ kuntatt wieħed għall-interazzjoni tal-Komunità mas-Segretarjat u mal-Partijiet l-oħrajn tal-Konvenzjoni kif ukoll ma’ pajjiżi oħrajn. Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala dan il-punt ta’ kuntatt.

(6) L-esportazzjonijiet ta’ kimiċi perikolużi li huma pprojbiti jew strettament imrażżna fil-Komunità għandhom ikomplu jkunu soġġetti għal proċedura ta’ notifika ta’ l-esportazzjoni komuni. Għalhekk, il-kimiċi perikolużi, kemm fil-forma ta’ sustanza waħedha jew ġewwa preparazzjoni, li ġew ipprojbiti jew strettament imrażżna mill-Komunità bħala prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, bħala forom oħrajn ta’ pestiċidji, jew bħala kimiċi industrijali għall-użu minn utenti professjonali jew mill-pubbliku, għandhom jiġu soġġettati għal regoli dwar notifiki ta’ esportazzjoni simili għal dawk li japplikaw għal dawn il-kimiċimeta huma pprojbiti jew strettament imrażżna f’waħda mill-, jew fiż-żewġ, kategoriji ta’ użu stabbiliti fil-Konvenzjoni, ċjoe’ bħala pestiċidji jew kimiċi għall-użu industrijali. Minbarra dan, il-kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC internazzjonali għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess regoli. Din il-rpoċedura tan-notifika ta’ l-esportazzjoni għandha tapplika għall-esportazzjonijiet tal-Komunità lejn il-pajjiżi terzi kollha, kemm jekk huma jew mhumiex Partijiet tal-Konvenzjoni jew jipparteċipawx fil-proċeduri tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiġu permessi li jżommu tariffi amministrattivi, sabiex ikopru l-ispejjeż tagħhom biex iwettqu din il-proċedura.

(7) L-exportaturi u l-importaturi għandhom jiġu obbligati li jipprovdu tagħrif dwar il-kwantitajiet tal-kimiċi fil-kummerċ internazzjonali koperti minn dan ir-Regolament sabiex l-impatt u l-effettività ta’ l-arranġamenti stabbiliti fihom jistgħu jiġu sorveljati u stmati.

(8) Notifiki lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ l-azzjonijiet regolatorji tal-Komunità jew ta’ l-Istati Membri li jipprojbixxu jew irażżnu strettament il-kimiċi, bi skop ta’ l-inklużjoni tagħhom fil-proċedura tal-PIC internazzjonali, għandhom jingħataw lill-Kummissjoni u għandhom jirrelataw għal dawk il-każijiet li jilħqu l-kriterji stabbiliti fil-Konvenzjoni f’dan ir-rigward. Informazzjoni addizzjonali biex issostni dawn in-notifiki għandha tiġi mfittxija fejn meħtieġ.

(9) F’każijiet fejn l-azzjonijiet regolatorji tal-Komunità jew ta’ l-Istati Membri ma jikkwalifikawx għal notifika minħabba li ma jilħqux il-kriterji, l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet għandha xorta tintbagħat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni u lill-Partijiet l-oħrajn tal-Konvenzjoni fl-interess tat-tpartit ta’ l-informazzjoni.

(10) Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li l-Komunità tieħu deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ kimiċi li huma soġġetti għall-proċedura tal-PIC internazzjonali. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu bażati fuq leġislazzjoni applikabbli tal-Komunità u jqisu l-projbizzjonijiet jew trażżin strett mill-Istati Membri. Fejn huwa ġġustifikat, il-modifiki tal-leġislazzjoni tal-Komunità għandhom jiġu ppreparati.

(11) Huma meħtieġa arranġamenti sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-esportaturi huma konxji tad-deċiżjoni tal-pajjiżi li jimportaw rigward kimiċi li huma suġġetti għall-proċedura tal-PIC internazzjonali, u li esportaturi iħarsu dawn id-deċiżjonijiet. Barra minn hekk, sabiex ma jitħallewx esporti mhux mixtieqa, per eżempju minħabba nuqqasijiet minn pajjiżi li jimportaw li jipprovdu dawn id-deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni biex jiireaġixxu għal notifiki ta’ l-esportazzjoni, l-ebda kimiċi pprojbiti jew imrażżna strettament fil-Komunità li jilħqu l-kriterji tal-Konvenzjoni jew li huma koperti taħt il-proċedura tal-PIC internazzjonali għandhom jiġu esportati mingħajr il-kunsens espliċitu tal-pajjiż li qed jimporta, kemm jekk dak il-Pajjiż huwa jew mhuwiex Parti tal-Konvenzjoni.

(12) Huwa wkoll importanti li l-kimiċi kollha esportati għandhom żmien xieraq kemm idumu tajbin sabiex jistgħu jintuża b’mod effettiv u sikur. B’mod partikolari rigward pestiċidji, u speċjalment dawk esportati lejn il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, huwa essenzali li tiġi provduta informazzjoni dwar kondizzjonijiet xierqa tal-ħażna u li jintużaw pakketti u daqsijiet xierqa ta’ kontenituri biex jiġi evitat illi jinħolqu ħażniet li skadew.

(13) Oġġetti li jkunu jinsabu fihom kimiċi ma jaqgħux taħt l-iskop tal-Konvenzjoni. Madankollu jidher xieraq illi l-oġġetti li jkunu jinsabu fihom kimiċi li jistgħu jiġu rilazzjati taħt kondizzjonijiet ta’ użu jew rimi li huma pprojbiti jew imrażżna strettament fil-Komunità f’waħda jew aktar mill-kategorji ta’ użu stabbiliti fil-Konvenzjoni jew huma soġġetti għall-proċedura tal-PIC internazzjonali għandhom ikunu soġġetti għar-regoli dwar in-notifiki ta’ l-esportazzjoni. Madankolli, xi kimiċi u oġġetti li jkunu jinsabu fihom kimiċi speċifiċi li jaqgħu barra mill-ambitu tal-Konvenzjoni iżda jagħtu lok għal konċern partikolari m’għandhomx jiġu esportati. Deċiżjonijiet dwar liema kimiċi għandhom jiġu soġġetti għal kontroll daqshekk strett għandhom jiġu addottati mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata.

(14) Skond il-Konvenzjoni, għandha tingħata lill-Partijiet tal-Konvenzjoni li jitolbuha informazzjoni dwar il-movimenti ta’ transitu ta’ kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC.

(15) Regoli tal-Komunità dwar il-pakketti u t-tikkettjar u tagħrif ieħor dwar sigurtà għandhom japplikaw għall-kimiċi perikolulżi kollha meta maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Partijiet u pajjiżi oħrajn u kemm-il darba dawn id-dispożizzjonijiet jikkonfliġġi ma’ xi rekwiżiti speċifiċi ta’ dawk il-pajjiżi b’ kont meħud ta’ l-istandards internazzjonali rilevanti.

(16) Sabiex jiġi żgurat kontroll u infurzar effettiv tar-regoli, l-Istati Membri għandhom jindikaw awtoritajiet bħall-awtoritajiet tad-dwana li għandu jkollhom ir-responsabbilità li jikkonttollaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ kimiċi koperti minn dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom rwol ewlieni u għandhom jaġixxu b’mod immirat u kkoordinat. L-Istati Membri għandhom jagħmlu jipprovdu sanzjonijiet xierqa fil-każ ta’ vjolazzjonijiet.

(17) L-iskambju ta’ l-informazzjoni, ir-responsabbilità maqsuma u l-isforzi kooperattivi bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi terzi għandhom jiġu promossi bi skop li tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba tal-kimiċi, kemm jekk dawk il-pajjiżi terzi huma Partijiet tal-Konvenzjoni jew le. B’mod partikolari, l-assistenza teknika lill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u ppajiżi li għandhom ekonomiki f’transizzjoni għandhom jiġu forniti direttament mill-Kummissjoni jew l-Istati Membri, jew indirettament permezz ta’ appoġġ għall-protezzjoni minn organizzazzjonijiet mhux governamentali (NGOs), speċjalment għajnuna li tipprova tippermetti lil dawk il-pajjiżi jimplimentaw il-Konvenzjoni.

(18) Għandu jkun hemm sorveljanza regolari ta’ l-operazzjoni tal-proċeduri jekk għandhom ikunu effettivi. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jagħtu rapporti regolari lill-Kummissjoni, li għandha regolarment tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(19) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5].

(20) Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, ir-Regolament (KEE) Nru 2455/92 għandu jiġi mħassar u sostitwit,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għanijiet

1. L-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma:

(a) li jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura tal-Kunsens Informat minn Qabel għal xi Kimiċi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali;

(b) li jippromwovi r-responsabbilità maqsuma u sforzi kooperattivi fil-moviment internazzjonali tal-kimiċi perikolużi sabiex jiġu mħarsa s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-periklu potenzali; u

(ċ) jikkontribwixxu għall-użu tagħhom li huwa tajjeb għall-ambjent.

Għandhom jiġu miksuba billi jiġi ffaċilitat it-tpartit ta’ l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ dawn il-kimiċi, billi jsir provvediment għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Komunità dwar l-importazzjoni u l-importazzjoni tagħhom u billi jinxterdu d-deċiżjonijiet lill-Partijiet u lill-pajjiżi l-oħrajn kif xieraq.

2. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jaċċerta li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifika, il-pakkjar u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi [6], u tad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifika, il-pakkjar u t-tikkettjar ta’ preparazzjonijiet perikolużi [7], dwar il-klassifika, pakkjar u tikkettjar ta’ kimiċi lill-bniedem jew lill-ambjent meta jiġu mqiegħed fuq is-suq fil-Komunità Ewropea għandhom japplikaw ukoll għal dawn il-kimiċi meta jiġu esporati mill-Istati Membri lejn Partijiet jew pajjiżi oħrajn, kemm-il darba dawn id-dispożizzjonijiet ma jikonfliġġux ma’ xi rekwiżiti speċifiċi ta’ dawk il-Partijiet jew pajjiżi oħrajn.

Artikolu 2

Ambitu

1. Dan ir-Regolament jgħodd għal:

(a) xi kimiċi perikolużi li huma suġġetti għall-proċedura tal-kunsens informat minn qabel (PIC) taħt il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam;

(b) xi kimiċi perikolużi li huma pprojbiti jew imrażżna strettament fil-Komunità jew xi Stat Membru; u

(ċ) il-kimiċi kollha meta jiġu esportati sa fejn huma kkonċernati l-klassifika, l-ippakkar u t-tikkettjar tagħhom.

2. Dan ir-Regolament m’għandux jgħodd għal:

(a) drogi narkotiċi u sustansi psikotropiċi koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 tat-13 ta’ Diċembru 1990 li jippreskrivi miżuri li jridu jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu l-bdil tar-rotta ta’ ċerti sustanzi għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [8];

(b) materjali u sustanzi radjoattivi koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtá għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli mir-radjazzjoni li tionizza [9];

(ċ) skart koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart [10] u 91/689/EEC tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż [11];

(d) armi kimiċi koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000 tat-22 ta’ Ġunju 2000 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll ta’ l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju [12];

(e) ikel u addittivi ta’ l-ikel koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 89/397/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1989 dwar il-kontroll uffiċjali fuq l-ikel [13];

(f) għalf kopert bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtá ta’ l-Ikel;u jistabbilixxi pro¦eduri f’kwistjonijiet tas-sigurtá ta’ l-ikel [14] inklużi addittivi, kemm jekk proċessati, parzjalment proċessati jew mhux proċessati, maħsuba għat-tmigħ orali lill-annimali;

(g) organiżmi ġenetikament modifikati kif koperti bid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx deliberat fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE [15];

(h) salv l-estent li huma koperti bl-Artikolu 3(4)(b), prodotti mediċinali proprjetarji u prodotti mediċinali veterinarji koperti bid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bnedmin [16] u d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 on the Komunità dwar il-kodiċi Komunitarju dwar prodotti mediċinali veterinarji [17];

(i) kimiċi f’kwantitajiet li x’aktarx ma jaffettwawx is-saħħa jew l-ambjent, u f’kull każ mhux aktar minn 10 kg, kemm-il darba huma importati għall-iskop ta’ riċerka jew analiżi.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

1. "kimika" tfisser sustanza kif definita fid-Direttiva 67/548/KEE, kemm waħdu jew f’preparamazzjoni, jew preparazzjoni u kemm fabbrikant jew miksub min-natura, iżda ma jinkludix organiżmi ħajjin. Tikkonsisti f’żewġ kategoriji: pestiċidji, li jinkludu formoli pestiċidji perikolużi serjament; u kimiċi industrijali;

2. "preparazzjoni" tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar, jekk il-preparazzjoni, kif definita fid-Direttiva 1999/45/KE, hija soġġetta għal tikkettjar obbligatorju skond il-leġislazzjoni tal-Komunità, minħabba l-preżenza ta’ xi waħda minn dawk is-sustanzi;

3. "oġġett" tfisser prodott imlesti li jkunu jinsab fih jew li jinkludi kimika li l-użu tagħha ġie projbit jew imrażżan strettament bil-leġislazzjoni tal-Komunità f’dak il-prodott partikolari;

4. "pestiċidji" tfisser kimika f’waħda minn dawn iż-żewġ subkategoriji li ġejjin:

(a) pestiċidji użati fil-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti kif koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti [18];

(b) pestiċidji oħrajn, bħall-prodotti bioloġiċi taħt id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bioloġiċi [19] u bħal diżinfettanti, insettiċidji u parasitiċidji taħt id-Direttiva 2001/82/KE u d-Direttiva 2001/83/KE;

5. "kimiċi industrijali" tfisser kimiċi f’waħda minn dawn iż-żewġ subkategoriji li ġejjin:

(a) kimiċi għall-użu mill-professjonisti;

(b) kimiċi għall-użu mill-pubbliku;

6. "kimiċi suġġetti għal notifika dwar l-esportazzjoni" tfisser kwalunkwe kimika li hija pprojbita jew imrażżna strettament fil-Komunità f’waħda jew aktar mill-kategoriji jew sub-kategoriji, u kwalunkwe kimika li hija suġġetta għall-proċedura tal-PIC elenkata fl-1 Parti ta’ l-Anness I;

7. "kimika li tikkwalifika għan-notifika tal-PIC" tfisser kwalunkwe kimika li hija projbita jew imrażżna strettament fil-Komunità jew f’Stat Membriu f’kategorija waħda jew aktar. Kimiċi projbiti jew imrażżna strettament fil-Komunità f’kategorija waħda jew aktar huma elenkati fit-2 Parti ta’ l-Anness I;

8. "kimika soġġetta għan-notifika tal-PIC" tfisser kwalunkwe kimika elenkata fl-Anness III tal-Konvenzjoni jew, qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, taħt il-proċedura tal-PIC temporanja. Dawn il-kimiċi huma elenkati fit-3 Parti ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

9. "kimiċi projbiti" tfisser:

(a) kimika li l-użi kollha tagħħa f’waħda jew aktar mill-kategoriji jew sub-kategoriji ġew projbiti b’azzjoni regolatorja finali mill-Komunità, sabiex jiġu mħarsa s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent; or

(b) kimika li ġiet miċħuda l-approvazzjoni għall-ewwel użu jew li ġiet irtirata mill-industrija jew mis-suq Komunitarju jew minn aktar konsiderazzjoni f’proċess ta’ notifika, ta’ reġistrazzjoni jew ta’ approvazzjoni u fejn hemm prova li l-kimika tqajjem inkwiet għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;

10. "kimika mrażżna strettament" tfisser:

(a) kimika, li virtwalment għal kull użu tagħha li jaqa’ taħt waħda jew aktar mill-kategoriji jew subkategoriji ġiet projbita b’azzjoni regolatorja finali għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, iżda li għaliha baqgħu permessi xi użi speċifiċi; or

(b) kimika li li virtwalment għal kull użu tagħha, ġiet rifjutata għall-approvazzjoni jew ġiet irtirata mill-industrija jew mis-suq Komunitarju jew minn aktar konsiderazzjoni f’proċess ta’ ta’ notifika, ta’ reġistrazzjoni jew ta’ approvazzjoni, u fejn hemm prova li l-kimika tqajjem inkwiet għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;

11. "kimika projbita jew imrażżna strettament minn Stat Membru" tfisser kwalunkwe kimika li hija projbita jew imrażżna strettament b’azzjoni regolatorja nazzonali ta’ Stat Membru;

12. "azzjoni regolatorja finali" tfisser att leġislattiv, li l-iskop tiegħu huwa li jipprojbixxi jew irażżan kimika strettament;

13. "Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam ta’ l-10 ta’ Settembru 1998 dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Informat minn Qabel għal xi Kimiċi u Pestiċidji Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali;

14. "Proċedura tal-PIC procedure" tfisser il-edura ta’ Kunsens Informat minn Qabel stabbilita bil-Konvenzjoni;

15. "formulazzjoni pestiċidja perikoluża serjament" tfisser kimika formolata għall-użu pestiċidju li tipproduċi effetti gravi fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent, osservabbli f’perjodu qasir wara esposizzjoni waħda jew aktar, taħt kondizzjonijiet ta’ użu;

16. "esportazzjoni" tfisser:

(a) l-esportazzjoni permanenti jew temporanja ta’ kimika li tilħaq il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat;

(b) ir-ri-esportazzjoni ta’ kimika li ma tilħaqx il-kondizzjonijiet imsemmija f’ (a) li titpoġġa taħt proċeduri doganali u mhux tranżitorji;

17. "importazzjoni" tfisser l-introduzzjoni fiżika fit-territorju tad-dwana tal-Komunità ta’ kimika;

18. "esportatur" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li ssir dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni f’isimha, jiġifieri l-persuna li, fil-ħin meta d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, għandha kuntratt mal-kunsinnatarju f’Parti jew pajjiż ieħor u għandha l-poter għad-determinazzjoni tal-bgħit tal-kimika barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità. Jekk ma sar ebda kuntratt għall-esportazzjoni jew jekk id-detentur ma jaġixxix f’ismu proprju, il-poter għad-determinazzjoni tal-tal-bgħit tal-kimika barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità għandu jkun deċiżiv;

19. "importatur" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li fil-ħin ta’ l-importazzjoni fit-territorju tad-dwana tal-Komunità huwa l-kunsinnatarju għall-kimika;

20. "Parti tal-Konvenzjoni" tfisser Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ l-integrazzjoni ekonomika li kkonsentiet li tintrabat bil-Konvenzjoni u li għaliha l-Konvenzjoni hija fis-seħħ;

21. "Partiy" tfisser:

(a) Parti tal-Konvenzjoni;

(b) kwalunkwe pajjiż li ma rratifikax il-Konvenzjoni iżda li jieħu sehem fil-proċedura tal-PIC matul perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Konferenza tal-Partijiet;

(ċ) qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni, kwalunkwe pajjiż li jieħu sehem fil-proċedura tal-PIC temporanja stabbilita bir-Riżoluzzjoni dwar arranġamenti temporanji addottata f’Rotterdam fil-11 ta’ Settembru 1998;

22. "pajjiż ieħor" kwalunkwe pajjiż li mhuwiex Parti kif definit fil-punt 21;

23. "il-Konferenza tal-Partijiet" tfisser il-korp stabblit bl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni għall-prestazzjoni ta’ xi funzjonijiet konnessi ma’ l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni;

24. "Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimiċi" tfisser il-korp sussidjarju stabbilit mill-Konferenza tal-Partijiet skond l-Artikolu 18(6) tal-Konvenzjoni jew, qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, il-Kumitat temporanju għar-Reviżjoni tal-Kimiċi stabbilit bir-Riżoluzzjoni dwar l-arranġanenti temporanji;

25. "is-Segretarjat" tfisser is-Segregarjat tal-Konvenzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, is-Segretarjat temporanju stabbilit bir-Riżoluzzjoni dwar l-arranġanenti temporanji;

26. "dokument għall-gwida tad-deċiżjonijiet" tfisser id-dokument tekniku preparat mill-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimiċi għall-kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC.

Artikolu 4

Awtoritajiet nazzjonali nominati

Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritá jew l-awtoritajiet, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l- "Awtoritá nazzjonali nominata" jew l-"awtoritajiet nazzjonali nominati" , biex taġixxi jew jaġixxu għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi meħtieġa minn dan ir-Regolament.

Għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar din in-nomina mhux aktar minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Konvenzjoni

Il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Konvenzjoni għandha tkun responsabbilitá konġunta tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri b’mod partikolari għall-assistenza teknika, tpartit ta’ tagħrif u kwistjonijiet relatati ma’ riżoluzzjoni tat-tilwimiet, parteċipazzjoni f’korpijiet sussidjarji u votazzjoni.

Sa fejn hija konċernata l-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Konvenzjoni, għall-funzjonijiet amministrattivi tal-Konvenzjoni b’riferenza għall-proċedura tal-PIC u n-notifika dwar l-esport, il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala awtoritá nominata komuni f’isem l-awtoritajiet nazzjonali nominati kollha b’kooperazzjoni qrib u b’konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali nominati ta’ l-Istati Membri.

B’mod partikolari, għandha tkun responsabbli għat-trasmissjoni ta’ notifiki Komunitarji dwar l-esportazzjoni lill-Partijiet u pajjiżi oħrajn skond l-artikolu 7, is-sottomissjoni lis-Segretarjat ta’ notifiki ta’ azzjonijiet regolatorji finali skond l-artikolu 10, it-trasmissjoni ta’ informazzjoni dwar azzjonijiet regolatorji finali oħrajn li ma jikkwalifikawx għan-notifika tal-PIC skond l-Artikolu 11, kif ukoll li tirċievi informazzjoni mis-Segretarjat b’mod aktar ġenerali. Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprovdi lis-Segretarjat b’reazzjonijiet tal-Komunità dwar l-importazzjoni għall-kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC skond l-artikolu 12.

Minbarra dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-input tal-Komunità dwar il-kwistjonijiet kollha tekniċi relatati mal-Konvenzjoni, il-preparazzjoni tal-Konferenza tal-Partijiet, il-Kumitat tar-Reviżjoni tal-Kimiċi u korpijiet sussidjarji oħrajn. Għandha tiġi stabbilita network ta’ rapporteurs ta’ l-Istati Membri, kif xieraq, biex jieħdu ħsieb il-preparazzjoni ta’ dokumenti tekniċi bħal dokumenti ta’ gwida għad-deċiżjonijiet.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-inizzjattivi meħtieġa sabiex jaċċertaw rappreżentanza xierqa tal-Komunità fil-korpijiet differenti li jimplimentaw il-Konvenzjoni.

Artikolu 6

Il-kimiċi soġġetti għan-notifika dwar l-esportazzjoni, li jikkwalifikaw għan-notifika tal-PIC u suġġetti għall-proċedura tal-PIC

1. Il-kimiċi koperti bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati man-notifika ta’ l-esportazzjoni, notifika tal-PIC u l-proċedura tal-PIC rispettivament għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness I.

2. Il-kimiċi fl-Anness I għandhom ikunu jistgħu jiġu assenjati lil grupp wieħed jew aktar minn tliet gruppi ta’ kimiċi, stabbiliti rispettivament bħala Partijiet 1, 2 u 3 ta’ dak l-Anness.

Il-kimiċi elenkati fl-1 Parti għandhom ikunu suġġetti għal notifika ta’ esportazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7, b’informazzjoni dettaljata dwar l-identitá tas-sustanza, dwar il-kategorija u/jew subkategorija ta’ l-użu soġġetta għal restrizzjonijiet, it-tip ta’ restrizzjonijiet u, fejn xieraq, aktar tagħrif b’mod partikolari dwar l-eżenzjonijiet għal rekwiżiti dwar in-notifika ta’ l-esportazzjoni.

Il-kimiċi elenkati fit-2 Parti għandhom, minbarra li jkunu suġġetti għal notifika ta’ esportazzjoni skond l-Artikolu 7, jikkwalifikaw għall-proċedura tan-notifika tal-PIC stabbilita fl-Artikolu 10, b’informazzjoni dettalajata mogħtija dwar l-identitá tas-sustanza u l-kategorija ta’ l-użu.

Il-kimiċi elenkati fit-3 Parti għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura tal-PIC mal-kategorija ta’ l-użu mogħtija, u fejn xieraq, aktar tagħrif b’mod partikolari dwar xi rekwiżiti dwar in-notifika ta’ l-esportazzjoni.

3. Il-listi għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b’meżżi elettroniċi.

Artikolu 7

Notifiki dwar l-esportazzjoni mibgħuta lil Partijiet u pajjiżi oħrajn

1. Meta esportatur għandu jesporta kimika elenkata fl-1 Parti ta’ l-Anness I mill-Komunità lejn Parti jew pajjiż ieħor għall-ewwel darba wara d-data minn meta ssir suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-esportatur għandu jinnotifika lill-awtoritá nazzjonali nominata ta’ l-Istat Membru fejn huwa stabbilit, mhux aktar tard minn 90 jum qabel m’għandha ssir l-esportazzjoni. Wara dan l-esportatur għandu jinnotifika l-ewwel esportazzjoni tal-kimika kull sena tal-kalendarju lill-awtoritá nazzjonali nominata mhux aktar tard minn 15-il jum qabel ma ssir l-esportazzjoni. In-notifika għandha tħares ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

L-awtoritá nazzjonali nominata għandha tivverifika l-konformitá tat-tagħrif ma’ l-Anness III u minnufih tibgħat in-notifika rċevuta mill-esportatur lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-awtoritajiet xierqa tal-Parti jew pajjiż ieħor li jimporta jirċievu n-notifika mhux aktar tard minn 15-il jum qabel l-ewwel esportazzjoni maħsuba tal-kimika u wara dan, qabel l-ewwel esportazzjoni tal-kimika f’kull sena tal-kalendarju sussegwenti. Dan għandu jgħodd irrispettuvament mill-użu mistenni tal-kimika fil-Parti jew pajjiż ieħor li jimporta.

Kull notifika dwar l-esportazzjoni għandha tiġi rreġistrata fid-database tal-Kummissjoni u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku u tiġi distribwita lill-awtoritajiet nazzjonali nominati ta’ l-Istati Membri kif xieraq, lista aġġornate tal-kimiċi konċernati.

2. Jekk il-Kummissjoni ma tirċevix mill-Parti jew pajjiż ieħor li rikonoxximent ta’ l-irċevuta ta’ l-ewwel notifika dwar l-esportazzjoni li tkun saret wara li l-kimika tiġi inkluża fl-1 Parti ta’ l-Anness I fi żmien 30 jum mit-trasmissjoni tan-notifika, għandha tissottometti t-tieni notifika. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sforzi raġjonevoli biex tiżgura illi l-awtoritá xierqa fil-Parti jew pajjiż ieħor li jimporta tirċievi t-tieni notifika.

3. Notifika ġdida ta’ l-esportazzjoni kif prevista fil-paragrafu 1 għandha tingħata għal esportazzjonijiet li jsiru wara tibdiliet għal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-marketing, użu jew tikkettjar tas-sustanzi in kwistjoni jew kull meta l-komposizzjoni tal-preparazzjonijiet in kwistjoni tinbidel sabiex it-tikkettjar ta’ dawn il-preparazzjonijiet tinbidel. In-notifika l-ġdida għandha tħares ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III u għandha tindika li hija reviżjoni tan-notifika ta’ qabel.

4. Fejn l-esportazzjoni ta’ kimika tirrelata għal sitwazzjoni ta’ emerġenza fejn dewmien jista’ jqiegħed fil-periklu s-saħħa pubblika jew l-ambjent fil-Parti jew pajjiż ieħor li jimporta, id-dispożizzjonijiet imsemmija fuq jistgħu jiġu rinunzjati għal kollox jew in parti fid-diskrezzjoni ta’ l-awtoritá nazzjonali nominata ta’ l-Istat Membru li jesporta, b’ konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

5. L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 jieqfu meta:

(a) il-kimika tkun saret kimika suġġetta għall-proċedura tal-PIC; u

(b) il-pajjiż li jimporta jkun Parti tal-Konvenzjoni jkun ta reazzjoni skond l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni lis-Segretarjat jew biex tagħt l-kunsens jew ma jagħtix kunsens għall-importazzjoni tal-kimika; u

(ċ) il-Kummissjoni rċeviet dan it-tagħrif mis-Segretarjat u bagħtitu lill-Istati Membri.

Dik ir-regola m’għandhiex tgħodd fejn il-pajjiż li jimporta u jkun Parti tal-Konvenzjoni jeħtieġ espliċitament li jitkomplew in-notifiki dwar l-esport minn Partijiet li jesportaw, per eżempju permezz ta’ deċiżjoni tagħha dwar l-importazzjoni jew mod ieħor.

L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 jieqfu wkoll meta:

(i) l-awtoritá xierqa tal-Parti jew pajjiż ieħor li jimporta irrinunzjat għar-rekwiżit li jiġi notifikat qabel l-esportazzjoni tal-kimika; u

(ii) il-Kummissjoni rċeviet dan it-tagħrif mis-Segretarjat jew mill awtoritá xierqa tal-Parti jew pajjiż ieħor li jimporta u bagħtitu lill-Istati Membri u għamlitu disponibbli fuq l-Internet.

6. Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali nominati rilevanti ta’ l-Istati Membri u l-esportaturi għandhom jagħtu lill-Partijiet u pajjiżi oħrajn li jimportaw aktar tagħrif disponibbli dwar il-kimiċi esportati, fejn jiġu mitluba.

7. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi li jobbligaw lill-esportatur iħallas tariffa amministrattiva għal kull notifika ta’ l-esportazzjoni li jagħmlu, li tikkorrispondi għall-ispejjeż tagħhom biex iwettqu l-proċeduri assoċjati ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 8

Notifiki ta’ l-esportazzjoni rċevuti mingħand il-Partijiet u pajjiżi oħrajn

1. Notifiki ta’ l-esportazzjoni rċevuti mill-awtoritá nazzjonali nominata ta’ Parti jew pajjjiż ieħor dwar l-esportazzjoni lejn il-Komunità ta’ kimika li l-fabbrikazzjoni, l-użu, l-amministrazzjoni, il-konsum, it-trasport u/jew il-bejgħ tagħja hija soġġetta għal projbizzjoni jew restrizzjonijiet severi taħt il-leġislazzjoni ta’ dik il-Parti jew dak il-pajjiż ieħor għandhom ikunu disponibbli b’meżżi elettroniċi minn database miżmuma mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi l-irċevuta ta’ l-ewwel notifika ta’ esportazzjoni rċevuta għal kull kimika minn kull Parti jew pajjiż ieħor.

L-awtoritá nazzjonali nominata ta’ l-Istat Membru li jirċievi dik l-importazzjoni għandha tirċievi kopja ta’ kwalunkwe notifika rċevuta flimkien ma’ kull tagħrif ieħor disponibbli. L-Istati Membri l-oħrajn għandhom ikunu intitolati li jirċievu kopja fuq talba.

2. Jekk l-awtoritajiet nazzjonali nominati ta’ l-Istati Membri jirċievu notifiki ta’ esportazzjoni direttament jew indirettament jew mill-awtoritajiet nazzjonali nominati ta’ Partijiet jew awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi oħrajn, għandhom jibagħtu dawn in-notifiki minnufih lill-Kummissjoni flimkien ma t-tagħrif kollu disponibbli.

Artikolu 9

Informazzjoni dwar kummerċ fi kimiċi

1. Kull esportatur ta’ kimika elenkata fl-Anness I għandu, fl-ewwel tliet xhur ta’ kull sena jinforma lill-awtoritá nazzjonali nominata ta’ l-Istat Membru tiegħu dwar il-kwantitá tal-kimika (bħala sustanza u kif tinsab f’preparazzjonijiet) mibgħuta lil kull Parti jew pajjiż ieħor matul is-sena ta’ qabel. Dan it-tagħrif għandu jingħata flimkien ma’ lista ta’ l-ismijiet u l-indirizzi ta’ kull importatur li saret konsenja lilu matul l-istess perjodu.

Kull importatur fil-Komunità għandi jagħti l-istess informazzjoni għall-kwantitajiet importati lejn il-Komunità.

2. Fuq talba mill-Kummissjoni jew mill-awtoritá nazzjonali nominata, l-esportatur jew importatur għandu jipprovdi kull taħrif ieħor dwar il-kimika li huwa meħtieġ sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament.

3. Kull Stat Membru għandi jipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni aggregata skond l-Anness IV kull sena. Il-Kummissjoni għandha tqassar din l-informazzjoni fuq livell Komunitarju u tagħmel l-informazzjoni mhux kunfidenzali pubblikament disponibbli fuq id-database tagħha mill-Internet.

Artikolu 10

Partiċipazzjoni fin-notifika ta’ kimiċi projbiti jew imrażżna strettament taħt il-Konvenzjoni

1. Kemm-il darba m’għamlitx dan qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tavża lis-Segretarjat bil-miktub dwar il-kimiċi li jikkwalifikaw għan-notifika tal-PIC.

2. Kif u meta aktar kimiċi jikkwalifikaw għan-notifika tal-PIC u jiżdiedu mat-2 Parti ta’ l-Anness I, il-Kummissjoni għandha tavża lis-Segretarjat. In-notifika għandha tingħata mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni ta’ l-azzjoni regolatorja finali Komunitarja rilevanti li tipprojbixxi jew trażżan il-kimika strettament, u mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data meta l-azzjoni regolatorja finali għandha tiġi applikata.

In-notifika għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha kif meħtieg fl-Anness II.

3. Meta tistabilixxi l-prijoritajiet għan-notifiki, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-kimika hijiex diġá elenkata fit-3 Parti ta’ l-Anness I, l-estent sa fejn ir-rekwiżiti dwar tagħrif stabbiliti fl-Anness II jistgħu jintlaħqu, l-gravitá tar-riskji preżentati mill-kimika, b’ mod partikolari għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

Meta kimika tikkwalifika għan-notifika tal-PIC, iżda t-tagħrif mhuwiex biżżejjed biex jilħaq ir-rekwiżiti ta’ l-Anness II, l-esportaturi u/jew l-importaturi identifikati għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom, inkluża dik minn programmi oħrajn nazzjonali jew internazzjonali għall-kontroll tal-kimiċi.

4. Il-Kummissjoni għandha tavża lis-Segretarjat bil-miktub meta azzjoni regolatorja finali notifikata taħt il-paragrafi 1 jew 2 tiġi modifikata mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni ta’ l-azzjoni regolatorja finali l-ġdida, u mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data meta l-azzjoni regolatorja finali l-ġdida għandha tiġi applikata.

Għandha tipprovdi t-tagħrif rilevanti kollu li kien disponibbli fil-ħin meta n-notifika inizzjali saret taħt il-paragrafi 1 jew 2 rispettivament.

5. Fuq talba minn kwalunkwe Parti jew mis-Segretarjat, il-Kummissjoni għandha tipprovdi aktar tagħrif dwar il-kimika jew dwar l-azzjoni regolatorja finali, sa fejn huwa prattikabbli. L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jassistu lill-Kummissjoni kif meħtieġ fil-ġbir ta’ l-informazzjoni.

6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih lill-Istati Membri tagħrif li tirċievi mis-Segretarhat dwar kimiċi notifikati bħala projbiti jew imrażżna strettament minn Partijiet oħrajn.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa, b’kooperazzjoni qrib ma’ l-Istati Membri, il-ħtieġa li tipproponi miżuri fuq livell Komunitarju sabiex jiġu mrażżna riskji li mhumiex aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent fil-Komunità.

7. F’każijiet fejn Stat Membru jieħu azzjoni regolatorja nazzjonali skond il-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti biex jipprjobixxi jew irażżan kimika strettament, għandu jagħti l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri. Fi żmien erba’ ġimgħat, l-Istati Membri jistgħu jibagħtu l-kummenti fuq notifika tal-PIC possibbli, inkluż b’ mod partikolari tagħrif dwar il-pożizzjoni regolatorja nazzjonali dwar il-kimika, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, li taw azzjoni regolatorja nazzjonali. Wara konsiderazzjoni tal-kummenti, l-Istat Membru li ssottometta għandu jinforma lill-Kummissjoni jekk din għandhiex

- tinnotika lis-Segretarjat, skond dan l-Artikolu, jew

- tagħti t-tagħrif lis-Segretarjat, skond l-artikolu 11.

Artikolu 11

Tagħrif li għandu jiġi trasmess lis-Segretarjat dwar kimika projbita jew imrażżna strettament li ma tikkwalifikax għan-notifika tal-PIC

Meta kimika hija elenkata biss f-1 Parti ta’ l-Anness I, jew wara l-irċevuta ta’ tagħrif minn Stat Membru għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 10(7), tieni inċiż, il-Kummissjoni għandha tagħti tagħrif lis-Segretarjat dwar l-azzonijjiet regolatorji rilevanti, sabiex dan it-tagħrif jista’ jiġi mxxerred lill-Partijiet l-oħrajn tal-Konvenzjoni kif xieraq.

Artikolu 12

Obbligi relatati ma’ l-importazzjonijiet tal-kimiċi

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih lill-Istati Membri dokumenti ta’ gwida dwar deċiżjonijiet li tirċievi mis-Segretarjat. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar importazzjoni, fil-forma ta’ reazzjoni finali jew termporanja dwar l-importazzjoni f’isem il-Komunità, dwar l-importazzjoni fil-futur lejn il-Komunità tal-kimika konċernata: dan għandha tagħmlu skond il-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). Imbagħad għandha tikkomunika d-Deċiżjoni lis-Segretarjat mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn disa’ xhur wara d-data tat-trasmissjoni tad-dokument tal-gwida dwar deċiżjonijiet mis-Segretarjat.

Jekk xi kimika hija soġġetta għal restrizzjonijiet aktar jew modifikati taħt leġislazzjoni tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-deċiżjoni dwar l-importazzjoni skond l-istess proċedura u tikkomunikaha lis-Segretarjat.

2. F’każ ta’ kimika projbita jew imrażżna strettament bil-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni għandha, fuq talba bil-miktub ta’ l-Istat Membru jew Stati Membri in kwistjoni, tqis l-informazzjoni fid-deċiżjoni tagħha dwar l-importazzjoni.

3. Deċiżjoni dwar l-importazzjoni skond il-paragrafu 1 għandha tirrelata għall-kategorija jew kategoriji speċifikatażi għall-kimika fid-dokument tal-gwida dwar deċiżjonijiet.

4. Meta tikkomunika d-deċiżjoni tagħha dwar l-importazzjoni lis-Segretarjat, il-Kummissjoni għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-miżura leġislattiva jew amministrattiva li hija bażat fuqha.

5. Kull awtortiá nazzjonali nominata fil-Komunità għandha tqiegħed id-deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni skond il-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni ta’ dawn konċernati fil-kompetenza tagħha, skond il-miżuri leġislattivi jew amministrattivi tagħha.

6. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tevalwa, b’kooperazzjoni qrib ma’ l-Istati Membri, il-ħtieġa li tipproponi miżuri fuq livell Komunitarju sabiex jiġu mrażżna riskji li mhumiex aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent fil-Komunità, filwaqt li tqis it-tagħrif li jinsab fid-dokument tal-gwida dwar deċiżjonijiet.

Artikolu 13

Obbligi relatati ma’ esportazzjonijiet ta’ kimiċi minbarra rekwiżiti ta’ notifik dwar l-esportazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih lill-Istati Membri u l-għaqdiet Ewropej ta’ l-industrija, tagħrif li tirċievi, kemm forma ta’ ċirkolari jew mod ieħor, mis-Segretarjat dwar kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC u d-deċiżjonijiet tal-Partijiet li jimportaw dwar kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni fuq dawn il-kimiċi. Għandha wkoll tibgħat minnufih lill-Istati Membri tagħrif dwar kwalunkwe każijiet ta’ nuqqas li tiġi trasmessa reazzjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm it-tagħrif kollu dwar deċiżjonijiet dwar l-importazzojoni disponibbli fid-database tagħha, li għandha tkun disponibbli pubblikament fuq l-Internet, u tagħti informazzjoni fuq talba lil kulħadd.

2. Għal kull kimika elenkata fl-Anness I il-Kummissjoni għandha tassenja klassifika fin-Nomenklatura Kombinata tal-Komunitá Ewropea. Dawn il-klassifiki għandhom jiġu riveduti kif meħtieġ fid-dawl ta’ tibdiliet li jkunu saru mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana lin-nomenklatura tas-Sistema Armoniżżata għall-kimiċi konċernati.

3. Kull Stat Membru għandu jikkomunika r-reazzjonijiet mibgħuta lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 1 lil dawk konċernati fil-ġurisdizzjoni tiegħu.

4. L-esportaturi għandhom iħarsu d-deċiżjonijiet f’kull reazzjoni dwar l-importazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara li s-Segretarjat ikun għarraf għall-ewwel darba lill-Kummissjoni dwar tali risposta taħt il paragrafu 1.

5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom javżaw u jassistu lill-Partijiet li jimportaw, fuq talba u kif xieraq, jiksbu aktar tagħrif biex jgħinhom jagħmlu reazzjoni lis-Segregarjat dwar l-importazzjoni ta’ kimika definita.

6. L-ebda kimika elenkata fit-2 u t-3 Parti ta’ l-Anness I m’għandha tiġi esporatata kemm-il darba:

(a) ma ġiex imfittex kunsensus espliċitu għall-importazzjoni u ġie rċevut mill-esportatur mill-awtoritá nazzjonali nominata tiegħu u l-awtoritá nazzjonali nominata ċittadini tal-Parti li timporta jew awtoritá xierqa fil-pajjiż ieħor li jimporta; jew

(b) fil-każ ta’ kimiċi elenkati fit-3 Parti ta’ l-Anness I, l-aħħar ċirkolari maħruġa mis-Segretarjat skond il-paragrafu 1 ma tindikax li l-Parti li timporta tat il-kunsens tagħha li timporta.

7. L-ebda kimika m’għandha tiġi esporatata aktar tard minn sitt xhur qabel id-data meta tiskadi, meta din id-data teżisti jew tista’ tiġi kalkolata mid-data tal-prodotti, kemm-il darba l-kwalitajiet intrinsicċi tal-kimika jrendu dan imprattikabbli. B’mod partikolari, fil-każ ta’ pestiċidji, l-esporaturi għandhom jiżguraw illi d-daqs u l-pakketti tal-kontenituri tal-pestiċidji huma ottimiżżati sabiex jitnaqqsu sal-minimu r-riskji li jinħalqu ħażniet skaduti.

8. Meta jesportaw il-pestiċidji, l-esportaturi għandhom jiżguraw illi t-tikketta jkunu jinsab fiha tagħrif speċifiku dwar il-kondizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbilitá tal-ħażna taħt il-kondizzjonijiet klimatiċi tal-Parti li timporta jew tal-pajjiż ieħor li jimporta. Barra dan, għandhom jiżguraw li l-pestiċidji esportati jħarsu l-ispeċifikazzjoni dwar safa stabblita bil-leġislazzjoni tal-Komunità.

Artikolu 14

Kontrolli dwar l-esportazzjoni ta’ xi kimiċi u oġġetti li jkunu jinsabu l-kimiċi fihom

1. Oġġetti li jkunu jinsabu fihom kimiċi elenkati fit-2 jew fit-3 Parti ta’ l-Anness I fil-forma li ma rreaġixxietx għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura tan-notifika ta’ l-esportazzjoni stabbilita fl-Artikolu 7.

2. Il-kimiċi u l-oġġetti li l-użu tagħhom huwa projbit fil-Komunità għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-ambjent, kif elenkati fl-Anness V, m’għandhomx jiġu esportati.

Artikolu 15

Tagħrif dwar movimenti ta’ transitu

1. Partijiet tal-Konvenzjoni li jeħtieġu tagħrif dwar il-movimenti ta’ transitu ta’ kimiċi suġġetti għall-proċedura tal-PIC, flimkien mat-tagħrif mitlub minn kull Parti tal-Konvenzjoni permezz tas-Segretarjat, għandhom ikunu kif elenkat fl-Anness VI.

2. Meta xi kimika elenkata fit-3 Parti ta’ l-Anness I tiġi trasportata mit-territorju ta’ Parti tal-Konvenzjoni elenkata fl-Anness VI, l-esportatur għandu, sa fejn prattikabbli, jipprovdi lill-awtoritá nazzjonali nominata ta’ l-Istat Membru fejn huwa stabblit bit-tagħrif meħtieġ mill-Parti tal-Konvenzjoni skond l-Anness VI mhux aktar tard minn 3- jum qabel ma jsir l-ewwel transitu u mhux aktar tard minn tmint ijiem qabel kull moviment ta’ transitu sussegwenti.

3. L-awtoritá nazzjonali nominata ta’ l-Istat Membru għandha tibgħat lill-Kummissjoni t-tagħrif li tirċievi mill-esportatur skond il-paragrafu 2 flimkien ma’ kull tagħrif ieħor disponibbli.

4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat it-tagħrif li tirċievi skond il-paragrafu 3 lill-awtoritajiet nazzjonali nominati tal-Partijiet tal-Konvenzjoni li talbu dan it-tagħrif, flimkien ma’ kull tagħrif disponibbli, mhux aktar tard minn 15-il jum qabel l-ewwel transitu u qabel kull movement ieħor transitu.

Artikolu 16

Tagħrif li għandu jakkumpanja l-kimiċi

1. Il-kimiċi maħsuba għall-esportazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri dwar pakkjar u tikkettjar stabbiliti fi, jew skond, id-Direttiva 67/548/KEE, id-Direttiva 1999/45/KE, id-Direttiva 91/414/KEE u d-Direttiva 98/8/KE, jew kull leġislazzjoni oħra Komunitarja speċifika. Dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwaklunkwe rekwiżiti speċifiċi tal-Parti jew pajjiż ieħor li jimporta b’ kont meħud ta’ standards rilevanti internazzjonali.

2. Fejn xieraq, id-data ta’ l-iskadenza u d-data tal-produzzjoni tal-kimiċi msemmija fil-paragrafu 1 jew elenkati fl-Anness I għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta u jekk meħtieġ, dawn id-dati ta’ l-iskadenza għandhom jingħataw għal żoni ta’ klima differenti.

3. Data sheet tas-sigurtá skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/155/KEE [20] għandha takkumpanja l-kimiċi msemmija fil-paragrafu 1, meta jiġu esportati. L-esportatur għandu jibgħat din id-data sheet tas-sigurtá lil kull importatur.

4. L-informazzjoni fuq it-tikketta u fuq id-data sheet tas-sigurtá għandha sa fejn prattikabbli tingħata fil-lingwa/i uffiċjali, jew f’waħda jew altar mil-lingwi prinċipali, tal-pajjiż destinatarju jew taż-żona ta’ l-użu maħsub.

Artikolu 17

Obbligi ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri li jikkontrollaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni

Kull Stat Membru għandu jinnomina awtoritajiet bħall-awtoritajiet tad-dwana li jkollhom ir-responsabbilitá li jikkontrollaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-kimiċi elenkati fl-Anness I.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaġixxu b’mod immirat u koordinat fil-kontroll tal-konformitá ta’ l-esportaturi ma’ dan ir-Regolament.

Kull Stat Membru għandu, fir-rapporti regolari tiegħu dwar il-ħidma tal-proċeduri skond l-artikolu 21(1), jinkludi dettalji ta’ l-attivitajiet ta’ l-awtoritajiet tiegħu f’dan ir-rigward.

Artikolu 18

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-penali li jgħoddu għall-vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw implimentazzjoni korretta ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw ukoll modifiki ulterjuri mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 19

Tpartit ta’ informazzjoni

1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, kif xieraq, jiffaċilitaw il-provvediment ta’ informazzjoni xjentifika, teknika, ekonomika u legali dwar kimiċi soġġetti għal dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni tossikoloġika, ekotossikoloġika u dwar sigurtá.

Il-Kummissjoni bl-appoġġ ta’ l-Istati Membri kif meħtieġ, għandha, tiżgura kif xieraq:

(a) il-provvediment ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dwar azzjonijiet regolatorji rilevanti għall-għanijiet tal-Konvenzjoni; u

(b) il-provvediment ta’ informazzjoni lill-Partijiet u ġajjiżi oħrajn direttament jew permezz tas-Segretarjat dwar dawk l-azzjonijiet li sostanzjalment jirrestrinġu użu wieħed jew aktar ta’ kimika.

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iħarsu l-informazzjoni kunfidenzali li jirċievu minn Parti oħra jew pajjiż ieħor kif miftiehem reċiprokament.

3. Dwar it-trasmissjoni ta’ informazzjoni skond dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE tas-7 ta’ Ġunju 1990 dwar il-libertá ta’ l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent [21], dawn li ġejjin m’għandhomx jitqiesu bħala kunfidenzali:

(a) l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II u fl-Anness III;

(b) l-informazzjoni li tinsab fid-data sheets tas-sigurtá msemmija fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 16;

(ċ) id-data ta’ l-iskadenza tal-kimika;

(d) id-data tal-produzzjoni tal-kimika;

(e) informazzjoni dwar miżuri kawtelatorji, inklużi klassifika dwar riskju, in-natura tar-riskju u l-parir rilevanti dwar sigurtá; u

(f) taqsira tar-riżultati tat-testijiet tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi.

Kumpilazzjoni ta’ l-informazzjoni trasmessa għandha tiġi ppreparata regolarment mill-Kummissjoni a bażi tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-Istati Membri.

Artikolu 20

Assistenza Teknika

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali nominati ta’ l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jieħdu kont partikolari tal-ħtiġiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u pajjiżi b’ekonomiji transitorji, jikkooperaw fil-promozzjoni ta’ l-assistenza teknika, inkluż it-taħriġ, għall-iżvilupp ta’ l-infrastruttura, il-kapaċitá u l-ħila meħtieġa biex il-kimiċi jiġu amministrati sew matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom.

B’mod partikolari u bl-iskop li jiġu permessi dawn il-pajjiżi jimplimentaw il-Konvenzjoni, l-assistenza teknika għandha tiġi promossa billi jingħata tagħrif tekniku dwar il-kimiċi, billi jiġi promos it-tpartit ta’ ħila, billi jingħata appoġġ għall-istabbiliment jew il-mantenuzzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali nominati u billi tingħata ħilda teknika għall-identifikazzjoni ta’ formolazzjonijiet ta’ pestiċidji perikolużi u għall-preparazzjoni ta’ notifiki lis-Segretarja.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu sehem attiv fin-networks ta’ Tagħrif dwar il-Bini tal-Ħila stabbiliti mill-Forum Intergovernamentali dwar is-Sigurtá tal-Kimiċi, billi jipprovdu informazzjoni dwar il-proġetti li qed jappoġġaw jew jiffinanzjaw sabiex itejbu l-amministrazzjoni tal-kimiċi fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u pajjiżi b’ekonomiji transitorji.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ukoll jikkunsidraw li jappoġġaw organizzazzjonijiet mhux governamentali.

Artikolu 21

Sorveljanza u rapporti

1. L-Istati Membri għandhom regolarment jibagħtu lill-Kummissjoni tagħrif dwar il-ħidma tal-proċeduri previsti f’dan ir-Regolament, inklużi kontrolli tad-dwana, vjolazzjonijiet, penali u azzjoni rimedjali.

2. Il-Kummissjoni għandha regolarment tiġbor rapport dwar il-prestazzjoni tal-funzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament li hija responsabbli għalihom u għandha tintegrah f’rapport ta’ sintesi li jiġbor l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri taħt il-paragrafu 1. Taqsira tar-rapport, li tiġi pubblikata fuq l-Internet, għandha tintbgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Dwar l-informazzjoni provduta skond il-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħarsu l-obbligi rilevanti biex iħarsu l-kunfidenzalitá tad-data u tal-proprjetá.

Artikolu 22

Aġġornament ta’ l-Annessi

1. Il-lista ta’ kimiċi fl-Anness I għandha tiġi riveduta mill-Kummissjoni għall-inqas darba kull sena, a bażi ta’ l-iżviluppo taħt il-leġislazzjoni Komunitarja u taħt il-Konvenzjoni.

2. Meta jiġi stabbilit jekk azzjoni regolatorja finali taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità tikkostitwix projbizzjoni jew trażżin strett, l-effett ta’ l-azzjoni għandu jiġi stmat fil-livell tas-subkategoriji fil-kategoriji "pestiċidji" u "kimiċi industrijali". Jekk l-azzjoni regolatorja tipprojbixxi jew trażżan strettament xi kimika f’waħda mis-subkategoriji għanda tiġi inkluża fl-1 Parti ta’ l-Anness I.

Meta jiġi stabbilit jekk azzjoni regolatorja finali taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità tikkostitwix projbizzjoni jew trażżin strett tali li l-kimika konċernata tikkwalifika għan-notifika tal-PIC skond l-Artikolu 10, l-effett ta’ l-azzjoni għandu jiġi stmat fil-livell tal-kategoriji "pestiċidji" u "kimiċi industrijali". Jekk l-azzjoni regolatorja tipprojbixxi jew trażżan strettament xi kimika f’waħda mill-kategoriji, għandha wkoll tiġi inkluża fl-1 Parti ta’ l-Anness I.

3. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni biex tinkludi kimiċi fl-Anness I, jew timmidifika d-dħul tagħhom fejn xieraq, mingħajr dewmien żejjed.

4. L-inklużjoni ta’ kimika fl-1 jew it-2 Parti ta’ l-Anness I skond il-paragrafu 2 wara azzjoni regolatorja skond il-leġislazzjoni Komunitarja għandha tiġi deċiża skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(3).

5. L-emendi kollha l-oħra lill-Anness I, inklużi modifiki għal entrati eżistenti, u emendi għall-Annessi II, III, IV u VI, għandhom jiġu addottati bil-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 23

Noti tekniċi għall-gwida

Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fil-Artikolu 24(2), għandha tabbozza noti tekniċi għall-gwida biex tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ kuljum ta’ dan ir-Regolament.

Dawn in-noti tekniċi għandhom jiġu ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 24

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 67/548/KEE.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

3. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 25

Tħassir

Ir-Regolament (KEE) Nru 2455/92 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh l-ghada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Gurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Jannar 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

F’isem il-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

[1] ĠU C 126 E, 28.05.02, p. 291.

[2] ĠU C 241, 07.10.02, p. 50.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-24 ta’ Ottubru 2002 (għad mhux ippubblikat fil-Gurnal Ufficjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002.

[4] ĠU L 251, tad-29.8.1992, p. 13. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 300/2002 (ĠU L 52, tat-22.2.2002, p. 1).

[5] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

[6] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE (ĠU L 225, tal-21.8.2001, p. 1).

[7] ĠU L 200, tat-30.7.1999, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/60/EC (ĠU L 226, tat-22.8.2001, p. 5).

[8] ĠU L 357, ta’ l-20.12.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2002 (ĠU L 180, ta’ l-10.7.2002, p. 5).

[9] ĠU L 159, 29.06.96, p. 1.

[10] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32).

[11] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 94/31/KE (ĠU L 168, tat-2.7.1994, p. 28).

[12] ĠU L 159, tat-30.6.2000, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (EK) Nru 880/2002 (ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 7).

[13] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 93/99/KEE (ĠU L 290, ta’ l-24.11.1993, p. 14).

[14] ĠU L 31, 01.02.02, p. 1.

[15] ĠU L 106, tas-17.4.2001, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/811/KE (ĠU L 280, tat-18.10.2002, p. 27).

[16] ĠU L 311, 28.11.01, p. 67.

[17] ĠU L 311, 28.11.01, p. 1.

[18] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/81/EC (ĠU L 276, tat-12.10.2002, p. 28).

[19] ĠU L 123, 24.04.98, p. 1.

[20] Direttiva tal-Kummissjoni 91/155/KEE tal-5 ta’ Marzu 1991 li tiddefinizzi u tistabbilixxi arranġamenti ddettaljati għas-sistema ta’ tagħrif speċifiku relatat ma’ preparazzjonijiet perikolużi fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 88/379/KEE (ĠU L 76, tat-22.3.1991, p. 35). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/58/EC (ĠU L 212, tas-7.8.2001, p. 24).

[21] ĠU L 158, 23.06.90, p. 56.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

L-1 PARTI Lista ta' kimiċi soġġetti għall-proċedura tan-notifika dwar l-esportazzjoni

(L-Artikolu 7ta' dan ir-Regolament)

Għandu jiġi osservat illi fejn il-kimiċi elenkati f'din il-parti ta' l-Anness huma soġġetti għall-proċedura tal-PIC, l-obbligi dwar notifika ta' l-esportazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 7(1) sa (3) tar-Regolament ma jgħoddux kemm-il darba l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(5)(b) u (c) ġew imħarsa. Dawn il-kimiċi, li huma identifikati bis-simbolu fil-lista taħt, huma elenkati darb'oħra fit-3 Parti ta' dan l-Anness għar-riferenza faċli.

Għandu jiġi osservat ukoll illi fejn il-kimiċi elenkati f'din il-parti ta' l-Anness jikkwalifikaw għall-proċedura tan-notifika tal-PIC minħabbba n-natura ta' l-azzjoni regolatorja finali tal-Komunità, dawn il-kimiċi huma wkoll elenkati fit-2 Parti ta' dan l-Anness. Dawn il-kimiċi li huma identifikati bis-simbolu + fil-lista taħt.

SAK = Servizz ta' Astratti Kimiċi.

# Kimika suġġetta jew parzjalment suġġetta għall-proċedura tal-PIC.

+ Kimika li tikkwalifika għan-notifika tal-PIC.

[1] [2] [3]

Kimika | SAK Nru | EINECS Nru | KodiċiNK | Subkategorija [1] | Limitazzjonijiet dwar l-użu [2] | Pajjiżi li għalihom mhix meħtieġa notifika |

1,1,1 – triklór-etán | 71-55-6 | 200-756-3 | 29031910 | i(2) | b |

1,2 – dibróm-etán (etilén dibromid) # | 106-93-4 | 203-444-5 | 29033036 | P(1) | b | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

1,2 – diklór-etán (etilén diklorid) # | 107-06-2 | 203-458-1 | 29031500 | P(1) i(2) | b b | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

2 – naftil-amin u s-salts tagħha + | 91-59-8 és egyéb | 202-080-4 és egyéb | 29214500 | i(1) i(2) | b b |

2,4,5-T # | 93-76-5 | 202-273-3 | 29189090 | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

4- aminobifenil u s-salts tagħha + | 92-67-1 és egyéb | 202-177-1 és egyéb | 29214990 | i(1) i(2) | b b |

4-nitrobifenil + | 92-92-3 | 202-204-7 | 29042000 | i(1) i(2) | b b |

Komposti arseniċi | | | | p(2) | szk |

Ħjut ta' l-asbestos+: | | | | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Krokidolit # | 12001-28-4 | 310-127-6 | 252400 | i(1) – i(2) | b – b |

Amozit | 12172-73-5 | | 252400 | i(1) – i(2) | b – b |

Antofillit | 77536-67-5 | | 252400 | i(1) – i(2) | b – b |

Aktinolit | 77536-66-4 | | 252400 | i(1) – i(2) | b – b |

Tremolit | 77536-68-6 | | 252400 | i(1) – i(2) | b – b |

Krizolit | 132207-32-0 | | 252400 | i(1) – i(2) | b – b |

Azinfosz-etil | 2642-71-9 | 220-147-6 | 29339095 | p(1) | b | |

Benzol [3] | 71-43-2 | 200-753-7 | 290220 | i(2) | szk | |

Benzidin u s-salts tagħha + Benzidin-derivativi + | 92-87-5 – | 202-199-1 – | 29215990 | i(1) – i(2) i(2) | szk – b b | |

Binapakril # | 485-31-4 | 207-612-9 | 29161980 | p(1) i(2) | b b | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Kadmju u l-komposti tiegħu | 7440-43-9 u oħrajn | 231-152-8 u oħrajn | 8107 32063000 u oħrajn | i(1) | szk | |

Kaptafol # | 2425-06-1 | 219-363-3 | 29309070 | p(1) – p(2) | b – b | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Tetrakloridtal-karbon | 56-23-5 | 200-262-8 | 29031400 | i(2) | b | |

Klórdimeform # | 6164-98-3 | 228-200-5 | 29252000 | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Klórfenapir + | 122453-73-0 | | 29339990 | p(1) | b | |

Klórbenzilát # | 510-15-6 | 208-110-2 | 29181980 | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Kloroforma | 67-66-3 | 200-663-8 | 29031300 | i(2) | b | |

Klozolinát + | 84332-86-5 | 282-714-4 | 29349990 | p(1) | b | |

Kreozot u sustanzi relatati mal-Kreozot | 8001-58-9 | 232-287-5 | 27079100 | i(2) | b | |

61789-28-4 | 263-047-8 | | |

84650-04-4 | 283-484-8 | | |

90640-84-9 | 292-605-3 | | |

65996-91-0 | 2266-026-1 | | |

90640-80-5 | 292-602-7 | | |

65996-82-2 | 266-019-3 | | |

8021-39-4 | 232-419-1 | | |

122384-78-5 | 310-191-5 | | |

Kiħalotrin | 68085-85-8 | 268-450-2 | 29269095 | p(1) | b | |

DBB (di-μ-oxo-di-n-butilsztannio-hidroxiboran) | 75113-37-0 | 401-040-5 | 29310095 | i(1) | b | |

Dikofolt li fih < 78 % p-p'-Dikofol jew 1g/kg DDT jew komposti relatati mad- DDT + | 115-32-2 | 204-082-0 | 29062900 | p(1) | b | |

Dinoseb, l-aċetat u s-salts tiegħu # | 88-85-7 u oħrajn | 201-861-7 u oħrajn | 2908900029153990 | p(1) i(2) | b b | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Dinoterb + | 1420-07-01 | 215-813-8 | 29089000 | p(1) | b | |

DNOC + | 534-52-1 | 208-601-1 | 29089000 | p(1) | b | |

Ossidu ta' l-etilena (Oxirán) # | 75-21-8 | 200-849-9 | 29101000 | p(1) | b | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Fentin acetát | 900-95-8 | 212-984-0 | 29310095 | p(1) | b | |

Idrossidu tal-fentin | 76-87-9 | 200-990-0 | 29310095 | p(1) | b | |

Fenvalerát | 51630-58-1 | 257-326-3 | 29269095 | p(1) | b | |

Ferbam | 14484-64-1 | 238-484-2 | 29302000 | p(1) | b | |

Fluoraċetamid # | 640-19-7 | 211-363-1 | 29241900 | | | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

HCH li fih inqas minn 99,0 % tal-gamma iżomer | 608-73-1 | 210-168-9 | 29035100 | p(1) | b | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Hexakloretan | 67-72-1 | 200-666-4 | 29031990 | i(1) | szk | |

Lindan (γ-HCH) # | 58-89-9 | 200-401-2 | 29035110 | p(1) | b | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

a)Idrażid malejku u s-salts tiegħu, minbarra salts tal-kolin, tal-potassju u tan-natrju | 123-33-1 | 204-619-9 | 29339990 | p(1) | b | |

b)Salts tal-kolin, tal-potassju u tan-natrju ta' l-idrażid malejku li fihom aktar minn 1mg/kg idrażin ħieles espress a bażi ta' l-ekwivalenti ta' l-aċtu | 51542-52-0 | | | | | |

Komposti tal-merkurju# | 10112-91-1, 21908-53-2 u oħrajn | – | | p(1) – p(2) | b – szk | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Metamidofos (formolazzjonijiet ta' likwidu li jitħallat tas-sustanza li jeċċedu 600 g ingredjent attiv/l) # | 10265-92-6 | 233-606-0 | 38081040 | | | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Metil-paration (konċentrati li jistħgu jiġu emulsifikati (EC) b' 19,5 %, 40 %, 50 %, 60 % ingredjent attiv u trabijiet li fihom 1,5 %, 2 % u 3 % ingredjent attiv) # | 298-00-0 | 206-050-1 | 38081040 | | | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Monokrotofos (formolazzjonijiet ta' likwidu li jitħallat tas-sustanza li jeċċedu 600 gr ingredjent attiv/l /l) # | 6923-22-4 | 230-042-7 | 38081040 38089090 | | | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Monolinuron | 1746-81-2 | 217-129-5 | 29280090 | p(1) | b | |

Monometil-dibrom-difenil metan: isem kummerċjali: DBBT + | 99688-47-8 | 401-210-1 | 29036990 | i(1) | b | |

Monometil-diklor-difenil metan; isem kummerċjali: Ugilec 121 jew Ugilec 21 + | – | 400-140-6 | 29036990 | i(1) – i(2) | b – b | |

Monometil-tetraklor-difenil metan; isem kummerċjali: Ugilec 141 + | 76253-60-6 | 278-404-3 | 29036990 | i(1) – i(2) | b – b | |

Nitrofen + | 1836-75-5 | 217-406-0 | 29093090 | p(1) | b | |

Paration #+ | 56-38-2 | 200-271-7 | 29201000 | p(1) | b | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Pentaklorfenol # | 87-86-5 | 201-778-6 | 29081000 | | | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Permetrin | 52645-53-1 | 258-067-9 | 29162000 | p(1) | b | |

Fosfamidon (formolazzjonijiet ta' likwidu li jitħallat tas-sustanza li jeċċedu 1000 g ingredjent attiv/l) # | 13171-21-6 (taħlita, (E)&(Z) iżomeri) 23783-98-4 ((Z)- iżomer) 297-99-4 ((E)- iżomer) | 236-116-5 | 38081040 38089090 | | | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Bifenili polibrominati (PBB) # | 13654-09-06 36355-01-08 27858-07-7 | – | 29036990 | i(1) | szk | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Terfenili poliklorinati (PCT) # | 61788-33-8 | 262-968-2 | 29036990 | i(1) | b | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Profam | 122-42-9 | 204-542-0 | 29242995 | p(1) | b | |

Pirazofosz + | 13457-18-6 | 236-656-1 | 29335995 | p(1) | b | |

Kvintozen + | 82-68-8 | 201-435-0 | 29049085 | p(1) | b | |

Teknazen + | 117-18-0 | 204-178-2 | 29049085 | p(1) | b | |

Komposti triorganostannici | – | – | 29310095 | p(2) i(2) | szk szk | |

Tris (2,3-dibrompropil) fosfat # | 126-72-7 | 204-799-9 | 29190090 | i(1) | szk | Ara ċirkolari tal-PIC fuq www.pic.int |

Tris-azirdinil-foszfinoxid + | 545-55-1 | 208-892-5 | 29339090 | i(1) | szk | |

Zineb | 12122-67-7 | 235-180-1 | 38249099 | p(1) | b | |

IT-2 PARTI Lista ta' kimiċi li jikkwalifikaw għan-notifika tal-PIC

(Artikolu 10 of this Regulation)

Din il-lista tinkludi kimiċi li jikkwalifikaw għan-notifika tal-PIC. Ġeneralment ma tinkludix kimiċi li diġá huma soġġetti għall-proċedura tal-PIC, li huma elenkati fit-3 Parti ta' dan l-Anness.

SAK = Servizz ta' Astratti Kimiċi.

# Kimika suġġetta jew parzjalment suġġetta għall-proċedura tal-PIC.

[4] [5]

Kimika | SAK nru | EINECS nru | KodiċiNK | Kategorija [4] | Limitazzjoni ta' l-użu [5] |

2 – naftil-amin u s-salts tiegħu | 91-59-8 és egyéb | 202-080-4 és egyéb | 29214500 | GĦ | b |

4-aminobifenil u s-salts tiegħu | 92-67-1 és egyéb | 202-177-1 és egyéb | 29214990 | GĦ | b |

4-nitrobifenil | 92-92-3 | 202-204-7 | 29042000 | i | b |

Fibri ta' l-asbestos: | | | | | |

Krokidolit | 12001-28-4 | 310-127-6 | 252400 | i | b |

Amozit | 12172-73-5 | | 252400 | i | b |

Antofillit | 77536-67-5 | | 252400 | i | b |

Aktinolit | 77536-66-4 | | 252400 | i | b |

Tremolit | 77536-68-6 | | 252400 | i | b |

Krizolit | 132207-32-0 | | 252400 | i | b |

Benzidin u s-salts tiegħu Derivativi tal-benzidin | 92-87-5 – | 202-199-1 – | 29215990 | i | szk |

Klorfenapir | 122453-73-0 | | | p | szk |

Klozolinat | 84332-86-5 | 282-714-4 | 29349096 | p | b |

Dikofol li fih < 78 % p.p' – Dikofol jew g/kg DDT u komposti relatati mad-DDT | 115-32-2 | 204-082-0 | 29062900 | p | szk |

Dinoterb | 1420-07-01 | 215-813-8 | 29089000 | p | b |

DNOC | 534-52-1 | 208-601-1 | 29089000 | p | b |

Endrin | 72-20-8 | 200-775-7 | 29109000 | p | b |

Aċetat tal-fentin | 900-95-8 | 212-984-0 | 29310095 | p | b |

Idrossidu tal-fentin | 76-87-9 | 200-990-0 | 29310095 | p | b |

Monometil-dibrom-difenil metan: Isem kummerċjali: DBBT | 99688-47-8 | 401-210-1 | 29036990 | i | b |

Monometil-diklor-difenil metan; Isem kummerċjali: Ugilec 121 jew Ugilec 21 | – | 400-140-6 | 29036990 | i | b |

Monometil-tetraklor-difenil metan; Isem kummerċjali: Ugileċ 141 | 76253-60-6 | 278-404-3 | 29036990 | i | b |

Nitrofen | 1836-75-5 | 217-406-0 | 29093090 | p | b |

Paration # | 56-38-2 | 200-271-7 | 29201000 | p | szk |

Pirazofos | 13457-18-6 | 236-656-1 | 29335970 | p | b |

Kwintozen | 82-68-8 | 201-435-0 | 29049085 | p | b |

Teknazen | 117-18-0 | 204-178-2 | 29049085 | p | szk |

PART 3 List of kimiċi bla ħsara the PIC procedure under the Rotterdam Konvenzjoni

(Artikolu 12 and 13 of this Regulation)

(The categories shown are those msejħa in the Konvenzjoni)

Kimika | Numru/i rilevanti SAK | Kategorija |

2,4,5-T | 93-76-5 | Pestiċjdu |

Aldrin [6] | 309-00-2 | Pestiċjdu |

Binapakril | 485-31-4 | Pestiċjdu |

Kaptafol | 2425-06-1 | Pestiċjdu |

Klórdan [6] | 57-74-9 | Pestiċjdu |

Klórdimeform | 6164-98-3 | Pestiċjdu |

Klórbenzilát | 510-15-6 | Pestiċjdu |

DDT [6] | 50-29-3 | Pestiċjdu |

Dieldrin [6] | 60-57-1 | Pestiċjdu |

Dinoseb u salts tad-Dinoseb | 88-85-7 | Pestiċjdu |

1,2-dibrometan (EDB) | 106-93-4 | Pestiċjdu |

Diklorid ta' l-etilen | 107-06-2 | Pestiċjdu |

Ossidu ta' l-etilen | 75-21-8 | Pestiċjdu |

Fluoraċetamid | 640-19-7 | Pestiċjdu |

HCH (iżomeri mħallta) | 608-73-1 | Pestiċjdu |

Heptaklor [6] | 76-44-8 | Pestiċjdu |

Hexaklorbenzol [6] | 118-74-1 | Pestiċjdu |

Lindan | 58-89-9 | Pestiċjdu |

Komposti tal-merkurju, inklużi komposti tal-merkurju inorganiċi, komposti tal-merkurju alkil u komposti tal-merkurju alkioxialkil u arill | | Pestiċjdu |

Pentaklorfenol | 87-86-5 | Pestiċjdu |

Toxafen [6] | 8001-35-2 | Pestiċjdu |

Metamidofos (taħlitiet ta' liwkidu li jitħallat tas-sustanza li jeċċedu 600 g ingredjent attiv/l) | 10265-92-6 | Formolazzjoni perikoluża gravi |

Metil-paration (konċentrati li jistgħu jiġu emulsifikati (Einecs) li fihom 19,5 %, 40 %, 50 % 60 % ingredjent attiv, u trabijiet li fihom 1,5 %,2 % u 3 % ingredjent attiv) | 298-00-0 | Formolazzjoni perikoluża gravi |

Monokrotofos (taħlitiet ta' liwkidu li jitħallat tas-sustanza li jeċċedu 600 g ingredjent attiv/l) | 6923-22-4 | Formolazzjoni perikoluża gravi |

Paration (il-formolazzjonijiet kollha – aerosoli, trab li jitfarfar (DP) konċentrat li jista' jiġi emulsifikat (Einecs) granuli (GR)u trabijiet li jixxarrbu (WP) ta' din is-sustanza huma inklużi, ħlief sospensjonijiet f'kapsuli (CS) | 56-38-2 | Formolazzjoni perikoluża gravi |

Fosfamidon (taħlitiet ta' liwkidu li jitħallat tas-sustanza li jeċċedu 1000 g ingredjent attiv/l) | 13171-21-6 (keverék, (E)&(Z) izomerek) 23783-98-4 ((Z)-izomer) 297-99-4 ((E)-izomer) | Formolazzjoni perikoluża gravi |

Krokidolit | 12001-28-4 | Industrijali |

Bifenili polibrominati (PBB) | 36355-01-8 (hexa-) 27858-07-7 (okta-) 13654-09-6 (deka-) | Industrijali |

Bifenili poliklorinati (PCB) [6] | 1336-36-3 | Industrijali |

Terfenili poliklorinati (PCT) | 61788-33-8 | Industrijali |

Tris (2,3-dibrompropil) fosfat | 126-72-7 | Industrijali |

[1] Subkategorija: p(1) – pestiċidju fil-grupp ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, p(2) – pestiċidji oħrajn inklużi bioċidji. i(1) – kimka industrijali għall-użu professjopali u i(2) – kimika industrijali għall-użu mill-pubbliku.

[2] Limitazzjonijiet dwar l-użu: ls – limitazzjoni stretta – p = projbizzjoni (għall-kategoriji jew sub-kategoriji indikati) skond il-leġislazzjoni Komunitarja.

[3] Ħlief karburanti tal-muturi suġġetti gġad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 350., 1998.12.28., 58. o.).

[4] Kategorija: p – pestiċidji, i – kimika industrijali.

[5] Limitazzjonijiet dwar l-użu: ls – limitazzjoni stretta; p – projbizzjoni (għall-kategorija jew kategoriji in kwistjoni).

[6] Dawn is-sustanzi huma soġġetti għal projbizzjoni ta' l-esportazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(2) ta' l-Anness V ta' dan ir-Regolament

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Notifika ta' kimika projbita jew imrażżna strettament lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni

Rewkiżiti ta' tagħrif għan-notifiki skond l-artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.

In-notifiki għandhom jinkludu:

1. kwalitajiet, identifikazzjoni u użi

(a) isem komuni;

(b) isem tal-kimika skond nomenklatura magħrufa internazzjonalment (per eżempju Għaqda Internazzjonali ta' Kimika Pura u Applikata (IUPAC)), fejn din in-nomenklatura teżisti;

(ċ) Ismijiet kummerċjali u ismijiet ta' preparazzjoniet;

(d) numri tal-kodiċi: Numru tas-Servizz Astratt Kimimku (SAK), Sistema tal-kodiċi doganali Armonizzat u numri oħrajn;

(e) tagħrif dwar klassifia ta' riskju, fejn il-kimika hija soġġetta għal rekwiżiti dwar klassifika;

(f) użu jew użi tal-kimika:

fl-Unjoni Ewropea

band' oħra (jekk magħruf);

(g) il-kwalitajiet fiżiko-kimiċi, tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi;

2. azzjoni regolatorja finali

(a) tagħrif speċifiku għall-azzjoni regolatorja finali:

(i) taqsira ta' l-azzjoni regolatorja finali;

(ii) riferenza għad-dokument regolatorju;

(iii) data tal-bidu fis-seħħ ta' l-azzjoni regolatorja finali;

(iv) indikazzjoni jekk l-azzjoni regolatorja finali tteħditx a bażi ta' stima tar-riskju jew ażżard u, jekk huwa hekk, tagħrif dwar tali stima, li tkopri riferenza għad-dokumentazzjoni rilevanti;

(v) raġunijiet għall-azzjoni regolatorja finali rilevanti għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, inkluża s-saħħa tal-konsumaturi u l-ħaddiema, jew l-Ambjent;

(vi) taqsira ta' l-ażżardi u r-riskji preżentati mill-kimika lis-saħħa tal-bniedem, inkluża s-saħħa tal -konsumaturi u l-ħaddiema, jew l-Ambjent u l-effetti mistennija ta' l-azzjoni regolatorja finali;

(b) kategorija jew kategoriji fejn saret l-azzjoni regolatorja, u għal kull kategorija:

(i) użu jew użi projbiti mill-azzjoni regolatorja finali;

(ii) użu jew użi li jibqgġu permessi;

(iii) stima, fejn disponibbli,tal-kwantitajiet tal-kimika prodotta, importata, esportata u użata;

(ċ) indikazzjoni, sa fejn possibbli, tar-rilevanza probabbli ta' l-azzjoni regolatorja finali lil Stati u reġjuni oħrajn;

(d) taħrif ieħor rilevanti li jista' jkopri

(i) stima ta' l-effett soċjo-ekonomiku ta' l-azzjoni regolatorja finali;

(ii) tagħrif dwar alternattivi u r-riskji relattivi tagħhom, fejn disponibbli, bħal:

- strateġiji integrati għall-amministrazzjoni tal-pesti,

- prattiċi u proċessi industrijali inkluża teknoloġija aktar nadifa.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Notifika dwar l-esportazzjoni

Tagħrif meħtieġ skond l-artikolu 7 ta' dan ir-Regolament

1. Identitá tas-sustanza li għandha tiġi esportata:

(a) isem fin-nomenklatura ta' l-Għaqda Interazzonali tal-Kimika Pura u Applikata;

(b) ismijiet oħrajn (ismijiet ordinarji, ismijiet kummerċjali u taqsiriet);

(ċ) Numru Einecs u numru SAK;

(d) Numru CUS u Kodiċi tan-Nomenklatura Kombinata;

(e) impuritajiet ewlenin tas-sustanza, fejn partikolarment rilevanti.

2. Identitátal-preparazzjoni li ser tiġi esportata:

(a) isem kummerċjali jew deskrizzjoni tal-preparazzjoni;

(b) għal kull sustanza elenkata fl-Anness I, perċentwal u dettalji kif speċifikat taħt il-punt 1.

3. Tagħrif dwar l-esportazzjoni:

(a) pajjiż tad-destinazzjoni;

(b) pajjiż ta' l-oriġini;

(ċ) data mistennija ta' l-ewwel esportazzjoni din is-sena;

(d) użu maħsub gil-pajjiż tad-destinazzjoni, jekk magħruf;

(e) isem, indirizz u dettalji rilevanti oħrajn ta' l-importatur jew kumpannija li timporta;

(f) isem, indirizz u dettalji rilevanti oħrajn ta' l-esportatur jew kumpannija li tesporta.

4. Awtoritajiet Nazzjonali Nominati:

(a) isem, indirizz, telefon u telex, numru tal-fax jew e-mail ta' l-awtoritá nominata fl-Unjoni Ewropea minn fejn jista' jinkiseb aktar tagħrif;

(b) isem, indirizz, telefon u telex, numru tal-fax jew e-mail ta' l-awtoritá nominata fil-pajjiż li jimporta.

5. Tagħrif dwar prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu, inkluża l-kategorija tal-periklu u pariri dwar riskju u sigurtá.

6. Taqsira dwar kwalitajiet fiżiko-kimiċi, tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi.

7. Użu tal-kimika fl-Unjoni Ewropea:

(a) użi, kategorijażi taħt il-Konvenzjoni ta' Rotterdam u subkategoriji tal-Komunità soġġetti għal miżura ta' kontroll (projbizzjoni jew limitazzjoni stretta);

(b) użi li għalihom il-kimika mhix projbita jew imrażżna strettament

(kategoriji u subkategoriji ta' użi kif definiti fl-Anness I tar-Regolament);

(ċ) stima, fejn disponibbli, tal-kwantitajiet tal-kimika prodotti, importati, esportatu u użati.

8. Tagħrif dwar miżuri kawtelatorji biex jitnaqqsu l-esponiment għal u l-emissjoni tal-kimika.

9. Taqsira ta' restrizzjonijiet regolatorji u raġunijietg għalihom

Taqsira ta' tagħrif mogħti fl-Anness II taħt il-punt 2(a), (c) u (d).

Tagħrif ieħor provdut mill-Parti li tesporta minħabba li tqisu ta' konċern jew aktar tagħrif speċifikat fl-Anness II meta mitlub mill-Parti li timporta.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Tagħrif li għandu jingħata mill-awtoritajiet nazzjonali nominati ta' l-Istati Membri lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament

1. Taqsira tal-kwantitajiet tal-kimiċi (fil-forma ta' sustanzi u preparazzjonijiet) soġġetti għall-Anness I esportati matul is-sena ta' qabel.

(a) Sena meta saru l-esportazzjonijiet

(b) Tabella li tqassar il-kwantitajiet ta' kimiċi esportati (fil-forma ta' sustanzi u preparazzjonijiet) kif definiti taħt.

+++++ TIFF +++++

2. Lista ta' importaturi of importers

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

kimiċi u artikoli soġġetti għall-projbizzjoni ta’ esportazzjoni

(L-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament)

Deskrizzjoni tal-kimiċi/oġġett(i) suġġetti għal projbizzjoni dwar l-esportazzjoni | Tagħrif addizzjonali fejn rilevanti (eż, isem tal-kimika, Nru tal-KE Nru SAK, eċċ_.) |

| |

Spapen kożmetiċi li fihom il-merkurju | KN-kód 34011100, 43011900, 34012010, 34012090, 34013000 |

Aġenti organiċi li jniġġżu b’mod persistenti kif elenkati fl-Annessi A u B tal-Konvenzjoni ta’ Stockholm dwar l-Aġenti Organiċi li Jniġġżu b’mod Persistenti skond id-dispożizzjonijiet li jinsabu fiha | Aldrin | Nru tal-KE 206-215-8, Nru CASNru SAK 309-00-2, Kodiċi NK 29035990. |

Klordan | Nru tal-KE 200-349-0, Nru SAK 57-74-9, Kodiċi NK 29035990. |

Dieldrin | Nru tal-KE 200-484-5, Nru SAK 60-57-1, Kodiċi NK 29109000. |

DDT (1,1,1-triklor-2,2-bis (p-klorfenil) etan) | Nru tal-KE 200-024-3, Nru SAK 50-29-3, Kodiċi NK 29036200. |

Endrin | Nru tal-KE 200-775-7, Nru SAK 72-20-8, Kodiċi NK 29109000. |

Ħptaklor | Nru tal-KE 200-962-3, Nru SAK 76-44-8, Kodiċi NK 29035990. |

Hexaklor-benzol | Nru tal-KE 200-273-9, Nru SAK 118-74-1, Kodiċi NK 29036200. |

Mirex | Nru tal-KE 219-196-6, Nru SAK 2385-85-5, Kodiċi NK 29035990. |

Toxafen (kamfeklór) | Nru tal-KE 232-283-3, Nru SAK 8001-35-2, Kodiċi NK KN-kód 38081020. |

Bifenili poliklorinati (PCB-k) | Nru tal-KE 215-648-1 és egyéb, Nru SAK 1336-36-3 és egyéb, Kodiċi NK 29036990. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

Lista ta' Partijiet tal-Konvenzjoni li jeħtieġu informazzjoni dwar il-movimenti transitu tal-kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC

(L-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------