32003R0209



Official Journal L 028 , 04/02/2003 P. 0030 - 0032


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2003

tat-3 ta' Frar 2003

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 747/2001 fir-rigward ta' kwoti tat-tariffi tal-Komunità fuq ċerti prodotti agrikoli li ġejjin mil-Libanu.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad- 9 ta' April, 2001 li jieħu ħsieb il-ġestjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità u tal-kwantitajiet ta' referenza għal dawk il-prodotti li huma eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta' ftehim ma' xi pajjiżi Mediterranji u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru. 1981/94 u (KE) Nru. 934/95 [1] kif kienu emendati l-aħħar mir-regolament (KE) Nru. 2335/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) fl-imsemmi regolament,

Billi

(1) Sakemm titlesta l-proċedura meħtieġa għar-ratifikazzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fuq naħa u r-Repubblika tal-Libanu fuq naħa oħra, kien konkluż Ftehim Temporanju fuq il-kummerċ u affarijiet oħra relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa u r-Repubblika tal-Libanu fuq naħa oħra, li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/761/EC [3], u li hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Temporanju" li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2003.

(2) Fil-konċessjonijiet tat-tariffi tal-Ftehim Temporanju, b'dazji tad-dwana b'rata żero, fil-qafas tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità, ingħataw kwoti għal l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, ta' ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Libanu.

(3) Għall-implementazzjoni tal-kwoti tat-tariffi li jeżisti fil-Ftehim temporanju huwa neċessarju li jiġi nkluż il-Libanu fir-Regolament (KE) Nru. 747/2001 u li tiġi miżjuda f'dan ir-Regolament lista ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mil-Libanu u li għalihom japplikaw kwoti tat-tariffi.

(4) Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru. 747/2001 għandu jiġi emendat kif hemm bżonn.

(5) Sabiex jiġu kkalkolati l-kwoti tat-tariffi għas-sena 2003, fil-Ftehim Temporanju hemm stipulat li l-volumi tal-kwoti tat-tariffi li l-perijodu tal-kwota tagħhom jibda qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Temporanju, għandhom jiġu proporzjonalment mnaqqsa skond il-parti tal-perijodu li tkun għaddiet qabel din id-data.

(6) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru. 747/2001 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. Fl-ewwel Artikolu, il-kelma Libanu għandha tiġi mdaħħla bejn "is-Sirja" u "l-Iżrael".

2. Jiżdied l-Anness ġdid Nru. VIa, li l-kliem tiegħu hu stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għas-sena 2003, il-volumi tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità li għandhom il-perijodu ta' kwota jibda qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u affarijiet oħra relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa u r-Repubblika tal-Libanu fuq in-naħa l-oħra, se jiġu mnaqqsa proporzjonalment skond il-parti tal-perijodu li tkun għaddiet qabel din id-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Marzu, 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-3 ta' Frar, 2003.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 109, tad-19.4.2001, p. 2.

[2] ĠU L 349, ta' l-24.12.2002, p. 26.

[3] ĠU L 262, tat-30.9.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS VIa

LIBANU

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem li jiddeskrivu l-prodotti għandu jiġi kkonsidrat li m'għandu xejn aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenzali tiġi ddeterminata fil-kuntest ta' dan l-Anness skond il-Kodiċi NM kif jeżisti fil-ħin ta' l-adozzjoni tar-Regolament attwali. Meta jiġu indikati l-kodiċi NM antiki, l-iskema preferenzali trid tiġi ddeterminata mill-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkonrrispondi magħha meħudin flimkien.

Kwoti tat-tariffi

Nru. Ta' l-ordni | Kodiċi NM | Suddiviżjoni tat-tariffi | Deskrizzjoni | Perijodu tal-kwota | Volum tal-kwota (piż tunnelati netti) | Boll fuq il-Kwota |

09.1171 | ex07019050 | | Patata ġdida, friska jew imkessħa | Minn 1.1 sa 31.5 | 10000 | Eżenti |

09.1172 | ex07019050 | | Patata ġdida u hekk imsejħa "patata ġdida", friska jew imkessħa | Minn 1.6 sa 31.7 | 20000 | Eżenti |

ex07019090 | 10 |

09.1173 | ex07019090 | 10 | Hekk imsejħa "patata ġdida", friska jew imkessħa | Minn 1.10 sa 31.12 | 20000 | Eżenti |

09.1174 | 07020000 | | Tadam, frisk jew imkessaħ | Minn 1.1 sa 31.12 | 5000 | Eżenti |

09.1175 | 07032000 | | Tewm, frisk jew imkessaħ | Minn 1.1 sa 31.12 | 5000 | Eżenti |

09.1176 | 07032000 | | Tewm, frisk jew imkessaħ | Minn 1.1 sa 31.12 | 3000 | 40 % tad-dazji tad-dwana MFN |

09.1177 | 07099031 | | Żebbuġ, frisk jew imkessaħ, mhux għall-użu ta' produzzjoni ta' żejt | Minn 1.1 sa 31.12 | 1000 | Eżenti |

09.1178 | 07112011 | | Żebbuġ ippreservat proviżorjament mhux għall-użu ta' produzzjoni ta' żejt | Minn 1.1 sa 31.12 | 1000 | Eżenti |

09.1179 | ex08061010 | 91,99 | Għeneb tal-mejda frisk, minbarra tat-tip Emperor (vitis vinifera cv.) | Minn 1.10 sa 30.4 u minn 1.6 sa 11.7 | 6000 | Eżenti |

09.1180 | ex08061010 | 91,99 | Għeneb tal-mejda frisk, minbarra ta t-tip Emperor (vitis vinifera cv.) | Minn 1.10 sa 30.4 u minn 1.6 sa 11.7 | 4000 | 40 % tal-boll tad-dwana MFN |

09.1181 | 080810 | | Tuffieħ, frisk | Minn 1.1 sa 31.12 | 10000 | Eżenti |

09.1182 | 08091000 | | Berquq, frisk | Minn 1.1 sa 31.12 | 5000 | Eżenti |

09.1183 | 080920 | | Ċiras, frisk | Minn 1.1 sa 31.12 | 5000 | Eżenti |

09.1184 | 080930 | | Ħawħ, inkluż ukoll ċiprisk, frisk | Minn 1.1 sa 31.12 | 2000 | Eżenti |

09.1185 | 080940 | | Għanbaqar u pruni slavaġġ, friski | minn 1.5 sa 31.8 | 5000 | Eżenti |

09.1186 | 15091015100010 | | Żejt taż-żebbuġa | minn 1.1 sa 31.12 | 1000 | Eżenti |

09.1187 | 2002 | | Tadam, preparat jew priservat mhux fil-ħall jew aċidu aċetiku | minn 1.1 sa 31.12 | 1000 | Eżenti' |

"

--------------------------------------------------