32003R0155

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 155/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 li jemenda l-miżuri kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1824/2001 dwar l-importtazzjonijiet ta’ lajters taż-żnied tal-but, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, u li jaħdmu bil-gass, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Taiwan

Official Journal L 025 , 30/01/2003 P. 0027 - 0028
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 36 - 37
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 36 - 37
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 36 - 37
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 36 - 37
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 36 - 37
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 36 - 37
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 36 - 37
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 36 - 37
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 36 - 37


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 155/2003

tas-27 ta’ Jannar 2003

li jemenda l-miżuri kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1824/2001 dwar l-importtazzjonijiet ta’ lajters taż-żnied tal-but, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, u li jaħdmu bil-gass, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Taiwan

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li jifqgħu is-suq minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1] (Regolament bażiku), u partikolarment l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Miżuri fis-seħħ

(1) F’Settembru 2001, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1824/2001 [2], impona dazji definittivi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ lajters taż-żnied tal-but, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, u li jaħdmu bil-gass, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ- China (il-"PRC") u fit-Taiwan. Id-dazji kienu fil-forma ta’ dazju speċifiku.

2. Bidu

(2) Fit-13 ta’ Ġunju 2002, il-Kummissjoni ħabbret b’notifika (Notifika ta’ Bidu) ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3] il-bidu ta’ reviżjoni provviżorja parzjali tal-miżuri kontra d-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta’ lajters taż-żnied tal-but, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, u li jaħdmu bil-gass, li joriġinaw fil-PRC u fit-Taiwan.

(3) Ir-reviżjoni kienet mibdija fuq inizjattiva tal-Kummissjoni biex teżamina kemm huma xierqa l-miżuri fis-seħħ. Il-miżura preżenti, jiġifieri d-dazju fil-forma ta’ dazju speċifiku, ma taħsibx għal sitwazzjonijiet fejn il-merkanzija importata sofriet danni qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera.

3. Investigazzjoni

(4) Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-produtturi li jesportaw, l-importaturi u l-utenti li hu magħruf li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, ir-rappreżentanti tal-pajjiżi li jesportaw li huma kkonċernati u l-produtturi tal-Komunità dwar il-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunitá biex jagħtu l-opinjoni tagħhom bil-miktub u biex jagħmlu talba għal seduta fiż-żmien stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.

(5) Numru ta’ produtturi li jesportaw fil-pajjiżi konċernati, kif ukoll produtturi tal-Komunità u importaturi/kummerċjanti tal-Komunità taw l-opinjoni tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li għamlu t-talba fiż-żmien stipulat hawn fuq u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għala kellhom jinstemgħu ngħataw l-opportunitá li jinstemgħu.

(6) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija kkonsidrat meħtieġa bil-għan tad-determinazzjoni ta’ kemm huma xierqa l-miżuri fis-seħħ.

B. RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI

(7) L-Artikolu 145 tar-Regolamentt tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 [4] li jistipula d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità jipprovdi, għad-determinazzjoni tal-valuri tad-dwana, għat-tqassim tal-prezz li fil-fatt tħallas jew li huwa pagabbli f’sitwazzjonijet fejn il-merkanzija sofriet danni qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera.

(8) Sabiex ikun evitat li jiġi impost ammont eċċessiv ta’ dazju kontra d- dumping, id-dazju speċifiku għandu, fil-każ ta’ merkanzija li sofriet danni, ikun imnaqqas b’perċentwali li tikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz li fil-fatt tħallas jew li huwa pagabbli. Skond ir-regoli stabbiliti sew li kienu stipulati mill-Kodiċi Doganali tal-Komunità, il-valur tad-dwana huwa mnaqqas b’perċentwali li tikkorrispondi mat-tqassim fil-prezz li fil-fatt tħallas jew li huwa pagabbli.

(9) L-ebda parti interessata ma għamlet kummenti jew ġabet argumenti kontra din il-proposta.

(10) Huwa għalhekk konkluż li fin-nuqqas ta’ xi argument sostnut minn partijiet interessati, fil-każijiet fejn il-merkanzija tkun sofriet danni qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz li fil-fatt tħallas jew li huwa pagabbli huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur tad-dwana, id-dazju speċifiku għandu jitnaqqas b’perċentwali li tikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz li fil-fatt tallas jew il huwa pagabbli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"Artikolu 2

1. Fil-każijiet fejn il-merkanzija tkun sofriet danni qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz li fil-fatt tħallas jew li huwa pagabbli huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur tad-dwana skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, l-ammont tad-dazju kontra d-dumping, ikkalkulat fuq il-bażi ta’ l-ammonti stabbiliti hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwali li tikkorrisponi mat-tqassim tal-prezz li fil-fatt tħallas jew li huwa pagabbli.

2. Kemm-il darba ma jkunx speċifikat il-kontra, id- disposizzjonijiet fis-seħħ dwar dazji doganali għandhom japplikaw"

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Jannar 2003.

F’isem il-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1).

[2] ĠU L 248, 18.09.01, p. 1.

[3] ĠU C 140, 13.06.02, p. 13.

[4] ĠU L 253, 11.10.93, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 444/2002 (ĠU L 68, 12.03.02, p. 11).

--------------------------------------------------