32003R0260



Official Journal L 037 , 13/02/2003 P. 0007 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 260/2003

tat-12 ta’ Frar 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eradizzjoni tal-enċifalopatija sponġiformi trasmissbli fin-nagħaġ u fil-mogħoż u r-regolamenti għall-kummerċ tan-nagħaġ u tal-mogħoż ħajjin u bovini embrijoni

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru. 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-kontroll veterinarju u żutekniku applikabli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bl-iskop li jitqiegħedu fis-suq [1], hekk kif emendat mid-Direttiva Nru. 92/118/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru. 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi regolamenti għall-prevenzjoni, kontroll,u eradizzjoni ta’ ċerti enċifalopatija sponġiformi trasmissabli [3], hekk kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1494/2002 [4], u partikolarment l-Artikolu 23 tiegħu,

billi:

(1) Fl-opinjoni tagħha tal-4 u l-5 ta’ April 2002, li tirrigwarda l-protezzjoni tal-egħjun ta’ materjali żgħar ta’ annimali li jixtarru, l-Kumitat tat-Tmexxija Xjentifiku (KTX) irrakomanda li fejn ikun hemm każ ta’ Coenurus Cerebralis f’ażjenda ta’ annimali li jixtarru żgħar, l-intier grupp għandu jkun maqtul. Il-KTX indika, madankollu, li l-qtil tan-nagħaġ tal-ġenotip tal-proteina prionika ARR/ARR iġorr ftit benefiċċju biex jitnaqqas is-sogru. Biex jevvitaw li ma tiġix irrapurtata l-marda u biex jisalvagwardjaw razez ta’ annimali li jistgħu jkollhom livell baxx ta’ rezistenza, dan il-qtil għandu jsir gradwalment.

(2) Fl-interess tal-konsisitenza ta’ dawn ir-regoli għall-qtil tan-nagħaġ, ir-regoli tal-kummerċ intra-Komunitarju tat-trobbija tan-nagħaġ għandhom jiġu emendati biex, jitneħħew ir-restrizzjonijiet mil-kummerċ tan-nagħaġ tal-ġenotip ARR/ARR, li jirrelataw mal-Coenurus Cerebralis.

(3) Fl-opinjoni tas-16 ta’ Mejju 2002 fuq is-sigurtà ta’ embrijoni bovini, l-KTX ikkonkluda li ma hemmx bżonn għall-miżuri oħra ħlief dawk msemmija mill-Protokolls Internazzjonali tas-Soċjeta għat-Trasferiment tal-Embrijoni. Fis-sezzjoni ġenerali ta’ Mejju 2002, l-Organizzazzjoni għas-Saħħa Dinija tal-Annimali (Uffiċju Internazzjonali tal-Epiżooti (OIE) iddeċidiet, fuq raġunijiet simili xjentifiki, biex tneħħi l-kondizzjonijet kollha tal-kummerċ relatati ma’ embrijoni bovini u ova. Il-kondizzjonijiet tal-kummerċ li jirrelataw mal-BSE għall-embrijoni bovini u ova fir-Regolament (KE) Nru. 999/2001 għandhom għalhekk jiġu mħassra, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 92/290/KEE tal-14 ta’ Mejju 1992 li jikkonċerna ċerti miżuri tal-protezzjonili jirrelataw mal-enċifalopatija sponġiformital-bovini (BSE) fir-Renju Unit [5], hekk kif emendat mill-Att ta’ Adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, għandu jiġi mħassar..

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Food Chain u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi VII, VIII u XI tar-Regolament (KE) Nru. 999/2001 huma emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regoalment.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni Nru. 92/920/KEE huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Punt 2(b) ta’ l-Anness VII u punt (a)(iii) ta’ l-ewwel ta’ Kapitolu A ta’ l-Anness VIII għandhom jgħoddu minn l-1 ta’ Ottubru 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Brussel, fit-12 ta’ Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, 18.08.90, p. 29.

[2] ĠU L 62, 15.03.93, p. 49.

[3] ĠU L 147, 31.05.01, p. 1.

[4] ĠU L 225, 22.08.02, p. 3.

[5] ĠU L 152, 04.06.92, p. 37.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi VII, VIII u XI huma emendati hekk kif ġejjin:

1. l-Anness VII huwa mibdul b’dan li ġej:

"

L-ANNESS VII

L-ERADIZZJONI TAL-EN¬IFALOPATIJA SPONĠIFORMI

1. L-indaġni msemmija fl-Artikolu 13(1)(b) għandha tidentifika:

(a) fil-każ ta’ annimali bovini:

- l-annimali l-oħra li jixtarru fl-ażjenda tal-animal li fih tinsab il-marda li tkun ikkonfermata,

- meta l-marda tiġi kkonfermata f’annimal feminili, il-wild li jitwieled sentejn qabel jew wara l-ewwel sintomi tal-marda,

- l-annimali kollha tal-boton ta’ l-annimal li fih tkun instabet il-marda,

- l-oriġini possibbili tal-marda,

- l-Annimali oħra tal-ażjenda li fiha tkun ġiet ikkonfermata l-marda, jew f’ażjendi oħra li setgħu jiġu nfettati mill-aġent tat-TSE jew kienu esposti għall-istess tip ta’ ikel jew egħjun ta’ kontaminazzjoni,

- il-moviment ta’ ikel u ta’ materjali oħra li huma potenzalment ikkontaminati, jew mezzi oħra ta’ trasmissjoni, li setgħu ttrasmettu l-aġent tat-TSE mill-ażjenda jew għall-ażjenda tal-każ;

(b) fil-każ ta’ nagħaġ u ta’ mogħoż:

- l-annimali l-oħra li jixtarru ħlief in-nagħaġ u l-mogħoż fl-ażjenda tal-annimal li fih tkun ikkonfermata l-marda,

- meta jistgħu jiġu identifikati, l-ġenituri. l-embrijoni kollha, ova, u l-aħħar wild ta’ l-annimal li fih tkun instabet il-marda,

- In-nagħaġ u il-mogħoż kollu l-ieħor fl-ażjenda ta’ l-annimal li fih tkun instabet il-marda inkluz ukoll dawk imsemmija fit-tieni inċiż,

- l-oriġini possibbli tal-marda u l-identifikazzjoni tal-ażjendi l-oħra li fihom hemm annimali, embrijoni, jew ova li setgħu ġew ikkontaminati mill-aġent tat-TSE jew kienu esposti għall-istess ikel jew egħjun ta’ kontaminazzjoni,

- il-moviment ta’ ikel u ta’ materjali oħra li huma potenzalment ikkontaminati, jew mezzi oħra ta’ trasmissjoni, li setgħu ttrasmettu l-aġent tat-BSE mill-ażjenda jew għall-ażjenda tal-każ;

2. Il-miżuri stabbilitti fl-Artikolu 13(1)(c) għandhom jinkludu għalinqas:

(a) fil-każ ta’ konfermazzjoni tal-BSE f’annimal bovini, il-qtil u l-qerda kompluta tal-annimali bovini identifikati mill-indaġni msemmija f’punt 1(a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż. L-Istat Membru jista jiddeċiedi li ma joqtolx u jeqred l-annimali kollha bovini fl-ażjenda tal-annimal li fih tkun ikkonfermata l-marda hekk kif msejħa fl-ewwel inċiż ta’ punt 1(a), dan jiddependi mis-sitwazzjoni epidemjoloġika u t-traċċabilità tal-annimali f’dik l-ażjenda;

(b) fil-każ ta’ konfermazzjoni tat-TSE f’nagħġa jew mogħża, mill-1 ta’ Ottubru 2003, skond id-deċizjoni ta’ l-awtorità kompetenti:

(i) jew il-qtil u l-qerda kompluta tal-annimali, embrijoni u ova kollha identifikati mill-indaġni msemmija fit-tieni u t-tielet inċiż ta’ punt 1(b); jew

(ii) il-qtil u l-qerda kompluta tal-annimali, embrijoni u ova kollha identifikati mill-indaġni msemmija fit-tieni u t-tielet inċiż ta’ punt 1(b), bl-eċċezzjoni ta’:

- it-trobbija tal-muntuni tal-ġenotip ARR/ARR,

- it-trobbija tan-nagħaġ li għandhom għalinqas 1 ARR allele u bla VRQ allele, u

- nagħaġ li għandhom għalinqas 1 ARR allele li huma intenzjonati biss għall-qtil,

(iii) jekk l-annimal infetat kien miġjub minn ażjenda oħra, l-Istat Membru jista jiddeċiedi, skond l-istorja tal-każ, li japplika miżuri ta’ eradizzjoni għall-ażjenda ta’ l-oriġini aktar minn jew minflok l-ażjenda li fiha tkun ikkonfermata l-marda. Fil-każ tal-użu ta’ l-art għal-għalf kumuni minn aktar minn merħla waħda, l-Istat Membru jista jiddeċiedi li jilimita l-applikazzjoni tal-miżuri għal merħla waħda, bbażata fuq il-kunsiderazzjoni tal-fatturi epidemjoloġiki kollha,

(ċ) f’każ ta’ konfermazzjoni tal-BSE f’nagħaġa jew mogħża, il-qtil u l-qerda kompleta ta’ l-annimali, embrijoni u ova kollha identifikati mill-indaġni msemmiija fit-tieni u fil-ħames inċiżi ta’ punt 1(b).

3.1. L-annimali li ġejjin biss ikunu jistgħu jiġu ntrodotti fl-ażjenda(i) fejn il-qerda tkun saret skond il-punt 2(b)(i) jew (ii):

(a) nagħaġ irġiel tal-ġenotip ARR/ARR;

(b) nagħaġ nisa li għandhom għalinqas 1 ARR allele u minajr VRQ allele;

(ċ) Annimali ta’ l-ispeċċi tal-mogħoż, imbasta:

- ma jkunx hemm nagħaġ ieħor preżenti fl-ażjenda ħlief dawk tal-ġenotip ARR/ARR,

- ikun sar it-tindif u d-diżinnfetazzjoni tal-postijiet kollha ta’ fejn jitpoġġew l-annimali fl-ażjenda wara li tkun saret it-tneħħija tal-annimali morda,

- l-ażjenda tkun sottoposta għall-ħarsien intensiv kontra it-TSE, li jinkludi t-test tal-mogħoż kollu li jkunu mietu jew ġew matula u li jkollhom aktar minn 18 il-xahar.

3.2. dawn il-prodotti ġerminali tan-nagħaġ li ġejjin biss jistgħu jintużaw fl-ażjenda(i) fejn tkun saret il-qerda skond il-punt 2(b)(i) jew (ii):

(a) l-isperma tal-muntuni tal-ġenotip ARR/ARR;

(b) l-embrijoni li għandhom għalinqas 1 ARR allele u minajr VRQ allele.

4. Waqt il-perjodu transitorju sa l-aktar l-1 ta’ Jannar 2006, u bil-modd ta’ deroga mir-restrizzjoni msemmija f’punt 3(b), fejn huwa diffiċili li tikseb nagħaġ ta’ ġenotip magħruf għas-sostituzzjoni, l_ Istat Membru jista jiddeċiedi li jħalli frieħ li mhumiex tqal tan-nagħaġ ta’ ġenotip mhux magħruf biex jiġu introdotti fl-ażjendi msemmija f’punt 2(b)(i) u (ii).

5. Wara l-applikazzjoni għal-ażjenda tal-miżuri msemmija f’punt 2(b)(i) u (ii):

(a) il-moviment ta’ nagħaġ ARR/ARR mill-ażjenda ma tkunx suġġetta għall-ebda restrizzjoni;

(b) nagħaġ li għandhom ARR allele wieħed jistgħu jintbagħtu mill-ażjenda biex jiġu maqtula għall-kumsumazzjoni tal-bniedem jew għar-raġunijiet tal-qerda biss;

(ċ) nagħaġ ta’ ġenotipi oħra jistgħu jintbagħtu mill-ażjenda għar-raġunijiet tal-qerda biss.

6. Ir-restrizzjonijiet imsemmija f’punti 3 u 5 għandhom japplikaw għall-ażjenda għall-perjodu ta’ tlett snin mill-

(a) ġurnata tal-kisba ta’ l-istatus tal-ARR/ARR minn nagħaġ fl-ażjenda: jew

(b) l-aħħar ġurnata meta nagħġa jew mogħża nżammet fil-bini; jew

(ċ) fil-każ ta’ punt 3.1 (c), id-data ta’ meta il-ħarsien intensiv kontra t-TSE jkun beda.

7. fejn il-frekwenza tal-ARR allele fir-razza jew l-ażjenda tkun baxxa, jew fejn huwa naħsub neċessarju biex ma jkunx hemm taħlit ta’ l-istess demm, l-Istat Membru jista jiddeċiedi li:

(a) ittawal iż-żmien għall-qerda tal-annimali kif imsemmi f’punt 2(b)(i) u (ii) sa sentejn riproduttivi;

(b) iħalli nagħaġ ieħor, barra dawk imsemmija f’punt 3, biex jiġu introdotti fl-ażjendi msemmija f’punt 2(b)(i) u (ii), imbasta ma jkollhomx VRQ allele.

8. L-Istati Membri li japplikaw id-derogi msemmija fil-punti 4 u 7 għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kondizzjonijiet u l-kriterji wżati biex ħarġu d-derogi.

"

2. It-Titolu tal-Kapitolu A tal-Anness VIII, u l-kitba ta’ l-Ewwel Parti tal-Kapitolu A tal-Anness VIII, huma mibdula b’dan li ġej:

"KAPITOLU A

kondizzjonijiet għall-kummerċ intra-komunitarju ta’ l-annimali ħajjin

I. kondizzjonijiet li japplikaw indipendament tal-kategorija tal-Istat Membru jew il-pajjiżi terżi tal-oriġini jew ir-residenza tal-animal

Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kummerċ tan-nagħaġ u tal-mogħoż:

(a) nagħaġ u mogħoz għat-trobbija għandhom jew:

(i) jiġu minn ażjenda li tkun issodisfat dawn il-kondizzjonijiet għal għalinqas tlett snin:

- huwa suġġett għall-kontrolli veterinarji uffiċjali,

- l-Annimali huma mmarkati,

- ma hemmx każ ta’ Coenurus Cerebralis ikkonfermata,

- kontroll tal-kampjuni ta’ annimali femminili xjuħ li huma maħsuba għall-qatla għandhom isiru fl-ażjenda,

- annimali femminili għandhom jitħallu jidħlu fl-ażjenda jekk ġejjin minn ażjenda oħra li tħares l-istess kondizzjonjiet biss: jew

(ii) li jkunu ilhom kontinwament fl-istess ażjenda li tħares il-kondizzjonijiet msemmija f’punt (i) mit-twelid jew għall-dawn l-aħħar tlett snin; jew

(iii) mill-1 ta’ Ottubru 2003, isiru annimali tal-ġenotip tal-proteina prionika, skond l-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 2002/1003/KE [1].

Se sono destinati a uno Stato membro che beneficia, su tutto o parte del suo territorio, delle disposizioni di cui alle lettere b) o c), essi soddisfano le garanzie addizionali, generali o specifiche, definite conformemente alla procedura di cui all’articolo 24, paragrafo 2. Jekk huma ddestinati għall-Stat Membru li jibbenifika fuq kull jew parti mit-territorju, mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) jew (c), huma għandhom jħarsu l-garanziji miżjuda, ġenerali jew speċifiċi, li huma stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2);

(b) Stat Membru li għandu programm nazzjonali ta’ kontroll tal-Coenurus Cerebralis li huwa mmġiegħel jew volontarju għall-kull jew parti tat-territorju:

(i) jistgħa jagħti l-imsemmi program lill-Kummissjoni, iżda jrid jindika partikolarment:

- it-tqassim tal-marda fl-Istat Membru,

- ir-raġunijet għall-programm, li jieħu fil-kuntest l-importanza tal-marda u r-rapport tal-infieq/benfiċċji,

- iż-żona ġeografika fejn il-program ħa jiġi mmplimentat,

- il-kategoriji ta’ l-istatus stabbiliti għall-ażjendi u l-istandards li jridu jiġu milħuqa f’kull kategorija,

- il-proċeduri tal-provi li ser jintużaw,

- il-proċeduri tal-programm ta’ ħarsien,

- l-azzjoni li trid tittieħed jekk, għall xi raġuni jew oħra, ażjenda titlef l-istatus tagħha,

- il-miżuri li jridu jittieħdu jekk ir-riżultati tal-kontrolli li saru skond id-dispożizzjonijiet tal-program huma posittivi,

(ii) il-program imsemmi f’punt (i) jista jiġi approvat jekk iħares il-kriterja stabbilita f’dak il-punt, skond il-proċedura msemmija fl-Arikolu 24(2). Il-garanziji miżjuda li huma ġenerali jew speċifiċi, u li jistgħu jkunu mitluba fil-kummerċ intra-Komunitarju, għandhom ikunu ddefinuti fl-istess ħin jew mhux aktar tard minn tlett xhur wara l-approvazzjoni tal-programm skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). L-imsemmija garanziji m’ għandhomx ikunu aktar minn dawk li l-Istat Membru jimplimenta nazzjonalment.

(iii) Emendi jew żiedi lill-programmi mogħtija lill-Istat Membru jistgħu jiġu approvati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). Emendi lill-garanziji li kienu ddefinuti skond il-punt (ii) jistgħu jiġu approvati skond dik il-proċedura,

(ċ) fejn Stat Membru jikkonsidra li t-territorju tiegħu jew parti mit-territorju tiegħu huwa safi mill-Coenurus Cerebralis:

(i) għandu jagħti lil-Kummissjoni d-dokumenti ta’ sostenn xierqa, li jiddefinixxu partikolarment:

- l-istorja ta’ kif inxterrdet il-marda fit-territorju,

- ir-riżultati tat-testijiet tas-sorveljanza fuq l-investigazzjoni seroloġika, mikrobjoloġika, patoloġika jew epidemjoloġika,

- il-perjodu li fih tkun saret is-sorveljanza,

- l-arranġamenti biex tiġi verifikata l-assenza tal-marda,

(ii) il-garanziji miżjuda, li huma ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jkunu mitluba fil-kummerċ intra-Komunitarju għandhom ikunu ddefinuti skond il-proċedura memmija fl-Artikolu 24(2). Dawn il-garanziji ma jistgħux ikunu aktarminn dawl li l-Istat Membru jimplimenta nazzjonalment,

(iii) (iii)L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma l-Kummissjoni b’ xi tibdil fid-dettalji speċifikati f’punt (i) li jirrelataw mal-marda. Il-garanziji ddefinuti skond il-punt (ii) jistgħu, fil-każ ta’ din in-notifikazzjoni ta’ tibdil, jiġu emendati jew irtirati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2)."

3. Fil-Parti D, punt 1 tal-Anness XI, il-kliem li ġejjin huma mħassra:

"Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 92/290/KEE tal-14 ta’ Mejju 1992 li tikkonċerna ċertu miżuri ta’ protezzjoni li jirrelataw ma embrijoni bovini f’kuntest ta’ Enċifalopatija Sponġiformi bovini (BSE) fir-Renju Unit"

[1] ĠU L 349, 24.12.02, p. 105.

--------------------------------------------------