Official Journal L 028 , 04/02/2003 P. 0041 - 0042
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 215/2003 tat-3 ta' Frar 2003 li jemenda għall-għaxar darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri ristrettivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama Bin Laden, man-network ta' l-Al-Qaida u mat-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 of 27 May 2002 li jimponi ċerti miżuri ristrettivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama Bin Laden, man-network ta' l-Al-Qaida u mat-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxa l-esportazzjoni ta' ċerti merkanziji u servizzi lill-Afghanistan, li jsaħħah il-projbizzjoni tat-titjiriet u li jestendi l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi finanzjarji fil-każ tat-Taliban ta' l-Afghanistan [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 145/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu, Billi: (1) L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 iniżżel il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. (2) Fit-23, fl-24 u fit-28 ta' Jannar 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ddeċida li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi u, għalhekk, l-Anness i għandu jiġi emendat kif xieraq. (3) Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri mniżżlin f'dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ minnufih, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Frar 2003. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9. [2] ĠU L 23, tat-28.1.2003, p. 22. -------------------------------------------------- ANNESS L-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej: 1. Dan li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-intestatura "Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet" : "Stichting Benevolence International Nederland (sive Benevolence International Nederland, sive BIN) Raderborg 14B, 6228 CV Maastricht, l-Olanda. Reġistrazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ: 14063277." 2. Dawn li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma' l-intestatura "Persuni Naturali" : "(a) Isamuddin, Nurjaman Riduan (magħruf bħala "Hambali"; Nurjaman; Isomuddin, Nurjaman Riduan); mitwieled: Encep Nurjaman; ċittadinanza: Indoneżjan; data tat-twelid: l-4 ta' April, 1964; post ta-twelid: Cianjur, West Java, l-Indoneżja; (b) Abdurrahman, Mohamad Iqbal (magħruf bħala "Abu Jibril"; Rahman, Mohamad Iqbal; A Rahman, Mohamad Iqbal; Abu Jibril Abdurrahman; Fikiruddin Muqti; Fihiruddin Muqti); ċittadinanza: Indoneżjan; post tat-twelid: il-Villaġġ Tirpas-Selong, East Lombok, l-Indoneżja." 3. Id-dħul "Is-Sur Nabil Abdul Sayadi (magħruf bħala Abu Zeinab)" taħt l-intestatura "persuni naturali" għandu jiġi midbul ma' dan li ġej: "Sayadi, Nabil Abdul Salam (magħruf bħala Abu Zeinab); data tat-twelid: ta' l- 1.1.1966 f'El Hadid, Tripoli, il-Lebanon; ċittadinanza: Belġjan mit- 18.9.2001; raġel ta' Patricia Vinck; miżżewġin fid- 29.5.1992 f'Peschawar, il-Pakistan." 4. Id-dħul ' "Sinjura Patricia Vinck (sive Souraya P. Vinck)" taħt l-intestatura "persuni naturali" għandu jiġi midbul ma' dan li ġej: "Vinck, Patricia Rosa (sive Souraya P. Vinck); data tat-twelid: ta' l- 4.1.1965 f'Berchem, Antwerp; ċittadinanza: Belġjana; mara ta' Nabil Sayadi." --------------------------------------------------