32003R0244



Official Journal L 033 , 08/02/2003 P. 0028 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2003

tas-7 ta' Frar 2003

li jemenda għal ħdax-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jiprojbixxu l-esportazzjoni ta' ċertu merkanzija u servizzi lejn l-Afghanistan, isaħħu l-projbizzjoni tat-titjir u jestendu t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta' l-Afghanistan [1], kif emendati l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 215/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li fuqhom huwa mpost it-twaqqif tal-fondi u riżorsi ekonomiċi skond ir-Regolament.

(2) Fit-3 ta' Frar 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-elenku tal-persuni, l-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi ekonomiċi, u għalhekk, l-Anness I għandu jkun emendat.

(3) Biex ikun assigurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I ma' Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

[2] ĠU L 28, ta' l-4.2.2003, p. 41.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I ma' Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

Il-persuna ġuridika li ġejja għanda tiġi miżjuda taħt l-intestatura "Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet":

Lashkar i Jhangvi

--------------------------------------------------