32003R0149

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 149/2003 tas-27 ta' Jannar 2003 li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'żewġ użi

Official Journal L 030 , 05/02/2003 P. 0001 - 0215
CS.ES Chapter 02 Volume 13 P. 27 - 226
ET.ES Chapter 02 Volume 13 P. 27 - 226
HU.ES Chapter 02 Volume 13 P. 27 - 226
LT.ES Chapter 02 Volume 13 P. 27 - 226
LV.ES Chapter 02 Volume 13 P. 27 - 226
MT.ES Chapter 02 Volume 13 P. 27 - 226
PL.ES Chapter 02 Volume 13 P. 27 - 226
SK.ES Chapter 02 Volume 13 P. 27 - 226
SL.ES Chapter 02 Volume 13 P. 27 - 226


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 149/2003

tas-27 ta' Jannar 2003

li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'żewġ użi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 [1] jirrikjedi li oġġetti b'żewġ użi (inklużi s-Software u teknoloġija) li jkunu soġġetti għal kontroll effettiv meta jkunu esportati mill-Komunità.

(2) Sabiex l-Istati Membri u l-KomunitaÏ ikunu jistgħu iħarsu l-impenni internazzjonali tagħhom, l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jistabbilixxi l-lista komuni ta' oġġetti u teknoloġija b'żewġ użi li għalihom isir riferiment fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, li jimplimenta kontrolli ta' l-oġġetti u t-teknoloġija b'żewġ użi li hemm qbil internazzjonali dwarhom, inkluż l-Arranġament ta' Wassenaar, ir-Reġim tal-Kontroll dwar it-Teknoloġija Missilistika, il-Grupp ta' Fornituri Nukleari, il-Grupp ta' l-Awstralja u l-Konvenzjoni dwar l-Armamenti Kimiċi.

(3) L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jipprovdi biex l-Anness I u l-Anness IV ta' dak ir-Regolament jiġi aġġornat konformement ma l-obbligazzjonijiet u rabtiet relevanti, u kwalunkwe modifikazzjoni miġjuba fih, li kull Stat Membru aċċetta bħala membru tar-reġim internazzjonali kontra l-proliferazzjoni u l-arranġamenti għall-kontroll ta' l-esportazzjoni, jew bir-ratifika tat-trattati internazzjonali relevanti.

(4) Sabiex jittieħed kont tat-tibdil adottat mill-Ftehim ta' Wassenaar, il-Grupp ta' l-Awstralja u r-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloħija Missilistika matul is-snin 2001 u 2002, l-Annessi I, II u IV tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għandu jiġi modifikat.

(5) Sabiex jiġu ffaċilitati r-referenzi għall-awtoritajiet għall-kontroll ta' l-esportazzjoni u l-operaturi, huwa meħtieġ li tiġi ppibblikata verżjoni aġġornata u konsolidata ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000, li jieħu kont ta' l-emendi aċċettati mill-Istati Membri f'fora internazzjonali matul is-snin 2001 u 2002.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond hekk,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Jannar 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

[1] ĠU L 159, tat-30.6.2000, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 880/2002 (ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 7).

--------------------------------------------------

ANNESS I

LISTA TA' L-OĠĠETTI B'UŻU DOPPJU U TEKNOLOĠIJA

(msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru. 1334/2000)

Din il-lista timplimenta kontrolli b'użu doppju miftiehma internazzjonalment li jinkludu l-Arranġament tal-Wassenaar, ir-Reġim tal-Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR), il-Grupp tal-Fornituri tan-Nukleari (NSG), il-Grupp Awstraljan u l-Konvenzjoni ta' l-Armi Kimiċi (CWC). L-ebda kont ma ingħata ta' l-oġġetti li l-Istati Membri jixtiequ jpoġġu fuq lista ta' esklużjoni. L-ebda kont ma ingħata ta' kontrolli nazzjonali (Kontrolli ta' oriġini mhux reġimi) li jistgħu jinżammu mill-Istati Membri.

NOTI ĠENERALI TA' ANNESS I

1. Għal kontroll ta' oġġetti li huma ddisinjati jew modifikati għal użu militari, ara l-lista(i) ta' kontrolli fuq l-oġġetti militari miżmuma mill-Istati Membri individwali. Referenzi f'dan l-Anness li jgħidu "ARA UKOLL KONTROLLI TA' OĠĠETTI MILITARI".

2. L-iskop tal-kontrolli misjuba fl-Anness m'għandhomx jingħelbu mill-esportazzjoni ta' kull oġġetti mhux ikkontrollati (li jinkludu pjanti) li jinkludu wieħed jew aktar komponenti kontrollati meta l-komponent jew komponenti kontrollati huma l-element prinċipali ta' l-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew użati għal għanijiet oħra.

N.B.:

Fil-ġudizzju jekk il-komponent jew komponenti kkontrollati għandhomx ikunu kkonsidrati l-element prinċipali, huwa neċessarju li tiżen il-fatturi ta' kwantità, valur u l-għerf tas-sengħa teknoloġika involuti u ċirkostanzi speċjali oħra li jistgħu jistabbilixxu il-komponent jew komponenti kkontrollati bħala l-element prinċipali ta' l-oġġetti li qegħdin jiġu prokurati.

3. Oġġetti speċifikati f'dan l-Annes jinkludu kemm l-oġġetti ġodda u anke l-użati.

NOTA FUQ IT-TEKNOLOĠIJA NUKLEARI (NTN)

(Għandha tinqara flimkien mat-taqsima E ta' Kategorija 0.)

It-"teknoloġija" assoċjata direttament ma' kull oġġetti kkontrollati f'Kategorija 0 hija kkontrollata skond id-disposizzjonijiet ta' Kategorija 0.

"Teknoloġija" għall-"progress", "produzzjoni" jew "użu" ta' oġġetti taħt kontroll jibqgħu taħt kontroll anke meta applikabbli ma' oġġetti mhux ikkontrollati.

L-approvazzjoni ta' oġġetti għal esportazzjoni jawtorizza wkoll l-esportazzjoni ta' l-istess end-user tat-"teknoloġija" minima meħtieġa għall-installazzjoni, operazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta' l-oġġetti.

Kontrolli fuq trasferiment tat-"teknoloġija" ma japplikawx għal informazzjoni ta' "dominju pubbliku" jew ta' "riċerka xjentifika bażika".

NOTA FUQ TEKNOLOĠIJA ĠENERALI (GTN)

(Għandha tinqara flimkien mat-taqsima E ta' Kategoriji 1 sa 9.)

L-esportazzjoni tat-"teknoloġija" li hija "meħtieġa" għall-"progress", "produzzjoni" jew "użu" ta' oġġetti kkontrollati fil-Kategoriji 1 sa 9, hija kkontrollata skond id-disposizzjonijiet ta' Kategoriji 1 sa 9.

"Teknoloġija""meħtieġa" għall-"progress", "produzzjoni" jew "użu" ta' oġġetti taħt kontroll jibqa' taħt kontroll anke meta applikati ma' oġġetti mhux ikkontrollati.

Il-Kontrolli ma japplikawx għal dik it-"teknoloġija" li hija l-minimu neċessarju għall-installazzjoni, għall-operazzjoni, għall-manteniment (iċċekjar) u għat-tiswija ta' dawk l-oġġetti li mhumiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata.

N.B.:

Dan ma jeħlisx "teknoloġija" bħal din speċifikata fil-1E002.e., 1E002.f., 8E002.a. u 8E002.b.

Kontrolli fuq trasferiment ta' "teknoloġija" ma japplikawx għal informazzjoni "ta' dominju pubbliku", għal "riċerka xjentifika bażika" jew għall-informazzjoni minima neċessarja għal applikazzjonijiet ċari.

NOTA FUQ PROGRAMMI ĠENERALI (GSN)

(Din in-nota twarrab kull kontroll fit-taqsima D tal-Kategoriji 0 sa 9.)

Kategoriji 0 sa 9 ta' din il-lista ma jikkontrollawx "programmi" li jew huwa:

a. Ġeneralment disponnibli għall-pubbliku billi huma:

1. Mibjugħin bl-imnut mill-istokk, mingħajr restrizzjonijiet, permezz ta:

a. Operazzjonijiet bil-moħbi;

b. Operazzjonijiet ta' xiri bil-posta;

ċ. Operazzjonijiet elettroniċi; jew

d. Operazzjonijiet ta' ordni minn fuq it-telefon; u

2. Iddisinjati għal installazzjoni mill-utent mingħajr sapport sostanzjali mill-fornitur; jew

N.B.:

Id-dħul a. tan-Nota fuq Programmi Ġenerali ma teħlisx "programmi" speċifikati fil-kategorija 5 – Parti 2 ("Informazzjoni tas-Sigurtà").

b. "Fid-dominju pubbliku".

PRATTIKI EDITORJALI

Skond ir-regoli mniżżla fil-paragrafu 101 f'paġna 86 tal-gwida ta' l-istil interistituzzjonali:

- il-virgola hija wżata biex tissepara n-numru sħiħ mid-deċimali,

- in-numri sħaħ huma ppreżentati f'serje ta' tlieta, kull serje tiġi separata minn spazju irqiq.

DEFINIZZJONIJIET TA' TERMINI UŻATI F'DAN L-ANNESS

Definizzjonijiet ta' termini bejn "par ta' żewġ marki ta' punteġġatura singli" huma mogħtija f'Nota Teknika lill-oġġett relevanti.

Definizzjonijiet ta' termini bejn "par ta' żewġ marki ta' punteġġatura doppji" huma kif ġejjin:

N.B.:

Referenzi ta' kategorija huma mogħtija fil-parentesi wara t-terminu definit.

"Akkuratezza" (2 6), is-soltu mkejla fit-termini ta' l-inakkuratezza, tfisser id-devjazzjoni massima, posittiva jew negattiva, ta' valur indikat minn standard aċċettat jew il-valur propju.

"Sistemi ta' kontroll tat-tajran attivi" (7) huma sistemi li jiffunzjonaw biex jimpedixxu inġenji ta' l-ajru mhux mixtieqa u movimenti ta' missili jew tagħbija strutturali billi b'mod awtonomu jipproċesaw produzzjonijiet minn apparati multipli li jagħtu sinjal umbgħad jipprovdu kmandi preventivi neċessarji biex jiġi effetwat il-kontroll awtomatiku.

"Pixel attiv" (6 8) huwa element (singlu) minimu ta' l-arranġament solidu li għandu funzjoni ta' trasferiment fotoelettriku meta espost għar-radjazzjoni tad-dawl (elettromanjetika).

"Addatta għal użu fil-gwerra" (1) tfisser kull modifikazzjoni jew selezzjoni (bħal modifikazzjoni li timmodifika l-purità, it-tul ta' żmien kemm ħaġa maħżuna tibqa' tajba, l-ostilita' kontra xi ħadd, karatteristiċi ta' ideoloġija, jew resistenza għal radjazzjoni UV) iddisinjata biex iżżid l-effetività f'li tipproduċi diżgrazzji fin-nies jew annimali, tagħmir degredanti jew ħsara fl-uċuħ tar-raba' jew fl-ambjent.

"Inġenju ta' l-ajru" (1 7 9) tfisser ġewnaħ irrenġat, ġewnaħ imdawwar, ġewnaħ ċirkolari (ħelikopter), rotor inklinat jew vettura ta' l-ajru bil-ġewnaħ inklinat.

N.B.:

Ara ukoll "inġenju ta' l-ajru ċivili".

"Il-kumpensi kollha huma disponibbli" (2) tfisser wara l-misuri possibbli kollha disponibbli għall-fabbrikant biex jonqsu l-posizzjonijiet sistematiċi żbaljati kollha għall-mudell tal-magna-għodda partikolari huma kkonsidrati.

"Allokati mill-ITU" (3 5) tfisser l-allokazzjoni ta'faxxi ta' frekwenza skond ir-Regolamenti tar-Radji ITU (Edizjoni 1998) għal servizzi primarji, permessi u sekondarji.

N.B.:

Allokazzjonijiet addizjonali u alternattivi mhumiex inklużi.

"Devjazzjoni fil-posizzjoni angulari" (2) tfisser id-differenza massima bejn il-posizzjoni angulari u l-posizzjoni attwali, u mkejla akkuratament ħafna wara li l-mumtatura tal-mejda li fuqha jrid isir ix-xogħol ġiet imdawwra mil-posizzjoni tagħha inizjali (ref. VDI/VDE 2617, Abboz: "Mwejjed ċirkolari fuq magni kordinati li jkejjlu").

"Algoriżmu assimetriku" (5) tfisser algoriżmu kriptopgrafiku li juża spjega ta' simboli matematiċi differenti, għal ħabi f'dati ta' kowd u deċifrar tal-kowd.

N.B.:

Użu komuni ta' l-"Algoriżmu assimetriku" hija mmaniġjar ta' l-ispjega ta' simboli.

"Mod ta' trasferiment asinkronu" ("ATM") (5) tfisser mod ta' trasferiment li fih l-informazzjoni hija organizzata f'ċelluli; hua asinkronu fis-sens li r-rikorrenza taċ-ċelluli tiddependi fuq ir-rata ta' unita' ta' informazzjoni bħala għażla bejn żewġ possibiltajiet meħtieġa jew istantanja.

"ATM" hija ekwivalenti għal "Mod ta' trasferiment asinkronu".

"Sejba awtomatika tat-targit" (6) tfisser metodu ta' teknika li awtomatikament jistabilixxi u jipprovdi bħala riżultat valur estrapolat tal-posizzjoni l-iktar probabbli tat-targit fil-ħin stess li hu jkun hemm.

"Sinjal elettriku bażiku li jikkontrolla d-dewmien tal-propagazzjoni" (3) tfisser il-valur tad-dewmien tal-propagazzjoni li jikkorrispondi mas-sinjal elettriku bażiku użat fiċ-"ċirkwit integrat monalitiku". Għal "familja" ta' "ċirkwiti integrati monalitiċi", dan jista' jkun speċifikat jew bħala id-dewmien tal-propagazzjoni kull sinjal elettriku tipiku fil-"familja" mogħtija jew bħala d-dewmien tal-propagazzjoni tipiku kull sinjal elettriku fil-"familja" mogħtija.

N.B. 1:

"Sinjal elettriku bażiku li jikkontrolla d-dewmien tal-propagazzjoni" m'għandux jiġi mħallat mat-tidħil/produzzjoni tad-dewmien ta' "ċirkwit integrat monalitiku kumpless."

N.B. 2:

"Familja" tikkonsisti fiċ-ċirkwiti integrati kollha li magħhom dawn li ġejjin jiġu applikati bħala l-metodoloġija u speċifikazzjonijiet fabbrikanti tagħhom minbarra l-funzjonijiet rispettivi tagħhom:

a. Il-partijiet mekkaniċi u elettroniċi komuni u l-arkittetura tal-programmi;

b. Id-disinn komuni u t-tekonoloġija tal-proċess; u

ċ. Il-karatteristiċi komuni bażiċi.

"Riċerka xjentifika bażika" (GTN NTN) tfisser ix-xogħol esperimentali u teoretiku prinċipalment meħud biex jiġi akkwistat tagħrif ġdid tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni u fatti osservabbli, mhux primarjament diretti lejn mir jew għan prattiku.

"Xaqliba" (aċċelerometru) (7) tfisser aċċelerometru produtiiv meta l-ebda aċċelerazzjoni ma hija applikata.

"Camming" (2) tfisser spjazzament axxat f'dawra sħiħa taż-żarżur ewlieni mkejel f-ajruplan perpendikulari mal-wiċċ taż-żarżur, f'punt ħdejn iċ-ċirkonferenza tal-wiċċ taż-żarżur (Referenza: ISO 230/1 1986, paragrafu 5.63).

"Formazzjoni minn qabel tal-fibri tal-karbun" (1) tfisser arranġament ordnat ta' fibri mhux miksija jew miksija intenzjonati li jikksotitwixxu struttura ta' parti qabel il-"matriċi" huwa introdott biex jifforma "kompost".

"CE" hija ekwivalenti għal "element tal-kompjuter".

"CEP" (ċirku ta' probabbilità ugwali) (7) huwa miżura ta' akkuratezza; ir-radju taċ-ċirku iċċentrat lejn it-target, fil-medda speċifika, li fil-50 % ta' l-impatt tat-tagħbija ta' vapur jew ajruplan li tinġarr bi ħlas.

"lejżer kimiku" (6) tfisser "lejżer" li fih l-ispeċi jiġu prodotti mill-enerġija prodotta minn reazzjoni kimika.

"Taħlita kimika" (1) tfisser prodott solidu, likwidu jew li fih il-gass magħmul minn żewġ komponenti jew iktar li ma jirreaġixxux flimkien taħt il-kondizzjonijiet li fuqhom hija merfugħha t-taħlita.

"Anti-momentum li jikkontrolla ċ-ċirkolazzjoni jew sistemi ta' kontroll li jikkontrollaw id-direzzjoni taċ-ċirkulazzjoni"(7) huma sistema li tuża' l-arja minfuħa fuq uċuħ ajrudinamiċi biex iżid jew jikkontrolla l-forzi ġenerati mill-uċuħ.

"Inġenji ta' l-ajru ċivili" (1 7 9) tfisser dawk "l-inġenji ta' l-ajru" mniżżlin b'awtorizzazzjoni mill-listi ta' ċertifikazzjoni tat-tajran mill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni ċivili biex itajru rottot interni u esterni ċivili jew għal ċivil leġittimat, użu privat jew kummerċjali.

N.B.:

Ara wkoll "inġenji ta' l-ajru".

"Taħlita flimkien" (1) tfisser taħlita ta' filament ma' filament ta' fibri termoplastiki u fibri ta' rinforzament sabiex tipproduċi fibra ta' rinforzament "matriċi" mħallta f'forma ta' fibra totali.

"Tifrik" (1) tfisser proċess biex tnaqqas il-materjal għal biċċiet żgħar billi tgħaffeġ jew titħan.

"Sinjal ta' kanal komuni" (5) huwa metodu ta' sinjal li fih kanal singlu bejn tibdil ta' ġarr, permezz ta' messaġġi llejbiljati, li jagħtu informazzjoni li għandha x'taqsam ma' multipliċità ta' ċirkwiti jew sejħiet u informazzjoni oħra bħal dik użata għal amministrazzjoni tan-netwerks.

"Kontrollur tal-komunikazzjoni fil-kanali" (4) tfisser il-wiċċ ta' l-art fiżiku li tikkontrolla l-mixi ta' informazzjoni diġitali sinkronika jew assinkronika. Hija l-immuntar li tista' tiġi integrata fil-kompjuter jew fit-tagħmir tat-telekommunikazzjoni biex tipprovdi aċċess tal-komunikazzjoni.

"Kompost" (1 2 6 8 9) tfisser "matriċi" u fażi addizzjonali jew fażijiet addizzjonali li jikkonsistu f'partijiet żgħar, kristalli, fibri jew kumbinazzjonijiet oħra tagħhom, preżenti għal għan jew għanijiet speċifiċi.

"Prestazzjoni teoretika tal-kompost" ("CTP") (3 4) huwa kejl ta' prestazzjoni tal-komputazzjoni mogħti f'miljuni ta' operazzjonijiet teoretiċi fis-sekonda (Mtops), ikkalkulat li juża l-aggregazzjoni ta' l-"elementi tal-kompjuter" ("CE").

N.B.:

Ara Kategorija 4, Nota teknika.

"Komposizzjoni ta' mejda ċirkolari" (2) tfisser mejda li tippermetti li l-biċċa xogħol ddur u titgħawweġ madwar żewġ assi mhux paralelli, li jistgħu jkunu kordinati simultanjament għal "kontroll tal-kontorn".

"Element tal-kompjuter" ("CE") (4) tfisser l-iżgħar unità tal-komputazzjoni li tipproduċi riżultat aritmetiku jew loġiku.

"Kontroll tal-kontorn" (2) tfisser żewġ movimenti "kontrollat numerikament" jew iktar li joperaw skond l-istruzzjoni li jispeċifikaw l-posizzjoni li jmiss meħtieġa u r-rati meħtieġa għal dik il-posizzjoni. Dawn ir-rati huma varjati fir-relazzjoni ma' xulxin sabiex kontorn mixtieq jiġi ġenerat (ref. ISO/DIS 2806-1980).

"Temperatura kritika"(1 3 6) (xi kultant jirreferu għaliha bħala temperatura transitorja) ta' materjal speċifiku "suprakonduttiv" tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għaġ-ġelbin ta' kurrent elettriku dirett.

"Kriptografija" (5) tfisser id-dixxiplina li tinkorpora l-prinċipji, modi u metodi għat-trasformazzjoni tad-data biex taħbi l-kontenut ta' l-informazzjoni tagħha, timpedixxi modifikazzjoni li ma tingħarafx jew timpedixxi l-użu mhux awtorizzat. "Kriptografija" hija limitata għat-trasformazzjoni ta' informazzjoni li tuża' "parmaetru sigriet" wieħed jew iktar (eż., Kripto varjabbli) jew tasti ta' l-amministrazzjoni assoċjati.

N.B.:

"parametri sigrieti" : Kostant jew tast miżmum mit-tagħrif ta'oħrajn jew maqsum biss fi grupp.

"CTP" huwa ekwivalenti għal "prestazzjoni teoretika ta' kompost".

Sistemi "Navigazzjoni rreferenzata bbażata fuq id-data" ("DBRN") (7) ifissru sistemi li jużaw diversi egħjun ta' data geo-mapping mkejla qabel integrata biex tipprovdi informazzjoni akkurata tan-navigazzjoni taħt il-kondizzjonijiet dinamiċi. L-egħjun tad-data jinkludu mapep batimetriċi, mapep stellari, mapep tal-gravità, mapep manjetiċi jew mapep diġitali tat-terren 3-D.

"Ir-rata tas-sinjal tad-data" (5) tfisser ir-rata, kif definita fir-Rakomandazzjoni ITU 53-36, tieħu akkont ta', għal modulazzjoni mhux binarja, baud u bit kull sekonda mhumiex ugwali. Bits għal ikkowdjar, iċċekjar u funzjonijiet sinkronizzati għandhom jiġi inklużi.

N.B. 1:

Meta tistabilixxi ir-"rata ta' sinjal tad-data", is-servizzi u l-kanali amministrattivi għandhom jitħallew barra.

N.B. 2:

Hija r-rata massima b'direzzjoni waħda, i.e., ir-rata massima fit-trasmissjoni jew fir-riċeviment.

"Mirja deformabbli" (6) (magħrufin ukoll bħala mirja ottiċi adatti) tfisser mirja li għandhom:

a. Wiċċ li jirrifletti ottiku kontinwu wieħed li huwa dinamikament deformat mill-applikazzjoni ta' momenti ta' sistema individwali jew forzi li jikkompensaw għal distorsjonijiet fl-inċident tal-mewġa ottika fuq il-mera; jew

b. Elementi li jirriflettu ottiċi multipli li jistgħu individwalment u dinamikament riposizzjonati bl-applikazzjoni tal-momenti ta' sistema jew bil-forzi li jikkompensaw għal distorsjonijiet fl-inċident tal-mewġa ottika fuq il-mera.

"Uranju żvojtat" (0) tfisser uranju żvojtat fl-isotopi 235 taħt dawk li jiġru fin-natura.

"Progress" (GTN NTN All) huwa relatat mal-fażijiet qabel produzzjoni tas-serje, bħal: disinn, riċerka tad-disinn, analiżi tad-disinn, kunċetti tad-disinn, muntaġġ u ittestjar tal-prototipi, skemi tal-prodotti piloti, data tad-disinn, proċess ta' trasformazzjoni tad-data tad-disinn fi prodotti, disinn tal-konfigurazzjoni, disinn ta' l-integrazzjoni, arranġamenti.

"Rabta ta' taħlit" (1 2 9) tfisser stat molekulari solidu li jgħaqad mill-inqas żewġ metalli separati f'biċċa waħda b'saħħa magħquda ekwivalenti ma' dik tal-materjal l-aktar dgħajjef.

"Kompjuter diġitali" (4 5) tfisser tagħmir li jista', fil-forma ta'varjabbli diskrett wieħed jew aktar, jagħti prestazzjoni ta' dawn kollha li ġejjin:

a. Jaċċetta d-data;

b. Jerfa' d-data jew istruzzjonijiet fi proġetti tal-ħażna fissi jew modifikabbli (li jista' jinkiteb);

ċ. Jiproċessa permezz ta' sekwenza ta' istruzzjonijiet maħżuna li huma modifikabbli; u

d. Jipprovdi produzzjoni tad-data.

N.B.:

Modifikazzjonijiet ta' sekwenza ta' istruzzjoni maħżuna tinkludi tieħu post ta' proġetti ta' ħażna fissi, imma mhux bidla fiżika fil-wajering jew interkonnessjonijiet.

"Rata tat-trasferiment diġitali" (5) tfisser it-total tar-rata bit ta' l-informazzjoni li hija direttament trasferita fuq kull tip ta' medju.

N.B.:

Ara wkoll "It-total tar-rata tat-trasferiment diġitali".

"Azzjoni diretta ta' tgħafis idrawliku" (2) tfisser proċess ta' deformazzjoni li uża borża flessibbli mimlija bi fluwidu direttament mal-biċċa tax-xogħol.

"Rata tal-moviment" (gyro) (7) tfisser il-rata tal-ħin tad-devjazzjoni tal-produzzjoni mill-produzzjoni mixtieqa. Hija tikkonsisti f'komponenti fortuwiti u sistematiċi u hija espressa bħala spjazzament imdaħħal angulari ekwivalenti għall-kull unità ta' ħin fir-rispett ta' spazju inerzjali.

"Rotta adattiva dinamika" (5) tfisser it-tibdil awtomatiku tar-rotta tat-traffiku bbażata fuq għarfien u eżami tal-kondizzjonijiet attwali eżistenti tan-netwerk.

N.B.:

Dan ma jinkludix każijiet ta' deċiżjonijiet ta' rotta meħuda fuq informazzjoni predefinita.

"Analiżżaturi dinamiċi ta' sinjali" (3) tfisser "analiżżaturi ta' sinjali" li jużaw kampjuni diġitali u metodi ta' trasformazzjoni biex jiffurmaw spettru ta' wirja tal-mewġa mogħtija li jinkludi estensjoni u fażi ta' informazzjoni.

N.B.:

Ara wkoll "analiżżaturi ta' sinjal".

"Gramm effettiv" (0 1) ta' "materjali speċjali fissili" tfisser:

a. Għal isotopi plutonji u uranju-233, il-piż ta' l-isotopi fi grammi;

b. Għal uranju msaħħaħ b'1 fil-mija jew ikbar fl-isotopi uranju-235, l-element ta' piż fi grammi multiplikat bil-kwadrat ta' l-arrikiment tiegħu espress bħala frazzjon tal-piż deċimali;

ċ. Għal uranju msaħħaħ taħt il-1 fil-mija fl-isotopi uranju-235, l-element ta' piż fi grammi multiplikat bil-0,0001.

"Muntaġġ elettroniku" (3 4 5) tfisser numru ta' komponenti elettroniċi (i.e., "elementi taċ-ċirkwiti", "komponenti diskriti", ċirkwiti integrati, eċċ.) ikkonetjati flimkien biex jagħtu prestazzjoni (a) funzjonijiet speċifiċi, mibdula bħala entità entity u kapaċità normali biex tiżżarma.

N.B. 1:

"Element ta ċirkwit" : parti funzjonali attiva jew passiva singola ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transitorju wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ.

N.B. 2:

"Komponent diskrit" : Pakkett ta' "element ċirkwit" seperat li għandu l-kollegament estern tiegħu.

"Erjal li jista' jkun li jitmexxa f'direzzjoni elettronikament" (5 6) tfisser erjal li jifforma raġġ permezz ta' fażi li takkopja, i.e., id-direzzjoni tar-raġġ huwa kkontrollat mill-applikazzjoni tal-kurrent kumplessa ko-effiċjenti ta' l-elementi li jirradjaw u id-direzzjoni ta' dak ir-raġġ tista' tiġi varjata fl-ażimut jew fl-elevazzjoni, jew fi tnejn, bl-applikazzjoni, kemm fit-trasmissjoni u r-riċiviment, ta' sinjal elettroniku.

"End-effectors" (2) tfisser min jaqbad bil-ħatfa, "unitajiet ta' l-intaljar attivi" u kull intaljar ieħor li huwa mwaħħal mal-platt tal-bażi fuq wara ta' l-id manipulatriċi tar-robot.

N.B.:

"Unità ta'l-intaljar attiva" tfisser pogramm biex tiġi applikata l-qawwa mekkanika, enerġija proċessata jew tissenserja lill-biċċa xogħol.

"Densità Ekwivalenti" (6) tfisser il-massa ta' ottiku kull unità erja ottika proġettata fuq il-wiċċ ottiku.

"Sistemi esperti" (4 7) tfisser sistemi li jipprovdi riżultati bl-applikazzjoni tar-regoli lid-data li hija merfugħa indipendentament tal-"programm" u kapaċi għall dawn li ġejjin:

a. Li jimmodifikaw awtomatikament il-"kodiċi tas-sors" introdott mill-utent;

b. Li jipprovdu tagħrif marbut ma' klassi ta' problemi f'lingwa kważi naturali; jew

ċ. Li jakkwistaw it-tagħrif meħtieġ għall-iżvillup tagħhom (taħriġ simboliku).

"FADEC" hija ekwivalenti għal "awtorità diġitali sħiħa tal-kontroll tal-magna".

"Toleranza għal ħsara" (4) hija l-kapaċità ta' sistema tal-kompjuter, wara kull difett serju ta' kull komponent mekkaniku jew "programmi" tiegħu, li jkompli jaħdem mingħajr l-intervent uman, fil-livell ta' servizz mogħti li jipprovdi: Kontinwità fil-ħidma, integrità tad-data u rkupru ta' servizzi fi żmien mogħti.

"Materjali fibrużi u bil-filamenti" (0 1 8) jinkludu:

a. "Monofilamenti" kontinwi;

b. "Materjal sintetiku" u "silta qoton" kontinwi;

ċ. "Tejps", drappijiet, tapiti u żigarelli li jkunu;

d. drappijiet mibdula, fibri prinċipali u kutir tal-fibri koerenti;

e. Kristalli iebsa tal-ħadid, jew monokristallina jew polokristallina, ta' kull tul;

f. Metall grezz imfarrak u imħallat bl-ilma aromatiku.

"Ċirkwit integrat tal-pellikola" (3) tfisser ordni ta' sensiela ta' "elementi ċirkwiti u interkonnessjonijiet metalliċi" ifformati bid-deposizzjoni ta' pellikola ħoxna jew irqiqa fuq "substrati" insulabbli.

N.B.:

"Element ċirkwit" huwa parti funzjonali attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transitorju wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ.

"Msewwi" (5) tfisser li l-algoritmu li jikkowdja jew il-kompressur ma jistax jaċċetta parametri forniti minn barra (eż., varjabbli kriptografi jew tasti) u ma jistax jiġi modifikat mill-utent.

"Tagħmir tas-sensur ottiku għall-kontroll tat-tajran" (7) huwa netwerk ta' Sensers ottiċi distribwiti, billi jintużaw raġġi tal-"lejżer", biex jipprovdu data dwar il-kontroll tat-tajran fi żmien reali għall-iproċessar fuq bord.

"L-aħjar użu tal-mogħdija tat-tajran" (7) hija proċedura li tnaqqas devjazzjonijiet minn traġġit mixtieq b'erba' dimensjonijiet (spazju u ħin) ibbażżat fuq li żżid il-prestazzjoni jew l-effett għal kompiti tal-missjoni.

"L-ordni tal-pjan fokali" (6) tfisser saff ta' pjan lineari jew b'żewġ dimensjonijiet, jew kumbinazzjoni ta' saffi ta' pjan, ta' elementi ta' ditekter individwali, bl-elettroniċi tejp manjetiku jew mingħajru, li jaħdmu fil-pjan fokali.

N.B.:

Dan mhux intenzjonat li jinkludi numru ta' elementi ta' ditekter singoli jew kull żewġ, tlett jew erba' elemeti tad-ditekter prevvist li dewmien u integrazzjoni mhux performati fl-element.

"Medda ta' frekwenza frazzjonali" (3) tfisser il-"medda ta' frekwenza istantanja" maqsuma bil-frekwenza ċentrali, espress bħala persentaġġ.

"Frekwenza b'qabża mgħaġġla" (5) tfisser forma ta' "spettru mxerred" li fih il-frekwenza tat-trasmissjoni ta' kanal ta' komunikazzjoni wieħed hija magħmula f'sekwenza ta' passi diskreti biex tinbidel kif ġie ġie jew psewdo kif ġie ġie.

"Il-ħin biex tinqeleb il-frekwenza" (3 5) tfisser iż-żmien massimu (i.e., dewmien), meħud b'sinjal, meta mqabbża minn frenkwenza prodotta waħda għal frekwenza prodotta oħra, biex tilħaq:

a. Frekwenza fil-100 Hz tal-frekwenza finali; jew

b. Livell ta' produzzjoni fil-1 dB tal-livell ta' produzzjoni finali.

"Sistenizzatur tal-frekwenza" (3) tfisser kull tip ta' sors ta' frekwenza jew ġeneratur tas-sinjal, mingħajr każ tal-metodi ta' teknika użati, li jipprovdu multipliċità ta' frekwenzi ta' produzzjoni simultanji jew alternattivi, minn produzzjoni waħda jew iktar, ikkontrollati bi, maħruġa minn jew dixxiplinati minn numru inqas ta' frekwenzi standard(jew master).

"Awtorità sħiħa tal-kontroll diġitali tal-magna" ("FADEC") (7 9) tfisser sistema ta' kontroll elettroniku għal turbina li taħdem bil-gass jew magni b'ċiklu kombinat li jużaw kompjuter diġitali biex jikkontrollaw il-varjabbli meħtieġa biex jirregola l-forza tal-magna jew il-produzzjoni tal-qawwa tax-xaft f'kull parti tal-medda ta' lħdim tal-magna mill-bidu tal-kejl tal-karburanti sakemm jispiċċa.

"Atomizzazzjoni tal-Gass" (1) tfisser proċess biex tnaqqas il-fluss ta' liegi tal-metall mdewweb għal qtar ta' dijamentru ta' 500 mikrometri jew inqas bi fluss ta' pressjoni għolja ta' gass.

"Ġeografikament imxerred" (6) huwa fejn kull lokazzjoni hija ‘l bogħod mill-oħrajn kollha iktar minn 1500 m f'kull direzzjoni. Sensers li jiċċaqalqu huma dejjem ikkonsidrati "ġeografikament mxerrda".

"Set ta' gwida" (7) tfisser sistemi li jintegraw il-proċess ta' kejl u ix-xogħol tal-kompjuters li jsibu l-posizzjoni u l-veloċità ta' karozza (i.e. navigazzjoni) b'dak ta' xogħol tal-kompjuter u tibgħat kmand lis-sistemi ta' kontroll tal-vetturi li jtajru biex jirrenġaw it-traġġit.

"Densifikazzjoni isostatika taħraq" (2) tfisser proċess ta' pressjoni ta' rimi fuq temperaturi li jaqbżu 375 K (102 °Ċ) f'kavità magħluqa ġo tipi ta' medja (gass, likwidu, partikli solidi, eċċ.) biex joħolqu forza ugwali f'kull direzzjoni biex inaqqsu jew jeliminaw spazji ġewwiena fir-rimi.

"Kompjuter ibridu" (4) tfisser tagħmir li jista' jagħmel dawn li ġejjin:

a. Jaċċetta d-data;

b. Jiproċessa data, kemm analogi u anke rappreżentazzjonijiet diġitali; u

ċ. Jipprovdi produzzjoni ta' data.

"Ċirkwit ibridu integrat" (3) tfisser kull kombinazzjoni ta' ċirkwiti integrati, jew ċirkwit integrat ma' "elementi ċirkwiti" jew "komponenti diskreti" imwaħħlin flimkien biex jagħmlu (a) funzjonijiet speċifċi, u li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. li jkollhom mill-inqas programm wieħed mhux inkapsulament;

b. Mweħħla flimkien billi jintużaw il-metodi ta' produzzjoni tipika IC;

ċ. Sostitwibbli bħala entità; u

d. Normalment mhux kapaċi li jiġi żarmat.

N.B. 1:

"Element ċirkwit" : parti funzjonali attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transistor wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ.

N.B. 2:

"Komponent diskret" : Pakkett ta' "element ċirkwit" seperat li għandu konnessjonijiet minn barra.

"Tkabbir ta' l-immaġni" (4) tfisser il-proċess ta' immaġni ta' informazzjoni li ġejjin minn barra mill-alogoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, iffiltrar, qligħ, għażla, korrelazzjoni, konvoluzzjoni jew trasformazzjonijiet bejn id-dominji (eż., trasformazzjoni mgħaġġla tal-Fourier jew trasformazzjoni Walsh). Dan ma jinkludix alogoritmi li jużaw trasformazzjoni lineari jew tar-rotazzjoni biss ta' immaġni waħda, bħal traduzzjoni, estrazzjoni sħiħa, reġistrazzjoni jew kolorazzjoni falza.

"Immunotossina" (1) hija bażi ta' ċellula antikorpi li tifforma klona waħda speċifika u "tossina" jew "subunità ta' tossina", li b'mod selettiv teffetwa ċ-ċelloli morda.

"Fid-dominju pubbliku" (GTN NTN GSN), hekk kif japplika f'dan id-dokument, tfisser "teknoloġija" jew "programm" li qiegħed għad-disposizzjoni mingħajr restrizzjonijiet fuq aktar tixrid (restrizzjonijiet tad-dritt ta' l-awtur ma jneħħux "teknoloġija" jew "programmi" milli jkunu "fid-dominju pubbliku").

"Sigurtà ta' l-informazzjoni" (4 5) hija l-modi u l-funzjonijiet kollha li jiżguraw aċċessibilità, kunfidenzalita jew integrita ta' l-informazzjoni jew il-komunikazzjonijiet, li jeskludu l-modi u l-funzjonijiet intenzjonati li jisalvagwardjaw kontra d-difetti. Din tinkludi "kriptografija", "kriptanaliżi", proġettazzjoni kontra emanazzjonijiet li jikkompromettu u s-sigurtà tal-kompjuter.

N.B.:

"Kriptanaliżi" : analiżi ta' sistema kriptografika jew id-dħul tagħha u l-produzzjoni biex toħroġ varjabbli konfidenzali jew data sensittiva, inkluż test ċar.

"Faxxa ta' frekwenza istantanja" (3 5 7) tfisser il-faxxa ta' frekwenza li fuqha s-saħħa tal-produzzjoni jibqa' kostanti fil-3 dB mingħajr aġġustamenti ta' parametri li qed joperaw oħra.

"Medda istrumentata" (6) tfisser il-medda tar-radar speċifikata mhux ambigwa esponuta.

"Iżolazzjoni" (9) hija applikata lill-komponenti ta' mutur tar-rokit, i.e. il-kaxxa, żennuna, ftuħ għal xi likwidi, għeluq tal-kaxxi, u tinkludi ħażna ta' folja tal-gomma komposta kkurata jew semi kkurata li għandhom materjal li jservi għalli-iżolament jew materjal li jirreżisti s-sħana. Jista' wkoll jiġi inkorporat bħala żraben jew biċċa materjal ċatta għas-solliev mill-istress.

"Sensers tar-radar konnessi bejniethom" (6) tfisser żewġ Sensers tar-radar jew iktar huma konnessi bejniethom meta dawn reċiprokament jibdlu d-data fi żmien reali.

"Kisja interjuri" (9) hija adatta għar-rabta bejn il-propellant solidu u l-kaxxa jew l-inforor tal-metall iżolati. Is-soltu materjal iżolati jew it-tixrid tal-korrożjoni li għandhom bażi ta' polimeru likwidu, eż. carbon filled hydroxyl terminated polybutadiene (HTPB) jew polimeru ieħor li għandu aġenti kurattivi sprejjati jew simentati fuq l-intern tal-kaxxa.

"Gradjometru manjetiku intrinsiku" (6) hija medda tax-xaqliba waħda li tħoss element u hija assoċjata ma' elettroniċi li l-produzzjoni tagħha hija l-kejl ta' medda tax-xaqliba manjetika.

N.B.:

Ara wkoll "gradjometru manjetiku".

"Koltivazzjonijiet ħajja isolati" (1) jinkludu koltivazzjonijiet ħajja reqdin u fi preparazzjonijiet niexfa.

"Tagħfis isostatiku" (2) tfisser tagħmir kapaċi biex jipressa kavita magħluqa permezz ta' diversi medji (gass, likwidi, partikoli solidi, eċċ) biex toħloq pressjoni ugwali fid-direzzjonijiet kollha fil-kavità fuq biċċa xogħol jew fuq materjal.

"Lejser" (0, 2, 3, 5, 6, 7, 8, 9) hija muntatura ta' komponenti li tipproduċi kemm spazjalment kif ukoll temporalment dawl koerenti li huwa amplifikat b'emissjoni stimulata ta' radjazzjoni.

N.B.:

Ara wkoll:

"Lejser kimiċi";

"Lejser Q-switched";

"Lejser b'enerġija għolja eċċezzjonali";

"Lejser tat-trasferiment".

"Il-kwalità ta' xi ħaġa lineari" (2) (is-soltu mkejla skond kemm mhux lineari) tfisser id-devjazzjoni massima tal-karatteristiċi attwali (medja ta' qari ta' l-ewwel skala u l-aħħar skala), posittiva jew negattiva, minn linja dritta hekk posizzjonata sabiex tekwalizza u tnaqqas id-devjazzjonijiet massimi.

"Erja lokali tan-netwerk" (4) hija sistema tal-komunikazzjoni tad-data li għandha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Tippermetti numru arbitrarju ta' "programmi tad-data" indipendenti li jikkomunikaw direttament ma' xulxin; u

b. Hija konfinata ma' erja ġeografika ta' qies moderat (eż., bini ta' uffiċju, impjant, kampus, maħżen).

N.B.:

"programm tad-data" tfisser tagħmir kapaċi li jitrasmetti jew jirċievi sekwenza ta' informazzjoni diġitali.

"Gradjometri Manjetiċi" (6) huma istrumenti ddisinjati li jsibu l-varjazzjoni spazjali ta' meded manjetiċi minn sorsi esterni ta' l-istrument. Huma jikkonsistu f'"manjometri" multipli u elettroniċi assoċjati li l-produzzjoni tagħhom huwa kejl tal-medda tax-xaqliba manjetika.

N.B.:

Ara wkoll "gradjometri manjetiċi intrinsiċi".

"Manjometri" (6) huma istrumenti disinjati biex isibu l-meded manjetiċi minn sorsi esterni ta' l-istrument. Huma jikkonsistu f'medda manjetika waħda li tħoss l-element u l-elettroniċi assoċjati li l-produzzjoni tagħhom huwa kejl tal-meded manjetiċi.

"Ħażna ewlenija" (4) tfisser il-ħażna primarja għad-data jew għal istruzzjoni għal aċċess rapidu permezz ta' unità ċentrali ta' proċessjoni. Din tikkonsisti fil-ħażna internali ta' 'Kompjuter diġitali' u estensjoni ġerarkika ma' dan, bħal ħażna moħbija jew aċċess mhux sekwenzali estiż ħafna.

"Materjali resitenti għal korrużjoni bil-UF6" (0) jista' jkun ram, azzar li ma jissaddadx u ma jittikilx, alluminju, alluminju bl-ossidu, liegi ta' l-alluminju, nîkel jew liegi li fihom 60 piż persentaġġ jew iktar nîkel u UF6- polimeri idrokarboni resistenti għal fluworin, kif approprjat għat-tip ta' proċess ta' separazzjoni.

"Matriċi" (1 2 8 9) tfisser fażi kontinwa sostanzjalment li timla l-ispazju bejn il-partikoli, kristalli tal-metalli jew fibri.

"Inċertezza tal-kejl" (2) hija l-parametru tal-karatteristika li tispeċifika f'liema medda madwar il-produzzjoni tivvaluta l-valur korrett tal-varjabbli miżurabbli jaqa' f'livell kunfidenti ta' 95 %. Hu jinkludi id-devjazzjonijiet sistematiċi mhux korretti, l-iżbalji mhux korretti u d-devjazzjonijiet kif ġie ġie (ref. ISO 10360-2, or VDI/VDE 2617).

"It-tħassir mekkaniku" (1) tfisser il-proċess tat-tħassir li jirriżulta mill-għaqda, tkissir u l-għaqda mill-ġdid ta' trabijiet tal-liega elementari u primi bl-impatt mekaniku. Partikoli mhux metalizzati jistgħu jiġi inkorporati fil-liega bl-addizzjoni ta' trabijiet approprjati.

"Estrazzjoni tal-metall mdewweb" (1) tfisser proċess biex "twebbes malajr" u taqla' prodott tal-liega li jkun qisu żigarella bl-inserzjoni ta' segment qasir ta' blokka kiesħa li ddur f'banju ta' liega metalizzata mdewwba.

N.B.:

"Twebbes malajr" : twebbis ta' materjal mdewweb f'rati kesħin li jabżu 1000 K/s.

"Għażil tal-Metall imdewweb" (1) tfisser proċess biex "twebbes malajr" xmara ta' metall mdewweb li għandu effett fuq blokka kiesħa li ddur, li tifforma troffa, prodott li qisu żigarella jew virga.

N.B.:

"Twebbes malajr" : twebbis ta' materjal mdewweb f'rati kesħin li jaqbżu 1000 K/s.

"Mikroċirkuwitu tal-mikrokompjuter" (3) tfisser "ċirkwit integrat monalitiku" jew "ċirkwit integrat b'ħafna ċippi" li jinkludu unità loġika aritmetika (ALU) kapaċi li tesegwixxi istruzzjonijiet ta' għanijiet ġenerali minn ħażna interna, fuq data inkluża fil-ħażna interna.

N.B.:

Il-ħażna interna tista' tiġi mkabbra b'ħażna esterna.

"Mikroċirkwit ta' mikroproċessur" (3) tfisser "ċirkwit integrat monolitiku" jew "ċirkwit integrat b'ħafna ċippi" li jinkludi unità loġika aritmetika (ALU) kapaċi li tesegwixxi serje ta' istruzzjonijiet ta' għanijiet ġenerali minn ħażna esterna.

N.B. 1:

Il-"mikroċirkwit tal-mikroproċessur" normalment ma jinkludix ħażna integrali aċċesibbli għal utent, għalkemm il-ħażna preżenti fiċ-ċippa tista' tintuża li tagħmel il-funzjoni loġika tagħha.

N.B. 2:

Din tinkludi settijiet ta' ċippa li huma disinjati biex jaħdmu flimkien biex jipprovdu l-funzjoni ta' "mikroċirkwit ta' mikroproċessur".

"Mikro-organiżmi" (1 2) tfisser batterji, mikrobi, mikoplasmi, riketzji, klamidji jew fungi, sew naturali, mkabbra jew modifikati, kemm fil-forma ta' kulturi ta' ħajja isolati jew bħala materjal li fih materjal li jgħix li kien ġie deliberatament imlaqqam jew ikkontaminat b'dawn il-kulturi.

"Missili" (1 3 5 6 7 9) tfisser sistemi kompleti ta' rokit u sistemi ta' vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ, kapaċi jwasslu mill-inqas 500 kg tagħbija ta' l-ajruplan għal medda ta' mill-inqas 300 km.

"Ħajta waħda ta' fibra" (1) jew filament huwa l-iżgħar inkrement ta' fibra, is-soltu ħafna mikrometri fid-dijametru.

"Ċirkwit integrat monalitiku" (3) tfisser kumbinazzjoni ta' "elementi ċirkwiti" attiva jew passiva jew it-tnejn li:

a. Huma ffurmati b'mod ta' proċessi ta' tixrid, proċessi ta' implimentazzjoni jew proċessi ta' deposizzjoni ġo biċċa materjal jew f'biċċa materjal li għandhom l-proprjetà ta' semikondutturi, dawk li jissejjħu ċippi;

b. Jistgħu jiġu kkonsidrati bħala assoċjati b'mod indivisibli; u

ċ. Jesegwixxu l-funzjoni(jiet) ta' ċirkwit.

N.B.:

"Element ta' ċirkwit" huwa parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transistor wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ.

"Sensers li juru imaġġni bi spetru wieħed" (6) huma kapaċi li jiksbu data ta' l-imaġġni minn faxxa ta' spettru diskreta waħda.

"Ċirkwit integrat b'ħafna ċippi" (3) tfisser żewġ "ċirkwit integrat monolitiku" jew iktar magħquda b’"substrat" komuni.

"L-ipproċessar ta' l-influss tad-data" (4) tfisser il-"mikroprogramm" jew it-teknika ta' l-arkitettura tat-tagħmir li tippermetti l-proċess simultanju ta' żewġ sekwenzi tad-data jew iktar taħt il-kontroll ta' wieħed mis-sekwenzi ta' l-istruzzjonijiet jew iktar bil-mod bħal:

a. Arkitetturi ta' Istruzzjoni Waħda għal Data Multipla(SIMD) architectures bħal vettoru jew proċessuri li jagħmlu ordni;

b. Arkitetturi ta' Istruzzjoni Waħda Multipla għal Data Multipla (MSIMD);

ċ. Arkitetturi ta' Istruzzjoni Multipla għal Data Multipla (MIMD), li jinkludu dawk li huma akkopjati magħquda, akkopjati mill-qrib jew akkopjati b'mod mhux eżatt; jew

d. Skjaramenti strutturati ta' l-elementi proċessati, li jinkludu skjaramenti sistoliċi.

N.B.:

"Mikroprogramm" tfisser sekwenza ta' istruzzjonijiet elementari, miżmuma f'ħażna speċjali, l-eżekuzzjoni ta' dawn hija mibdija bl-introduzzjoni ta' l-istruzzjoni ta' riferenza tagħhom fir-reġistru ta' istruzzjoni.

"Sigurtà f'ħafna livelli" (5) tfisser klassi ta' sistema li tinkludi informazzjoni ma' sensitivitajiet differenti li simultanjament jippermettu aċċess mill-utenti b'awtorizzazzjonijiet ta' sigurtà differenti u neċessità li tkun taf, imma li ma jħallix lill-utenti milli jiksbu aċċess għal informazzjoni li huma ma jkollhomx awtorizzazzjoni għaliha.

N.B.:

"Sigurtà f'ħafna livelli" hija sigurtà tal-kompjuter u mhux kredibilità tal-kompjuter li għandha x'taqsam mal-prevenzjoni għad-difetti fit-tagħmir jew prevenzjoni għal iżbalji umani b'mod ġenerali.

"Sensers li juru imaġġni bi spettru wieħed" (6) huma kapaċi li jiksbu simultanjament jew serje ta' data ta' l-imaġġni minn żewġ faxxi ta' spettri diskreti jew iktar. Sensers li għandhom iktar minn għoxrin faxxi ta' spettri diskreti ġieli huma msejjħa Sensers ta' l-imaġġni hyperspettri.

"Uranju naturali" (0) tfisser uranju li jinkludi t-taħlit ta' isotopi li jiġru fin-natura.

"Kontrollatur ta' l-aċċess fin-netwerk" (4) tfisser wiċċ fiżiku għal netwerks li jduru imqassma. Dan juża' medju komuni li jaħdem f'kull parti għal istess "rata ta' trasferiment diġitali" li juża' arbitrazzjoni (eż., token jew sens li jġorr) għal trasmissjoni. Indipendentament minn kull ieħor, huwa jagħżel pakketti tad-data jew gruppi tad-data (eż., IEEE 80 2) indirizzat lilu. Hija montatura li tista' tiġi integrata fil-kompjuter jew fit-tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet biex jipprovdu aċċess tal-komunikazzjonijiet.

"Kompjuter tan-nervituri" (4) tfisser programm tal-komputazzjoni ddisinjat jew modifikat biex inaqqas l-imġieba ta'newron jew kollezzjoni ta' newrono, i.e., programm tal-komputazzjoni li huwa distint bil-kapaċità tal-parti elettronika tiegħu biex timmodula l-piż u n-numri ta' l-interkonnessjonijiet ta' multipliċità ta' komponenti tal-komputazzjoni bbażati fuq data ta' qabel.

"Livell ta' ħoss" (6) tfisser sinjal elettrikali mogħti fit-termini ta' densità spettrali ta' l-enerġija. Ir-relazzjoni bejn "livell ta' ħoss" espress fl-għola domanda mogħti bil-S2pp = 8No (f2-f1), fejn Spp huwa l-ogħla valur tas-sinjal (eż., nanoteslas), No huwa d-densità spettrali ta' l-enerġija (eż., (nanotesla)2/Hz) u (f2-f1) jiddefinixxi l-faxxa tal-frekwenza ta' l-interess.

"Reattur nukleari" (0) tfisser l-oġġetti fir-reċipjent reattur jew li huma mqabbda miegħu direttament, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta' l-enerġija fin-nukleu, u l-komponenti li normalment jinkludi, jiġu f'kuntatt dirett jew jikkontrollaw il-likwidu għat-tkessiħ primarju tan-nukelu reattur.

"Kontroll numerikali" (2) tfisser il-kontroll awtomatiku ta' proċess li jesegwixxi bi programm li jagħmel użu ta' data numerika soltu introdotta bħala l-operazzjoni hija fil-progress (ref. ISO 2382).

"Kodiċi ta' l-oġġett" (9) tfisser tagħmir li jista' jsir fil-forma ta' espressjoni ta' wieħed mill-proċessi jew iktar konvenjenti ("kodiċi tas-sors" (lingwa tas-sors)) li ġie mibdul f'sistema ta' programm.

"Amplifikazzjoni ottika" (5), fil-komunikazzjonijiet ottiċi, tfisser teknika ta' amplifikazzjoni li tintroduċi ksib ta' sinjali ottiċi li ġew ġenerati minn sors ottiku separat, mingħajr konverżjoni f'sinjali elettriċi, i.e., li juża ampifikaturi ottiċi semikondutturi, amplifikaturi luminixxenti tal-fibra ottika.

"Kompjuter ottiku" (4) tfisser kompjuter iddisinjat jew modifikat biex juża' dawl biex jirrapreżenta data u li l-elementi loġiki tal-komputazzjoni huma bbażati fuq programmi ottiċi akkopjati direttament.

"Ċirkwit integrat ottiku" (3) tfisser "ċirkwit integrat monalitiku" jew "ċirkwit integrat ibridu", li jinkludu parti jew iktar iddisinjat biex jiffunzjona bħala fotosenser jew fotomisserjew biex jesegwixxi funzjoni(jiet) ottiku(ċi) elettro-ottiku(ċi).

"Tibdil ottiku" (5) tfisser ir-rotta jew it-tibdil ta' sinjali fil-forma ottika mingħajr konverżjoni għal sinjali elettiċi.

"Densità totali tal-kurrent" (3) tfisser in-numru totali ta' tidwir ta' l-ampêr fil-wajer (i.e., is-somma tan-numru ta' tidwir multiplikat bil-kurrentmassimu miġbur f'kull dawra) iddividat bit-total tal-wiċċ tal-wajer (inklużi il-filamenti superkonduttivi, il-matriċi metalizzati kli fihom l-filamenti superkonduttivi huma mwaħħla, il-materjal inkapsulat, kull kanali li jkessħu, eċċ.).

"Stat parteċipattiv" (7 9) huwa stat li jipparteċipa fl-Arranġament Wasenaar (ara www.wassenaar.org).

"L-għola intensità ta' l-enerġija" (6), tfisser enerġija kull polz f'joules iddividata bid-dewmien tal-polz fis-sekonda.

"Karta intelliġenti personalizzata" (5) tfisser karta intelliġenti li tinkludi mikroċirkwit li ġie programmat għal applikazzjoni speċifika u ma tistax tiġi programmata għal kull applikazzjoni oħra mill-utent.

"Amministrazzjoni ta' l-enerġija" (7) tfisser li tibdel l-enerġija trasmittiva tas-sinjal altimetru sabiex l-enerġija irċevuta fl-altitudni ta' l-"inġenji ta' l-ajru" tkun dejjem il-minimu neċessarju biex tiddetermina l-altitudni.

"Transducers tal-pressjoni" (2) huma programmi li jibdlu kejl ta' pressjoni f'sinjal ta' l-elettriku.

"Seperati qabel" (0 1) tfisser l-applikazzjoni ta' kull proċess intenzjonat li jżid il-konċentrament tal-isotopi kontrollati.

"Kontroll tat-tajran primarju" (7) tfisser stabilità ta' l-"inġenju ta' l-ajru" jew il-kontroll ta' l-immanuvrar li jużaw ġeneraturi forza/mument, i.e., uċuħ ta' kontroll ajrudinamiku jew vettoru imbuttat propulsiv.

"L-element prinċipali" (4), kif japplika fil-Kategorija 4, huwa "l-element prinċipali" meta l-valur ta' sostituzzjoni tiegħu huwa iktar minn 35 % tal-valur totali tas-sistema li tagħha huwa element. Valur elementali huwa l-prezz imħallas għall-element mill-fabbrikant tas-sistema, jew mill-integratur tas-sistema. Il-valur totali huwa l-prezz normali li jinbiegħ internazzjonalment lil partijiet li m'għandhomx x'jaqsmu fil-punt tal-fabbrikazzjoni jew il-konsolidazzjoni tal-ġarr tal-merkanzija.

"Produzzjoni" (GTN NTN All) tfisser il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, bħal: kostruzzjoni, tħaddim tal-prodotti, fabbrikazzjoni, integrazzjoni, montatura, ispezzjoni, ittestjar, assigurazzjoni tal-kwalità.

"Tagħmir tal-produzzjoni" (1 9) tfisser l-għodda użata, mudelli, gwidi, mandarini tat-torn, forom, forom tal-ħaddied, fissaturi, mekkaniżmi ta' l-allinjament, prova tat-tagħmir, makinarji jew komponenti oħra għalhekk, limitati għal dawk speċjalment iddisinjati jew modifikati għal "iżvillup" jew għal fażi waħda jew iktar tal-"produzzjoni".

"Faċilitazzjonijiet tal-produzzjoni" (9) tfisser it-tagħmir u l-programi speċjali ddisinjati għalhekk integrati fl-instalazzjonijiet għal "iżvillup" ta' fażi waħda jew iktar tal-"produzzjoni".

"Programm" (2 6) tfisser sekwenza ta' istruzzjonijiet sabiex il-proċess jintemm, jew jiġi mibdul, f'forma esegwita bil-kompjuter elettroniku.

"Kompressjoni tal-polz" (6) tfisser l-ikowdjar u l-iproċessar ta' polz ta' sinjal radar ta' duratura twila f'wieħed ta' duratura żgħira, filwaqt li jżomm il-benefiċji ta' enerġija b'polz għoli.

"Dewmien tal-polz" (6) huwa d-dewmien tal-polz "lejżer" mkejel fil-livelli Wisa' Sħiħa Intensità Nofsana (FWHI).

"Lejser Q-switched" (6) tfisser "lejżer" li fih l-enerġija hija merfugħha fl-inverżjoni tal-popolzzjoni jew fir-resonatur ottiku u sussugwentement maħruġa f'polz.

"Aġilità tal-frekwenza tar-radar" (6) tfisser kull teknika li itnbidel, f'sekwenza psewdo-kif ġie ġie, il-frekwenza tat-trasportatur ta' trasmittur radar tal-polz of a pulsed radar transmitter bejn polzi jew bejn grupp ta' polzi b'amont ugwali jew ikbar mill-faxxa ta' frekwenza tal-polz.

"Spettru mifrux tar-radar" (6) tfisser kull teknika ta' modulazzjoni biex tifrex l-enerġija li toriġina minn sinjal li għandu faxxa ta' frekwenza relattivament dejqa, fuq faxxa ta' frekwenzi ħafna iktar wiesa', billi tuża' kowding kif ġie ġie jew psewdo-kif ġie ġie.

"Faxxa ta' frekwenza fi żmien reali" (3) għal "analizzaturi tas-sinjal dinamiku" huwa l-usa faxxa ta' frekwenza li l-analizzatur jista' jipproduċi biex juri jew għal ħażna massima mingħajr ma jożloq diskontinwità fl-analiżi tad-data mdaħħla. Għal analizzaturi b'iktar minn kanal wieħed, il-konfigurazzjoni tal-kanal li jipproduċi l-usa "faxxa ta' frekwenza" għandu jiġu użat biex isiru l-kalkulazzjonijiet.

"Proċessar fi żmien reali" (2 4 6 7) tfisser l-ipproċessar tad-data b'sistema ta' kompjuter li tipprovdi livell meħtieġ ta' servizzi, bħala funzjoni ta' riżorsi disponibbli, fi żmien ta' rispons garantit, mingħajr każ għal piż tas-sistema, meta stimulata b'avveniment estern.

"Meħtieġ" (GTN 1-9), kif applikat għal "teknoloġija" jew "programm", jirreferi għal dik il-biċċa biss ta' "teknoloġija" jew "programm" li huwa pekuljarment responsabbli biex jilħaq jew or jestendi l-livelli ta' esegwiment kontrollat, karatteristiċi jew funzjonijiet. Dawn "meħtieġ""teknoloġija" jew "programm" jistgħu jinqasmu minn oġġetti differenti.

"Reżoluzzjoni" (2) tfisser l-inqas żieda ta' programm li jkejjel; fuq istrumenti diġitali, l-inqas bit sinjifikanti (ref. ANSI B-89.1.12).

"Robot" (2 8) tfisser mekkaniżmu ta' manipulazzjoni, li jista' jkun ta' direzzjoni kontinwata jew tal-varjetà punt sa punt, jista' juża Sensers, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Huwa mutifunzjonali;

b. Huwa kapaċi li jipposizzjona jew jorjenta materjali, partijiet, għodda jew programmi speċjali ġo movimenti varjabbli fi spazju bi tlett dimensjonijiet;

ċ. Jinkorpora tliet dwawar li jservu għal programmi jew iktar magħluqa jew miftuħa li jistgħu jinkludu stepping motors; u

d. Għandu "programmazzjoni ta' aċċess għal utent" bil-mod ta'metodu tgħallem/buttuna li treġġa' t-tejp lura jew permezz ta' kompjuter eletroniku li jista' jkun kontrollatur tal-loġika programmabbli, i.e., mingħajr interventi mekkaniċi.

N.B.:

Id-definizzjoni ta' hawn fuq ma' tinkludix il-programmi li ġejjin:

1. Mekkaniżmi tal-manipulazzjoni li huma kontrollabli biss manwalment/teleoperatur;

2. Mekkaniżmi tal-manipulazzjoni b'sekwenza fissa li huma programmi li jiċċaqalu awtomatizzament, li jaħdmu skond movimenti programmati ffissati mekkanikalment. Il-program huwa mekkanikalment limitat b'waqfiet fissi, bħal pinijiet u cams Is-sekwenza tal-movimenti u l-għażla tal-mogħdijiet u l-angoli mhumiex varjabbli jew jinbidlu b'metodi mekkaniċi, elettroniċi jew elettrikali;

3. Sekwenza varjabbli mekkanikalment tikkontrolla l-manipulazzjoni tal-mekkaniżmi li huma programmi li jiċċaqalqu awtomatizzati, li jaħdmu skond movimenti programmati li huma ffissati mekkanikalment. Il-programm huwa mekkanikalment limitat b'waqfiet iffissati imma li jistgħu jiġu aġġustati, bħal pins u cams. Is-sekwenza tal-movimenti u l-għażla tal-mogħdijiet jew l-angoli huma varjabbli ġewwa d-disinn tal-programm iffissat. Varjazzjonijiet jew modifikazzjonijiet tad-disinn tal-programm (eż., bidliet tal-pins jew bdil tal-cams) f'waħda mill-assi tal-moviment jew aktar huma rrealizzati biss oermezz ta' operazzjonijiet mekkaniċi;

4. Sekwenza varjabbli li ma sservix biex tikkontrolla l-manipulazzjoni tal-mekkaniżmi li huma programmi li jiċċaqalqu awtomatizzati, li jaħdmu skond movuimenti programmati ffissati mekkanikalment. Il-programm huwa varjabbli imma s-sekwenza tipproċedi biss bis-sinjal tal-binarju minn programmi tal-binarju ta' l-elettriku ffissati mekkanikalment jew b'waqfiet li jistgħu jiġu aġġustati;

5. Krejns li jġorru t-tagħbija definiti bħala sistemi Kartaġjani manipulatriċi li jikkordinaw fabbrikati bħala parti integrali ta' skjerament vertikali ta' landi tal-ħżin u ddisinjati biex jaċċessaw il-kontenut ta' dawn il-landi għal ħżin jew għal irkupru.

"Atomizzazzjoni ċirkolari" (1) tfisser proċess biex tnaqqas ix-xmara jew għadira ta' materjal mdewweb għal qtar żgħir ta' dijametru ta' 500 mikrometru jew inqas b'forza b'mod ċentrifugu.

"Slit" (1) huwa sorra (tipikament 12-120) ta' "ħajt" approssimattivament paralelli.

N.B.:

"Ħajta" hija sorra ta' "monofilamenti" (tipikament fuq 200) irrenġati approssimattivament paralelli.

"Intemmet" (2) (barra minn ġiri veru) tfisser spjazzament radjali f'dawra sħiħa tal-magħżel ewlieni mkejel fi pjan perpendikulari ma' l-assi tal-magħżel fuq il-wiċċ li jdur inter jew estern li se jiġi ttestjat (Referenza: ISO 230/1 1986, paragrafu 5.61).

"Fattur ta' l-iskala" (ġiroskopju jew aċċelerometru) (7) tfisser il-proporzjon tal-bidla fil-produzzjoni għal bidla fit-tqegħid intenzjonat li jiġi mkejel. Il-fattur ta' l-iskala huwa ġeneralment evalwat bħala superfiċju tal-linja dritta li jista' jiġi ffittjat bil-metodu ta' l-inqas kaxxi biex tqiegħed-toħroġ data miksuba billi tvarja it-tqegħid kritikament fuq il-medda tat-tqegħid.

"Il-ħin li tissetja" (3) tfisser il-ħin meħtieġ għal ħruġ biex jiġi fin-nofs bit tal-valur finali meta jeqleb bejn liema żewġ livelli tal-apparat li jibdel il-livell.

"SHPL" hija ekwivalenti għal "lejżer b'enerġija għolja eċċezjonali".

"Analizzaturi tas-sinjal" (3) tfisser apparati kapaċi li jkejjlu u li juru l-propjetajiet ta' komponenti ta' frekwenza waħda ta' sinjali b'ħafna frekwenzi.

"Proċess tas-sinjal" (3 4 5 6) tfisser il-proċess ta' sinjali li jżommu l-informazzjoni li ġejjin minn barra bl-algoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, iffiltrar, estrazzjoni, għażla, korrelazzjoni, konvoluzzjoni jew trasformazzjonijiet bejn dominji (eż., trasforma mgħaġġla Fourier jew trasformaWalsh).

"Programmi" (GSN Kollha) tfisser kollezzjoni ta' "programmi" jew "mikroprogrammi" wieħed jew iktar iffissati f'mezz ta' espressjoni tanġibli.

N.B.:

"Mikroprogramm" tfisser sekwenza ta' istruzzjonijiet elementari, miżmuma f'ħażna speċjali, l-eżekuzzjoni tagħhom hija mibdija bl-introduzzjoni ta' l-istruzzjoni ta' referenza tagħha f'reġistru ta' istruzzjoni.

"Kodiċi ta' l-oġġett" (jew il-linġwa ta' l-oġġett) (4 5 6 7 9) hija espressjoni konvenjenti ta' proċess wieħed jew aktar li jista' jiddawwar b'sistema ta' programmazzjoni f'forma ta' tagħmir li jista' jiġi esegwit ("kodiċi ta' l-oġġett" (jew lingwa ta' l-oġġett)).

"Vettura għall-ivjaġġar fl-ispazju" (7 9) tfisser satteliti u tiftix spazjali attivi jew passivi.

"Kwalifikati għall-ispazju" (3 6) jirreferu għal prodotti ddisinjati, fabbrikati u ttestjati sabiex jilħqu l-ħtiġijiet speċjali ta' l-elettriku, mekkanikali jew ambjentali għal użu fil-lanċjar u tiftiħ ta' satteliti jew sistemi ta' tajran ta' altitudni għolja li jaħdmu f'altitudnijiet ta' 100 km jew aktar għoljin.

"Materjal fissili speċjali" (0) tfisser plutonju-239, uranju-233, "uranju arrikkit fl-isotopi 235 jew 233", u xi materjal li jinkludi l-preċedenti.

"Kalkolazzjoni speċifika" (0 1) hija l-kalkolazzjoni ta' Young f'paskali, ekwivalenti għal N/m2 iddividat b'piż speċifiku f'N/m3, mkejel għal temperature ta' (296 ± 2) K ((23 ± 2) °Ċ) u umidità relativa (50 ± 5) %.

"Saħħa tat-tensjoni speċifika" (0 1) hija s-saħħa tat-tensjoni ultimata f'paskali, ekwivalenti għal N/m2 iddividata b'piż speċifiku f'N/m3, mkejel għal temperature ta' (296 ± 2) K ((23 ± 2) °Ċ) u umidità relattiva ta' (50 ± 5) %.

"Żamm minn bidla" (1) tfisser proċess biex "iwebbes malajr" xmara ta' materjal mdewweb li għandu effett fuq blokka kiesħa, li tifforma prdott li qisu stroffa.

N.B.:

"Iwebbes malajr" solidifikazzjoni ta' materjal imdewweb għal rati ta' tkessiħ li jaqbżu 1000 K/s.

"Spettru mferrex" (5) tfisser it-teknika li biha l-enerġija f'kanal ta' komunikazzjoni relattivament dejjaq huwa mferrex fuq spettru ta' enerġija ħafna iktar wiesa'.

Radar "Spettru mferrex" (6) – ara "Spettru tar-radar imferrex".

"Stabilità" (7) tfisser id-devjazzjoni standard (1 sigma) tal-varjazzjoni ta' parametru partikolari mill-valur kalibrat tiegħu mkejel taħt kondizzjonijiet ta' temperatura stabbli. Dan jista' jiġi espress bħala funzjoni tal-ħin.

"Stati (mhux) Parti tal-Konvenzjoni ta' l-Armi Kimikali" (1) huma dawk l-Istati li għalihom il-Konvenzjoni fuq il-Projbizzjoni ta' l-Iżvillup, Produzzjoni, Kumulazzjoni ta' oġġetti u Użu ta' Armi Kimiċi ma daħlitx fis-seħħ (ara www.opcw.org).

"Programm maħżun ikkontrollat" (2 3 5) tfisser ikkontrollat billi tuża istruzzjonijiet maħżuna f'ħażna elettronika li proċessur jista' jesegwixxi sabiex jidderġi l-esegwazzjoni ta' funzjonijiet determinati minn qabel.

N.B.:

Tagħmir jista' jiġi "programm maħżun ikkontrollat" kemm jekk il-ħażna elttronika hija interna jew esterna għat-tagħmir.

"Wiċċ" (3) tfisser folja ta' materjal bażiku b'disinn jew mingħajr disinn li jgħaqqad u li fuqha jew li fiha "komponenti diskreti" jew ċirkwiti integrati jistgħu jitpoġġew.

N.B. 1:

"Komponent diskret" : "element taċ-ċirkwit" ppakjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu.

N.B. 2:

"Element taċ-ċirkwit" : parti funzjonali waħda ta' ċirkwit elettroniku attiv jew passiv, bħal dajowd wieħed, transitorju wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċċ.

"Uċuħ vojta" (6) tfisser kompost monolitiku b'dimensjonijiet tajbin għal produzzjoni ta' elementi ottiċi bħal mirja u twieqi ottiċi.

"Sub-unit ta' tossina" (1) huwa komponent diskret strutturalment u funzjonalment ta' "tossina" sħiħa.

"Liegi eċċezjonali" (2 9) tfisser nîkel-, kobalt-jew liegi b'bażi tal-ħadid li għandhom saħħa ikbar minn kull liega fis-serje AISI 300 għal temperaturi fuq 922 K (649 °Ċ) taħt kondizzjonijiet ambjentali u operattivi severi.

"Sopra konduttiv" (1 3 6 8) tfisser materjali, i.e., metalli, liegi jew komposti, li jistgħu jitilfu r-resistenza ta' l-elettriku kollha, i.e., li jistgħu jilħqu konduttività ta' l-elettriku infinità u jġorru kurrenti ta' l-elettriku kbar ħafna mingħajr joule li jsaħħan.

N.B.:

L-istat "soprakonduttiv" ta' materjal huwa karatteristikat individwalment b'"temperature kritika", erja tal-kalamita kritika, li hija funzjoni tat-temperatura, u kurrent ta' densita kritiku li huwa, madankollu, funzjoni kemm ta' l-erja tal-kalamita u anke tat-temperatura.

"Lejżer b'enerġija għolja eċċezzjonali" ("SHPL") (6) tfisser "lejżer" kapaċi li jibgħat (it-total jew porzjon ta') l-enerġija produttiva li taqbeż 1 kJ f'50 ms jew li għandha medja jew enerġija CW li taqbeż 20 kW.

"Plastik eċċezjonali biex jifforma" (1 2) tfisser proċess ta' deformazzjoni li juża sħana għal metalli li huma normalment karatterizzati b'valuri baxxi ta' titwil (inqas minn 20 %) fil-punt ta' tkissir kif determinat għat-temperatura tal-kamra bl-ittestjar tas-saħħa tat-tensjoni konvenzjonali, sabiex tikseb titwil waqt il-proċessar li huma mill-inqas darbtejn dawk il-valuri.

"Algoritmi simmetriċi" (5) tfisser algoritma kriptografika li tuża spjega ta' simboli identika kemm għal ħabi ta' data f'kowd u għal deċifrar b'dan il-mod.

N.B.:

Użu komuni tal-of "algoritmi simmetriċi" hija konfidenzalità tad-data.

"Sistema ta' rekord" (6) tfisser rapport li turi l-posizzjoni tat-tajran ta' inġenju ta' l-ajru li huwa proċessat, korrelatat (fużjoni ta' data tat-targit tar-radar għal pjan ta' posizzjoni tat-tajran) u aġġornat disponibbli għaċ-ċentru tal-Kontroll tat-Trafiku ta' l-Ajru.

"skjera ta' kompjuter sistoliku" (4) tfisser kompjuter fejn ir-rappreżentazzjoni u l-modifikazzjoni tad-data hija dinamikament kontrollabli fil-livell tal-loġika mill-utent.

"Tejp" (1) huwa materjal mibni minn "monofilamenti", "ħjut", "truf ta' qoton", "truf ta' l-għażel", jew "ħjut tas-suf", eċċ. minsuġa jew f'direzzjoni waħda, is-soltu iffertilizzata minn qabel bir-reżina.

N.B.:

"Ħajta" hija sorra ta' "monofilamenti" (tipikament fuq 200) irranġati approssimament paralelli.

"Teknoloġija" (GTN NTN All) tfisser informazzjoni speċifika neċessarja għall-"iżvillup", "produzzjoni" jew "użu" ta' l-oġġetti. Din l-informazzjoni tieħu l-forma ta' "data teknika" jew "assistenza teknika".

N.B. 1:

"Assitenza teknika" tista' tieħuforom bħal istruzzjonijiet, abiltajiet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol u servizzi ta' konsultazzjoni u jista' jinvolvi t-trasferiment ta' "data teknika".

N.B. 2:

"Data teknika" tista' tieħu forom bħal print blu, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formuli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet tal-enġinjerija, manwali u istruzzjonijiet miktuba jew irrekordjato fuq medi oħra jew programmi bħal diska, tejp, memorji li jaqraw biss.

"Rata tal-vettoru tridimensjonali" (4) tfisser in-numru ta' vettori ġenerati kull sekonda li għandhom 10 vettori b'ħafna linji pixel, klip ittestjata, orjentata kif ġie ġie, jew b'valur ta' kordinazzjoni X-Y-Z sħiħ jew jifflowtja (liema jkun jipproduċi ir-rata massima).

"Żarżur inklinat" (2) tfisser żarżur li jżomm l-għodda li jeqleb, waqt il-proċess ta' makkinazzjoni, il-posizzjoni angulari tal-linja ċentrali tiegħu fir-rispett ta' kull assi oħra.

"Ħin kostanti" (6) huwa l-ħin meħud mill-applikazzjoni ta' l-istimolu tad-dawl għall-inkrement kurrenti biex jilħaq valur ta' 1 - 1/e immoltiplikat mal-valur finali (i.e., 63 % tal-valur finali).

"Faxxa ta' frekwenza ultra modulata bil-ħin" tfisser it-teknika li fiha polzi RF qosra ħafna u kkontrollati preċiżament bil-ħin jiġu modulati skond data tal-komunikazzjonijiet billi teqleb il-posizzjonijiet tal-polzi (is-soltu msemmija Modulazzjoni tal-Posizzjoni tal-Polzi, PPM) kanalizzati jew skrembiljati skond il-kodiċi tal-ħoss psewdo kif ġie ġie mill-PPM, umbgħad trasmessi u riċevuti fil-forma ta' plz dirett mingħajr ma jintużaw frekwenzi tat-trasport, konsegwentement li għandha densita ta' enerġija estremament baxxa fuq faxxi ta' frekwenza wiesa' ħafna Huwa magħruf ukoll bħala Radju ta' Impuls.

"Kontroll totali tat-tajran" (7) tfisser kontroll awtomatizzat ta' l-istat ta' varjabbli ta' l-"inġenju ta' l-ajru" u l-mogħdija tat-tajran biex tilħaq objettivi ta' missjoni li jirrispondu għal bidliet fid-data fi żmien reali li jirrigwardaw objettivi, perikli jew "inġenju ta' l-ajru" ieħor.

"Rata tat-trasferiment diġitali totali" (5) tfisser in-numru ta' bits, li jinkludi kkowdjar tal-linja, ‘il fuq mill-art u bħal dawn għal kull unità ta' ħin li tgħaddi bejn it-tagħmir ta' korrispondizzjoni f'sistema ta' trasmissjoni diġitali.

N.B.:

Ara wkoll "rata ta' trasferiment diġitali".

"Frak ta' l-għażel" (1) huwa sorra ta' "monofilamenti", is-soltu approssimament paralelli.

"Tossini" (1 2) tfisser tossini fil-forma ta' preparazzjonijiet jew taħlit deliberatament iżolati, ma jgħoddx kif ġew preperati, ħlief tossini preżenti bħala kontaminaturi ta' materjali oħra bħala kampjuni patoloġiċi, uċuħ tar-raba', oġġetti ta' l-ikel jew stokk ta' żerriegħa ta"mikroorganiżmi".

"Lejżer ta' trasferiment" (6) tfisser "lejżer" li fih l-ispeċi tar-raġġ tal-leżer huwa maħruġ minn ġewwa trasferiment ta' enerġija b'kolliżjoni ta' atomu jew molekulu li m'għandux raġġi tal-lejżer ma' atomu jew molekulu li għandu raġġ ta' lejżer.

"Jintona" (6) tfisser l-abilità ta' "lejżer" biex jipproduċi produzzjoni kontinwata fid-distanza bejn punti jkorrispondenti f'mewġ ħoss fuq medda ta' ħafna transitorji "lejżer". Linja ta' "lejżer": selettiva tipproduċi distanzi bejn punti korrispondenti f'mewġ ħoss diskreti fi transizzjoni waħda ta' "lejżer" u mhux ikkonsidrat "li jista' jintona."

"Uranju arrikkit fl-isotopi 235 or 233" (0) tfisser uranju li jinklui l-isotopi 235 jew 233, jew it-tnejn, f'ammont li l-abbundanza tal-proporzjon tas-somma ta' dawn l-isotopi ma' l-isotopu 238 huwa iktar mill-proporzjon ta' l-isotopu 235 ma' l-isotopu 238 li jiġri fin-natura (proporzjon ta' l-isotopu 0,72 fil-mija).

"Użu" (GTN NTN Kollha) tfisser ġdim, installazzjoni (li tinkludi installazzjoni fil-post), manteniment (iċċekjar), tiswija, reviżjoni totali u ddekorar.

"aċċes għal utent programmata" (4 5 6) tfisser il-faċilità li tawtorizza lill-utent biex idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi "programmi" b'metodi barra:

a. Bidla fiżikafil-wajering jew l-interkonnessjonijiet; jew

b. L-issettjar tal-funzjonijiet ta' kontroll li jinkludu d-dħul ta' parametri.

"Vaċċin" (1) huwa prodott mediċinali f'formulazzjoni farmaċewtika liċenzata minn, jew li għandha formola ta' awtorizzazzjoni tas-swieq jew prova klinikali, l-awtoritajiet regolatorji jew tal-pajjiż ta' manifattura jew ta' l-użu, li huwa intenzjonat biex jistimola rispons immunoloġiku prottettiv fl-umani jew annimali sabiex jipprevjeni mard f'dawk jew fiex jiġi amministrat.

"Atomizzazzjoni tal-vakum" (1) tfisser proċess biex titnaqqas xmara mdewwba ta' metall fi qtar żgħir ta' dijametru ta' 500 mikrometri jew inqas bl-evoluzzjoni ta' malajr ta' gass mdewweb meta mikxuf exposure f'vakum.

"Ajrufojl ġeometriċi varjabbli" (7) tfisser l-użu ta' biċċa materjal ċatta bi truf meqlubin jew dendul, jew paletti ċatti jew immejjel rasu ‘l isfel fuq il-pern, il-posizzjoni tiegħu tista' tiġi kkontrollata fit-tajran.

"Ħajt tas-suf" (1) hija sorra ta' "ħajt tal-fibra" mdawwra.

N.B.:

"Ħajt tal-fibra" hija sorra ta' "monofilamenti" (tipikament fuq 200) irrenġati approssimament paralelli.

AKRONOMI U ABBREVJAZZJONIJIET UŻATI F'DAN L-ANNESS

Akronomu jew abbrevjazzjoni, meta wżat f'terminu definit, jinsab fid-"Definizzjonijiet ta' Termini wżati f'dan l-Anness".

Akronomu jew abbrevjazzjoni | Tifsira |

ABEC | Annular Bearing Engineers Committee |

AGMA | American Gear Manufacturers' Association |

AHRS | Sistema ta' referenza għal attitudnijiet u intestaturi |

AISI | Istitut Amerikan għall-Ħadid u l-Azzar |

ALU | Unità loġika aritmetika |

ANSI | Istitut Amerikan ta' Standards Nazzjonali |

ASTM | Is-Soċjetà Amerikana għal Kontroll u Materjali |

ATC | Kontroll tat-traffiku fl-ajru |

AVLIS | Separazzjoni ta' isotopi ta' lażer atomiku ta' vapur |

CAD | Diżinn b'għajnuna ta' kompjuter |

CAS | Servizz ta' Astratti Kimiċi |

CCITT | Kumitat Internazzjonali Konsultattiv dwar Telefonija u Telegrafija |

CDU | Unità ta' kontroll u wiri |

CEP | Probabbiltà ta' żball ċirkolari |

CNTD | Depożizzjoni kkontrollata ta' termali nukleatika |

CRISLA | Reazzjoni kimika permezz ta' attivazzjoni ta' lażer selettiv ta' isotopi |

CVD | Depożizzjoni ta' vapur kimiku |

CW | Warfare kimiku |

CW | Mewġa kontinwa |

DME | Tagħmir għal kejl f'distanza |

DS | Solidifikat direzzjonalment |

EB-PVD | Ġenerazzjoni ta' vapur fiżiku ta' dawl ta' elektron |

EBU | Unjoni Ewropea tax-Xandir |

ECM | Makkinazzjoni elettro-kimika |

ECR | Reżonanza electron cyclotron |

EDM | Magni ta' skarika elettrika |

EEPROM | Memorja read only programmabbli li tista' titħassar elettrikament |

EIA | Assoċjazzjoni ta' Industriji Elettroniċi |

EMC | Kompatibilità elettromanjetika |

ETSI | Istitut ta' Standards Ewropej ta' Telekomunikazzjonijeit |

FFT | Fast Fourier Transform |

GLONASS | Sistema satellitari ta' navigazzjoni globali |

GPS | Sistema ta' pożizzjonament globali |

HBT | Transistors etero-bipolari |

HDDR | Reġistrazzjoni diġitali ta' densità għolja |

HEMT | Transistors ta' mobilità b'electrons għolja |

ICAO | Organizzazzjoni ta' Avjazzjoni Internazzjonali Ċivili |

IEC | Kummissjoni Internazzjonali Elektro-teknika |

IEEE | Istitut ta' Inġenjiera Elettriċi u Elettroniċi |

IFOV | Qasam ta' vista istantaneja |

ILS | Sistema ta' landing strumentali |

IRIG | Grupp ta' strumentazzjoni inter-range |

ISAR | inverse synthetic aperture radar |

ISO | Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni |

ITU | Unjoni Internazzjonali ta' Telekomunikazzjoni |

JIS | Standard Ġappuniż Industrijali |

JT | Joule Thompson |

LIDAR | Rintraċċar u ranging ta' dawl |

LRU | Unità għal sostituzzjoni ta' linja |

MAC | Kodiċi għall-awtentikazzjoni ta' messaġġ |

Mach | Proporzjon ta' veloċità ta' oġġett għall-veloċità tal-ħoss (wara Ernst Mach) |

MLIS | Separazzjoni isotopika ta' lażer molekolari |

MLS | microwave landing system |

MOCVD | Depożizzjoni ta' vapur kimiku ta' metall organiku |

MRI | Imaging ta' reżonanza manjetika |

MTBF | Ħin medju bejn nuqqasijiet |

Mtops | Miljun operazzjoni teoretika fis-sekonda |

MTTF | Ħin medju sal-kollass |

NBC | Nukleari, Bioloġiku u Kimiku |

NDT | Test mhux distruttiv |

PAR | Radar dwar approċċ ta' preċiżjoni |

PIN | Numru ta' identifikazzjoni personali, PIN |

ppm | Partijiet għal kull miljun |

PSD | Densità ta' qawwa spettrali |

QAM | Kwadratura- amplitudni-modulazzjoni |

RF | Frekwenza tar-radju |

SACMA | Assoċjazzjoni ta' Fornituri ta' Materjali Komposti Avvanzati |

SAR | synthetic aperture radar |

SC | Kristall singolu |

SLAR | sidelooking airborne radar |

SMPTE | Soċjetà ta' Motion Picture u Inġenjiera ta' Televiżjoni |

SRA | shop replaceable assembly |

SRAM | static random access memory |

SRM | SACMA-Metodi Rakkomandati |

SSB | Sideband singolu |

SSR | Radar ta' sorveljanza sekondarja |

TCSEC | Kriterji dipendibbli ta' valutazzjoni ta' sistema kompjuterizzata |

TIR | Qari totali indikat |

UV | ultravjola |

UTS | Saħħa tensili aħħarija |

VOR URH | Firxa ta' frekwenza għolja ħafna u omni-direzzjonali |

YAG | yttrium/aluminum garnet |

KATEGORIJA 0

MATERJALI, FAĊILITAJIET, U APPARAT NUKLEARI

0A Sistemi, Apparat u Komponenti

0A001 "Reatturi Nukleari" u apparat u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għalihom, kif ġej:

a. "Reatturi Nukleari" kapaċi li jaħdmu sabiex iżommu katina ta' reazzjoni ta' fissjoni kkontrollata li ssostni lilha nnifisha;

b. Reċipjenti tal-metall, jew partijiet ewlenin immanifatturati għalihom fil-fabbrika, ddisinjati jew ippreparati apposta biex tinżamm fihom il-parti ċentrali tar-"reattur nukleari", inkluża l-parti ta' fuq tar-reċipjent tar-reattur għar-reċipjent tal-pressjoni tar-reattur;

ċ. Apparat li jimmanipula ddisinjat jew ippreparat apposta biex jinserixxi jew jneħħi l-karburant fir-"reattur nukleari";

d. Vireg tal-kontroll iddisinjati jew ippreparati għall-kontroll tal-proċess ta' fissjoni fir-"reattur nukleari", strutturi ta' appoġġ jew ta' sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu il-vireg u tubi gwida tal-vireg;

e. Tubi ta' pressjoni ddisinjati jew ippreparati apposta biex iżommu fihom elementi ta' karburant u likwidu tat-tkessiħ primarju fir-"reattur nukleari" fi pressjoni ta' meta jiffunzjona aktar minn ta' 5,1 MPa;

f. Metall żirkonju u liegi fil-forma ta' tubi jew muntaturi ta' tubi li fihom il-proporzjon ta' ħafnju għal żirkonju huwa inqas minn 1:500 partijiet bl-użin, iddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu fir-"reattur nukleari";

g. Pompi ta' likwidi tat-tkessiħ iddisinjati jew ippreparati apposta għaċ-ċirkolazzjoni ta' likwidu tat-tkessiħ primarju tar-"reatturi nukleari";

h. "Interni tar-reattur nukleari" ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu fir-"reattur nukleari", inklużi kolonni ta' l-appoġġ għal parti ċentrali, kanali tal-karburant, tarki termali, baffles, folji tal-grilja tal-parti ċentrali, u folji tal-kanal li jwessà l-kurrent ta' l-arja;

Nota:

F'0A001.h. "interni tar-reattur nukleari" tfisser kull struttura ewlenija fir-reċipjent tar-reattur li għandha wieħed jew iktar funzjonijiet bħal tappoġġja l-parti ċentrali, żżomm l-allinjament tal-karburant, tidderieġi l-fluss tal-likwidu tat-tkessiħ primarju, tipprovdi tarki tar-radjazzjoni għar-reċipjent tar-reattur, u tiggwida l-istrumentazzjoni fil-parti ċenrali.

i. Apparat għat-trasferiment tas-sħana (ġeneraturi tal-fwar) iddisinjati jew ippreparati apposta għal użu fiċ-ċirkuwitu tal-likwidu tat-tkessiħ primarju tar-"reattur nukleari";

j. Strumenti għall-iskoperta u tkejjiel ta' newtron iddisinjati jew ippreparati apposta biex jiddeterminaw il-livelli ta' fluss ta' newtron fil-parti ċentrali tar-"reattur nukleari".

0B Apparat ta' Ittestjar, Spezzjoni u Produzzjoni

0B001 Impjant għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' "uranju naturali", "uranju eżawrit" u "materjali speċjali fissili", u apparat u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għalihom, kif ġej:

a. Impjant iddisinjat għas-separazzjoni ta' l-iżotopi ta' "uranju naturali", "uranju eżawrit", u "materjali speċjali fissili", kif ġej:

1. Impjant għas-separazzjoni taċ-ċentrifuga tal-gass;

2. Impjant għas-separazzjoni tal-propagazzjoni gassuża;

3. Impjant għas-separazzjoni aerodinamika;

4. Impjant għas-separazzjoni ta' skambji kimiċi;

5. Impjant għas-separazzjoni ta' skambji-joniċi;

6. Impjant għas-separazzjoni ta' l-isotopu bil-"lejżer" tal-fwar atomiku (AVLIS);

7. Impjant għas-separazzjoni ta' l-isotopu "lejżer" molekulari (MLIS);

8. Impjant għas-separazzjoni tal-plażma;

9. Impjant għas-separazzjoni elettromanjetika;

b. Ċentrifugi tal-gass u muntaturi u komponenti, ddisinjati jew ippreparati apposta għal proċess ta' separazzjoni taċ-ċentrifugi tal-gass, kif ġej:

Nota:

F'0B001.b. "materjal ta' proporzjon saħħa-għal-densità għolja" tfisser kull waħda minn dawn li ġejjin:

a. Azzar maraging kapaċi ta' piż li jiflaħ mingħajr jinqata' finali ta' 2050 MPa jew aktar;

b. Liegi ta' l-aluminju kapaċi ta' piż li jiflaħ mingħajr jinqata' finali ta' 460 MPa jew aktar; jew

ċ. "Materjali fibrużi jew bil-filamenti" b' "modulus speċifiku" ta' iktar minn 3,18 × 106 m u ta' "piż li jiflaħ mingħajr jinqata' speċifiku" ikbar minn 76,2 × 103 m;

1. Ċentrifugi tal-gass;

2. Muntaturi lesti ta' rotor;

3. Ċilindri ta' tubu ta' rotor bi ħxuna ta' 12 mm jew inqas, djametru ta' bejn 75 mm u 400 mm, magħmulin minn "materjali ta' proporzjon saħħa-għal-densità għolja";

4. Ċrieki jew mniefaħ b' ħxuna ta' 3 mm jew inqas u djametru ta' bejn 75 mm u 400 mm u ddisinjati biex jagħtu appoġġ lokali lit-tubu rotor jew biex jagħqdu numru flimkien, magħmulin minn "materjali ta' proporzjon saħħa-għal-densità għolja";

5. Baffles b'djametru ta' bejn 75 mm u 400 mm għal immuntar fit-tubu rotor, magħmulin minn "materjali ta' proporzjon saħħa-għal-densità għolja";

6. Għotien ta' fuq jew ta' isfel b' djametru ta' bejn 75 mm u 400 mm biex jaqblu mat-truf tat-tubu rotor, magħmulin minn "materjali ta' proporzjon saħħa-għal-densità għolja";

7. Bearings ta' sospensjoni manjetika li jikkonsitu f'kalamita f'għamla ta' ħolqa sospiża ġewwa housing magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6" li fihom mezz ta' tnaqqis u li għandhom igganċjar tal-kalamita b' pol jew bit-tieni kalamita taqbel ma' l-għatu ta' fuq tat-tubu rotor;

8. Bearings ippreparati apposta li jikkonsistu f'muntatura ta' pivot-cup immuntata fuq damper;

9. Pompi molekulari li jikkonsisti f'ċilindri li għandhom gruvijiet immakinati internament jew mgħaffusin bħal spirali u toqob immakkinati internament;

10. Partijiet stazzjonarji tal-magna tal-mutur f'forma ta' ċrieki għall-isterisi (jew rilluttanza) tal-muturi multifażi AC għal iffunzjonar sinkroniku ġewwa vakwu fil-proporzjon tal-frekwenza ta' 600 sa 2000 Hz u ta' proporzjon ta' l-enerġija ta' 50 sa 1000 Volt-Ampi;

11. Housing/reċipjenti ċentrifugi biex iżommu fihom muntaturi ta' tubu rotor ta' ċentrifuga tal-gass, li jikkonsistu f'ċilindru riġidu ta' ħxuna sa 30 mm bi truf immakinati bi preċiżjoni u magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6";

12. Scoops li jikkonsistu f'tubi b' djametru intern li jwassal sa 12 mm għall-estrazzjoni tal-gass UF6 minn ġewwa it-tubu rotor taċ-ċentrifuga b'azzjoni ta' tubu zgħir, magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6";

13. Varjanti tal-frekwenza (konvertituri jew invertituri) ddisinjati jew ippreparati apposta biex iffornixxu lil partijiet stazzjonarji tal-magna tal-mutur għall-arrikiment taċ-ċentrifuga tal-gass, li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a. Produzzjoni multifażi ta' 600 sa 2000 Hz;

b. Kontroll tal-frekwenza aħjar minn 0,1 %;

ċ. Tagħwiġ armoniku ta' inqas minn 2 %; u

d. Effiċjenza ikbar minn 80 %;

ċ. Apparat u komponenti, ddisinjati jew ippreparati apposta għal proċess ta' propagazzjoni gassuża, kif ġej:

1. Ostakoli għall-propagazzjoni gassuża magħmulin minn "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6" metalliċi porużi, polimer jew taċ-ċeramika b' daqs ta' por ta' 10 sa 100 nm, ħxuna ta' 5 mm jew inqas, u, għal forom tubulari, djametru ta' 25 mm jew inqas;

2. Housings tal-kanal li jwessà il-kurrent ta' l-arja gassuża magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6";

3. Kompressuri (spjazzament posittiv, ċentrifugali u tipi ta' ċirkolazzjoni ta' l-axxella) jew blowers tal-gass b' kapaċità ta' volum ta' ġbid ta' l-arja ta' 1 m3/min jew iktar ta' UF6, u pressjoni ta' ħruġ ta' ċarġ li twassal sa 666,7 kPa, magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6";

4. Siġilli ta' xaft ċirkolari għal kompressuri jew blowers speċifikati f'0B001.ċ.3. u ddisinjati għal rata ta' buffer gass in-leakage ta' inqas minn 1000 ċm3/min.;

5. Apparat għat-trasferiment ta' sħana magħmulin minn aluminju, ram, nikil, jew liegi li fihom iktar minn 60 fil-mija nikil, jew taħlit ta' dawn il-metalli bħal tubi miksija, ddisinjati biex jaħdmu fi pressjoni sub-atmosferrika b'rata ta' telf ta' likwidu li tillimita li l-pressjoni tgħola inqas minn10 Pa fis-siegħa taħt divrenzal ta' pressjoni ta'100 kPa;

6. Valvijiet ta' l-imniefaħ magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6", b'djametru ta' 40 mm sa 1500 mm;

d. Apparat u komponenti, ddisinjati jew ippreparati apposta għal proċessi ta' separazzjoni aerodinamika, kif ġej:

1. Żennuni għas-separazzjoni li jikkonsistu f'kanali kkurvati b' forma ta' inċiżjoni li għandhom radju ta' kurvatura inqas minn 1 mm, reżistenti għal korrużjoni minn UF6, u li għandhom xafra misnuna miżmuma ġewwa ż-żennuna li tissepara l-gass li jiċċirkola minn ġewwa ż-żennuna f'żewġ flussi;

2. Tubi ċilindriċi jew koniċi b'daħla tanġenzali għal ħidma taċ-ċirkolazzjni, (tubi vortiċi), magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6" b'djametru ta' bejn 0,5 ċm u 4 ċm u proporzjon ta' tul għal djametru ta' 20:1 jew inqas u b' waħda jew iktar daħliet tanġenzali;

3. Kompressuri (spjazzament posittiv, ċentrifugali u ta' tipi ta' ċirkolazzjoni ta' l-axxella) jew blowers tal-gass b' kapaċità ta' volum ta' ġbid ta' l-arja ta' 2 m3/min jew iktar, magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6", u siġilli ta' xaft ċirkolari għalihom;

4. Apparat għat-trasferiment ta' sħana magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6";

5. Housings ta' l-element għas-separazzjoni aerodinamika, magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6" li jżommu tubi vortiċi jew żennuni għas-separazzjoni;

6. Valvijiet ta' l-imniefaħ magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6", b'djametru ta' 40 sa 1500 mm;

7. Sistemi ta' l-ipproċessar biex jisseparaw il-UF6 mill-gass trasportatur (idroġenu jew elju) għal kontenut ta' UF6 ta' 1 ppm jew inqas, inkluż:

a. Apparat għat-trasferiment ta' sħana krijoġenika u krijoseparaturi kapaċi għal temperaturi ta' 153 K (- 120 °Ċ) jew inqas;

b. Unitajiet krijoġeniċi li jkessħu kapaċi għal temperaturi ta' 153 K (- 120 °Ċ) jew inqas;

ċ. Żennuni għas-separazzjoni jew unitajiet ta' tubu vortiċi għas-separazzjoni ta' l-UF6 mill-gass trasportatur;

d. UF6cold traps kapaċi għal temperaturi ta' 253 K (- 20 °Ċ) jew inqas;

e. Apparat u komponenti, ddisinjati jew ippreparati apposta għal proċess ta' separazzjoni ta' skambju kimiku, kif ġej:

1. Kolonni tal-polz għall-iskambju mgħaġġel ta' likwidu-likwidu b'ħin ta' residenza ta' l-istadju ta' 30 sekonda jew inqas u reżistenti għal aċidu idrokloriku konċentrat (e.ż. magħmulin minn jew protetti b' materjali ta' plastik addattati bħal polimeri ta' fluworokarbon jew ħġieġ);

2. Kuntratturi ċentrifugali għall-iskambju mgħaġġel ta' likwidu-likwidu b'ħin ta' residenza ta' l-istadju ta' 30 sekonda jew inqas u reżistenti għal aċidu idrokloriku konċentrat (e.ż. magħmulin minn jew protetti b' materjali ta' plastik addattati bħal polimeri ta' fluworokarbon jew ħġieġ);

3. Ċelloli għat-tnaqqis elettrokimiku reżistenti għal soluzzjonijiet ta' aċidu idrokloriku konċentrati, għat-tnaqqis ta'uranju minn stat ta' valenza għal ieħor;

4. Apparat li jfornixxi ċelloli għat-tnaqqis elettrokimiku biex jieħu l-U+ 4 mill-fluss organiku u, għal dawk il-partijiet f'kuntatt mal-fluss tal-proċess, magħmulin minn jew protetti b' materjali addattati (e.ż. ħġieġ, polimeri tal-fluworkarbon, sulfat polifenil, sulfon tal-polietere u grafita ta'reżina-mimlija b'sustanza oħra);

5. Sistemi li jfornixxu l-preparazzjoni għal produzzjoni ta' soluzzjoni ta' uranju klorur ta' purità għolja li tikkonsisti f'taħlil, estrazzjoni ta' solvent u/jew apparat għall-iskambju ta' jone għal purifikazzjoni u ċelloli elettrolitiċi għat-tnaqqis ta' uranju U+ 6 jew U+ 4 sa U+ 3;

6. Sistemi ta'ossidazzjoni ta' l-uranju għal ossidazzjoni ta' l-U+ 3 sa l-U+ 4;

f. Apparat u komponenti, ddisinjati jew ippreparati apposta għal proċess ta' separazzjoni ta' skambju ta' jone, kif ġej:

1. Reżini ta' l-iskambju ta' joni li jirreagixxu malajr, reżini ta' pellikula jew porużi f'għamla ta' xibka makro li fihom il-gruppi attivi ta' skambju kimiku huma limitati għal kisja fuq il-wiċċ ta' struttura ta' appoġġ inattiva u poruża, u strutturi komposti oħra ta' kull forma addattata, inklużi partikoli jew fibri, b'djametri ta' 0,2 mm jew inqas, reżistenti għal aċidu idrokloriku konċentrat u ddisinjati biex ikollhom rata ta' skambju ta' ħaftajm ta' inqas minn 10 sekondi u kapaċi li jaħdmu f'temperaturi fir-raġġ ta' 373 K (100 °Ċ) sa 473 K (200 °Ċ);

2. Kolonni ta' skambju ta' jone (ċilindriċi) b'djametru ikbar minn 1000 mm, magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għal aċidu idrokloriku konċentrat (e.ż. titanju jew plastiks fluworokarbon) u kapaċi jaħdmu b'temperaturi fir-raġġ ta' 373 K (100 °Ċ) sa 473 K (200 °Ċ) u pressjonijiet għola minn 0,7 MPa;

3. Sistemi ta' rifluss ta' skambju ta' jone (ossidazzjoni kimika jew elettrokimika jew sistemi ta' tnaqqis) għar-riġenerazzjoni ta' aġenti għat-tnaqqis kimiku jew ossidanti użati fl-istadji ta' arrikiment ta' l-iskambju ta' jone;

g. Apparat u komponenti, ddisinjati jew ippreparati apposta għal proċess ta' separazzjoni ta' l-iżotopi b' "lejżer" tal-fwar atomiku (AVLIS), kif ġej:

1. Strixxa ta' enerġija għolja jew beam guns għall-analizzar ta' elettron b'enerġija kkonsinnata ta' iktar minn 2,5 kW/ċm għal użu fis-sistemi ta'vaporizzazzjoni ta' l-uranju;

2. Sistemi ta' mmaniġġjar ta' metall uranju likwidu għal uranju mdewweb jew liegi ta' l-uranju, li jikkonsistu f'griġjoli, magħmulin minn jew protetti b' materjali addattati għal korrużjoni u reżistenti għas-sħana (e.ż. tantalu, grafita miksija fl-ittriju, grafita miksija b'ossidi oħra li għandhom proprjetajiet kimiċi jixtiebhu jew taħlit tagħhom), u apparat ta' likwidu tat-tkessiħ tal-griġjoli;

N.B.:

ARA UKOLL 2A225.

3. Sistemi ta' kollettur tal-prodott u tails magħmilun minn jew miksija b'materjali reżistenti għas-sħana u korrużjoni ta' metall ta' l-uranju fwar jew likwidu, bħal grafita miksija bl-ittriju jew tantalu;

4. Housings tas-separatur modulu (reċipjenti ċilindriċi jew rettangolari) biex iżommu s-sors ta' fwar tal-metall uranju, beam gun ta' l-elettron u l-kolletturi tal-prodott u tails;

5. "Lejżers" jew "sistemi ta' lejżers" għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' l-uranju bi stabbilizzatur tal-frekwenza ta' l-ispettru għal ħidma fuq perjodi ta' żmien estiż;

N.B.:

ARA UKOLL 6A005 U 6A205.

h. Apparat u komponenti, ddisinjati jew ippreparati apposta għal proċess ta' separazzjoni ta' l-iżotopi b'lejżer molekulari(MLIS) jew reazzjoni kimika b'attivazzjoni ta' lejżer selettiv ta' l-iżotopi (CRISLA), kif ġej:

1. Żennuni ta' espansjoni supersonika għal taħlit tat-tkessiħ ta' l-UF6 u gass trasportatur sa 150 K (- 123 °Ċ) jew inqas u magħmulin minn "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6";

2. Kolletturi tal-prodott ta' l-uranju pentafluworidu (UF5) li jikkonsistu f'filtru, impatt, jew kolletturi ta' tip ċiklun jew taħlit tagħhom, u magħmulin minn "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF5/UF6";

3. Kompressuri magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6", u siġilli ta' xaft ċirkolari għalihom;

4. Apparat biex jiffluworina l-UF5 (solidu) għal UF6 (gass);

5. Sistemi ta' l-ipproċessar biex jisseparaw il-UF6 mill-gass trasportatur (e.ż. nitroġenu jew argon) inklużi:

a. Apparat għat-trasferriment ta' sħana krijoġenika u krijoseparaturi kapaċi għal temperaturi ta'153 K (- 120 °Ċ) jew inqas;

b. Unitajiet ta' tkessiħ krijoġeniċi kapaċi għal temperaturi ta' 153 K (- 120 °Ċ) jew inqas;

ċ. UF6cold traps kapaċi għal temperaturi ta' 253 K (- 20 °Ċ) jew inqas;

6. "Lejżers" jew "sistemi ta' lejżers" għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' l-uranju bi stabbilizzatur tal-frekwenza ta' l-ispettru għal ħidma fuq perjodi ta' żmien estiż;

N.B.:

ARA UKOLL 6A005 U 6A205.

i. Apparat u komponenti, ddisinjati jew ippreparati apposta għal proċess ta' separazzjoni tal-plażma, kif ġej:

1. Sorsi ta' enerġija mikromewġa u antenni għal produzzjoni jew aċċellerazzjoni ta' joni, bi frekwenza ta' produzzjoni ikbar minn 30 GHz u produzzjoni ta' enerġija medja ikbar minn 50 kW;

2. Kolji tar-radju frekwenza għall-istimolu ta' jone għal frekwenzi ta' iktar minn 100 kHz u kapaċi jimmaniġġjaw iktar minn 40 kW enerġija medja;

3. Sistemi għal ġenerazzjoni ta' uranju plażma;

4. Sistemi ta' mmaniġġjar ta' metall likwidu għal uranju imdewweb jew liegi ta' l-uranju, li jikkonsistu f'griġjoli, magħmulin minn jew protetti b' materjali addattati għal korrużjoni u reżistenti għas-sħana (e.ż. tantalu, grafita miksija fl-ittriju, grafita miksija b'ossidi oħra li għandhom proprjetajiet kimiċi jixtiebhu jew taħlit tiegħu), u apparat ta' likwidu tat-tkessiħ tal-griġjoli;

N.B.:

ARA UKOLL 2A225.

5. Kolletturi ta' prodotti u tails magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għas-sħana u korrużjoni ta' l-uranju fwar bħal grafita miksija bl-ittriju jew tantalu;

6. Housings tas-separatur modulu (ċilindriċi) biex iżommu s-sors ta' l-uranju plażma, il-kolja li tħaddem ir-radju-frekwenza u l-kolletturi tal-prodott u tails u magħmulin minn materjal mhux manjetiku addattat (e.ż. stainless steel);

j. Apparat u komponenti, ddisinjati jew ippreparati apposta għal proċess ta' separazzjoni elettromanjetika, kif ġej:

1. Sorsi ta' jone, singoli jew multipli, li jikkonsistu f'sors ta' fwar, jonizzatur, u aċċelleratur tad-dija magħmulin minn materjali mhux manjetiċi addattati (e.ż. grafita, stainless steel, jew ram) u kapaċi li jipprovdu total ta' kurrent ta' dija jone ta' 50 mA jew ikbar;

2. Folji ta' kolletturi ta' jone għal ġbir ta' raġġi ta' joni ta' l-uranju arrikiti jew eżawriti, li jikkonsistu fi tnejn jew iktar inċiżjonijiet u boroż u magħmulin minn materjali mhux manjetiċi addattati (e.ż. grafita jew stainless steel);

3. Housings tal-vakwu għas-separaturi ta' uranju elettromanjetiku magħmulin minn materjali mhux manjetiċi addattati (e.ż. stainless steel) u ddisinjat biex jaħdmu fi pressjonijiet ta' 0,1 Pa jew inqas;

4. Partijiet ta' pol manjetiku b' djametru ikbar minn 2 m;

5. Provisti ta' enerġija ta' vultaġġ għolja għal sorsi ta' jone, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Kapaċi għal ħidma kontinwa;

b. Produzzjoni tal-vultaġġ ta' 20000 V jew ikbar;

ċ. Produzzjoni tal-kurrent ta' 1 A jew ikbar; u

d. Irregolar tal-vultaġġ aħjar minn 0,01 % fuq perjodu ta' 8 sigħat;

N.B.:

ARA UKOLL 3A227.

6. Provisti ta' enerġija manjetika (enerġija għolja, kurrent dirett) li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Kapaċi għal ħidma kontinwa bi produzzjoni tal-kurrent ta' 500 A jew akbar b' vultaġġ ta' 100 V jew ikbar; u

b. Irregolar tal-kurrent jew vultaġġ aħjar minn 0,01 % fuq perjodu ta' 8 sigħat.

N.B.:

ARA UKOLL 3A226.

0B002 Sistemi awżiljarji, apparat u komponenti, ddisinjati jew ippreparati apposta, kif ġej, għal impjant ta' separazzjoni ta' l-iżotopi speċifikat fl-0B001, magħmulin minn jew protetti b' "materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6":

a. Awtoklavi ta' materjal li jintemà lil magni, fran jew sistemi użati biex jgħaddu l-UF6 għal proċess ta' l-arrikkiment;

b. Disublimaturi jew cold traps, użati biex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin;

c. Stazzjonijiet ta' prodotti u tails biex jittrasferixxu l-UF6 ġewwa kontenituri;

d. Stazzjonijiet ta' likwefazzjoni jew solidifikazzjoni użati biex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment billi jikkompressaw, jkessħu u jikkonvertu l-UF6 f'forma likwida jew solida;

e. Sistemi ta' kanen u sistemi ta' ċuviera ddisinjati apposta għall-immaniġġjar tal-UF6 fil-propagazzjoni gassuża, stadji ċentrifugi jew aerodinamiċi;

f. 1. Vakwu li jintuża għal ħafna affarijiet jew ċuvieri tal-vakwu li għandhom kapaċità li jiġbdu l-arja ta' 5 m3/minuta jew aktar; jew

2. Pompi għat-tneħħija ta' l-arja ddisinjati apposta għal użu f'atmosferi li jissaportu l-UF6;

g. UF6 spettrometri tal-massa/sorsi ta' jone ddisinjati jew preparati apposta biex jieħdu kampjuni on-line ta' materjal li jintemà li magni, prodott jew tails, minn flussi ta' gass UF6 u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Riżoluzzjoni ta' l-unità għal massa ta' iktar minn 320 amu;

2. Sorsi ta' jone kostruwiti minn jew miksija b'nikil u kromju jew monel, jew ibbanjat bin-nikil;

3. Sorsi ta' jonizzazzjoni tal-bumbardament ta' l-elettron; u

4. Sistema ta' kollettur addattata għall-analiżi iżotopika.

0B003 Impjant għal konverżjoni ta' uranju u apparat iddisinjat jew ippreparat apposta għalihom, kif ġej:

a. Sistemi għall-konverżjoni ta' konċentrati ta' metall mhux maħdum ta' l-uranju għal UO3;

b. Sistemi għall-konverżjoni ta' UO3 għal UF6;

ċ. Sistemi għall-konverżjoni ta' UO3 għal UO2;

d. Sistemi għall-konverżjoni ta' UO2 għal UF4;

e. Sistemi għall-konverżjoni ta' UF4 għal UF6;

f. Sistemi għall-konverżjoni ta' UF4 għal metall uranju;

g. Sistemi għall-konverżjoni ta' UF6 għal UO2;

h. Sistemi għall-konverżjoni ta' UF6 għal UF4;

i. Sistemi għall-konverżjoni ta' UO2 għal UCl4.

0B004 Impjant għal produzzjoni jew konċentrazzjoni ta' ilma tqil, dewterju u komposizzjonijiet ta' dewterju u apparat u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għalihom, kif ġej:

a. Impjant għal produzzjoni ta' ilma tqil, dewterju u komposizzjonijiet ta' dewterju, kif ġej:

1. Impjanti għall-iskambji ta' sulfid ilma-idroġenu;

2. Impjanti għall-iskambju ta' ammonja-idroġenu;

b. Apparat u komponenti, kif ġej:

1. Riżervwarijiet għall-iskambju tas-sulfid ta' l-ilma-idroġenu mmanifatturati minn azzar karbonju fin (e.ż. ASTM A516) b'djametri ta' 6 m sa 9 m, kapaċi li jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew daqs 2 MPa u b'konċessjoni għal korrużjoni ta' 6 mm jew ikbar;

2. Blowers ċentrifugali jew kompressuri ta' stadju singolu, parti ta' fuq baxxa (i.e. 0,2 MPa) għaċ-ċirkolazzjoni tal-gass idroġenu sulfid (i.e. gass li fih iktar minn 70 % H2S) b'kapaċità ta'proċessar ikbar minn jew daqs 56 m3/sekonda meta jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew daqs1,8 MPa ta' ġbid ta' l-arja u li għandhom siġilli ddisinjati għas-servizz H2S imxarrab;

3. Riżervwarijiet għall-iskambju ta' ammonja-idroġenu ikbar minn jew daqs 35 m mit-tul b' djametri ta' 1,5 m sa 2,5 m kapaċi li jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn 15 MPa;

4. Riżervwar intern, inklużi kuntratturi ta' l-istadji, u pompi ta' l-istadji, inkluż dawk li huma sommerġibbli, għal produzzjoni ta'ilma tqil li tutilizza l-proċess ta' l-iskambju ta' ammonja-idroġenu;

5. Crackers ta' l-ammonja fi pressjonijiet ta' operat ikbar minn jew daqs 3 MPa għal produzzjoni ta' ilma tqil li tutilizza l-proċess ta' l-iskambju ta' ammonja-idroġenu;

6. Analizzaturi ta' l-assorbiment infra-aħmar kapaċi għal analiżi on-line tal-proporzjon idroġenu/dewterju fejn il-konċentrazzjonijiet ta' dewterju huma daqs jew ikbar minn 90 %;

7. Berners katalittiċi għal konverżjoni ta' gass ta' dewterju arrikkit ġo ilma tqil li tutilizza l-proċess ta' l-iskambju ta' ammonja-idroġenu;

8. Sistemi lesti ta' titjieb għal ilma tqil, jew kolonni għalihom, għat-titjieb ta' ilma tqil għal konċentrazzjonijiet ta' dewterju grad reattur.

0B005 Impjant iddisinjat apposta għal manifattura ta' elementi karburanti tar-"reattur nukleari" u apparat iddisinjat jew ippreparat apposta għalihom.

Nota:

Impjant għal manifattura ta' elementi karburanti tar-"reattur nukleari" jinkludi apparat li:

a. Normalment jiġi f'kuntatt dirett ma' jew jipproċessa jew jikkontrolla direttament iċ-ċirkolazzjoni tal-produzzjoni tal-materjali nukleari;

b. Jisiġilla l-materjali nukleari fil-kisi minn barra;

ċ. Jikkontrolla l-integrità tal-kisi u s-siġill; jew

d. Jikkontrolla t-trattament lest tal-karburant issiġillat.

0B006 Impjant għal riproċessar ta' l-elementi karburanti li jixħtu dija tar-"reattur nukleari", u apparat u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għalihom.

Nota:

0B006 tinkludi:

a. 0B006 Impjant għal riproċessar ta' l-elementi karburanti li jixħtu dija tar-"reattur nukleari" inklużi apparat u komponenti li normalment jiġu f'kuntatt dirett ma' u jikkontrollaw direttament il-karburant li jixħet dija u materjal nukleari ewlieni u l-flussi ta' l-ipproċessar tal-prodott ta' fissjoni;

b. Magni għal qtugħ jew qtugħ biċċa biċċa ta' l-elementi karburanti, i.e. apparat li jaħdem remotament biex jaqta', jfettet, jqatta' biċċa biċċa jew jagħfas f'forma l-muntaturi ta' karburant li jixħtu dija tar-"reattur nukleari", soror jew vireg;

ċ. Dissolvers, tankijiet kritikament protetti (e.ż. djametru żgħir, tankijiet annulari jew ċangaturi) ddisinjati jew ippreparati apposta għad-dissoluzzjoni tal-karburant li jixħet dija tar-"reattur nukleari", li huma kapaċi li jifilħu likwidi jaħarqu li huma maġġorment korrożivi, u li jistgħu jiġu mgħobbija u miżmuma remotament;

d. Estratturi tas-solvent tal-kontrokurrent u apparat għal ipproċessar ta' l-iskambju ta' jone ddisinjati jew ippreparati għal użu fl-impjant għall-riproċessar ta' "uranju naturali", "uranju eżawrit" jew "materjali speċjali fissili" li jixħtu dija;

e. Reċipjenti għaż-żamma jew ħażna ddisinjati apposta biex ikunu kritikament protetti u reżistenti għal effetti korrużivi ta' l-aċidu nitriku;

Nota:

Reċipjenti għaż-żamma jew ħażna jista' jkollhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Ħitan jew strutturi interni b'ekwivalent ta' boron (kalkulat għal elementi kostitwenti kollha kif definit fin-nota lil 0C004) ta' mill-inqas tnejn fil-mija;

2. Djametru massimu ta' 175 mm għar-reċipjenti ċilindriċi; jew

3. Wisà massima ta' 75 mm għal reċipjent kemm ċangatura u kemm annulari.

f. Strumentazzjoni tal-kontroll tal-proċess iddisinjat jew ippreparat apposta għal monitoraġġ jew kontroll tar-riproċessar ta' "uranju naturali", "uranju eżawrit" jew "materjali speċjali fissili" li jixħtu dija.

0B007 Impjant għal konverżjoni tal-plutonju u apparat iddisinjat jew ippreparat apposta għalih, kif ġej:

a. Sistemi għal konverżjoni ta' plutonju nitrat għal ossidu;

b. Sistemi għal produzzjoni tal-metall plutonju.

0C Materjali

0C001 "Uranju naturali" jew "uranju eżawrit" jew torju fil-forma ta' metall, liega, kompost kimiku jew konċentrat u kull materjal ieħor li fihom wieħed jew iktar minn dawn il-preċedenti;

Nota:

0C001 ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a. Erbgħa grammi jew inqas ta' "uranju naturali" jew "uranju eżawrit" meta jkun miżmum f'komponent sensittiv fi strumenti;

b. "Uranju eżawrit" immanifatturat apposta għall-applikazzjonijiet ċivilli mhux nukleari li ġejjin:

1. Protezzjoni;

2. Ippakjar;

3. Sabbori li għandhom piż ta' mhux iktar minn 100 kg;

4. Kontro-peżati li għandhom piż ta' mhux iktar minn 100 kg;

ċ. Liegi li fihom inqas minn 5 % torju;

d. Prodotti taċ-ċeramika li fihom torju, li ġew immanifatturati għal użu mhux nukleari.

0C002 "

Materjali speċjali fissili

"

Nota:

0C002 ma jikkontrollax erbgħa "grammi effettivi" jew inqas meta jkunu f'komponent sensittiv ġewwa strumenti.

0C003 Dewterju, ilma tqil (dewterju ossidu) u komposizzjonijiet oħra ta' dewterju, u taħlit u soluzzjonijiet li jkunu fihom dewterju, li fihom il-proporzjon iżotopiku ta' dewterju għal idroġenu jaqbeż 1: 5000.

0C004 Grafita, grad nukleari, li għandhom livell ta' purità ta' inqas minn 5 partijiet fil-miljun ta' "ekwivalent tal-boron" u b'densità ikbar minn 1,5 g/ċm3.

N.B.:

ARA WKOLL 1C107

Nota 1:

0C004 ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a. Manifatturi ta' grafita li għandhom piż inqas minn 1 kg, ħlief għal dawk iddisinjat jew ippreparati għal użu fir-reattur nukleari;

b. Trab tal-grafita.

Nota 2:

F'0C004, "ekwivalent tal-boron" (BE) huwa definit bħala s-somma ta' BEz għal impuritajiet (exkluż BEkarbonju billi l-karbonju mhux ikkonsidrat bħala impurità) inkluż boron, billi:

BEZ (ppm) = CF × konċentrazzjoni ta' l-element Z f'ppm;

fejn CF huwa l-fattur ta' konverżjoni =

σZ × ABσB × AZ

u σB u σZ huma taqsimiet li jikkatturaw newtron termali (f'barns) għal boron li jidher naturalment u element Z rispettivament; u AB u AZ huma l-massi atomiċi ta' boron li jidher naturalment u element Z rispettivament.

0C005 Komposizzjonijiet jew trab ippreparati apposta għal manifattura ta' ostakoli ta' propagazzjoni gassuża, reżistenti għal korrużjoni mill-UF6 (e.ż. nikil jew liegi li fihom 60 fil-mija bl-użin jew iktar nikil, aluminju ossidu u polimeri ta' l-idrokarbonju fluworinati kompletament), li għandhom purità ta' 99,9 fil-mija bl-użin jew aktar u medja tal-qies tal-partikoli ta' inqas minn 10 mikrometri mkejla mill-istandard tas-Soċjetà Amerikana għal Ittestjar u Materjali (ASTM) B3 30 u grad għoli ta' uniformità fil-qies tal-partikoli.

0D Software

0D001 "Software" ddisinjat jew immodifikat apposta għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' merkanzija speċifikati f'din il-Kategorija.

0E Teknoloġija

0E001 "Teknoloġija" skond in-Nota fuq it-Teknoloġija Nukleari għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' merkanzija speċifikati f'din il-Kategorija.

KATEGORIJA 1

MATERJALI, KIMIĊI, "MIKROORGANIŻMI" & "TOSSINI"

1A Sistemi, Apparat u Komponenti

1A001 Komponenti magħmula minn komposizzjonijiet fluworinati, kif ġej:

a. Siġilli, folji rotob u ċatti, siġillanti jew bżieżaq tal-karburant iddisinjati apposta għall-użu f'"inġenji ta' l-arju" jew fl-ajruspazju magħmulin minn iktar minn 50 % b' piż ta' kull wiehed mill-materjali speċifikati f'1C009.b. jew 1C009.ċ.;

b. Polimeri pjeżoelettriċi u kopolimeri magħmulin minn materjali ta' viniliden fluworidu speċifikati ġewwa 1C009.a.:

1. Fil-forma ta' folja jew film; u

2. Bi ħxuna li taqbeż 200 μm;

ċ. Siġilli, folji rotob u ċatti, sitijiet tal-valv, bżieżaq jew dijaframmi magħmulin minn fluworoelastomeri li fihom mill-inqas wieħed mill-gruppi vinileter bħala unità kostituzzjonali, ddisinjati speċifikament għall-użu fl-"inġenji ta' l-ajru", ajruspazju jew "missili".

Nota:

In 1A001.ċ., "missili" tfisser sistemi ta' rokit kompleti u sistemi ta' veikoli ta' l-ajru bla ekwipaġġ.

1A002 Strutturi "komposti" jew laminati, li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

N.B:

ARA UKOLL 1A202, 9A010 U 9A110

a. "Matriċi" organiku u magħmul minn materjali speċifikati f'1C010.ċ., 1C010.d. jew 1C010.e.; jew

b. "Matriċi" tal-metall jew karbonju u magħmul minn:

1. "Materjali fibrużi jew bil-filamenti" tal-karbonju b':

a. "modulus speċifiku" li jaqbeż 10,15 × 106 m; u

b. "piż li jiflaħ mingħajr jinqatà speċifiku" li jaqbeż 17,7 × 104 m; jew

2. Materjali speċifikati f'1C010.ċ.

Nota 1:

1A002 ma jikkontrollax strutturi komposti jew laminati magħmulin minn "materjali fibrużi u bil-filamenti" ta' karbonju ta' reżina-mimlija b'sustanza epossidika għat-tiswija ta' strutturi ta' inġenji ta' l-ajru jew laminati, bil-kondizzjoni illi l-qies ma jkunx iktar minn 1 m2.

Nota 2:

1A002 ma jikkontrollax oġġetti lesti jew semi-lesti ddisinjati apposta għal applikazzjonijiet purament pajżani kif ġej:

a. Merkanzija sportiva;

b. Industrija awtomotiva;

ċ. Industrija ta' l-għodod tal-magni;

d. Applikazzjonijiet mediċi.

1A003 Manifattura ta' sustanzi polimeriċi mhux fluworinati speċifikati f'1C008.a.3. fil-forma ta' film, folji, tejp jew linji twal b' waħda jew l-oħra mill-karatteristiċi li ġejjin:

a. B'ħxuna ta' iżjed minn 0,254 mm; jew

b. Miksijin jew laminati b'karbonju, grafita, metalli jew sustanzi manjetiċi.

Nota:

1A003 ma jikkontrollax il-manifatturi meta miksija jew laminati bir-ram u ddisinjati għal produzzjoni ta' tabelli ta' ċirkuwitu elettroniku stampat.

1A004 Apparat u komponenti protettivi u ta' l-iskoperta, ħlief għal dawk speċifikati fil-kontrolli tal-merkanzija militari, kif ġej:

N.B.:

ARA UKOLL 2B351 U 2B352.

a. Maskri tal-gass, kannestri bil-filtru u apparat ta' dekontaminazzjoni għalihom iddisinjati jew immodifikati għad-difiża kontra aġenti bijoloġiċi jew materjali radjoattivi "addattati għal użu fil-gwerra" jew aġenti tal-gwerra kimika (CW) u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

b. Lbies protettiv, ingwanti u żraben iddisinjati u mmodifikati apposta għad-difiża kontra aġenti bijoloġiċi jew materjali radjoattivi "addattati għal użu fil-gwerra" jew aġenti tal-gwerra kimika (CW);

ċ. Sistemi ta' skoperta nukleari, bijoloġika u kimika (NBC) ddisinjati jew immodifikati apposta għall-iskoperta jew identifikazzjoni ta' aġenti bijologiċi jew materjali radjoattivi "addattati għal użu fil-gwerra" jew aġenti tal-gwerra kimika (CW) u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

Nota:

1A004 ma jikkontrollax:

a. Dożimetri għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni personali;

b. Apparat illimitat bid-disinn jew funzjoni biex jipproteġi kontra perikli speċifiċi għall-industriji ċivili, bħal dik tal-qtugħ ta' faħam, qtugħ ta' blat, agrikoltura, farmaċewtiċi, medika, veterinarja, ambjentali, maniġġjar ta' l-iskart, jew għall-industrija ta' l-ikel.

1A005 Armatura, u komponenti ddisinjati apposta għaliha, ħlief għal dawk immanifatturati għal-istandards jew speċifikazzjonijiet militari jew għall-ekwivalenti tagħhom fil-prestazzjoni.

N.B.:

ARA UKOLL KONTROLLI FUQ MERKANZIJA MILITARI.

Nota 1:

1A005 ma jikkontrollax lbies ta' armaturi individwali u aċċessorji għalihom, meta jakkumpanjaw l-utenti tagħhom għal protezzjoni personali tiegħu/tagħha.

Nota 2:

1A005 ma jikkontrollax armaturi ddisinjati biex jipprovdu protezzjoni frontali minn kemm frammenti u blastjar minn għodod esplożivi mhux militari.

1A102 Komponenti ta' karbonju-karbonju risaturati u mmermrin bis-sħana ddisinjati għal veikoli tal-varar fl-ispażju speċifikati f'9A004 jew rokits li jitfgħu ħoss speċifikati f'9A104.

1A202 Strutturi komposti, ħlief għal dawk speċifikati f'1A002, fil-forma ta' tubi u li għandhom it-tnejn mill-karatteristiċi li ġejjin:

N.B.:

ARA UKOLL 9A010 U 9A110.

a. Djametru ta' ġewwa ta' bejn 75 mm u 400 mm; u

b. Magħmul b' kull wieħed mill-"materjali fibrużi u bil-filamenti" speċifikati f'1C010.a. jew b. jew 1C210.a. jew b'materjali ta' karbonju prepreg speċifikati f'1C210.ċ.

1A225 Katalizzaturi miksijin bil-platinu ddisinjati jew ippreparati apposta għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta' skambju ta' l-iżotopi ta' l-idroġenu bejn idroġenu u ilma għall-irkuprar ta' tritju mill-ilma tqil jew għal produzzjoni ta' ilma tqil.

1A226 Imballaġġi speċjalizzati li jistgħu jiġu użat fis-separazzjoni ta' ilma tqil minn ilma ordinarju, li għandhom it-tnejn mill-karatteristiċi li ġejjin:

a. Magħmulin minn malja ta' fosfru bronż kimikament trattata biex ittejjeb l-abbilità li jixxarrab; u

b. Iddisinjat biex jiġi użat fir-riżervwarijiet tad-distillazzjoni għat-tneħħija ta' l-arja.

1A227 Aperturi għal protezzjoni tar-radjazzjoni ta' densità għolja (ħġieġ taċ-ċomb jew ieħor), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u frejms iddisinjati apposta għalihom:

a. "Cold area" ikbar minn 0,09 m2;

b. Densità ikbar minn 3 g/ċm3; u

ċ. Ħxuna ta' 100 mm jew akbar.

Nota Teknika:

Fil-1A227 it-terminu "cold area" jfisser il-biċċa ta' l-apertura li minnha tħares li hija esponuta għall-iktar livell baxx ta' radjazzjoni fl-applikazzjoni tad-disinn.

1B Apparat ta' l-Ittestjar, Spezzjoni u Produzzjoni

1B001 Apparat għal produzzjoni ta' fibri, prepregs, priformi jew "komposti" speċifikati f'1A002 jew 1C010, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati għalihom:

N.B.:

ARA UKOLL1B101 U 1B201.

a. Magni tal-tkebbib tal-filament ta' liema movimenti għat-tqegħid, tgeżwir u tkebbib ta' fibri huma kordinati u programmati fi tlieta jew iktar assi, ddisinjati apposta għal manifattura ta' strutturi "komposti" jew laminati minn '"materjali fibrużi jew bil-filamenti";

b. Magni ta' tqegħid ta' tejp jew pjazzament ta' l-irmunkar ta' liema movimenti għat-tqegħid jew firxa tat-tejp, irmonki jew folji huma kordinati u programmati f'żewġ jew iktar assi, ddisinjati apposta għal manifattura ta' strutturi "komposti" airfrejm jew "missili";

Nota Teknika:

Għall-iskop ta' 1B001.ċ. it-teknika ta' dafar tinkludi nitting.

Nota:

F'1B001.b., "missili" tfisser sistemi ta' rokit kompleti u sistemi ta' veikoli ta' l-ajru bla ekwipaġġ.

ċ. Magni tal-nsiġ multidirezzjonali multidimensjonali jew magni tad-dafar, inklużi adapters u kitts għal modifikazzjoni, għal nsiġ, dafar jew immaljar ta' fibri għal manifattura ta' strutturi "kom posti";

Nota:

1B001.ċ. ma jikkontrollax makkinarju tat-tessuti mhux immodifikat għal użi finali ta' hawn fuq.

d. Apparat iddisinjat jew addattat apposta għal produzzjoni ta' fibri rinforzanti, kif ġej:

1. Apparat għal konverżjoni ta' fibri polimeriċi (bħal poliakrilonitril, rejon, żift jew polikarbosilan) f'fibri karbonju jew fibri ta' karbur silikon, inkluż apparat speċjali biex jissikka il-fibra waqt it-tisħin;

2. Apparat għad-deposizzjoni ta' elementi ta' fwar kimiku jew komposizzjonijiet fuq substratti bil-filamenti msaħħna għal manifattura ta' fibri tas-silikon karbur;

3. Apparat għal wet-spinning ta' ċeramiki refrattarji (bħal aluminu ossidu);

4. Apparat għal konverżjoni ta' l-aluminju li jkun fih fibri prekursuri f'fibri ta' l-allumina bi trattament ta' sħana;

e. Apparat biex jipproduċi prepregs speċifikati f'1C010.e. bil-metodu li jdewweb bis-sħana;

f. Apparat ta' l-ispezzjoni mhux distruttiv kapaċi jispezzjoni difetti tridimensjonali, billi juża tomografija ultrasonika jew bir-raġġi X u materjali "komposti" ddisinjati apposta.

1B002 Apparat biex jipproduċi liegi tal-metall, trab tal-liegi tal-metall jew materjali tal-liegi, ddisinjati apposta biex jevitaw kontaminazzjoni u ddisinjati apposta għall-użu f'wieħed mill-proċessi speċifikati f'1C002.ċ.2.

N.B.:

ARA UKOLL 1B102.

1B003 Għodda, konijiet, forom jew fissi ma' immobbli, għal "formazzjoni superplastik" jew "rabta propagazzjonali" tat-titanju jew aluminju jew liegi tagħhom, iddisinjati apposta għal manifattura ta':

a. Strutturi ta'Airfrejm jew ta' l-ajruspazju;

b. Magni ta' l-"Ingenji ta' l-ajru" jew ta' l-ajruspazju; jew

ċ. Komponenti ddisinjati apposta għal dawk l-istrutturi jew magni.

1B101 Apparat, ħlief għal dak speċifikati f'1B001, għal "produzzjoni" ta' komposti strutturali kif ġej; u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:

N.B.:

ARA UKOLL 1B201.

Nota:

Komponenti u aċċessorji speċifikati f'1B101 inklużi forom, mandrini tat-torn, konijiet, fissi ma' immobbli u għodod għall-ippressar tal-priform, ikkurar, ikkastjar, tgħaqqid bis-sħana jew rbit ta' strutturi komposti, laminati u manifatturi tagħhom.

a. Magni tal-tkebbib tal-filament ta' liema movimenti għat-tqegħid, tgeżwir u tkebbib ta' fibri jistgħu jiġu kordinati u programmati fi tlieta jew iktar assi, ddisinjati għal manifattura ta' strutturi "komposti" jew laminati minn "materjali fibrużi" jew bil-filamenti, u kontrolli kordinati u programmati;

b. Magni ta' tqegħid ta' tejp ta' liema movimenti għat-tqegħid jew firxa ta' tejp u folji jistgħu jiġu kordinati u programmati fi tnejn jew iktar assi, ddisinjati għal manifattura ta' strutturi "komposti" ta'airfrejm u "missili";

ċ. Apparat iddisinjat jew immodifikat għal "produzzjoni" ta' "materjali fibrużi jew bil-filamenti" kif ġej:

1. Apparat għal konverżjoni ta' fibri polimeriċi (bħal poliakrilonitril, rejon jew polikarbonsilan) inkluż disposizzjoni speċjali biex tissikka l-fibra waqt it-tisħin;

2. Apparat għad-deposizzjoni tal-fwar ta'l-elementi jew komposizzjonijiet fuq substratti bil-filamenti msaħħna;

3. Apparat għal wet-spinning ta' ċeramiki refrattarji (bħal aluminju ossidu);

d. Apparat iddisinjat jew modifikat għat-trattament speċjali tas-superfiċji tal-fibri jew għal produzzjoni ta' prepregs u priformi speċifikati fid-daħla 9C110.

Nota:

1B101.d. tinkludi rombli, streċers tat-tensjoni, apparat għal kisi, apparat għal qtugħ u konijiet tal-clicker.

1B102 "Apparat tal-produzzjoni" tat-trab tal-metall, ħlief għal dak speċifikat f'1B002, u komponenti kif ġej:

N.B.:

ARA UKOLL 1B115.b.

a. "Apparat tal-produzzjoni" ta' trab tal-metall li jintuża għal "produzzjoni", f'ambjent kontrollat, ta' materjali sferiċi jew atomizzati speċifikati f'1C011.a., 1C011.b., 1C111.a.1., 1C111.a.2. jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari;

b. Komponenti ddisinjati apposta għal "apparat tal-produzzjoni" speċifikati f'1B002 jew 1B102.a.

Nota:

1B102 jinkludi:

a. Ġeneraturi tal-plażma (ark-ġett ta' frekwenza għolja) li jintużaw biex jinkisbu trabijiet metalliċi ddepożitati bl-użu ta' jone jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess fl-ambjent ta' l-argon-ilma;

b. Apparat ta' elettrosplużjoni li jintuża biex jinkiseb trab metalliku ddepożitati bl-użu ta' joni jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess fl-ambjent ta' l-argon-ilma;

ċ. Apparat li jintuża għal "produzzjoni" ta' trab ta' l-aluminju sferiku billi tfarrak tidwiba ġewwa mezz nieqes mill-qawwa ta' l-azzjoni (e.ż. nitroġenu).

1B115 Apparat, ħlief għal dak speċifikat f'1B002 jew 1B102, għal produzzjoni ta' fjuwil li jagħti l-ewwel imbottatura u kostitwenti ta'fjuwil li jagħtu l-ewwel imbottatura, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a. "Apparat tal-produzzjoni" għal "produzzjoni", mmaniġġjar jew ittestjar għall-aċċettazzjoni ta' fjuwil likwidu li jagħti l-ewwel imbottatura jew kostitwenti ta' fjuwil li jagħtu l-ewwel imbottatura speċifikati f'1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari;

b. "Apparat tal-produzzjoni" għal "produzzjoni", mmaniġġjar, taħlit, ikkurar, ikkastjar, ippressar, immakinar, tagħfis biex tagħti forma jew ittestjar għall-aċċettazzjoni ta' fjuwil solidu li jagħti l-ewwel imbottatura jew kostitwenti ta' fjuwil li jagħtu l-ewwel imbottatura speċifikati f'1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota:

B115.b. ma jikkontrollax grupp miksers, miksers kontinwi jew mtieħen ta' enerġija fluwida. Għall-kontroll ta' grupp miksers, miksers kontinwi jew mtieħen ta' enerġija fluwida ara 1B117, 1B118 u 1B119.

Nota 1:

Għall-apparat iddisinjat apposta għal produzzjoni ta' merkanzija militari, ara il-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota 2:

1B115 ma jikkontrollax l-apparat għal "produzzjoni", mmaniġġjar u l- ittestjar għall-aċċettazzjoni ta' boron karbur.

1B116 Żennuni ddisinjati apposta biex jiġu prodotti materjali derivati pirolitikament ifformati fuq forom, mandrin tat-torn jew substratti oħra minn gassijiet prekursuri li jiddekomponu fid-distanza tat-temperatura 1573 K (1300 °Ċ) sa 3173 K (2900 °Ċ) fi pressjonijiet ta' 130 Pa to 20 kPa.

1B117 Grupp miksers b' disposizzjoni għat-taħlit taħt vakwu fid-distanza ta' zero sa 13,326 kPa u b'kapaċità ta' kontroll tat-temperatura għall-kamra tat-taħlit u li għandhom dawn li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a. Kapaċità volumetrika totali ta'110 litri jew aktar; u

b. Mill-inqas wieħed mix-xaftijiet għat-taħlit/impastar jiġi mmuntat barra iċ-ċentru.

1B118 Miksers kontinwi b' disposizzjoni għat-taħlit taħt vakwu fid-distanza ta' zero sa13,326 kPa u b'kapaċità ta' kontroll tat-temperatura tal-kamra tat-taħlit u li għandhom dawn li ġejjin kollha, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a. Tnejn jew aktar xaftijiet tat-taħlit/impastar; u

b. Kapaċità biex tiftaħ il-kamra tat-taħlit.

1B119 Mtieħen ta' enerġija fluwida li jintużaw biex jfarrku jew jitħnu s-sustanzi speċifikati f'1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

1B201 Magni għat-tkebbib ta' filament, ħlief għal dawk speċifikati f'1B001 jew 1B101, u apparat relatat, kif ġej:

a. Magni għat-tkebbib ta' filament li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Għandhom movimenti għat-tqegħid, tgeżwir, u tkebbib ta' fibri kordinati u programmati f'żewġ jew iktar assi;

2. Iddisinjati apposta biex jimmanifatturaw strutturi komposti jew laminati minn "materjali fibrużi jew bil-filamenti"; u

3. Kapaċi biex ikebbu rotors ċilindriċi ta' djametru bejn 75 u 400 mm u tul ta' 600 mm jew ikbar;

b. Kontrolli kordinati u programmati għal magni għat-tkebbib ta' filament speċifikati f'1B201.a.;

ċ. Mandrini tat-torn ta' preċiżjoni għal magni tat-tkebbib ta' filament speċifikati f'1B201.a.

1B225 Ċelloli elettrolitiċi għal produzzjoni ta' fluworin b'kapaċità tal-produzzjoni ikbar minn 250 g ta' fluworin fis-siegħa.

1B226 Separaturi ta' iżotopi elettromanjetiċi ddisinjati għal, jew magħmra b', sorsi ta' jone singoli jew multipli kapaċi li jipprovdu kurrent totali ta' raġġ ta' jone ta' 50 mA jew ikbar.

Nota:

1B226 tinkludi separaturi:

a. Kapaċi li jarrikkixxi iżotopi stabbli;

b. B'sorsi ta' jone u kolletturi t-tnejn fil-qasam manjetiku u dawk il-konfigurazzjonijiet li fihom huma esterni għal qasam.

1B227 Konvertituri ta' l-ammonja sintesi jew unitajiet ta' l-ammonja sintesi, li fihom il-gass tas-sintesi (nitroġenu u idroġenu) huwa irtirat mill-kolonna ta' l-iskambju ta' pressjoni għolja ta' l-ammonja/idroġenu u l-ammonja sintetizzata hija irritornata ġewwa il-kolonna imsemmija.

1B228 Kolonni ta' distillazzjoni idroġenu-krijoġeniku li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:

a. Iddisinjati biex jaħdmu b' temperaturi interni ta' 35 K (- 238 °Ċ) jew inqas;

b. Iddisinjati għal ħidma bi pressjoni interna ta' 0,5 to 5 MPa;

ċ. Ikkostruwiti minn wieħed jew l-ieħor:

1. Stainless steel tas-serje 300 b'kontenut ta' sulfur u b'austenitic ASTM (jew standard ekwivalenti) numru tal-qies tal-farka ta' 5 jew ikbar; jew

2. Materjali ekwivalenti li huma t-tnejn krijoġeniċi u H2-kompatibbli; u

d. B'djametri interni ta' 1 m jew ikbar u tulijiet effettivi ta' 5 m jew ikbar.

1B229 Kolonni ta' l-iskambju fi trej ta' sulfid ilma-idroġenu u "kuntratturi interni", kif ġej:

Nota:

Għal kolonni li huma ddisinjati jew ippreparati apposta għal produzzjoni ta' ilma tqil ara 0B004.

a. Kolonni ta' l-iskambju fi trej ta' sulfid ilma-idroġenu, li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:

1. Jistgħu jaħdmu fi pressjonijiet ta' 2 MPa jew ikbar;

2. Ikkostruwiti b' azzar karbonju li għandu austenitic ASTM (jew standard ekwivalenti) numru tal-qies tal-farka ta' 5 jew ikbar; u

3. B'djametru ta' 1,8 m jew ikbar;

b. "Kuntratturi interni" għal kolonni ta' l-iskambju fi trej ta' sulfid ilma-idroġenu speċifikati f'1B229.a.

Nota Teknika:

"Kuntratturi interni" tal-kolonni huma trejs issegmentati li għandhom djametru mmuntat effettiv ta' 1,8 m jew ikbar, huma ddisinjati biex jiffaċilitaw il-kuntatt mal-kontrokurrent u huma kostruwiti mill-stainless steel b'kontenut ta' karbonju ta' 0,03 % jew inqas. Dawn jistgħu jkunu trejs biex jgħarblu, valv trejs, bubble cap trejs, jew turbogrid trejs.

1B230 Pompi kapaċi jiċċirkolaw soluzzjonijiet ta' katalizzatur ta' potassju amid konċentrati jew iddilwat f'ammonja likwida (KNH2/NH3), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Mitbuqin (i.e., ermetikament issiġillati);

b. Kapaċità ikbar minn 8,5 m3/h; u

ċ. Wieħed jew l-ieħor mill-karatteristċi li ġejjin:

1. Għal soluzzjonijiet ta' potassju amid konċentrat (1 % jew ikbar), pressjoni ta' meta jiffunzjona ta' 1,5 sa 60 MPa; jew

2. Għal soluzzjonijiet ta' potassju amid iddilwat (inqas minn 1 %), pressjoni ta' meta jiffunzjona ta' 20 sa 60 MPa.

1B231 Faċilitajiet jew impjanti ta' tritju, u apparat għalihom, kif ġej:

a. Faċilitajiet u impjanti għal produzzjoni, rkuprar, estrazzjoni, konċentrazzjoni, jew immaniġġjar ta' tritju;

b. Apparat għal faċilitajiet jew impjanti ta' tritju, kif ġej:

1. Unitajiet ta' tkessiħ ta' idroġenu jew elju kapaċi li jkessħu sa 23 K (- 250 °Ċ) jew inqas, b'kapaċità li jneħħu is-sħana ikbar minn150 W;

2. Sistemi ta' ħażna jew purifikazzjoni ta' l-iżotopi ta' idroġenu li jużaw metall idrur bħala l-mezz ta' ħażna jew purifikazzjoni.

1B232 Turboexpanders jew settijiet ta' kompressur-turboexpander li għandhom it-tnejn minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Iddisinjati biex jaħdmu f'temperatura tal-ftuħ ta' 35 K (- 238 °Ċ) jew inqas; u

b. Iddisinjati għal ammont ta' gass idroġenu li jkun proċessat ta' 1000 kg/h jew ikbar.

1B233 Faċilitajiet jew impjanti tas-separazzjoni ta' l-isotopu tal-litju, u apparat għalihom, kif ġej:

a. Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju;

b. Apparat għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju, kif ġej:

1. Kolonni ta' l-iskambju tal-likwidu-likwidu ippakjati ddisinjati apposta għal amalgami tal-litju;

2. Pompi tal-merkurju jew amalgam tal-litju;

3. Ċelloli ta' l-elettrolisi ta' l-amalgam tal-litju;

4. Evaporaturi għas-soluzzjoni ta' litju idrossidu konċentrat.

1C Materjali

Nota Teknika:

Metalli u liegi:

Jekk ma ssirx ebda disposizzjoni għall-kuntrarju, l-kliem "metalli" u "liegi" f'1C001 sa 1C012 jkopru forom mhux raffinati u semi-immanifatturi, kif ġej:

Forom mhux raffinati:

Anodi, blalen, stangi (inklużi stangi maqtugħin b'talja u stangi tal-wajer), billetti, blokok, watet, brickets, kejkijiet, katodi, kristalli, kubi, dadi, frak, granulati, ingotti, bċejjeċ, gerbub, masses tawwalin, trab, rondelles, balla, ċangaturi, biċċiet tal-metall tond, sponża, stikek;

Forom semi-immanifatturi (sew jekk miksija, bbanjati, mtaqqbin jew ippanċjati u sew jekk le):

a. Materjali tal-ferrobattut jew immanifatturati billi tirrombla, tiġbed, tagħfas biex tagħti forma, tikwi, tikwi b'impatt, tippressa, trammel, tatomizza, u titħan, i.e.: angoli, kanali, ċrieki, disks, trab, biċċiet żgħar, fuljetti u folji, kiwi ta' metalli, folja, trab, pressar u stampar, linji twal, ċrieki, vireg (inklużi vireg issaldjati, vireg tal-wajer, u vireg irromblati), taqsimiet, forom, folji, strixxa, pajp u tubi (inklużi tubu sfera, kaxxi, u toqob), wajer imġebbed jew magħfus;

b. Materjal maħdum prodott b' ikkastjar ġo ramel, kon, metall, impjastru jew tipi ta' forom oħra, inklużi kkastjar bi pressjoni għolja, forom magħqudin bis-sħana, u forom magħmula minn trab metallurġiku.

L-oġġett tal-kontroll m'għandux ikun mgħelub mill-esportazzjoni ta' forom mhux elenkati allegati li huma prodotti lesti imma li jirrapreżentaw fir-realtà forom mhux raffinati jew forom semi-immanifatturati.

1C001 Materjali ddisinjati apposta għal użu bħala assorbituri ta' mewġ elettromanjetiku, jew polimeri intrinsikament konduttivi, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 1C101.

a. Materjali biex jassorbu frekwenzi li jiskorru 2 × 108 Hz imma inqas minn 3 × 1012 Hz;

Nota 1:

1C001.a. ma jikkontrollax:

a. Assorbituri b'tip ta' xagħar, magħmula minn fibri naturali jew sintetiċi, mingħajr l-effett tal-kalamita biex jipprovdu l-assorbiment;

b. Assorbituri li għandhom effett manjetiku u li l-wiċċ li fuqu jaqgħu r-raġġi ma għandux forma ċatta, inklużi piramidi, konijiet, ifilsa u uċuħ irregolari;

ċ. Assorbituri ċatti li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Magħmula minn wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Materjali tal-fowm (plastiku) (flessibli jew mhux flessibli) b'ammont kbir ta' karbon, materjali organiċi, inkluż rabbata, li jipprovdu aktar minn 5 % eku kkomparat ma' metall b'sensiela ta' frekwenzi li jiskorru ± 15 % tal-frekwenza fiċ-ċentru ta' l-enerġija inċidentali, u mhux kapaċi jirreżistu għal temperaturi li jiskorru 450 K (177 °Ċ); jew

b. Materjali taċ-ċeramika li jipprovdu aktar minn 20 % eku kkomparat ma' metall b'sensiela ta' frekwenzi li jiskorru ± 15 % tal-frekwenza fiċ-ċentru ta' l-enerġija inċidentali, u mhux kapaċi jirreżistu għal temperaturi li jiskorru 800 K (527 °Ċ);

Nota Teknika:

Kampjuni għall-prova ta' assorbiment għal 1C001.a. Nota: 1.ċ.1. għandhom ikunu kaxxa b'ta' l-inqas 5 tulijiet ta' mewġ tal-frekwenza taċ-ċentru fuq naħa (ġenb) u mqiegħda fil-qasam imbiegħed ta' l-element tar-radjazzjoni.

2. Reżistenza tal-qawwa tal-materjal inqas minn 7 × 106 N/m2; u

3. Reżistenza kompressiva inqas minn 14 × 106 N/m2;

d. Assorbituri ċatti magħmula minn tip ta' minerali li jkollhom il-ħadid fihom:

1. Gravità speċifika li tiskorri 44; u

2. Temperatura massima li taħdem ta' 548 K (275 °Ċ).

Nota 2:

Xejn min-Nota 1 ta' 1C001.a. ma jħalli materjali ta' kalamita biex jipprovdu assorbiment meta jkunu misjuba fiħ-żebgħa.

b. Materjali biex jassorbu frekwenzi li jiskorru 1,5 × 1014 Hz imma inqas minn 3,7 × 1014 Hz u mhux trasparenti għad-dawl viżibbli;

ċ. Materjali polimeriċi intrinsikament konduttivi b'"konduttività l-biċċa l-kbira elettrika" li jiskorru 10000 S/m (Siemens kull metru) jew "folja (wiċċ) ta' resistività" ta' inqas minn 100 ohms/square, ibbażati fuq waħda mill-polimeri li ġejjin:

1. Polianilin;

2. Polipirrol;

3. Politiofenu;

4. Polifenilin-vinjalin; jew

5. Polytenilin-vinjalin.

Nota Teknika:

"konduttività l-biċċa l-kbira elettrika" u "folja (wiċċ) ta' resistività" għandhom ikunu determinati bl-użu ta' ASTM D-257 jew ekwivalenti nazzjonali.

1C002 Ligi tal-metall, trab tal-ligi tal-metall u materjali bil-ligi, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 1C202.

Nota:

1C002 ma jikkontrollax ligi tal-metall, trab tal-ligi tal-metall u materjali tal-ligi biex jinksew materjali li fuqhom taħdem l-enżima.

Noti Tekniċi:

1. Il-ligi tal-metall f'1C002 huma dawk li jkollhom persentaġġ ogħla bil-piż tal-metall imsemmi iktar minn kull element ieħor.

2. Ir-reżistenza tal-piż qabel il-materjal jinqasam, għandha titkejjel skond ASTM ta' standard E-139 jew ekwivalenti nazzjonali.

3. Il-ħsara li ssir fuq il-materjal wara li jintuża għandha titkejjel skond ASTM ta' Standard E-606 "Prattika Rakkomandata għall-Prova tal-Ħsara li Ssir fuq il-Materjal wara Li Jintuża b'Abbundanza Kostanti" jew ekwivalenti nazzjonali. Il-prova għandha tkun fuq il-fus bi proporzjon ta' stress medju ekwivalenti għal 1 u fattur b'konċentrazzjoni ta' stress (Kt) ekwivalenti għal 1. L-istress medju hu definit bħala stress massimu li minnu jitnaqqas l-istress minimu u ddividid (imqassam) bl-istress massimu.

a. Aluminidi, kif ġej:

1. Aluminidi tan-Nikil li jkollhom piż minimu bi 15 fil-mija ta' aluminju, piż massimu bi 38 fil-mija ta' aluminju u ta' l-inqas element ieħor tal-liga;

2. Aluminidi tat-Titanju li jkollhom piż ta' 10 fil-mija jew aktar ta' aluminju u ta' l-inqas element ieħor tal-liga;

b. Ligi tal-metall, kif ġejjin, magħmula minn materjal speċifikat f'1C002.ċ.:

1. Ligi tan-Nikil b':

a. Ir-reżistenza tal-piż tal-materjal meta jintuża għal 10000 siegħa jew itwal b' 923 K (650 °Ċ) bi stress ta' 676 MPa; jew

b. Il-ħsara li ssir wara li l-materjal ikun intuża għal 10000 ċiklu jew aktar b'823 K (550 °Ċ) bi stress massimu ta' 1095 MPa;

2. Ligi tan-Nijobju b':

a. Ir-reżistenza tal-piż tal-materjal meta jintuża għal 10000 siegħa jew itwal b'1073 K (800 °Ċ) bi stress ta' 400 MPa; jew

b. Il-ħsara li ssir wara li l-materjal ikun intuża għal 10000 ċiklu jew aktar b' 973 K (700 °Ċ) bi stress massimu ta' 700 Pa;

3. Ligi tat-Titanju b':

a. Ir-reżistenza tal-piż tal-materjal meta jintuża għal 10000 siegħa jew itwal b' 723 K (450 °Ċ) bi stress ta'200 MPa; jew

b. Il-ħsara li ssir wara li l-materjal ikun intuża għal 10000 ċiklu jew aktar b' 723 K (450 °Ċ) bi stress massimu ta' 400 MPa;

4. Ligi ta' l-Aluminju b'reżistenza qawwija tal-materjal ta':

a. 240 MPa jew aktar b'473 K (200 °Ċ); jew

b. 415 MPa jew aktar b'298 K (25 °Ċ);

5. Ligi tal-Magniżju b':

a. Reżistenza qawwija tal-materjal ta' 345 MPa jew aktar; u

b. Rata ta' korrużjoni ta' inqas minn 1 mm/sena f'soluzzjoni ta' l-ilma bi klorur tas-sodju ta' 3 % imkejla skond l-ASTM ta' standard G-31 jew ekwivalenti nazzjonali;

ċ. Trab tal-ligi tal-metall jew materjal partikolat (partikolarità sostanzjali) għal materjal, li għandu dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Magħmul minn waħda minn dawn is-sistemi li ġejjin ta' komposizzjoni:

Nota Teknika:

X f'dawn li ġejjin tfisser element wieħed tal-ligi jew aktar.

a. Ligi tan-Nikil (Ni-Al-X, Ni-X-Al) ikkwalifikati għall-partijiet jew komponenti tal-magni tat-turbini, i.e. b'inqas minn 3 partiċelli mhux metalliċi (introdotti waqt il-proċess iffabbrikat) iktar minn100 μm f'109 partiċelli tal-ligi;

b. Ligi tan-Nijobju (Nb-Al-X or Nb-X-Al, Nb-Si-X or Nb-X-Si, Nb-Ti-X or Nb-X-Ti);

ċ. Ligi tat-Titanju (Ti-Al-X or Ti-X-Al);

d. Ligi ta' l-Aluminju (Al-Mg-X or Al-X-Mg, Al-Zn-X or Al-X-Zn, Al-Fe-X jew Al-X-Fe); jew

e. Ligi tal-Magniżju (Mg-Al-X or Mg-X-Al);

2. Magħmula f'ambjent ikkontrollat minn wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin:

a. "Atomazzjoni ġoll-Vaku";

b. "Atomazzjoni tal-Gass";

ċ. "Atomazzjoni li ddur";

d. "It-tiksiħ ta' metall jaħraq ġo l-ilma kiesaħ";

e. "Tidwib permezz tar-rotazzjoni" u "tkissir fi frammenti";

f. "Estrazzjoni tat-tidwib" u "tkissir fi frammenti"; jew

g. "Liga mekkanika"; u

3. Kapaċi tifforma materjali speċifikati f'1C002.a. jew 1C002.b.

d. Materjali tal-ligi, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Magħmula minn waħda mis-sistemi speċifikati tal-komposizzjoni f'1C002.ċ.1.;

2. Fil-forma ta' biċċiet mhux imkissra fi frammenti, żigarelli jew vireg irqaq;

3. Prodotti f'ambjenti ikkontrollat minn wieħed minn dawn li ġejjin:

a. "It-tiksiħ ta' metall jaħraq ġo l-ilma kiesaħ";

b. "Tidwib permezz tar-rotazzjoni"; jew

ċ. "Estrazzjoni tat-tidwib".

1C003 Metalli bil-kalamita, ta' kull tip u ta' kwalunkwe forma, li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a. Permeabilità inizjali relattiva ta'120000 jew aktar u ħxuna ta' 0,05 mm jew inqas;

Nota Teknika:

Il-kejl tal-permeabilità inizjali għandu jsir fuq materjali msaħħna kompletament.

b. Ligi bil-bidla ta' dimensjonijiet fil-materjal tal-ħadid, li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1. Bidla ta' dimensjonijiet fil-materjal tal-ħadid saturat ta' aktar minn 5 × 10-4; jew

2. Fattur li jwaħħad il-manjetomekkanika (k) ta' aktar minn 0,8; jew

ċ. Strippi tal-ligi bla sura jew "nanokristallin", li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Komposizzjoni li għandha piż minimu ta' 75 fil-mija tal-ħadid, kobalt jew nikil;

2. L-ogħla qawwa ta' kalamita (x'ħin l-oġġett tqiegħu ħdejn kalamita oħra u jsir kalamita hu) (Bs) ta' 1,6 T jew aktar; u

3. Waħda minn dawn li ġejjin:

a. Ħxuna ta' strippa ta' 0,02 mm jew inqas; jew

b. Reżistività elettrika ta' 2 × 10-4 ohm ċm jew aktar.

Nota Teknika:

Materjali "nanokristallini" f'1C003.ċ. huma dawk il-materjali li għandhom daqs ta' farka ta' kristall ta' 50 nm jew inqas, kif determinati bid-devjazzjoni ta' l-eksrej.

1C004 ligi tat-titanju uranju jew ligi tat-tangstinn b'"matriċi" ibbażati fuq il-ħadid, nikil jew ram, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

a. Densità li tiskorri 17,5 g/ċm3;

b. Limitu elastiku li jiskorri 880 MPa;

ċ. Ir-reżistenza qawwija tal-materjal li tiskorri1270 MPa; u

d. Tul li jiskorri 8 %.

1C005 kondutturi li minnhom jgħaddi l-elettriku "mħallta""superkonduttivi" li minnhom jgħaddi d-dawl b'tulijiet li jiskorru 100 m jew b'toqol li jiskorri 100 g, bħalma ġej:

a. Kondutturi li minnhom jgħaddi d-dawl "imħallta""superkonduttivi" tal-multifilament li jkollhom filament wieħed jew aktr tan-nobju-titanju:

1. Ingastati f'"matriċi" barra l-"matriċi" mħallta bir-ram jew ibbażati fuq ir-ram; jew

2. Li jkollhom żona li tirrappreżenta kull taqsima b'dijametru ta' inqas minn 0,28 × 10-4 mm2 (6 μm għal filamenti ċirkulari);

b. Kondutturi li minnhom jgħaddi l-elettriku "mħallta""superkonduttivi" li jikkonsistu minn wieħed jew aktar filamenti "superkonduttivi" barra dawk nijobju-titanju, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. "Temperatura kritika" b'induction ta' kalamita żero li tiskorri 9,85 K (- 263,31 °Ċ) imma inqas minn 24 K (- 249,16 °Ċ);

2. Żona li tirrappreżenta kull taqsima inqas minn 0,28 × 10-4 mm2; u

3. Tibqa' fl-istat "superkonduttiv" f'temperatura ta' 4,2 K (- 268,96 °Ċ) meta tkun esposta f'qasam ta' kalamita li tikkorrispondi ma' induction ta' kalamita ta' 12 T.

1C006 Fluwidi u materjali illubrifikati, bħalma ġejjin:

a. Fluwidi idrawliċi li, bħala ingredjenti prinċipali tagħhom, ikollhom wieħed mill-kompawnds jew materjali li ġejjin:

1. Żjut silaidrakarboni sintetiċi, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

Nota Teknika:

Għall-għan ta'1C006.a.1., żjut silaidrakarboni ikollhom esklussivament silikon, idroġenu u karbon.

a. It-temperatura li fiha jaqbad il-materjal li jiskorri 477 K (204 °Ċ);

b. L-inqas temperatura li fiha ż-żejt minerali jgħum taħt kondizzjonijiet speċifiċi, ta' 239 K (- 34 °Ċ) jew inqas;

ċ. Indiċi ta' viskożità ta' 75 jew iktar; u

d. Stabilità termali ta' 616 K (343 °Ċ); jew

2. Klorofluworkarboni, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

Nota Teknika:

Għall-għan ta' 1C006.a.2., klorofluworkarboni esklussivament ikollhom karbon, fluworun u klorin.

a. Mingħajr temperatura li fiha jaqbad il-materjal;

b. Temperatura ta' ignixin awtoġenu li tiskorri 977 K (704 °Ċ);

ċ. L-inqas temperatura li fiha ż-żejt minerali jgħum taħt kondizzjonijiet speċifiċi, ta' 219 K (- 54 °Ċ) jew inqas;

d. Indiċi ta' viskożità ta' 80 jew aktar; u

e. Temperatura ta' tgħallih ta' 473 K (200 °Ċ) jew ogħla;

b. Materjali lubrikanti li bħala l-ingredjenti prinċipali tagħhom, ikollhom wieħed mill-komponenti jew materjali li ġejjin:

1. Etere tal-fenilin jew alkilfenilin tio-etere, jew it-taħlita tagħhom, li jkollhom fihom aktar minn żewġ funzjonijiet ta' etere jew tio-etere jew taħlita tagħhom; jew

2. Fluwidi tas-silikon fluworinat b' viskożità ta' inqas minn 5000 mm2/s (5000 ċentinajjar) imkejla b'298 K (25 °Ċ);

ċ. Fluwidi umdużi jew imħallta bil-purità li tiskorri 99,8 %, li jkollhom inqas minn 25 partiċella ta' 200 μm jew ikbar fil-qies għal kull 100 ml u magħmula minn ta' l-inqas 85 % ta' wieħed mill-komponenti jew materjali li ġejjin:

1. Dibromotetrafluoroethane;

2. Polychlorotrifluoroethylene (modifikazzjonijiet biss taż-żejt u tax-xama'); jew

3. Polybromotrifluoroethylene;

d. Fluwidi kesħin elettroniċi fluworokarboni, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. li għandhom piż ta' 85 % jew aktar minn waħda minn dawn li ġejjin, jew taħlitiet tagħhom:

a. Forom monomeriċi ta' perfluoropolyalkylether-triazines jew perfluoroaliphatic-ethers;

b. Perfluoroalkylamines;

ċ. Perfluorocycloalkanes; jew

d. Perfluoroalkanes;

2. Densità ta' 298 K (25 °) ta'1,5 g/ml jew aktar;

3. Fi stat likwidu ta' 273 K (0 °); u

4. U jkollha piż ta' 60 % jew aktar ta' florin.

Nota Teknika:

Għall-għan ta'1C006:

a. It-temperatura li fiha jaqbad il-materjal hija determinata bl-użu tal-Metodu Cleveland Open Cup imfisser f'ASTM D-92 jew ekwivaleni nazzjonali;

b. L-inqas temperatura li fiha ż-żejt minerali jgħum taħt kondizzjonijiet speċifiċi hija determinata bl-użu tal-metodu mfisser f'ASTM D-97 jew ekwivalenti nazzjonali;

ċ. Indiċi ta' viskożità huwa determinat bl-użu tal-metodu mfisser f'ASTM D-2270 jew ekwivalenti nazzjonali;

d. Stabilità termali hija determinata bil-proċedura tal-prova li ġejja jew ekwivalenti nazzjonali:

Għoxrin ml ta' fluwidu li qiegħed għall-prova jitqiegħed f'kamra ta' l-azzar li ma jittebbax ta' 46 ml tip 317 li jkollha waħdam inn kull ballun b'diametru (nominali) ta' 12,5 mm ta' azzar ta' l-għodda M-10, 52100 azzar u bronż navali (60 % Cu, 39 % Zn, 0,75 % Sn);

Il-kamra titnaddaf bin-nitroġenu, magħluqa fi pressa atmosferika u t-temperatura mtellgħa u miżmuma sa 644 ± 6 K (371 ± 6 °) għal sitt sigħat;

Il-kampjun ikun ikkonsidrat stabbli termalment jekk, fi tmiem tal-proċedura t'hawn fuq imsemmija, jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. It-telf fil-piż ta' kull ballun huwa inqas minn 10 mg/mm2 tal-wiċċ tal-ballun;

2. Il-bidla fil-viskożità oriġinali kif determinata b'311 K (38°) hija inqas minn 25 %; u

3. L-aċidu totali jew in-numru bażi huwa inqas minn 0,40;

e. It-temperatura ta' l-ignixin ta' l-awtoġenu hija determinata bl-użu tal-metodu mfisser f'ASTM E-659 jew ekwivalenti nazzjonali.

1C007 Materjali ta' bażi ċeramika, materjali taċ-ċeramika mhux "imħallta", materjali "mħallta" tal-"matriċi" taċ-ċeramika u materjali prekursuri, bħalma ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 1C107.

a. Materjali tal-bażi ta' borides kumplessi jew singli ta' titanju li jkollhom impuritajiet metalliċi totali, eskluż ożidiet intenzjonali, ta' inqas minn 5000 ppm, qies ta' partiċella medja daqs jew inqas minn 5 μm u mhux iktar minn10 % tal-partiċelli ikbar minn10 μm;

b. Materjali taċ-ċeramika mhux "imħallta" fil-forma mhux raffinata jew nofsha ffabbrikata:, magħmula minn borides ta' titanju b'densità ta' 98 % jew aktar tad-densità teoretika;

Nota:

1C007.b. ma jikkontrollax il-barraxa (ħruxija).

ċ. Materjali "mħallta" biċ-ċeramika b'"matriċi" tal-ħġieġ jew ossidu u msaħħa b'fibri li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Magħmula minn wieħed mill-materjali li ġejjin:

a. Si-N;

b. Si-C;

ċ. Si-Al-O-N; jew

d. Si-O-N; u

2. Li għandhom reżistenza speċifika tal-qawwa tal-materjal li tiskorri 12,7 × 103 m;

d. Materjali "mħallta" biċ-ċeramika, b'fażi metallika kontinwa jew mingħajrha, li jinkorporaw partiċelli, whiskers jew fibri, billi karbajds jew nitrodi ta' silikon, żirkonju jew boron jiffurmaw il-"matriċi";

e. Materjali prekursuri (i.e., materjali polimeriċi jew metallo-organiċi ta' għan speċjali) biex tkun prodotta kull fażi jew fażijiet tal-materjali speċifikati f'1C007.ċ., kif ġej:

1. Polydiorganosilanes (biex ikun prodott karbajd tas-silikon);

2. Polysilazanes (biex ikun prodott nitrodu tas-silikon);

3. Polycarbosilazanes (biex tkun prodotta ċeramika b'komponenti tas-silikon, karbon u nitroġenu);

f. Materjali "mħallta" biċ-ċeramika b'"matriċi" tal-ħġieġ jew ta' l-ossidu msaħħa b'fibri kontinwi minn waħda mis-sistemi li ġejjin:

1. Al2O3; jew

2. Si-C-N.

Nota:

1C007.f. ma jikkontrollax "taħlitiet" li jkollhom fibri minn dawn is-sistemi b'fibra tar-reżistenza tal-qawwa tal-materjal ta' inqas minn 700 MPa b' 1273 K (1000 °Ċ) jew fibra b'reżistenza tal-qawwa tal-materjal ta' aktar minn 1 % pressjoni qawwija (tal-biża') b'tagħbija ta'100 MPa u 1273 K (1000 °Ċ) għal mitt siegħa.

1C008 Sustanzi polimeriċi mhux fluworinati, kif ġej:

a. 1. Bismaleimidi;

2. Poliamidi-imidi aromatiċi;

3. Polimidi aromatiċi;

4. Politerimidi aromatiċi li għandhom temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) li tiskorri 513 K (240 °Ċ) determinata bl-użu tal-metodu xott imfisser f'ASTM D 3418;

Nota:

1C008.a. ma jikkontrollax trab iffurmat b'kompressjoni mhux bil-fjus jew forom imfasslin.

b. Kopolimeri termoplastiċi likwidi tal-kristall li għandhom temperatura mgħawġa (distorta) ta' sħana li tiskorri 523 K (250 °Ċ) ikkalkulata skond l-ASTM D-648, metodu A, jew ekwivalenti nazzjonali, b'tagħbija ta'1,82 N/mm2 u magħmula minn:

1. Waħda minn dawn li ġejjin:

a. Fenilin, bifenilin jew naftalin; jew

b. Metil, butil-terzjarju jew fenil sostitwiti mill-fenilin, bifenilin jew naftalin; u

2. Wieħed mill-aċidi li ġejjin:

a. Aċidu tereftaliku;

b. Aċidu 6-idrossu-2 naftojku; jew

ċ. Aċidu 4-idrossubenżojku;

ċ. Ketoni etere poliarilin, kif ġej:

1. Keton etere polietere (PEEK);

2. Keton keton polietere (PEKK);

3. Keton polietere (PEK);

4. Keton keton eter keton polietere (PEKEKK);

d. Ketoni poliarilin;

e. kubrit tal-poliarilin, billi l-grupp arilin huwa bifenilin, trifenilin jew tagħqida tagħhom;

f. Polybiphenylenethersulphone.

Nota Teknika:

It-temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) għal materjali1C008 hija determinata bl-użu tal-metodu mfisser f'ASTM D 3418 bl-użu tal-metodu xott.

1C009 Kompawnds fluworinati mhux ipproċessati, kif ġej:

a. Kopolimeri ta' fluoride vinilidin li għandhom 75 % jew aktar ta' struttura beta kristallina mingħajr tiġbid;

b. Polimidi fluworinati li għandhom piż ta'10 % jew aktar ta' fluworu kkombinat;

ċ. Elastomeri tal-fosfażin fluworinat li għandhom piż ta' 30 % jew aktar ta' fluworu kkombinat.

1C010 "Materjali fibrużi jew filamentari" li jistgħu jintużaw f'"matriċi" organiku, "matriċi" metalliku jew strutturi jew folji "mħallta""matriċi" tal-karbon kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 1C210.

a. "Materjali fibrużi jew filamentari", li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. "Modulu speċifiku" li jiskorri 12,7 × 106 m; u

2. "Reżistenza qawwija speċifika tal-materjal" li tiskorri 23,5 × 104 m;

Nota:

1C010.a. ma jikkontrollax politilin.

b. "Materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbon, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. "Modulu speċifiku" li jiskorri 12,7 × 106 m; u

2. "Reżistenza qawwija tal-materjal" li tiskorri 23,5 × 104 m;

Nota:

1C010.b. ma jikkontrollax insiġ (drapp) magħmul minn "materjali fibrużi jew filamentari" għat-tiswija ta' strutturi ta' l-ajruplani jew kisi, li d-daqs tal-folji individwali fihom ma jiskorrix 50 ċm × 90 ċm.

Nota teknika:

Propertajiet għal materjali mfissra f'1C010.b. għandhom ikunu determinati bl-użu ta' metodi SACMA rakkomandati SRM 12 għal 17, jew provi ekwivalenti nazzjonali għall-irmonkar, bħall-Istandard Industrijali ĠappuniżJIS-R-7601, Paragrafu 6.6.2., u bbażati fuq medja lotta.

ċ. "Materjali fibrużi jew filamentari" inorganiċi, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. "Modulu speċifiku" li jiskorri 2,54 × 106 m; u

2. Punt ta' tidwib, irtubija, dekomposizzjoni jew sublimazzjoni li jiskorri1922 K (1649 °Ċ) f'amjent mitluq;

Nota:

1C010.ċ. ma jikkontrollax:

1. Fibri ta' l-alumina polikristallin, multifażi, diskontinwi ġo fibri mqattgħin jew fil-forma każwali, li jkollhom piż ta' 3 fil-mija jew aktar mis-silika, b'modulu speċifiku ta' inqas minn 10 × 106 m;

2. Fibri tal-ligi molibdenum u molibdenum;

3. Fibri tal-boron;

4. Fibri diskontinwi taċ-ċeramika b'punt ta' tidwib, irtubija, dekomposizzjoni u sublimazzjoni aktar baxxa minn 2043 K (1770 °Ċ) f'ambjent mitluq.

d. "Materjali fibrużi jew filamentari":

1. Magħmula minn wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Politerimidi speċifikati f'1C008.a.; or

b. Materjali speċifikati f'1C008.b. għal 1C008.f.; jew

2. Magħmula minn materjali speċifikati f'1C010.d.1.a. jew 1C010.d.1.b. u "mħallta" ma' fibri oħra speċifikati f'1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.ċ.;

e. Fibri magħmula (imlaqqma) mir-reżin jew miż-żift/qatran(prepregs), fibri tal-metall jew miksija bil-karbon (materja prima) jew "materja prima tal-fibri tal-karbon", bħalma ġej:

1. Magħmula minn "materjali fibrużi jew filamentari" speċifikati f'1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.ċ.;

2. Magħmula minn "materjali fibrużi jew filamentari" organiċ jew tal-karbon:

a. B'"reżistenza qawwija tal-materjal" li tiskorri17,7 × 104 m;

b. B'"modulu speċifiku" li jiskorri 10,15 × 106 m;

ċ. Mhux ikkontrollati minn 1C010.a. jew 1C010.b.; u

d. Meta jkunu mlaqqma b'materjali speċifikati f'1C008 jew 1C009.b., li jkollhom temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) li tiskorri 383 K (110 °Ċ) jew br-reżini fenoliċi jew ta' l-epossi li jkollhom temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) daqs jew tiskorri 418 K (145 °Ċ).

Nota:

1C010.e. ma jikkontrollax:

a. "Materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbon magħmul minn "matriċi" tar-reżin ta' l-epossi (prepregs) għat-tiswija ta' l-istrutturi ta' l-ajruplani jew għall-kisi, li fihom, id-daqs tal-foji inividwali tal-prepreg ma jiskorrix 50 ċm × 90 ċm;

b. Prepregs meta jkollhom reżini fenoliċi jew epossi li jkollhom temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) inqas minn 433 K (160 °Ċ) u temperatura ta' kura aktar baxxa mit-temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ.

Nota Teknika:

It-temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) għal 1C010.e. materjali hija determinata bl-użu tal-metodu mfisser f'ASTM D 3418 bl-użu tal-metodu xott. It-temperatura tat-transizzoni tal-ħġieġ għal reżini fenoliċi u epossi hija determinata bl-użu tal-metodu mfisser f'ASTM D 4065 bil-frekwenza ta' 1 Hz u rata tas-sħana ta' 2 K (°Ċ) kull minuta bl-użu tal-metodu xott.

1C011 Metalli u kompawnds, bħalma ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL KONTROLLI DWAR IL-MERKANZIJA MILITARI u 1C111.

a. Metalli fid-daqs ta' partiċella ta' inqas minn 60 μm sew jekk sferikali, atomizzata, sferojdali, f'biċċiet jew mitħuna, iffabbrikati minn materjal li jikkonsisti minn 99 % jew aktar ta' żirkonju, magneżju u ligi minn dawn;

Nota Teknika:

Il-kontenut naturali ta' l-afnijum fiż-żirkonju (tipikament 2 % għal 7 %) huwa magħdud maż-żirkonju.

Nota:

Il-metalli jew il-ligi msemmija f'1C011.a. huma kkontrollati jekk il-metalli jew il-ligi humiex imfesdqin jew le bl-aluminju, magneżju, żirkonju jew berillju.

b. Boron jew karbajd tal-boron ta' 85 % purità jew iktar u daqs ta' partiċella ta' 60 μm jew inqas;

Nota:

Il-metalli jew il-ligi msemmija f'1C011.b. huma kkontrollati jekk il-metalli jew il-ligi humiex imfesdqin jew le fl-aluminju, magneżju, żirkonju jew berillju.

ċ. Nitratu tal-Gwanidin;

d. Nitrogwanidin (NQ) (CAS 556-88-7).

1C012 Materjali kif ġej:

Nota Teknika:

Dawn il-materjali huma wżati tipikament għal għejun tas-sħana nukleari.

a. Plutonju f'kull forma b'analisi iżotopika tal-plutonju ta' plutonju-238 ta' piż aktar minn 50 %;

Nota:

1C012.a. ma jikkontrollax:

a. Merkanziji b'kontenut ta' plutonju ta' 1 g jew inqas;

b. Merkanziji ta' 3 "grammi effettivi" jew inqas meta jkunu jinsabu f'komponent ta' taħsis fl-istrumenti.

b. Neptunjum-237 "Isseparat minn Qabel" f'kull forma.

Nota:

1C012.b. ma jikkontrollax merkanziji b'kontenut ta' neptjunjum-237 ta'1 g jew inqas.

1C101 Materjali u apparati biex jitnaqqsu l-osservazzjonijiet bħal riflessività tar-radar, firem ultravjola/infrared u firem akustiċi, barra minn dawk speċifikati f'1C001, użati f'"missili" u s-subsistemi tagħhom.

Nota 1:

1C101 tinkludi:

a. Kisi u materjali strutturali ppjanati speċifikament għal riflessività mnaqqsa tar-radar;

b. Kisi, inkluż żebgħa, maħsuba speċifikament għal riflessività jew emissività mnaqqsa jew magħmula apposta fil-microwave, oqsma infrared jew ultravjola ta' l-ispettru elettromanjetiku.

Nota 2:

1C101 ma jinkludix kisi meta wżat speċifikament għall-kontroll termali tas-satelliti.

1C102 Materjali tal-karbon-karbon pirolizzati risaturati maħsuba għal makkinarji ta' l-ispazju introdotti speċifikament f'9A004 jew rokits tal-ħsejjes speċifikati f'9A104.

1C107 Materjali tal-graffit u ċ-ċeramika, barra minn dawk speċifikati f'1C007, bħalma ġej:

a. Graffiti bil-balk b'farka fina rikristalizzata li għandhom densità kbira ta' 1,72 g/ċm3 jew ikbar, imkejla b' 288 K (15 °Ċ), u għandhom d-daqs ta' farka ta' 100 mikrometri jew inqas, użata għall-gdiedem tal-"missila" u reentry vehicle nose tips, bħalma ġej:

1. Ċilindri li għandhom diametru ta'120 mm jew akbar u tul ta' 50 mm jew akbar;

2. Tubi li għandhom diametru ta' ġewwa ta' 65 mm jew ikbar u ħxuna ta' ħajt ta'25 mm jew ikbar u tul ta' 50 mm jew ikbar;

3. Blokkijiet li għandhom daqs ta' 120 mm × 120 mm × 50 mm jew ikbar;

Nota:

Ara wkoll 0C004

b. Graffiti pirolitiċi jew fibrużi msaħħa, għall-użu taż-żennuniet ta' "missila" u dħul mill-ġdid tat-tarf ta' l-imnieħer tal-vettura;

Nota:

Ara wkoll 0C004

ċ. Materjali mħallta biċ-ċeramika (kostantament dielettriċi inqas minn 6 fuq frekwenzi minn 100 Hz għal 10000 MHz) għall-użu ta' radomi ta' "missila";

d. Ċeramika bil-balk mhux maħruqa msaħħa bis-silikon-karbajd u makkinizzata bil-balk, għall-użu tat-tarf ta' l-imnieħer tal-"missila".

1C111 Propellanti u kimiki elettriċi għall-propellanti, barra dawk speċifikati f'1C011, bħalma ġej:

a. Sustanzi propulsivi:

1. Trab sferiku ta' l-aluminju, barra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, bi frak ta' diametru ta' għamla waħda ta' inqas minn 200 μm u kontenut ta' aluminju ta' piż 97 % jew aktar, jekk ta' l-inqas10 % tal-piż totali hu magħmul minn partiċelli ta' inqas minn 63 μm, skond l-ISO 2591:1988 jew ekwivalenti nazzjonali;

Nota Teknika:

Daqs ta' partiċella ta' 63 μm (ISO R-565) tikkorrespondi għal xibka ta' 250 (Tyler) jew xibka ta' 230 (ASTM standard E-11).

2. Karburant tal-metall, barra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, f'daqsijiet ta' partiċella ta' inqas minn 60 μm, sew jekk hix sferika, atomizzata, sferojdali, f'biċċiet jew mitħuna, li tikkonsisti minn piż ta' 97 % jew aktar minn wieħed minn dawn li ġejjin:

a. żirkonju;

b. Berillju;

ċ. Magneżju; jew

d. Ligi tal-metalli speċifikati minn a. sa ċ. hawn fuq;

Nota Teknika:

Il-kontenut naturali ta' l-afnijum fiż-żirkonju (tipikament 2 % sa 7 %) huwa magħdud biż-żirkonju.

3. Sustanzi likwidi ta' l-ossidar kif ġej:

a. Triossidu dinitroġenu;

b. Tetrossidu nitroġenu diossidu/dinitroġenu;

ċ. Pentossidu dinitroġenu;

d. Ossidi Mħallta ta' Nitroġenu (MON);

Nota Teknika:

Ossidi Mħallta ta' Nitroġenu (MON) huma soluzzjonijiet ta' Ossidu Nitriku (NO) f'Diossidu Dinitroġenu Tetrossidu/Nitroġenu (N2O4/NO2) li jistgħu jintużaw f'sistemi ta' missila. Hemm sensiela ta' komposizzjonijiet li jistgħu jkunu mfissra bħala MONi jew MONij, billi i u j huma integers li jirrappreżentaw il-persentaġġ ta' l-Ossidu Nitriku fit-taħlita (e.ż., MON3 għandha 3 % ta' Ossidu Nitriku, MON25 25 % ta' Ossidu Nitriku. Limitu ogħla huwa MON40, piż ta' 40 %).

e. ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI

Aċidu Nitriku Daħna Ħamra (aħmar nar) ta' Inibizzjoni(IRFNA);

f. ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI U 1C238 GĦAL

Kompawnds komposti minn fluworu u wieħed jew aktar minn aloġeni oħra, ossiġenu jew nitroġenu.

b. Sustanzi polimeriċi:

1. Polybutadiene ta' karboss-mitmum. (CTPB);

2. Polybutadiene ta' idross-mitmum (HTPB), barra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari;

3. Aċidu Polybutadiene-acrylic (PBAA);

4. Polybutadiene-acrylic acid-acrylonitrile (PBAN);

ċ. Addittivi u aġenti oħra tal-propellant:

1. ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL

Butaċin;

2. Dinitratu tat-Triethylene glycol (TEGDN);

3. 2-Nitrodiphenylamine;

4. Trinitratu tat-trimethylolethane (TMETN);

5. Dinitratu tad-diethylene glycol (DEGDN);

6. Prodotti ferroċini barra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota:

Għall-propellanti u kimiki elettriċi għall-propellanti mhux speċifikati f'1C111, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

1C116 Azzar b'saħħtu (azzar li ġeneralment ikun ikkaratterizzat minn nikil għoli, kontenut ta' karbon baxx ħafna u l-użu ta' elementi sostituzzjonali jew preċipitati biex jipproduċu s-saħħa tal-materjal biż-żmien) li għandu reżistenza qawwija tal-materjal ta' 1500 Mpa jew ikbar, imkejla b'293 K (20 °Ċ), fil-forma ta' folja, platt jew tubu bi ħxuna ta' ħajt jew ta' platt ekwivalenti għal jew inqas minn 5 mm.

N.B.:

ARA WKOLL 1C216.

1C117 Tangstinn, molibdenum u ligi ta' dawn il-metalli fil-forma ta' partiċelli atomizzati jew sferiċi ta' għamla waħda b'diametru ta' 500 mikrometru jew inqas bil-purità ta' 97 % jew ikbar għall-fabbrikazzjoni ta' komponenti tal-mutur tal-"missila", i.e., irpar/tarki tas-sħana, żennuna tas-substratum, żennuna tal-grieżem u uċuħ tat-tniffid għall-kontroll tal-vettori.

1C118 Azzar mhux imtabba' tad-dupleks titanju-stabilizzat (Ti-DSS) li għandu dawn kollha li ġejjin:

a. Li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. li għandu piż ta' 17,0-23,0 fil-mija kromju u piż ta' 4,5-7,0 fil-mija nikil;

2. Li għandu kontenut ta' titanju ta' piż aktar minn 0,10 fil-mija; u

3. Mikrostruttura ferritika-awstenitika (msejħa wkoll bħala mikrostruttura ta' żewġ fażijiet) li ta' l-inqas 10 fil-mija tagħha hija awstenita bil-volum (skond l-ASTM E-1181-87jew ekwivalenti nazzjonali);u

b. Ikollha waħda mill-forom li ġejjin:

1. Ingotti jew ħadidiet li għandhom id-daqs ta'100 mm jew aktar f'kull dimensjoni;

2. Folji li għandhom wisa' ta' 600 mm jew iktar u ħxuna ta' 3 mm jew inqas; jew

3. Tubi li għandhom diametru fuq in-naħa ta' barra ta' 600 mm jew iktar u ħxuna ta' ħajt ta' 3 mm jew inqas.

1C202 Ligi, barra dawk speċifikati f'1C002.b.3. jew.b.4., kif ġej:

a. Ligi ta' l-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. "Kapaċi għal" reżistenza qawwija tal-materjal ta' 460 MPa jew aktar b'293 K (20 °Ċ); u

2. Fil-forom ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inkluż il-forġar) b'diametru fuq in-naħa ta' barra ta' iktar minn 75 mm;

b. Ligi tat-titanju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. "Kapaċi għal" reżistenza qawwija tal-materjal ta' 900 MPa jew iktar b'293 K (20 °Ċ); u

2. Fil-forma ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inkluż il-forġar) b'diametru fuq in-naħa ta' barra ta' iktar minn 75 mm.

Nota Teknika:

Il-frażi tal-ligi "kapaċi għal" tinkorpora ligi qabel jew wara t-trattament bis-sħana.

1C210 "Materjali fibrużi jew filamentari" jew prepregs, barra dawk speċifikati f'1C010.a., b. jew e., kif ġej:

a. "Materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbon jew ta' l-aramid li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1. "Modulu speċifiku"' ta' 12,7 × 106 m jew ikbar; jew

2. "Reżistenza speċifika tal-materjal" ta' 235 × 103 m jew ikbar;

Nota:

1C210.a. ma jikkontrollax "materjali fibrużi jew filamentari" aramidi li għandhom piż ta' 0,25 fil-mija jew aktar ta' modifikatur ta' wiċċ ibbażat fuq fibra ta' l-ester;

b. "Materjali fibrużi jew filamentari" tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. "Modulu speċifiku" ta' 3,18 × 106 m jew aktar; u

2. "Reżistenza speċifika tal-materjal" ta' 76,2 × 103 m jew iktar;

ċ. "Ħjut", "rovings", "irmunkar" jew "rutelli"' kontinwament li għandhom fihom reżin tat-termoset b'wisgħa ta'15 mm jew inqas (prepregs), magħmula minn "materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbon jew tal-ħġieġ speċifikati f'1C210.a. jew b.

Nota Teknika:

Ir-reżin jifforma l-matriċi tat-taħlita.

Nota:

F'1C210, "materjali fibrużi jew filamentari" hija ristretta kontinwament għal "monofilamenti", "ħjut", "rovings", "irmunkar" jew "rutelli".

1C216 Azzar b'saħħtu, barra dak speċifikat f'1C116, "kapaċi għal" reżistenza qawwija tal-materjal ta' 2050 MPa jew iktar, b'293 K (20 °Ċ).

Nota:

1C216 ma jikkontrollax forom li d-dimensjonijiet lineari kollha fihom huma 75 mm jew inqas.

Nota Teknika:

Il-frażi azzar b'saħħtu "kapaċi li" jinkorpora azzar b'saħħtu qabel jew wara t-trattament bis-sħana.

1C225 Boron mogħni fl-iżotopu ta' boron-10 (10B) għal aktar mill-abbunanza iżotopika naturali tiegħu, kif ġej: boron elementali, kompawnds, taħlitiet li jkollhom il-boron, fabbrikanti tagħhom, rimi jew skart coenurus cerebralis ta' wieħed minn dawn ta' qabel.

Nota:

In 1C225 taħlitiet li jkollhom il-boron jinkludu materjali mimlija bil-boron (bl-effett tal-boron).

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali ta' boron-10 għandha piż ta' 18,5 fil-mija approssimament (20 fil-mija atom).

1C226 Tangstinn, karbajd tat-tangstinn, u ligi li għandhom piż ta' iktar minn 90 % tangstinn, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. Fil-forom b'simetrija ċilindrika vojta (inkluż partijiet/flieli taċ-ċilindru) b'diametru fuq in-naħa ta' ġewwa bejn 100 mm u 300 mm; u

b. Toqol ta' aktar minn 20 kg.

Nota:

1C226 ma jikkontrollax il-manifatturi ppjanati apposta bħala piżijiet tal-metall jew kollimaturi tar-raġġi gamma.

1C227 Kalċju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. li jkollu piż ta' inqas minn 1000 parti kull miljun ta' impuritajiet metalliċi barra l-magneżju; u

b. li jkollu piż ta' inqas minn 10 partijiet kull miljun ta' boron.

1C228 Magneżju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. li jkollu piż ta' inqas minn 200 parti kull miljun ta' impuritajiet metalliċi barra l-kalċju; u

b. li jkollu piż ta' inqas minn 10 partijiet kull miljun ta'boron.

1C229 Bismut li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. Purità ta' piż ta' 99,99 % jew aktar; u

b. li jkollha piż inqas minn10 partijiet kull miljun ta' fidda.

1C230 Metall tal-berillju, ligi li għandhom piż ta' aktar minn 50 % berillju, kompawnds tal-berillju, fabbrikazzjoni tagħhom, u rimi jew skart coenurus cerebralis ta' wieħed minn dawn ta' qabel.

Nota:

1C230 ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a. Twieqi tal-metall għal magni ta' l-eksrej, jew apparati għall-materjali fit-toqob ta' l-art;

b. Għamliet ossidi fil-forom iffabbrikati jew nofs-iffabbrikati u li huma ppjanati speċjalment għall-partijiet elettroniċi tal-komponent jew bħala substratum għal ċirkwit elettroniku;

ċ. Beril (silikat ta' berillju u aluminju) fil-forma ta' emeraldi jew akwamarini.

1C231 Metall ta' l-afnijum, ligi li jkollhom piż ta' aktar minn 60 % afnijum, kompawnds ta' l-afnijum li jkollhom piż ta' aktar minn 60 % afnijum, fabbrikazzjoni tagħhom, u rimi jew skart coenurus cerebralis ta' wieħed minn dawn ta' qabel.

1C232 Eljum-3 (3He), taħlitiet li jkollhom l-eljum-3, u prodotti jew apparati li jkollhom wieħed minn ta' qabel.

Nota:

1C232 ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 1 g ta' eljum-3.

1C233 Litjum mogħni fl-iżotopu ta' litjum-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali, u prodotti jew apparati li għandhom litjum mogħni, kif ġej: litjum elementali, ligi, kompawnds, taħlitiet li jkollhom il-litjum, fabbrikazzjoni tagħhom, rimi jew skart coenurus cerebralis ta' wieħed minn dawn ta' qabel.

Nota:

1C233 ma jikkontrollax dosimetri termoluminixxenti.

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali ta' litjum-6 għandha piż approssimament ta' 6,5 fil-mija (7,5 atoma kull mija).

1C234 Żirkonju b'kontenut ta' anfnijum b'piż ta' inqas minn parti 1 ta' afnijum sa 5 00 parti ta' żirkonju, kif ġej: metall, ligi li jkollhom piż ta' aktar minn 50 % ta' żirkonju, kompawnds, fabbrikazzzjoni tagħhom, rimi jew skart coenurus cerebralis ta' wieħed minn dawn ta' qabel.

Nota:

1C234 ma jikkontrollax iż-żirkonju fil-forma ta' fojl li għandu ħxuna ta' 0,10 mm jew inqas.

1C235 Tritjum, kompawnds tat-tritjum, taħlitiet li jkollhom tritjum li fihom il-proporzjon tat-tritjum għall-atomi idroġeni jaqbeż parti 1 f'1000, u prodotti jew apparati li jkollhom wieħed minn dawn ta' qabel.

Nota:

1C235 ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 1,48 × 103 GBq (40 Ci) ta' tritjum.

1C236 Radjonuklidi li jarmu l-alfa li jkollhom alfa nofs-ħajja ta' 10 ijiem jew aktar imma inqas minn 200 sena, fil-forom li ġejjin:

a. Elementali;

b. Kompawnds li jkollhom attività totali ta' l-alfa ta' 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;

ċ. Taħlitiet li jkollhom attività totali ta' l-alfa ta' 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;

d. Prodotti jew apparati li jkollhom wieħed minn dawn ta' qabel.

Nota:

1C236 ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 3,7 GBq (100 millicuries) ta' l-attività ta' l-alfa.

1C237 Radjum-226 (226Ra), ligi tar-radjum-226, kompawnds tar-radium-226, taħlitiet li jkollhom radjum-226, fabbrikazzjoni tiegħu, u prodotti jew apparati li jkollhom wieħed minn dawn ta' qabel.

Nota:

1C237 ma jikkontrollax dan li ġej:

a. Applikaturi mediċi;

b. Prodott jew apparat li jkollu inqas minn 0,37 GBq (10 millicuries) ta' radjum-226.

1C238 Trifluoride tal-kloru (ClF3).

1C239 Esplossivi għoljin, barra minn dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, jew sustanzi jew taħlitiet li jkollhom aktar minn 2 % tal-piż tagħhom, b'densità tal-kristall aktar minn 1,8 g/ċm3 u li jkollhom veloċità ta' denotazzjoni ta' aktar minn 8000 m/s.

1C240 Trab tan-nikil u metall poruż/porus tan-nikil, barra dawk speċifikati f'0C005, kif ġej:

a. Trab tan-nikil li jkollu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. Kontenut tal-purità tan-nikil ta' piż 99,0 % jew aktar; u

2. Daqs medju ta' partiċella ta' inqas minn 10 mikrometri mkejla mis-Soċjetà Amerikana għall-Prova u l-Materjali (ASTM) ta' standard B330;

b. Metall poruż/porus tan-nikil prodott minn materjali speċifikati f'1C240.a.

Nota:

1C240 ma jikkontrollax dan li ġej:

a. Trab filamentari tan-nikil;

b. Folji singli porużi/porusi tan-nikil b'wisgħa ta' 1000 ċm2 kull folja jew inqas.

Nota Teknika:

1C240.b. jirreferi għall-metall poruż/porus iffurmat bil-kumpatt u l-proċess tas-sħana tal-materjali f'1C240.a. biex jifforma materjal tal-metall b'pori fini interkonnettjati fl-istruttura kollha.

1C350 Kimiki, li jistgħu jintużaw bħala prekursuri għall-aġenti kimiċi tossiċi, kif ġej, u "taħlitiet kimiċi" li jkollhom wieħed jew aktar tagħhom:

N.B.:

ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI U 1C450.

1. Thiodiglycol (111-48-8);

2. Ossiklorur fosforuż (10025-87-3);

3. Metilfosfonat tad-dimetil (756-79-6);

4. ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL difluoride tal-metil fosfonil (676-99-3);

5. Diklorur tal-metil fosfonil (676-97-1);

6. Fosfat tad-dimetil (868-85-9);

7. Triklorur fosforuż (7719-12-2);

8. Fosfat tat-trimetil (121-45-9);

9. Klorur tat-thionyl (7719-09-7);

10. 3-Hydroxy-l-methylpiperidine (3554-74-3);

11. Klorur N,N-Diisopropyl-(beta)-aminoethyl (96-79-7);

12. N,N-Diisopropyl-(beta)-aminoethane thiol (5842-07-9);

13. 3-Quinuclidinol (1619-34-7);

14. Fluoride tal-potassju (7789-23-3);

15. 2-Kloroetanol (107-07-3);

16. Dimethylamine (124-40-3);

17. Etilfosfonat tad-dijetil (78-38-6);

18. Dijetil-N,N-dimethylphosphoramidate (2404-03-7);

19. Fosfat tad-dijetil (762-04-9);

20. Idroklorur tad-dimethylamine (506-59-2);

21. Dichloride ta' l-etil fosfinil (1498-40-4);

22. Dichloride ta' l-etil fosfonil (1066-50-8);

23. ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL difluoride ta' l-etil fosfonil (753-98-0);

24. Fluoride ta' l-idroġenu (7664-39-3);

25. Benżilat tal-metil (76-89-1);

26. Dichloride tal-metil fosfonil (676-83-5);

27. Etanol N,N-Diisopropyl-(beta)-amino (96-80-0);

28. Alkoħol tal-pinakolil (464-07-3);

29. ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL fosfonat tal-metil O-Etil-2-diisopropulaminoethyl (57856-11-8);

30. Fosfat tat-trijetil (122-52-1);

31. Triklorur arseniku (7784-34-1);

32. Aċidu benżiliku (76-93-7);

33. Metilfosfonat tad-dijetil (15715-41-0);

34. Etilfosfonat tad-dimetil (6163-75-3);

35. Difluoride ta' l-etil fosfinil (430-78-4);

36. Difluoride tal-metil fosfinil (753-59-3);

37. 3-Quinuclidone (3731-38-2);

38. Pentaklorur fosforuż (10026-13-8);

39. Pinakolon (75-97-8);

40. Ċijanidu tal-Potassju (151-50-8);

41. Bifluoride tal-potassju (7789-29-9);

42. Fluoride ta' l-ammonju idroġenu (1341-49-7);

43. Fluoride tas-sodju (7681-49-4);

44. Bifluoride tas-sodju (1333-83-1);

45. Ċijanidu tas-sodju (143-33-9);

46. Triethanolamine (102-71-6);

47. Pentasulphide fosforuż (1314-80-3);

48. Di-isopropylamine (108-18-9);

49. Diethylaminoethanol(100-37-8);

50. Salfidu tas-sodju (1313-82-2);

51. Monoklorur tal-kubrit (10025-67-9);

52. Diklorur tal-kubrit (10545-99-0);

53. Idroklorur triethanolamine (637-39-8);

54. Idroklorur klorur N,N-Diisopropyl-(Beta)-aminoethyl (4261-68-1).

Nota 1:

Għall-esportazzjoni lejn "L-Istati mhux Parti tal-Konvenzjoni ta' l-Armi Kimiċi", 1C350 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li jkollhom waħda jew aktar mill-kimiki speċifikati fid-dħul(ijiet) 1C350.1, .3, .5, .11, .12, .13, .17, .18, .21, .22, .26, .27, .28, .31, .32, .33, .34, .35, .36 u .54 li fihom l-ebda kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi piż ta' aktar minn 10 % tat-taħlita.

Nota 2:

Għall-esportazzjoni lejn l-"Istati li huma Parti tal-Konvenzjoni ta' l-Armi Kimiċi", 1C350 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li jkollhom waħda jew aktar mill-kimiċi speċifikati fid-dħul(ijiet)1C350.1, .3, .5, .11, .12, .13, .17, .18, .21, .22, .26, .27, .28, .31, .32, .33, .34, .35, .36 u .54 u li fihom l-ebda kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi piż ta' aktar minn 30 % tat-taħlita.

Nota 3:

1C350 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li jkollhom waħda jew aktar mill-kimiki speċifikati fid-dħul(ijiet)1C350.2, .6, .7, .8, .9, 10, .14, .15, .16, .19, .20, .24, .25, .30, .37, .38, .39, .40, .41, .42, .43, .44, .45, .46, .47, .48, .49, .50, .51, .52 u .53 li fihom l-ebda kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi piż ta' iktar minn 30 % tat-taħlita.

Nota 4:

1C350 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti tal-konsum ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

1C351 Patoġeni umani, żonożi u "tossini", kif ġej:

a. Vajrus, kemm jekk naturali, miżjuda jew immodifikati, jew fil-forma ta' "kulturi ħajjin iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun deliberatament imlaqqam jew ikkontaminat b'dawn il-kulturi, kif ġej:

1. Vajrus Chikungunya;

2. Vajrus tad-deni Congo-Crimean emoraġiku;

3. Vajrus tad-deni Dengue;

4. Vajrus equine encephalitis orjentali;

5. Vajrus Ebola;

6. Vajrus Hantaan;

7. Vajrus Junin;

8. Vajrus tad-deni Lassa;

9. Vajrus Lymphocytic choriomeningitis;

10. Vajrus Machupo;

11. Vajrus Marburg;

12. Vajrus tal-ġidri tax-xadina;

13. Vajrus tad-deni Rift Valley;

14. Vajrus tick-borne enċefalite (Vajrus enċefalite Russu tar-Rebbiegħa-Sajf);

15. Vajrus Varjola;

16. Vajrus equine encephalitis Venezwelan;

17. Vajrus equine encephalitis tal-punent;

18. Ġidri Bajda;

19. Vajrus tad-deni Isfar;

20. Vajrus encephalitis Ġappuniż;

b. Rickettsiae, kemm jekk naturali, miżjuda jew immodifikata, jew fil-forma ta' "kulturi ħajjin iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun imlaqqam jew ikkontaminat deliberament b'dawn il-kulturi, kif ġej:

1. Coxiella burnetii;

2. Bartonella quintana (Rochalimaea quintana, Rickettsia quintana);

3. Rickettsia prowasecki;

4. Rickettsia rickettsii;

c. Baktirja, kemm jekk naturali, miżjuda jew immodifikata, jew fil-forma ta' "kulturi ħajjin iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun imlaqqam jew ikkontaminat deliberament b'dawn il-kulturi, kif ġej:

1. Bacillus anthracis;

2. Brucella abortus;

3. Brucella melitensis;

4. Brucella suis;

5. Chlamydia psittaci;

6. Clostridium botulinum;

7. Francisella tularensis;

8. Burkholderia mallei (Pseudomonas mallei);

9. Burkholderia pseudomallei (Pseudomonas pseudomallei);

10. Salmonella typhi;

11. Shigella dysenteriae;

12. Vibrio cholerae;

13. Yersinia pestis;

d. "Tossini", kif ġej, u "sub-unit ta' tossini" tagħhom:

1. Tossini tal-botulinum;

Nota:

1C351.d.1. ma jikkontrollax tossini tal-botulinum fil-forma ta' prodott li meeting il-kriterji kollha li ġejjin:

1. Ikunu formolazzjonijiet farmaċewtiċi ppjanati għall-amministrazzjoni umana fit-trattament tal-kondizzjonijiet mediċi;

2. Ikunu ppakkjati minn qabel għad-distribuzzjoni bħala prodotti mediċi;

3. Ikunu awtorizzati minn awtorità ta' l-Istat biex ikunu (rreklamati) mqiegħda fis-suq bħala prodotti mediċi.

2. Tossini tal-Clostridium perfringens;

3. Conotossin;

4. Ricin;

5. Sassitossin;

6. Tossin tax-Shiga;

7. Tossini taphylococcus aureus;

8. Tetrodotossin;

9. Verotossin;

10. Microcystin (Cyanginosin);

11. Aflatossini;

12. Abrin;

13. Tossin tal-Kolera;

14. Tossin tad-Diacetoxyscirpenol;

15. Tossin T-2;

16. Tossin HT-2;

17. Modeccin;

18. Volkensin;

19. Viscum album Lectin 1 (Viscumin).

Nota:

1C351 ma jikkontrollax "vaċċini" jew "immunotossini".

1C352 Patoġeni ta' l-annimali, kif ġej:

a. Vajrus, kemm jekk naturali, miżjuda jew immodifikati, jew fil-forma ta' "kulturi ħajjin iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun imlaqqam jew ikkontaminat deliberament b'dawn il-kulturi, kif ġej:

1. Vajrus tad-deni tal-ħanżir Afrikan;

2. Vajrus ta' l-influwenza avian, li huma:

a. Mhux ikkaratterizzati; jew

b. Definiti fid-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1) bħala dawk li għandhom patoġeniċità għolja, kif ġej:

1. Vajrus ta' tip A b'IVPI (indiċi intravenuż tal-patoġeniċità) fi flieles ta' sitt ġimgħat ta' aktar minn1,2; jew

2. Vajrus ta' tip A H5 jew sottotip H7 li għalih sekwenza nukletida mmanifestat aċidu amino bażiku multiplu fis-sit tad-diviżjoni (qasma) ta' l-emagglutinin;

3. Vajrus bluetongue (ta' l-ilsien blu);

4. Vajrus tal-marda foot-and-mouth;

5. Vajrus tal-ġidri tal-mogħoż;

6. Vajrus porcine herpes (Marda ta' l-Aujeszky);

7. Vajrus tad-deni tal-ħanżir (Vajrus tal-kolera tal-ħanżir);

8. Vajrus lyssa;

9. Vajrus tal-marda Newcastle;

10. Vajrus peste des petits ruminants;

11. Porcine enterovirus ta'tip 9 (vajrus tal-marda vexxikolari tal-ħanżir);

12. Vajrus Rinderpest;

13. Vajrus tal-ġidri tan-nagħaġ;

14. Vajrus tal-marda Teschen;

15. Vajrus stomatite vexxikolari:

b. Mycoplasma mycoides, kemm jekk naturali, miżjuda jew immodifikati, jew fil-forma ta' "kulturi ħajjin iżolati" jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun imlaqqam jew ikkontaminat deliberament b'dawn il-Mycoplasma mycoides.

Nota:

1C352 ma jikkontrollax "vaċċini".

1C353 Elementi ġenetiċi u organiżmi mmodifikati ġenetikament, kif ġej:

a. Organiżmi mmodifikati ġenetikament jew elementi ġenetiċi li jkollhom sekwenzi aċidużi nukliċi assoċjati mal-patoġeniċità ta' l-organiżmi speċifikati f'1C351.a. għal ċ. jew 1C352 jew 1C354;

b. Organiżmi mmodifikati ġenetikament jew elementi ġenetiċi li jkollhom sekwenzi nukliċi aċidużi li jikkodifikaw wieħed mit-"tossini" speċifikati f'1C351.d. jew "sub-units ta' tossini" tagħhom.

Nota Teknika:

Elementi ġenetiċi inkluż, inter alia, kromosomi, ġenomi, plasmidi, traspożini u vettori kemm jekk immodifikati ġenetikament jew le.

1C354 Patoġeni tal-pjanti, kif ġej:

a. Baktirja, kemm jekk naturali, miżjuda jew immodifikata, jew fil-forma ta' "kulturi ħajjin iżolati" jew bħala materjali li jkun imlaqqam jew ikkontaminat deliberament b'dawn il-kulturi, kif ġej:

1. Xanthomonas albilineans;

2. Xanthomonas campestris pv. citri inkluż sforzi msejħa Xanthomonas campestris pv. citri tipi A,B,C,D,E jew ikklassifikati mod ieħor bħala Xanthomonas citri, Xanthomonas campestris pv. aurantifolia jew Xanthomonas campestris pv. citrumelo;

b. Fungi, kemm jekk naturali, miżjuda jew immodifikati, jew fil-forma ta' "kulturi ħajjin iżolati" jew bħala materjal li jkun imlaqqam jew ikkontaminat deliberament b'dawn il-kulturi, kif ġej:

1. Colletotrichum coffeanum var. virulans (Colletotrichum kahawae);

2. Cochliobolus miyabeanus (Helminthosporium oryzae);

3. Microcyclus ulei (syn. Dothidella ulei);

4. Puccinia graminis (syn. Puccinia graminis f. sp. tritici);

5. Puccinia striiformis (syn. Puccinia glumarum);

6. Magnaporthe grisea (pyricularia grisea/pyricularia oryzae).

1C450 Kimiki tossiċi u prekursuri kimiċi tossiċi, kif ġej, u "taħlitiet kimiċi" li jkollhom wieħed tagħhom jew aktar:

N.B.:

ARA WKOLL 1C350, 1C351.d. U L-ELENKU TA' L-ARMAMENTI MILITARI.

a. Kimiċi tossiċi, kif ġej:

1. Amiton: O,O-Diethyl S-[2-(diethylamino)ethyl] phosphorothiolate (78-53-5) u imluħa korrispondenti protonati jew li fihom l-alkali;

2. PFIB: 1,1,3,3,3-Pentafluoro-2-(trifluoromethyl)-1-propene (382-21-8);

3. ARA L-L-ELENKU TA' L-ARMAMENTI MILITARI GĦAL BZ: 3-Quinuclidinyl benzilate (6581-06-2);

4. Fosġenu: Carbonyl dichloride (75-44-5);

5. Klorur taċ-ċjanoġenu (506-77-4);

6. Ċjanur ta' l-idroġenu (74-90-8);

7. Chloropicrin: Trichloronitromethane (76-06-2);

Nota 1:

Għall-armamenti esportati lejn "Stati Li Ma Ħadux Sehem fil-Konvenzjoni dwar l-Armamenti Kimiċi", 1C450 ma jirregolax "kombinazzjoni ta' kimiċi" li fiha xi kimiċi msemmija f'1C450.a.1 u.a.2. li fiha ebda kimika msemmija individwalment ma tikkostitwixxi piż ta' iktar minn 1 % tal-kombinazzjoni.

Nota 2:

Għall-armamenti esportati lejn "Stati Li Ħadu Sehem fil-Konvenzjoni dwar l-Armamenti Kimiċi", 1C450 ma jirregolax "kombinazzjoni ta' kimiċi" li fiha xi kimiċi msemmija f'1C450.a.1. u.a.2. li fiha ebda kimika msemmija individwalment ma tikkostitwixxi piż ta' aktar minn 30 % tal-kombinazzjoni.

Nota 3:

1C450 ma jirregolax "kombinazzjoni ta' kimiċi" li fiha xi kimiċi msemmija f'1C450.a.4., .a.5., .a.6. u .a.7. li fiha ebda kimika msemmija individwalment ma tikkostitwixxi piż ta' iktar minn 30 % tal-kombinazzjoni.

b. Prekursuri ta' kimiċi tossiċi, kif ġej:

1. Kimiċi, barra dawk imsemmija fl-Elenku ta' l-Armamenti Militari jew f'1C350, li fihom atomu tal-fosfru marbut ma' grupp wieħed ta' methyl, ethyl jew propyl (normali jew iso) iżda mhux ma' atomi oħra tal-karbonju;

Nota:

1C450.b.1 ma jirregolax Fonofos: O-Ethyl S-phenyl ethylphosphonothiolothionate (944-22-9);

2. N,N-Dialkyl [methyl, ethyl jew propyl (normali jew iso)] phosphoramidic dihalides;

3. Dialkyl [methyl, ethyl jew propyl (normali jew iso)] N,N-dialkyl [methyl, ethyl jew propyl (normali jew iso)]-phosphoramidates, barra Diethyl-N,N-dimethylphosphoramidate li hu msemmi f-1C350;

4. N,N-Dialkyl [methyl, ethyl jew propyl (normali jew iso)] aminoethyl-2-chlorides u imluħa korrispondenti protonati, barra N,N-Diisopropyl-(beta)-aminoethyl chloride jew N,N-Diisopropyl-(beta)-aminoethyl chloride hydrochloride li huma msemmija f-1C350;

5. N,N-Dialkyl [methyl, ethyl jew propyl (normali jew iso)] aminoethane-2-ols u imluħa korrispondenti protonati, barra N,N-Diisopropyl-(beta)-aminoethanol (96-80-0) u N,N-Diethylaminoethanol (100-37-8) li huma msemmija f'1C350;

Nota:

1C450.b.5. ma jirregolax li ġej:

a. N,N-Dimethylaminoethanol (108-01-0) u imluħa korrispondenti protonati;

b. Imluħa protonati N,N-Diethylaminoethanol (100-37-8);

6. N,N-Dialkyl [methyl, ethyl jew propyl (normali jew iso)] aminoethane-2-thiols u imluħa korrispondenti protonati, barra N,N-Diisopropyl-(beta)-aminoethane thiol li hu msemmi f'1C350;

7. Ethyldiethanolamine (139-87-7);

8. Methyldiethanolamine (105-59-9).

Nota 1:

Għall-armamenti esportati lejn "Stati Li Ma Ħadux Sehem fil-Konvenzjoni dwar l-Armamenti Kimiċi", 1C450 ma jirregolax "kombinazzjoni ta' kimiċi" li fiha xi kimiċi msemmija f'1C450.b.1., .b.2., .b.3., .b.4., .b.5. u .b.6. li fiha ebda kimika msemmija individwalment ma tikkostitwixxi piż ta' iktar minn 10 % tal-kombinazzjoni.

Nota 2:

Għall-armamenti esportati lejn "Stati Li Ħadu Sehem fil-Konvenzjoni dwar l-Armamenti Kimiċi", 1C450 ma jirregolax "kombinazzjoni ta' kimiċi" li fiha xi kimiċi msemmija f'1C450.b.1., .b.2., .b.3., .b.4., .b.5. u .b.6. li fiha ebda kimika msemmija individwalment ma tikkostitwixxi piż ta' iktar minn 30 % tal-kombinazzjoni.

Nota 3:

1C450 ma jirregolax "kombinazzjoni ta' kimiċi" li fiha xi kimiċi msemmija f'1C450.b.7. u .b.8. li fiha ebda kimika msemmija individwalment ma tikkostitwixxi piż ta' iktar minn 30 % tal-kombinazzjoni.

Nota 4:

1C450 ma jirregolax prodotti identifikati bħala oġġetti tal-konsum ippakkjata għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjata għall-użu individwali.

1D Software

1D001 "Software" imfassla b'mod speċjali jew modifikata għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir msemmi minn 1B001 sa 1B003.

1D002 "Software" għall-"iżvilupp" ta' "matriċi" organika, "matriċi" ta' metall jew "matriċi" ta' karbonju laminat jew "sintetiku".

1D101 "Software" imfassla b'mod speċjali jew modifkata għall-"użu" ta' armamenti msemmija f'1B101, 1B102, 1B115, 1B117, 1B118 jew1B119.

1D103 "Software" imfassla b'mod speċjali għall-analiżi ta' karatteristiċi osservabbli ridotti bħall-kapaċità tar-radar li jirrifletti d-dawl, marki ta' l-ultravjola /infra-aħmar u marki akustiċi.

1D201 "Software" imfassla b'mod speċjali għall-"użu" ta' armamenti msemmija f'1B201.

1E Teknoloġija

1E001 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta' tagħmir jew materjal imsemmmi minn A001.b., 1A001.ċ., 1A002 sa 1A005, 1B jew 1C.

1E002 "teknoloġija" oħra, kif ġej:

a. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta' polybenzothiazoles jew polybenzoxazoles;

b. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta' fluoroelastomer li fih mill-inqas monomeru tal-vinylether wieħed:

ċ. "Teknoloġija" għat-tfassil jew "produzzjoni" tal-materjal bażi jew materjal taċ-ċeramika mhux "kompost" li ġej:

1. Materjal bażi bil-karatteristiċi li ġejjin:

a. Kull komposizzjoni li ġejja:

1. Ossidi sempliċi jew kumplessi taż-żirkonju u ossidi kumplessi tas-silikon jew aluminju;

2. Taħlita sempliċi ta' nitroġenu u boron (kristallin li għandu forma kubika);

3. Karbur sempliċi jew kumpless tas-silikon jew boron; jew

4. Taħlita sempliċi jew kumplessa ta' nitroġenu u silikon;

b. Total ta' impuritajiet tal-metall, mbarra żjiedit intenzjonali, ta' inqas minn:

1. 1000 ppm għall-ossidi jew karburi sempliċi; jew

2. 5000 ppm għal komposizzjoni kumplessa jew taħlita sempliċi ta' nitroġenu; u

ċ. Li għandhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1. Żirkonju b'daqs ta' partikola medja, indaqs jew inqas minn1 μm u mhux aktar minn 10 % tal-partiċelli li huma ikbar minn 5 μm;

2. Materjal bażi ieħor b'daqs ta' partikola medja, indaqs jew anqas minn 5 μm u mhux aktar minn 10 % tal-partiċelli li huma ikbar minn10 μm; jew

3. Li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Pjastrini fil-proporzjon ta' tul għal ħxuna ta' iktar minn 5;

b. Kristalli fil-proporzjon ta' tul għal dijametru ta' iktar minn 10 għal dijametri ta' inqas minn 2 μm; u

ċ. Fibri kontinwi jew maqsuma ta' inqas minn 10 μm fid-dijametru;

2. Materjal taċ-ċeramika mhux "kompost" magħmul mill-materjal deskritt f'1E002.ċ.1;

Nota:

1E002.ċ.2. ma jirregolax "teknoloġija" għat-tfassil jew produzzjoni ta' sustanzi li joborxu.

d. "Teknoloġija" għall-"produzzjoni" ta' fibri ta' poliamide aromatiċi;

e. "Teknoloġija" għall-installazzjoni, manutenzjoni jew tiswija ta' materjal msemmi f'1C001;

f. "Teknoloġija" għat-tiswija ta' strutturi "komposti", lamini jew materjal imsemmija f'1A002, 1C007.ċ. jew 1C007.d.

Nota:

1E002.f. ma jirregolax "teknoloġija" għat-tiswija ta' strutturi ta' "ajruplani" permezz ta' "materjal fibruż jew bil-filamenti" tal-karbonju u reżini epossidiċi, f'manwali ta' fabbrikanti ta' inġenji ta' l-ajru.

1E101 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' oġġetti msemmija minn 1A102, 1B001, 1B101, 1B102, 1B115 sa 1B119, 1C001, 1C101, 1C107, 1C111 sa 1C117, 1D101 jew 1D103.

1E102 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" ta' "Software" imsemmija f-1D001, 1D101 jew 1D103.

1E103 "Teknoloġija" għar-regolazzjoni ta' temperatura, pressjoni jew atmosfera f'awtoklavi jew idroklavi, meta tintużaw għall-"produzzjoni" ta' "komposti" jew "komposti" parzjalment ipproċessati.

1E104 "Teknoloġija" konnessa mal-"produzzjoni" ta' materjal mit-tmermir kimiku kkawżat mis-sħana magħmula fuq forma, fus jew sottostrat ieħor minn gassijiet prekursuri li jiddekomponu f'temperatura li tvarja bejn 1573 K (1300 °Ċ) u 3173 K (2900 °Ċ) u pressjoni ta' 130 Pa sa 20 kPa.

Nota:

1E104 jinkludi "teknoloġija" għal komposizzjoni ta' gassijiet prekursuri, veloċità tal-fluss u skedi għal kontroll tal-proċess u l-parametri relatati.

1E201 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' oġġetti msemmija minn 1A002, 1A202, 1A225 sa 1A227, 1B201, 1B225 sa 1B233, 1C002.a.2.ċ. jew d., 1C010.b., 1C202, 1C210, 1C216, 1C225 sa 1C240 jew 1D201.

1E202 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta' oġġetti msemmija minn 1A202 jew 1A225 sa 1A227.

1E203 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" ta' "Software" imsemmi f'1D201.

KATEGORIJA 2

METODU TA' KIF ISIR IL-MATERJAL

2A Sistemi, Tagħmir u Komponenti

N.B.:

Għal berings silenzjużi, ara l-Elenku ta' l-Armamenti Militari.

2A001 Berings kontra l-frizzjoni u sistemi ta' berings, kif ġej, u komponenti għal dak l-iskop:

Nota:

2A001 ma jirregolax boċċi b'tolleranza ta' grad 5 jew inqas imsemmija mill-fabbrikant skond ISO 3290.

a. Bolberings u berings bir-rombli ta' natura solida li għandhom kull tolleranza msemmija mill-fabbrikant skond ISO 492 Klassi ta' Tolleranza 4 (jew ANSI/ABMA Standard 20 Klassi ta' Tolleranza ABEC-7 jew RBEC-7, jew ekwivalenzi oħra nazzjonali), jew aħjar, u li għandhom kemm anelli, u elementi li jduru (ISO 5593) magħmula minn Monel jew berillju;

Nota:

2A001.a. ma jirregolax berings bir-rombli bil-ponta.

b. Bolberings u berings bir-rombli ta' natura solida oħra li għandhom kull tolleranza msemmija mill-fabbrikant skond ISO 492 Klassi ta' Tolleranza 2 (jew ANSI/ABMA Standard 20 Klassi ta' Tolleranza ABEC-9 jew RBEC-9, jew ekwivalenzi oħra nazzjonali) jew aħjar;

Nota:

2A001.b. ma jirregolax berings bir-rombli bil-ponta.

ċ. Sistemi ta' berings manjetiċi attivi magħmula minn xi element li ġej:

1. Materjal b'densità ta' fluss ta' 2,0 T jew aktar u b'reżistenza għall-pressjoni ta' iktar minn 414 MPa;

2. Kull disinn għal min jazzjona l-polarizzazzjoni omopolari ta' elettromanjetiku 3D; jew

3. Apparati li jifilħu għal temperatura għolja u li jagħtu sinjal ta' posizzjoni (450 K (177 °Ċ) u ‘l fuq).

2A225 Griġjoli magħmula minn materjal reżistenti għall-metall aktinid likwidu, kif ġej:

a. Griġjoli li fihom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. Volum ta' 150 ċm3 u 8000 ċm3; u

2. Magħmula minn jew miksija minn xi materjal li ġej, li għandu purità ta' 98 % jew iktar fil-piż:

a. Fluworidu tal-kalċju (Caf2);

b. Żirkonat tal-kalċju (metazirconate) (CaZrO3);

ċ. Ċerju sulfid (Ce2S3);

d. Ossidu ta' l-erbju (erbja) (Er2O3);

e. Ossidu tal-ħafnju (ħafnija) (HfO2);

f. Ossidu tal-manjesju (MgO);

g. Ligi b'nitroġenu ta' nijobju-titanju-tungstenu (approssimattivament 50 % Nb, 30 % Ti, 20 % W);

h. Ossidu ta' ittriju (ittrija) (Y2O3); jew

i. Ossidu taż-żirkonju (żirkonja) (ZrO2);

b. Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. Volum ta' bejn 50 ċm3 u 2000 ċm3; u

2. Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandu purità ta' 99,9 % jew iktar fil-piż;

ċ. Griġjoli li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Volum ta' bejn 50 ċm3 u 2000 ċm3;

2. Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandu purità ta' 98 % jew iktar fil-piż; u

3. Miksija bil-karbur tat-tantalu, nitroġenu tat-tantalu, tantalu boriku jew xi kombinazzjoni ta' dawn.

2A226 Valvs li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. "Daqs nominali" ta' 5 mm jew ikbar;

b. Li għandhom minfħa tas-siġill; u

ċ. Għalkollox magħmula minn jew miksija minn aluminju, ligi ta' l-aluminju, nikil jew ligi tan-nikil li fihom aktar minn 60 % nikil fil-piż.

Nota Teknika:

Għall-valvs bi ftuħ ta' dijametri differenti għad-dħul u ħruġ, id-"daqs nominali" f'2A226 jirreferi għall-iżgħar dijametru.

2B Tagħmir għal Prova, Spezzjoni u Produzzjoni

Noti Tekniċi:

1. L-assi tal-kontorni paralleli sekondarji (eż., l-assi w f'magni għat-tħaffir orizzontali jew assi b'sistema rotatorja sekondarja ta' liema il-linja ċentrali hi parallela mal-assi b'sistema rotatorja primarja) mhumiex magħduda man-numru globali ta' assi tal-kontorni. Mhemmx bżonn li l-assi b'sistema rotatorja jduru b'aktar minn 360o. Assi b'sistema rotatorja jista' jitħaddem permezz ta' strument lineari (e.ż. vit jew ingranaġġ u fus bis-snien li jingrana ma' rota).

2. Għall-iskop ta' 2B, in-numru ta' assi li jistaw ikunu kordinati simultanjament għall-"kontrol tal-kontorni" huwa n-numru ta' assi li jagħmlu moviment relattiv bejn xi oġġett li jrid isir xogħol fuqu u għodda, strument jaqta' jew rota tat-taħan li qed taqta' jew tneħħi materjal mill-oġġett li qed isir xogħol fuqu. Dan ma jinkludix xi assi addizzjonali li jagħmlu movimenti relattivi oħra fil-makkinarju. Dawn l-assi jinkludu:

a. Ħaġra tal-mola f'magni tat-taħan;

b. Assi b'sistema rotatorja paralleli mfassla sabiex jimmontaw oġġetti separati li jrid isir xogħol fuqhom;

ċ. Assi b'sistema rotatorja ko-lineari imfassla sabiex jimmanipula l-istess oġġett li jrid isir xogħol fuqu billi jinżamm miċ-ċokk ta' torn minn truf differenti.

3. In-nomenklatura ta' l-assi għandha tkun skond l-Istandard Internazzjonali ISO 841, "Magni b'Kontroll Numeriku – Nomenklatura ta' Assi u Moviment"

4. Għall-iskop ta' 2B001 sa 2B009 "pern li bih wieħed jista' jmejjel xi ħaġa" hu kkonsidrat bħala assi b'sistema rotatorja.

5. Livelli ddikjarati ta' preċiżjoni tal-posizzjoni ġejjin minn qisien skond ISO 230/2 (1988) [1] jew ekwivalenzi nazzjonali li jistaw ikunu applikati għal kull mudell ta' għodod tal-magni minflok prova ta' magni individwali. Preċiżjoni tal-posizzjoni tfisser il-preċiżjoni tal-valur mogħti lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri f'liema l-esportatur jirrappreżenta l-preċiżjoni ta' mudell ta' magna.

Determinazzjoni tal-Valuri Iddikjarati

a. Għażel ħames magni ta' mudell sabiex issir valutazzjoni tagħhom;

b. Kejjel il-preċiżjoni ta' l-assi lineari skond ISO 230/2 (1988) [2];

ċ. Ikkalkula l-valuri A għal kull assi ta' kull magna. Il-metodu sabiex ikun ikkalkulat il-valur A hu indikat fl-istandard ta' ISO;

d. Ikkalkula l-valur medju tal-valur A ta' kull assi. Dan il-valur medju  hu l-valur iddikjarat ta' kull assi għall-mudell (Âx Ây…);

e. Peress li l-lista fil-Kategorija 2 tirreferi għal kull assi lineari ser ikun hemm valuri ddikjarati daqs kemm hemm assi lineari;

f. Jekk xi assi ta' mudell ta' magna mhux regolat minn 2B001.a.sa 2B001.ċ. jew 2B201 għandha preċiżjoni dikjarata  ta' 6 mikroni għall-magni tas-sanna u 8 mikroni għall-magni tat-taħan u tat-tornaturi, jew iktar, il-fabbrikant għandu jkun mitlub jirriafferma il-livell ta' preċiżjoni darba kull tmintax-il xahar.

2B001 Għodod tal-magni għat-tneħħija (jew qtigħ) ta' metalli, oġġetti taċ-ċeramika jew "komposti", kif ġejjin, u kull tagħqid ta' dawn, liema, skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-fabbrikant, jistaw ikunu mgħammra b'għodod elettroniċi għall-"kontroll numeriku":

N.B.:

ARA WKOLL 2B201.

Nota 1:

2B001 ma jirregolax għodod tal-magni b'għan speċjali limitati għall-fabbrikazzjoni tal-gerijiet. Għal magni bħal dwan ara 2B003.

Nota 2:

2B001 ma jirregolax għodod tal-magni b'għan speċjali limitati għall-fabbrikazzjoni ta' xi partijiet li ġejjin:

a. Krankxaft jew kamxaft;

b. Għodod jew għodod tal-qtugħ;

ċ. Ekstruder b'viti;

d. Partijiet ta' ornamenti minquxa jew b'iktar minn faċċata waħda.

a. Għodod tal-magni għall-inturnjar, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Il-preċiżjoni tal-posizzjoni bil-"kumpens kollu disponibbli" indaqs jew inqas (aħjar) minn 6 μm skond ISO 230/2 (1988) [3] jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi assi lineari; u

2. Żewġ assi jew iktar li jistaw ikunu kkordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorn";

Nota:

2B001.a. ma jirregolax magni ta' l-inturnjar imfassla b'mod speċjali għall-produzzjoni ta' lentijiet tal-kuntatt

b. Għodod tal-magni għat-tħin, li għandhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1. Li fihom il-karatteristici kollha li ġejjin:

a. Il-preċiżjoni tal-posizzjoni bil-"kumpens kollu disponibbli" indaqs jew inqas (aħjar) minn 6 μm skond ISO 230/2 (1988) [4] jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari; u

b. Tliet assi lineari u assi waħda b'sistema rotatorja li jistaw ikunu kkordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorn";

2. Ħames assi jew iktar li jistaw ikunu kkordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorni"; jew

3. Il-preċiżjoni tal-posizzjoni, għall-apparat li jiggwidaw il-magni tat-tħaffir, bil-"kumpens kollu disponibbli" indaqs jew inqas (aħjar) minn 4 μm skond ISO 230/2 (1988) [5] jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari;

4. Magni tat-tip fly cutting, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Pern "li hu barra miċ-ċentru" u "li jbiddel il-moviment rotatorju f'moviment lura u ‘l quddiem" ta' inqas (aħjar) minn 0,0004 mm TIR; u

b. Devjazzjoni angolari fil-moviment tal-parti tal-magna li tislajdja (oxxillazzjoni, xengil u irrolljar) ta' inqas (aħjar) minn 2 sekondi ta' ark, TIR għal 300 mm tal-vjaġġ;

ċ. Għodod tal-magni tat-taħan, li għandhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1. Li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Il-preċiżjoni tal-posizzjoni bil-"kumpens kollu disponibbli" indaqs jew inqas (aħjar) minn 4 μm skond ISO 230/2 (1988) [6] jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari; u

b. Tliet assi jew iktar li jistaw ikunu kkordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorni"; jew

2. Ħames assi jew iktar li jistaw ikunu kkordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorni";

Nota:

2B001.ċ. ma jirregolax magni tat-taħan, kif ġejjin:

1. Ċilindri esterni, interni u esterni-interni ta' magni tat-taħan li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Limitat għal taħna ċilindrika; u

b. Limitat għal kapaċità massima ta' l-oġġett li jrid isir xogħol fuqu b'dijametru estern jew tul ta' 150 mm.

2. Apparat imfassal b'mod speċjali sabiex jiggwida l-magni tat-taħan li għandhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a. L-assi ċ tintuża sabiex ir-rota tat-taħan tinżamm perpendikulari mas-superfiċje fejn isir ix-xogħol; jew

b. L-assi a tikkonfigura sabiex titħan kanen bil-kamm.

3. Magni tat-taħan tas-superfiċje.

d. Magni tat-tip bla wajer li jgħaddu karga elettrika (EDM) li fihom żewġ assi jew iktar b'moviment rotatorju li jistaw ikunu kkordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorni";

e. Għodod tal-magni għat-tneħħija ta' metalli, oġġetti taċ-ċeramika jew "komposti" li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. It-tneħħija ta' materjal permezz ta' proċess minn dawn li ġejjin:

a. Merżqa ta' l-ilma jew likwidi oħra, kif ukoll dawk li fihom addittivi li joborxu;

b. Raġġ ta' elettroni; jew

ċ. Raġġ tal-"lejżer"; u

2. Li fihom żewġ assi jew iktar b'moviment rotatorju li:

a. Jistaw ikunu kkordinati simultanjament għal "kontroll tal-kontorni"; u

b. Bi preċiżjoni tal-posizzjoni ta' inqas (aħjar) minn 0,003o;

f. Magni għat-tħaffir fil-fond u magni tat-tornaturi modifikati għat-tħaffir fil-fond, li għandhom kapaċità massima tat-tħaffir ta' fond ta' iktar minn 5000 mm u komponenti mfassla b'mod speċjali għal dak l-iskop.

2B003 Għodod tal-magni manwali jew "kontrollati b'mod numeriku" u komponenti, kontrolli u aċċessorji mfassla b'mod speċjali għat-taqxira, perfezzjonament, tħin jew tisnin ta' xpruni (Rc = 40 jew iktar) ittemprati, ingranaġġ b'tastatur jew b'aktar minn tastatur wieħed li għandhom dijametru ta' xengil ta' iktar minn 1250 mm u wisa' tal-wiċċ ta'15 % tad-dijametru ta' xengil jew ikbar, rfinuti daqs AGMA 14 jew aħjar (ekwivalenti għal ISO 1328 klassi 3).

2B004 "Preses isostatiċi" imsaħna li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti u aċċessorji mfassla b'mod speċjali għal dak l-iskop:

N.B.:

b bARA WKOLL 2B104 u 2B204.

a. Ambjent termiku kkontrollat fil-kavità magħluqa u kavità bid-dijametru ntern ta' 406 mm jew iktar; u

b. Karatteristika minn dawn li ġejjin:

1. Pressjoni massima ta' xogħol ta' iktar minn 207 MPa;

2. Ambjent termiku kkontrollat ta' iktar minn 1773 K (1500 °Ċ); jew

3. Mezz sabiex sustanzi oħra jimtlew bl-idrokarbur u prodotti tad-degradazzjoni ta' gass jitneħħew.

Nota Teknika:

Id-dimensjoni interna tal-kavità fejn isir ix-xogħol hi tal-kavità, fejn tintlaħaq it-temperatura u l-pressjoni ta' xogħol, mingħajr fissi ma' immobbli. Dik id-dimensjoni għandha tkun l-iżgħar fost id-dijametru intern tal-kavità tal-pressjoni jew id-dijametru intern tal-kavità miksija b'materjal li jservi għall-iżolament tal-forn, skond liema kavità tinsab fl-oħra.

N.B.

Għaż-żebgħa, forom u għodod imfassla b'mod speċjali ara 1B003, 9B009 u l-Elenku ta' l-Armamenti Militari.

2B005 Tagħmir imfassal b'mod speċjali għad-depożitu, għall-proċess u kontroll waqt il-proċess ta' kisi inorganiku, kisi u modifikazzjoni tas-superfiċje, kif ġejjin, għal sottostrati mhux elettroniċi permezz tal-proċessi indikati fit-Tabella u n-Noti assoċjati li jiġu wara 2E003.f. u l-komponenti mfassla b'mod speċjali għall-iskop ta' immaniġġjar, tpoġġija, manipulazzjoni u kontroll automatiku:

a. Tagħmir ta' produzzjoni għad-depożitu ta' fwar tal-kimika (CVD) permezz tal-"kontroll ta' programm bil-memorja" li għandu il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 2B105.

1. Proċess modifikat għal wieħed minn dawn li ġejjin:

a. CVD Vibrazzjoni;

b. Depożitu termali f'nukleu kkontrollat (CNTD); jew

ċ. CVD intensifikata jew assistita permezz ta' plażma; u

2. Kondizzjoni minn dawn li ġejjin:

a. Tinkorpora siġilli li għandhom moviment rotatorju permezz ta' vakwu (indaqs jew inqas minn 0,01 Pa); jew

b. Tinkorpora kontroll tal-ħxuna ta' kisja in situ:

b. Tagħmir ta' produzzjoni għat-taħwil ta' jone permezz tal-"kontroll ta' programm bil-memorja" li għandu kurrenti ta' raġġi ta' 5 mA jew iktar;

ċ. Tagħmir ta' produzzjoni għad-depożitu ta' raġġ ta' elettroni fi fwar (EB-PVD) permezz tal-"kontroll ta' programm bil-memorja" li jinkorpora sistemi li huma stmati jħaddmu enerġija ta' iktar minn 80 kW, b' xi element minn dawn li ġejjin:

1. Sistema ta' kontroll permezz ta' "lażer" tal-livell ta' l-għadira ta' ilma, sabiex tirregola b'mod preċiż ir-rata tad-dħul ta' ingotti; jew

2. Monitur tal-veloċità kkontrollat minn kompjuter li jopera fuq il-prinċipju ta' foto-luminixxenza ta' l-atomi li nbidlu f'jonijiet fil-fluss evaporattiv għall-kontroll tar-rata ta' depożitu ta' kisja li fiha żewġ elementi jew iktar;

d. Tagħmir tal-produzzjoni għat-traxxix permezz tal-plażma b' "kontroll ta' programm bil-memorja" li għandu xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1. Li jaħdem f'atmosfera kkontrollata bi pressjoni ridotta (indaqs jew inqas minn 10 kPa hawn fuq ikkalkulata u mhux aktar ‘il bogħod minn 300 mm tal-ħruġ ta' kanna) f'kavità b'vakwu li kapaċi tevakwa sa 0,01 Pa qabel il-proċess tat-traxxix; jew

2. Li jinkorpora kontroll tal-ħxuna ta' kisja in situ;

e. Tagħmir ta' produzzjoni għad-depożitu ta' metall b'veloċità qawwija permezz ta' joni b' "kontroll ta' programm bil-memorja" li kapaċi jiflaħ intensità ta' kurrent ta' 0,1 mA/mm2 jew iktar b'rata ta' depożitu ta' 5 μm/h jew iktar;

f. Tagħmir ta' produzzjoni għad-depożitu ta' l-arkja katodika permezz ta' "kontroll ta' programm bil-memorja" li jinkorpora grilja ta' elettrokalamiti għall-kontroll ta' l-impatt ta' l-ark mal-katodu;

g. Tagħmir ta' produzzjoni għal kisi b'jone permezz ta' "kontroll ta' programm bil-memorja" li jippermetti l-kejl in situ ta' xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1. Il-ħxuna tal-kisja fuq is-sottostrat u r-rata ta' depożitu; jew

2. Karatteristiċi Ottiċi.

Nota:

2B005 ma jirregolax it-tagħmir għad-depożitu ta' fwar tal-kimika, għad-depożitu ta' l-arkja katodika b'veloċità qawwija permezz ta' joni, il-kisi b'jone jew it-tagħmir għat-taħwil ta' jone imfassla b'mod speċjali għall-għodod ta' qtugħ jew ta' ħjata.

2B006 Sistemi u tagħmir għall-ispezzjoni dimensjonali jew għal kejl, kif ġejjin:

a. Magni tal-kejl ta' kordinati (CMM) b‘kontroll komputerizzat, "kontroll b'mod numeriku" jew "kontroll minn programm bill-memorja", li għandhom errur ta' indikazzjoni massimu tridimensjonali (volumetriku) permissibbli (MPEE) f'xi punt fil-gamma tax-xogħol tal-magna (i.e., fit-tul ta' assi) indaqs jew inqas (aħjar) minn (1,7 + L/1000) μm (L jirrappreżenta t-tul f'mm), eżaminati skond ISO 10360-2 (2001);

N.B.:

ARA WKOLL 2B206.

b. Strumenti ta' kejl ta' l-ispostament lineari u angolari, kif ġejjin:

1. Strumenti ta' kejl ta' l-ispostament lineari li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

Nota Teknika:

Għall-iskop ta' 2B006.b.1. "spostament lineari" jfisser il-varjazzjoni fid-distanza bejn is-sonda ta' kejl u l-oġġett imkejel.

a. Sistemi ta' kejl tat-tip bla kuntatt b'"intervall" indaqs jew inqas (aħjar) minn 0,2 μm f'marġni ta' kejl sa 0,2 mm;

b. Sistemi ta' transformer differenzali b'vultaġġ lineari li għandhom il-karatteristċi kollha li ġejjin:

1. "Il-kwalità lineari" indaqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % f'marġni ta' kejl sa 5 mm; u

2. Moviment indaqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % għal kull ġurnata b'temperatura standard fil-kamra fejn isir it-test ta' ± 1 K; jew

ċ. Sistemi ta' kejl li fihom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Li fihom "lażer"; u

2. Li jżommu, mill-inqas għal 12 il-siegħa, marġni ta' temperatura ta' ± 1 K fit-temperatura standard u f'pressjoni standard, dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. "Intervall" mifrux fuq skala kompleta ta' 0,1 μm jew inqas (aħjar); u

b. "Inċertezza ta' kejl" ta' jew inqas (aħjar) minn (0,2 + L/2000) μm (L jirrappreżenta t-tul imkejel f'mm);

Nota:

2B006.b.1. ma jirregolax sistemi ta' kejl b'interferometri, li ma jibgħatux sinjal lura permezz ta' ċirkuwitu magħluq jew miftuħ, li fihom jinsab "lażer" li jkejjel żbalji fil-moviment ta' l-għodod tal-magni li jislajdjaw, magni għall-ispezzjoni dimensjonali jew tagħmir simili.

2. Apparat tal-kejl ta' l-ispostament angolari, li għandu devjazzjoni ta' posizzjoni angolari indaqs jew inqas (aħjar) minn 0,00025o;

Nota:

2B006.b.2. ma jirregolax strumenti ottiċi, bħal awtokollimaturi, li jużaw dawl ikkolimat sabiex josservaw l-ispostament angolari ta' mera.

ċ. Tagħmir għall-kejl ta' l-irregolaritajiet tas-superfiċje, b'sensittività ta' 0,5 nm jew inqas (aħjar), li jkejjel il-firxa ottika bħala funzjoni ta' l-angolu.

Nota:

Għodod tal-magni li jistaw jintużaw bħala magni tal-kejl jekk jikkorrespondu ma' jew jeċċedu l-kriterji msemmija għall-funzjoni ta' għodod tal-magni jew għall-funzjoni ta' magni tal-kejl.

2B007 "Robots" li għandhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin, u kontrolluri u "strumenti bi stimoli" imfassla b'mod speċjali għal dak l-iskop:

N.B.:

ARA WKOLL 2B207.

a. Kapaċi jipproċessaw fi żmien reali immaġni kompleta tridimensjonali jew '"analiżi ta' xena" kompleta tridimensjonali sabiex jiġġeneraw jew jimmodifikaw "programmi" jew sabiex jiġġeneraw jew jimmodifikaw programm ta' data numerika;

Nota Teknika:

Il-limitazzjoni tal-kapaċità ta' l-’"analiżi tax-xena" ma tinkludix approssimazzjoni tat-tielet dimensjoni meta hi meqjusa minn angolu speċifiku, jew interpretazzjoni limitata ta' l-iskala griża għall-perċezzjoni tal-fond jew l-kwalità tal-kompiti approvati (2½D).

b. Imfassla b'mod speċjali sabiex ikunu konformi ma' l-istandards nazzjonali tas-sigurtà li huma applikabli f'ambjenti fejn jinsab munizzjon esplożiv;

ċ. Imfassla b'mod speċjali jew stmati bħala reżistenti għar-radjazzjoni sabiex jifilħu doża totali ta' radjazzjoni ta' iktar minn 5 × 103 Gy (silikon) mingħajr degradazzjoni operazzjonali; jew

Nota Teknika:

It-terminu Gy (silikon) jirreferi għall-enerġija, rappreżentata minn Joules għal kull kilo, assorbita minn kampjun ta' silikon espost għar-radjazzjoni jonizzanti.

d. Imfassla b'mod speċjali sabiex jaħdmu f'altitudnijiet ta' iktar minn 30000 m.

2B008 Immuntar jew unitajiet, imfassla b'mod speċjali għall-għodod tal-magni, jew għal tagħmir u sistemi ta' l-ispezzjoni dimensjonali jew tal-kejl, kif ġejjin:

a. Unità tat-tip lineari b'sinjal tal-posizzjoni li jiġi lura (eż., apparat ta' induzzjoni, skali ggradwati, sistemi ta' infra-aħmar jew sistemi ta' "lażer") bi 'preċiżjoni' totali ta' inqas (aħjar) minn (800 + (600 × L × 10-3)) nm (L jirrappreżenta t-tul effettiv f'mm);

N.B.:

Għal sistemi ta' "lejżer" ara wkoll n-Nota f'2B006.b.1.

b. Unità tat-tip ta' moviment ċirkolari b'sinjal tal-posizzjoni li jiġi lura (eż., apparat ta' induzzjoni, skali ggradwati, sistemi ta' infra-aħmar jew sistemi ta' "lażer") bi "preċiżjoni" ta' inqas (aħjar) minn 0,00025o;

N.B.:

Għal sistemi ta' "lejżer" ara wkoll n-Nota f'2B006.b.1.

ċ. "Twavel komposti b'moviment ċirkolari" u "pernijiet permezz ta' liema wieħed jista' jmejjel oġġett", kapaċi jtejjbu l-kwalità ta' għodod tal-magni, skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant, għall-livelli ta' jew għall-livelli superjuri ta' dawk imsemmija f'2B.

2B009 Magni tat-tip spin-forming u magni tat-tip flow-forming, li, skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-fabbrikant, jistaw ikunu mgħammra b'unità "ta' kontroll numeriku" jew b'kontroll ikkomputerizzat u li fihom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 2B109 U 2B209.

a. Żewġ assi kontrollati jew iktar, li ta' mill-inqas tnejn minn dawn jistaw ikunu kkordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorni"; u

b. Forza ta' ġbid ta' iktar minn 60 kN.

Nota Teknika:

Magni li jgħaqqdu il-funzjoni ta' spin-forming u flow-forming huma meqjusa bħala magni tat-tip flow-forming għall-iskop ta' 2B009.

2B104 "Presses isostatiċi", barra dawk imsemmija f'2B004, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 2B204.

a. Pressjoni massima tax-xogħol ta' 69 MPa jew iktar;

b. Imfassla sabiex jiksbu u jżommu ambjent termali kkontrollat ta' 873 K (600 °Ċ) jew iktar; u

ċ. Li għandhom kavità b'dijametru intern ta' 254 mm jew ikbar.

2B105 Fran tat-tip CVD, barra dawk imsemmija f'2B005.a., imfassla jew modifikati għad-densifikazzjoni ta' komposti ta' karbur-karbur.

2B109 Magni tat-tip flow-forming, barra dawk imsemmija f'2B009, u komponenti mfassla b'mod speċjali kif ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 2B209.

a. Magni tat-tip flow-forming li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Jistaw ikunu mgħammra, skond l-ispeċifikazzjoni teknika tal-fabbrikant, b'unità "ta' kontroll numeriku" jew b'kontroll ikkomputerizzat, anke meta mhumiex mgħammra b'unità bħal dawn; u

2. B'iktar minn żewġ assi li jistaw ikunu kordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorni".

b. Komponenti imfassla b'mod speċjali għal magni tat-tip flow-forming imsemmija minn 2B009 sa 2B109.a.

Nota:

2B109 ma jirregolax magni li ma jistawx jintużaw fil-produzzjoni ta' komponenti u tagħmir ta' propulsjoni (eż. kontenituri ta' muturi) għas-sistemi msemmija f'9A005, 9A007.a. jew 9A105.a.

Nota Teknika:

Magni li jgħaqqdu il-funzjoni ta' spin-forming u flow-forming huma meqjusa bħala magni tat-tip flow-forming għall-iskop ta' 2B109.

2B116 Sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni, tagħmir u komponenti għal dak l-iskop, kif ġejjin:

a. Sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni li jużaw teknika fejn frazzjoni ta' sinjal li jkun intbagħat jerġa' lura jew ċirkuwitu magħluq u li jinkorporaw kontrollur diġitali, kapaċi jivvibra sistema ta'10 g rms jew iktar f'gamma intiera ta' 20 Hz sa 2000 Hz u jagħmel qawwa ta' 50 kN, jew iktar, mkejel b' "tavla vojta";

b. Kontrolluri diġitali flimkien ma' Software ta' prova ta' vibrazzjoni mfassal b'mod speċjali, b'"medda ta' frekwenzi fiż-żmien reali" ta' iktar minn 5 kHz imfassla għall-użu tas-sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni msemmija f'2B116.a.;

ċ. Magni ta' l-imbuttatura għal vibrazzjoni (unità ta' xejker), kemm jekk u kemm jekk mingħajr amplifikaturi assoċjati, ta' qawwa ta' 50 kN jew iktar, imkejla b' "tavla vojta", u li jista' jintuża f'sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni msemmija f'2B116.a.;

d. Strutturi li jsostnu l-parti li se tkun eżaminata u unità elettroniċi mfassla sabiex jgħaqqdu ħafna unità ta' xejkers f'sistema li hi kapaċi tipprovdi qawwa effettiva ta' 50 kN jew iktar, imkejla b' "tavla vojta", u li jistaw jintużaw fis-sistemi ta' vibrazzjoni msemmija f'2B116.a.

Nota Teknika:

F'2B116, "tavla vojta" tfisser tavla jew superfiċje ċatta, bl-ebda fissi ma' immobbli jew tagħmir.

2B117 Tagħmir u mezzi mekkaniċi għall-proċess, barra dawk imsemmija f'2B004, 2B005.a., 2B104 jew 2B105, imfassla jew modifikati għad-densifikazzjoni u t-tmermir kimiku kkawżat mis-sħana tal-komposti strutturali taż-żennuni ta' rokits u tat-truf tal-post tad-dħul mill-ġdid ta' vetturi.

2B119 Magni tal-bilanċ u tagħmir konness, kif ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 2B219.

a. Magni tal-bilanċ li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Mhumiex kapaċi jibbilanċjaw rotors/immuntar b'massa ta' aktar minn 3 kg;

2. Kapaċi jibbilanċjaw rotors/immuntar b'veloċità ta' aktar minn 12500 rpm;

3. Kapaċi jikkorieġu diżbilanċ f'żewġ pjani jew iktar; u

4. Kapaċi jibbilanċjaw sa diżbilanċ speċifiku residwu ta' 0,2 g mm għal kull kilo ta' massa rotanti;

Nota:

2B119.a. ma jirregolax magni tal-bilanċ imfassla jew modifikati għall-apparat dentali jew apparat mediku ieħor.

b. Partijiet ta' indikejter imfassla jew modifikati sabiex jintużaw ma' dawk il-magni imsemmija f'2B119.a.

Nota Teknika:

Xi drabi l-partijiet ta' indikejter huma magħrufa bħala strumentazzjoni tal-bilanċ.

2B120 Simulaturi tal-moviment jew twavel tal-veloċità li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Żewġ assi jew iktar;

b. Anelli tal-kuntatt li huma kapaċi jittrasmettu enerġija elettrika u/jew informazzjoni bis-sinjali; u

ċ. Li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1. Għal kull assi li fiha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Kapaċi ta' veloċità ta' 400 grad/gradi jew iktar, jew 30 grad/gradi jew inqas; u

b. Intervall ta' veloċità indaqs jew inqas minn 6 grad/gradi u preċiżjoni indaqs jew inqas minn 0,6 grad/gradi;

2. Li fl-agħar sitwazzjoni għandhom rata ta' stabbiltà indaqs jew aħjar (inqas) bejn wieħed u ieħor minn 0,05 % fil-medja ta' 10 gradi jew iktar; jew

3. Preċiżjoni tal-posizzjoni indaqs jew aħjar minn 5 arki fis-sekonda.

Nota:

2B120 ma jirregolax twavel b'moviment rotatorju imfassla jew modifikati għal għodod tal-magni jew apparat mediku. Għal twavel b'moviment rotatorju għall-għodod tal-magni ara 2B008.

2B121 Twavel tal-posizzjoni (tagħmir kapaċi ta' posizzjoni għal moviment rotatorju preċiż f'kull assi), barra dawk imsemmija f'2B120, li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:

a. Żewġ jew iktar: u

b. Preċiżjoni tal-posizzjoni indaqs jew aħjar minn 5 arki fis-sekonda.

Nota:

2B121 ma jirregolax twavel b'moviment rotatorju imfassla jew modifikati għal għodod tal-magni jew apparat mediku. Għal twavel b'moviment rotatorju għall-għodod tal-magni ara 2B008.

2B122 Magni ċentrifugi li huma kapaċi ta' aċċelerazzjoni ‘il fuq minn 100 g u li għandhom anelli tal-kuntatt li huma kapaċi jittrasmettu enerġija elettrika jew informazzjoni bis-sinjali.

2B201 Għodod tal-magni kif ġejjin, barra dawk imsemmija f'2B001, għat-tneħħija jew qtigħ ta' metalli, oġġetti taċ-ċeramika jew "komposti", li skond l-ispeċifikazzjoni teknika tal-fabbrikant, jistaw ikunu mgħammra b'apparat elettroniku għal "kontroll tal-kontorni" simultanju fuq żewġ assi jew iktar:

a. Għodod tal-magni għat-taħan, li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1. Il-preċiżjoni tal-posizzjoni bil-"kumpens kollu disponibbli" li hu indaqs jew inqas (aħjar) minn 6 μm skond ISO 230/2 (1988) [7] jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari; jew

2. Żewġ assi jew iktar b'moviment rotatorju tal-kontorni;

Nota:

2B201.a. ma jirregolax magni tat-taħan li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Il-vjaġġ ta' l-assi x hu ta' iktar minn 2 m; u

b. Preċiżjoni tal-posizzjoni totali fl-assi x hi ta' iktar (agħar) minn 30 μm.

b. Għodod tal-magni għat-taħan, li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

1. Il-preċiżjoni tal-posizzjoni bil-"kumpens kollu disponibbli" li hu indaqs jew inqas (aħjar) minn 4 μm skond ISO 230/2 (1988) [8] jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari; jew

2. Żewġ assi jew iktar b'moviment rotatorju tal-kontorni.

Nota:

2B201.b. ma jirregolax il-magni tat-taħan li ġejjin:

a. Ċilindri esterni, interni u esterni-interni ta' magni tat-taħan li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Limitat għat-taħan ċilindriku;

2. Dijametru estern jew tul massimu ta' l-oġġett li jrid isir xogħol fuqu ta'150 mm;

3. Mhux iktar minn żewġ assi li jistaw ikunu kkordinati simultanjament għal "kontroll tal-kontorni"; u

4. L-ebda assi ċ bil-kontorni;

b. Apparat li jiggwida l-magni tat-taħan b'assi limitati għal x, y, ċ u a fejn l-assi ċ tintuża sabiex ir-rota tat-taħan tinżamm perpendikulari mas-superfiċje fejn isir ix-xogħol u l-assi a tikkonfigura sabiex titħan kanen bil-kamm;

ċ. Magni għas-sann ta' l-għodda jew l-għodda tal-qtugħ b’ "Software" imfassal b'mod speċjali għall-produzzjoni ta' għodod jew għodod tal-qtugħ; jew

d. Magni tat-taħan bi krankxaft jew kamxaft.

2B204 "Preses isostatiċi", barra dawk imsemmija f'2B004 jew 2B104, u tagħmir konness, kif ġejjin:

a. "Preses isostatiċi" li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. Kapaċi jilħaq pressjoni massima tax-xogħol ta' 69 MPa jew iktar; u

2. Kavità b'dijametru intern ta' iktar minn 152 mm;

b. Żebgħa, forom u kontrolli, imfassla b'mod speċjali għall-"preses isostatiċi" imsemmija f'2B204.a.

Nota Teknika:

F'2B204 id-dimensjoni interna tal-kavità fejn isir ix-xogħol hi tal-kavità, fejn tintlaħaq it-temperatura u l-pressjoni ta' xogħol, mingħajr fissi ma' immobbli. Dik id-dimensjoni għandha tkun l-iżgħar fost id-dijametru intern tal-kavità tal-pressjoni jew id-dijametru intern tal-kavità miksija b'materjal li jservi għall-iżolament tal-forn, skond liema kavità tinsab fl-oħra.

2B206 Magni, apparat jew sistemi ta' spezzjoni dimensjonali, barra dawk imsemmija f'2B006, kif ġejjin:

a. Magni ta' spezzjoni dimensjonali kkontrollati minn kompjuter jew b'mod numeriku li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. Żewġ assi jew iktar; u

2. "Qjies mingħajr ċertezza" ta' tul dimensjonali indaqs jew inqas (aħjar) minn (1,25 + L/1000) μm eżaminat permezz ta' sonda bi "preċiżjoni" ta' inqas (aħjar) minn 0,2 μm (L jirrappreżenta t-tul f'millimetri) (Ref.:VDI/VDE 2617 Partijiet 1 u 2);

b. Sistemi għall-ispezzjoni simultanja lineari-angolari tan-nofsijiet tal-kisi tal-munizzjon, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. "Qjies mingħajr ċertezza" matul kull assi lineari indaqs jew inqas (aħjar) minn 3,5 μm għal kull 5 mm; u

2. "Devjazzjoni ta' posizzjoni angolari" indaqs jew inqas minn 0,02o.

Nota 1:

Għodod tal-magni li jistaw jintużaw bħala magni tal-kejl jekk jikkorrespondu ma' jew jeċċedu l-kriterji msemmija għall-funzjoni ta' għodod tal-magni jew għall-funzjoni ta' magni tal-kejl.

Nota 2:

Hu kkontrollat jekk magna msemmija f'2B206 hijiex teċċedi il-limitu tal-kontroll xi mkien fil-kamp tal-ħdim tagħha.

Noti Tekniċi:

1. Is-sonda użata sabiex ikun determinat il-qjies mingħajr ċertezza ta' sistema ta' ispezzjoni dimensjonali għandu jkun indikat f'VDI/VDE 2617 partijiet 2, 3 u 4.

2. Il-parametri kollha f'2B206 jirrapreżentaw qisien ta' bejn wieħed u ieħor, ċioe mhux marġini totali.

2B207 "Robots", "strumenti bi stimoli" u unità ta' kontroll, barra dawk imsemmija f'2B007, kif ġejjin:

a. "Robots" jew "strumenti bi stimoli" imfassla b'mod speċjali sabiex ikunu konformi ma l-istandards ta' sigurtà nazzjonali applikabbli fil-immaniġġjar ta' esplożiv (per eżempju, li jissodisfaw il-klassifikazzjoni tal-kodiċi elettriku għall-esplożiv);

b. Unità ta' kontroll imfassla b'mod speċjali għal "robots" jew "strumenti bi stimoli" imsemmija f'2B207.a.

2B209 Magni tat-tip flow forming, magni tat-tip spin forming bil-funzjoni ta' flow forming, barra dawk imsemmija f'2B009 jew 2B109, u fusijiet, kif ġejjin:

a. Magni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. Tliet rombli jew iktar (attivi jew li jidderieġu); u

2. Li, skond l-ispeċifikazzjoni teknika tal-fabbrikant, jistaw ikunu mgħammra b'unità ta' "kontroll numeriku" jew kontroll komputerizzat;

b. Fusijiet tat-tip rotor-forming imfassla sabiex jagħmlu rotors f'għamla ta' ċilindru b'dijametru intern bejn 75 mm u 400 mm.

Nota:

2B209.a. jinkludi magni li għandhom romblu wieħed biss imfassal sabiex jibdel il-forma tal-metall u żewġ rombli awżiljarji li jsostnu l-fus, iżda li ma jieħdux sehem f'dan il-proċess ta' bdil.

2B219 Magni fissi jew li jistaw jittieħdu minn post għal ieħor, orizzontali jew vertikali, għal bilanċ ċentrifugu fuq iktar minn pjan wieħed, kif ġejjin:

a. Magni għal bilanċ ċentrifugu imfassla għal bilanċ ta' rotors flessibbli b'tul ta' 600 mm jew iktar u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Pern jew assi b'dijametru ta' iktar minn 75 mm;

2. Kapaċità ta' massa minn 0,9 sa 23 kg; u

3. Kapaċità ta' bilanċ b'veloċità ta' rotazzjoni ta' iktar minn 5000 r.p.m.;

b. Magni għal bilanċ ċentrifugu imfassla għal bilanċ ta' komponenti ta' rotor s f'għamla ta' ċilindri konkavi u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Pern b'dijamteru ta' iktar minn 75 mm;

2. Kapaċità ta' massa minn 0,9 sa 23 kg;

3. Kapaċi jibbilanċja sa residwu ta' żbilanċ indaqs jew inqas minn 0,01 kg × mm/kg għal kull pjan; u

4. Magni tat-tip li jaħdmu biċ-ċinga.

2B225 Apparat għal manipulazzjoni mill-bogħod li jista' jintużaw għal azzjoni mill-bogħod f'proċessi tas-separazzjoni radju-kimika jew f'ċelel tas-sħana, li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a. Kapaċi jidħol 0,6 m jew iktar f'ħajt ta' ċella tas-sħana (funzjoni tat-tip through-the-wall); jew

b. Kapaċi jgħaddi minn naħa għal oħra ta' ċella tas-sħana b'ħajt bi ħxuna ta' 0,6 m jew iktar (funzjoni over-the-wall).

Nota Teknika:

Apparat għal manipulazzjoni mill-bogħod jaqleb l-azzjoni ta' operatur għal driegħ li taħdem mill-bogħod u stallazzjoni. Jistaw ikunu tat-tip "master/slave" jew imħaddma b'lîver tal-kontroll jew tastiera.

2B226 Atmosfera ikkontrollata (vakwu jew gass inerti) fran ta' l-induzzjoni, u provvisti ta' enerġija b'dan, kif ġejjin:

N.B:

ARA WKOLL 3B.

a. Fran li fihom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Kapaċi jħaddem ‘il fuq minn 1123 K (850 °Ċ);

2. Transformers li jipproduċu vultaġġ għoli minn vultaġġ baxx b'dijametru ta' 600 mm jew inqas; u

3. Imfassla għad-dħul ta' enerġija ta' 5 kW jew iktar;

b. Provvisti ta' enerġija, li jipproduċu l-ammont indikat ta' enerġija ta' 5 kW jew iktar, imfassla b'mod speċjali għal fran imsemmija f'2B226.a.

Nota:

2B226.a. ma jirregolax fran imfassla biex jipproċessaw kristalli irqaq ħafna ta' semikonduttur użati bħala sottostrat għal sistema ta' ċirkuwitu fi stat solidu.

2B227 Fran għat-tidwib tal-metall u tidwib metallurġiku u tagħmir konness, ġewwa vakwu jew atmosfera oħra kkontrollata kif ġejjin:

a. Fran b'ark għat-tidwib mill-ġdid u fran għat-tidwib tal-metall li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. Elettrodu b'kapaċitajiet ta' ħruġ u dħul ta' bejn 1000 ċm3 u 20000 ċm3, u

2. Kapaċi jaħdem f'temperaturi tat-tidwib il-fuq minn 1973 K (1700 °Ċ);

b. b'raġġ ta'elettron u atomizzazzjoni ta' plażma għat-tidwib, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. Enerġija ta' 50 kW jew aktar; u

2. Kapaċi jaħdmu f'temperaturi tat-tidwib ‘il fuq minn 1473 K (1200 °Ċ).

ċ. Sistemi ta' rapport u kontroll permezz ta' kompjuter ikkonfigurati b'mod speċjali għall-fran imsemmija f'2B227.a. jew b.

2B228 Tagħmir għal fabbrikazzjoni jew immuntar ta' rotors, tagħmir li jiddritta rotors, fusijiet tat-tip bellows-forming u żebgħa, kif ġejjin:

a. Tagħmir għal immuntar ta' rotors għall-immuntar ta' partijiet ta' tubi, apparat għall-kontroll tad-dawl u kaps tat-tarf ta' ċentrifugi ta' rotors bil-gass;

Nota:

2B228.a. jinkludi fusijiet ta' preċiżjoni, klamps u magni tat-tip shrink fit.

b. Tagħmir li jiddritta rotors għall-allinjament ta' partijiet ta' tubi ta' ċentrifugi ta' rotors bil-gass fuq assi komuni;

Nota Teknika:

F'2B228.b. tagħmir bħal dan ġeneralment jikkonsisti f'sondi tal-kejl ta' preċiżjoni konnessi ma' kompjuter li sussegwentement tikkontrolla l-azzjoni ta', per eżempju, pistuni pnewmatiċi li jintużaw għall-allinjament ta' partijiet ta' tubi ta' rotors.

ċ. Fusijiet tat-tip bellows-forming u żebgħa għal produzzjoni ta' minfaħ tat-tip single-convolution.

Nota Teknika:

F'2B228.ċ. il-minfħa għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Dijametru ta' ġewwa bejn 75 mm u 400 mm;

2. Tul indaqs jew akbar minn12,7 mm;

3. Tidwira waħda b'fond ta' aktar minn 2 mm; u

4. Magħmul minn ligi ta' l-aluminju ta' saħħa kbira, maraging steel jew "materjal fibruż jew bil-filamenti" ta'saħħa kbira.

2B230 "Apparat maħsub sabiex jibdel sinjal ta' pressjoni f'sinjal ellettriku" li hu kapaċi jkejjel pressjoni assoluta f'kull punt ta' l-iskala 0 sa 13 kPa u li għandu iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. Elementi sensorjali tal-pressjoni magħmula minn jew protetti bl-aluminju, ligi ta' l-aluminju, nikil jew ligi tan-nikil b'aktar minn 60 % nikil fil-piż; u

b. Li fihom waħda jew oħra mil-karatteristiċi li ġejjin:

1. Miżien mimli b'inqas minn 13 kPa u "preċiżjoni" ta' aħjar minn ± 1 % ta' daqs sħiħ; jew

2. Miżien mimli ta'13 kPa jew aktar u "preċiżjoni" ta' aħjar minn ± 130 Pa.

Nota Teknika:

Għall-iskop ta' 2B230, "preċiżjoni" tinkludi dak li mhux lineari, isteresi u r-rata ta' repetizzjoni fit-temperatura tal-post.

2B231 Pompi ta' l-arja li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Il-miżura tad-dħul fit-taqsima tan-naħa ta' ġewwa ta' pajp mgħawweġ indaqs jew ikbar minn 380 mm;

b. Il-pompjatura għandha veloċità ta' jew aktar minn15 m3/s; u

ċ. Kapaċi jipproduċi vakwu ikbar minn13 mPa.

Noti Tekniċi:

1. Il-veloċità tal-pompjatura hi ddeterminata mill-marka tal-kejl tal-gass tan-nitroġenu jew arja.

2. Il-vakwu finali hu ddeterminat fid-dħul tal-pompa bid-dħul tal-pompa bblokkjat.

2B232 Kanuni bil-gass tat-tip ta' livelli diversi u sistemi oħra ta' kanuni ta' veloċità kbira (tipi ta' serpentina, elettromanjetika u elettrotermika, u sistemi oħra avvanzati) li kapaċi jaċċeleraw projettili għal 2 km/s jew iktar.

2B350 Faċilitajiet li jimmanifatturaw il-kimika, tagħmir u komponenti, kif ġejjin:

a. Reċipjenti għar-reazzjoni jew reatturi, kemm bi u kemm mingħajr aġitaturi, b'volum intern (ġeometriku) totali ta' iktar minn 0,1 m3 (100 litri) u inqas minn 20 m3 (20000 litri), fejn kull superfiċje li jkollha kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati jew li tinsab/jinsabu fiha hi magħmula mill-materjal li ġej:

1. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

2. Fluoropolymers;

3. Ħġieġ (li għandu kisi ta' l-enemel jew ta' verniċ jixbah il-ħġieġ jew kisja tal-ħġieġ);

4. Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

5. Tantalu jew ligi tat-tantalu;

6. Titanju jew ligi tat-titanju; jew

7. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

b. Aġitaturi għal użu f'reċipjenti għar-reazzjoni jew reatturi msemmija f'2B350.a.; u stimoli, xfafar jew xafts imfassla għal aġitaturi bħal dawn, fejn kull superfiċje li jkollha kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati jew li tinsab/jinsabu fiha hi magħmula minn xi materjal li ġej:

1. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

2. Fluoropolymers;

3. Ħġieġ (li għandu kisi ta' l-enemel jew ta' verniċ jixbah il-ħġieġ jew kisja tal-ħġieġ);

4. Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

5. Tantalu jew ligi tat-tantalum;

6. Titanju jew ligi tat-titanju; jew

7. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

ċ. Tankijiet tal-ħażna, reċipjenti jew kontenituri b'volum intern (ġeometriku) totali ta' iktar minn 0,1 m3 (100 litri), fejn kull superfiċje li jkollha kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati jew li tinsab/jinsabu fiha hi magħmula minn xi materjal li ġej:

1. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2. Fluoropolymers;

3. Ħġieġ (li għandu kisi ta' l-enemel jew ta' verniċ jixbah il-ħġieġ jew kisja tal-ħġieġ);

4. Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

5. Tantalu jew ligi tat-tantalum;

6. Titanju jew ligi tat-titanju; jew

7. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

d. Apparat għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b'superfiċje għat-trasferiment tas-sħana b'erja ikbar minn 0,15 m2, u inqas minn 20 m2; u tubi, folji, serpentini jew blokki (nuklei) imfassla għal apparat għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi bħal dawn, fejn kull superfiċje li jkollha kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati hi magħmula minn xi materjal li ġej:

1. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

2. Fluoropolymers;

3. Ħġieġ (li għandu kisi ta' l-enemel jew ta' verniċ jixbah il-ħġieġ jew kisja tal-ħġieġ);

4. Grafita jew "carbon graphite";

5. Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

6. Tantalu jew ligi tat-tantalu;

7. Titanju jew ligi tat-titanju;

8. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

9. Karbur tas-silikon; jew

10. Karbur tat-titanju;

e. Kolonni ta' distillazzjoni jew ta' assorbiment b'dijametri interni ta' iktar minn 0,1 m; u distributuri ta' likwidi, distributuri ta' fwar jew oġġetti għall-kollezzjoni ta' likwidu imfassla għal kolonni ta' distillazzjoni jew kolonni ta' assorbiment bħal dawn, fejn kull superfiċje li jkollha kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati hi magħmula minn xi materjal li ġej:

1. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

2. Fluoropolymers;

3. Ħġieġ (li għandu kisi ta' l-enemel jew ta' verniċ jixbah il-ħġieġ jew kisja tal-ħġieġ);

4. Grafita jew "carbon graphite";

5. Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

6. Tantalu jew ligi tat-tantalu;

7. Titanju jew ligi tat-titanju;jew

8. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

f. Apparat għal manipulazzjoni mill-bogħod tal-mili, f'liema kull superfiċje li tiġi f'kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati hi magħmula minn xi materjal li ġej:

1. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż; jew

2. Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

g. Valvijiet b'daqs nominali akbar minn 10 mm, f'liema kull superfiċje li tiġi f'kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati jew li tkun/jkunu tinsab/jinsabu fiha hi magħmula minn xi materjal li ġej:

1. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

2. Fluoropolymers;

3. Ħġieġ (li għandu kisi ta' l-enemel jew ta' verniċ jixbah il-ħġieġ jew kisja tal-ħġieġ);

4. Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

5. Tantalu jew ligi tat-tantalu;

6. Titanju jew ligi tat-titanju;jew

7. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

h. Kanen li għandhom iktar minn qoxra waħda b'fetħa għal estrazzjoni ta' sinjal ta' fissuri, fejn kull superfiċje li jkollha kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati jew li tinsab/jinsabu fiha hi magħmula minn xi materjal li ġej:

1. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

2. Fluoropolymers;

3. Ħġieġ (li għandu kisi ta' l-enemel jew ta' verniċ jixbah il-ħġieġ jew kisja tal-ħġieġ);

4. Grafita jew "carbon graphite";

5. Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

6. Tantalu jew ligi tat-tantalu;

7. Titanju jew ligi tat-titanju; jew

8. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

i. Minfaħ jew pompi b'disk vibranti b'iktar minn siġill wieħed, canned drive, trasmissjoni tal-forza manjetika, b'rata ndikata mill-fabbrikant ta'veloċità massima ta' iktar minn 0,6 m3 fis-siegħa, jew pompi ta' l-arja b'rata ndikata mill-fabbrikant ta'veloċità massima ta' iktar minn 5 m3 fis-siegħa (f'temperatura standard ta' (273 K (0 °Ċ)) u f'pressjoni ta' (101,3 kPa)); u kejsings (pump bodies), kisi ta' kejsings, disk b'għadd ta' pali ffittjati miegħu storjat f'kàver biex jiċċirkola l-ilma minflok b'pompa għal ġol-ġakits taċ-ċilindri, rotors jew pompi tal-merżuq biż-żennuna imfassla għal pompi bħal dawn, fejn kull superfiċje li jkollha kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati hi magħmula minn xi materjal li ġej:

1. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

2. Oġġetti taċ-ċeramika;

3. Ferrosilikon;

4. Fluoropolymers;

5. Ħġieġ (li għandu kisi ta' l-enemel jew ta' verniċ jixbah il-ħġieġ jew kisja tal-ħġieġ);

6. Graphite or "carbon graphite";

7. Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

8. Tantalu jew ligi tat-tantalum;

9. Titanju jew ligi tat-titanju; jew

10. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

j. Inċinerazzjoni imfassla bl-iskop li jeqirdu kimiċi msemmija f'1C350, b'sistemi ta' waste supply imfassla b'mod speċjali, faċilitajiet tal-maniġġjar speċjali u temperatura medja ta' iktar minn 1273 K (1000 °Ċ) fiċ-ċejmber tal-kombustjoni, f'liema kull superfiċje fis-sistema tal-waste supply li tiġi f'kuntatt dirett ma' l-estratti tal-proċess fiżiku jew industrijali hi magħmula minn jew miksija b'xi materjal li ġej:

1. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

2. Oġġetti taċ-ċeramika; jew

3. Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż.

Nota Teknika:

"Grafita tal-karbonju" hi komposizzjoni ta' karbonju u grafita amorfu, f'liema il-kontenut ta' grafita hu ta' 8 % jew aktar fil-piż.

2B351 Apparat li jiċċekkja għal gas tossiku, kif ġej; u diteketrs imfassla għal dak l-iskop speċifiku:

a. Imfassla għall-użu kontinwu u li jista' jintuża għall-iskoperta ta' sustanzi kimiċi jew kimiċi msemmija f'1C350, b'konċentrazzjoni ta' anqas minn 0,3 mg/m3; jew

b. Imfassla għall-iskoperta ta' attività li timpedixxi l-cholinesterase.

2B352 Tagħmir li jista' jintuża fil-maniġġjar ta' materjal bijoloġiku, kif ġej:

a. Faċilitajiet ta' trażżin bijoloġiku komplet, bl-livell ta' trażżin P3, P4;

Nota Teknika:

Livelli ta'trażżin P3 jew P4 (BL3, BL4, L3, L4) kif indikati fil-manwal tal-WHO Laboratory Biosafety (tieni edizzjoni, Ġinevra 1993).

b. Prodotti għal fermentazzjoni li kapaċi jikkoltivaw "mikro-organiżmi" tat-tip patoġeniku, virus jew jipproduċu tossini, mingħajr il-propagazzjoni ta' aerosols, li jesgħu 20 litru jew iktar;

Nota Teknika:

Prodotti għal fermentazzjoni jinkludu bijoreatturi, kimostats u sistemi ta' fluss kontinwu.

ċ. Separaturi ċentrifugi, b'kapaċità ta' separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta' aerosols, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Rata ta' ġiri ta' aktar minn 100 litri fis-siegħa;

2. Komponenti ta' stainless steel illostrat jew titanju;

3. One or more sealing konġunt within the steam li jkunu jinsabu fi area; u

4. Capable of in-situ steam sterilisation in a closed state;

Nota Teknika:

Separaturi ċentrifugi jinkludu reċipjenti.

d. Tagħmir tal-filtrazzjoni ta' fluss (tanġenzali) traversali, b'kapaċità ta' separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta' aerosols, li fih iż-zewġ karatteristċi li ġejjin:

1. Indaqs jew aktar minn 5 m2; u

2. Kapaċi jagħmel sterilizzazzjoni in-situ;

e. Tagħmir li jnixxef bil-kesħa li hu sterilizzat bil-fwar permezz ta' kondensatur b'kapaċità ta' aktar minn 10 kg silġ f'24 siegħa u anqas minn 1000 kg silġ f'24 siegħa;

f. Tagħmir ta' protezzjoni u ta' trażżin, kif ġej:

1. Ilbies protettiv intier jew bin-nofs, jew barnużi dipendenti minn provvista marbuta ta' arja esterna u li jaħdmu taħt pressjoni posittiva:

Nota:

2B352.f.1. ma jikkontrollax lbies li hu imfassal b'apparat respiratorju.

2. Klassi III kabini għas-sigurtà bijoloġika jew iżolanti bi standards ta' eżekuzzjoni simili;

Nota:

Fi 2B352.f.2., l-iżolanti jinkludu iżolanti flessibbli, kaxex niexfa, ċejmbers anerobiċi, kaxex fejn jinżammu ingwanti għall-manipulazzjoni ta'oġġetti radjo-attivi u għata għall-lqugħ ta' fluss magħmula mill-lamina (magħluqa minn fluss vertikali).

g. Ċejmbers imfassla għall-ittestjar t'ajrusol eżaminat permezz ta' "mikro-organiżmi", vajrus jew "tossini" u li jesgħu1 m3 jew akbar.

2C Materjal

Xejn

2D Software

2D001 "Software", minbarra dak imsemmi f'2D002, imfassal b'mod speċjali jew modifikat għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir imsemmi minn 2A001 jew 2B001 sa 2B009.

2D002 "Software" għal strumenti elettroniċi, saħansitra meta dan jinsab fi strument jew sistema elettronika, li permezz tiegħu strumenti jew sistemi bħal dawn jistgħu jiffunzjonaw bħala unità ta' "kontroll numeriku", li hu kapaċi jikkordina aktar minn erba' assi għal "contouring control" simultanjament.

Nota:

2D002 ma jikkontrollax "Software" imfassal b'mod speċjali jew modifikat sabiex iħaddem l-għodod tal-magni mhux imsemmija fit-2 Kategorija.

2D101 "Software" imfassal b'mod speċjali jew modifikat għall-"użu" ta' tagħmir imsemmi minn 2B104, 2B105, 2B109, 2B116, 2B117 jew2B119 sa 2B122.

N.B.:

ARA WKOLL 9D004.

2D201 "Software" imfassal b'mod speċjali għall-"użu" ta' tagħmir imsemmi f'2B204, 2B206, 2B207, 2B209, 2B219 jew 2B227.

2D202 "Software" imfassal b'mod speċjali jew modifikat għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir msemmi f'2B201.

2E Teknoloġija

2E001 "Teknoloġija" skond in-Nota tat-Teknoloġija Ġenerali għall-"iżvilupp" ta' tagħmir jew "Software" msemmi f'2A, 2B jew 2D.

2E002 "Teknoloġija" skond in-Nota tat-Teknoloġija Ġenerali għall-"produzzjoni" ta' tagħmir msemmi f'2A jew 2B.

2E003 "teknoloġija" oħra, kif ġej:

a. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" ta' grafika interattiva bħala parti integra ta' unitajiet ta' "kontroll numeriku" għall-preparazzjoni jew modifika ta' part programmes;

b. "Teknoloġija" għall-proċessi ta' fabbrikazzjoni ta' xogħol tal-ħadid, kif ġej:

1. "Teknoloġija" għat-tfassil ta' għodod, żebgħa jew oġġetti mfassla b'mod speċjali għal xi proċess milli ġej:

a. "Forma superplastik";

b. "Taħlit permezz ta' rabta"; jew

ċ. "Qtugħ bl-ippressar idrawliku dirett";

2. Data teknika li tikkonsisti f'parametri jew metodi ta' proċess, kif indikat iktar ‘il quddiem, li tintuża għall-kontroll ta':

a. "Forma superplastik" ta' ligi ta' aluminju, ligi tat-titanju jew "superligi":

1. Preparazzjoni tal-wiċċ;

2. Rata ta' ġibda;

3. Temperatura;

4. Pressjoni;

b. "Taħlit permezz ta' rabta" ta' "superligi" jew ligi tat-titanju:

1. Preparazzjoni tal-wiċċ;

2. Temperatura;

3. Pressjoni;

ċ. "Qtugħ b'ippressar idrawliku dirett" ta' ligi ta' l-aluminju jew ligi tat-titanju:

1. Pressjoni;

2. Iċ-ċiklu taż-żmien;

d. "Densità isostatika permezz tas-sħana" ta' ligi tat-titanju, ligi ta' l-aluminju jew "superligi":

1. Temperatura;

2. Pressjoni;

3. Iċ-ċiklu taż-żmien;

ċ. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta' makkinarju idrawliku li jistira l-oġġett sabiex jagħtih forma u ż-żebgħa għall-fabbrikazzjoni ta' strutturi ta' ajruplani;

d. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" ta' dak li jipproduċi istruzzjonijet għal għodod tal-magni (eż., programmi f'parti) minn data għad-disinn li tinsab f'unitajiet ta' "kontroll numeriku";

e. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" ta' "Software" ta' integrazzjoni għal inkorporazzjoni ta' sistemi esperti b'appoġġ avvanzat ta' deċiżjonijiet ta' kif erja fejn isir ix-xogħol f'fabbrika jaħdem f'unità ta' "kontroll numeriku";

f. "Teknoloġija" għal applikazzjoni ta' materjal ta' kisi inorganiku jew kisi inorganiku li jimmodifika is-superfiċje (imsemmija f'kolonna 3 tat-tabella li ġejja) għal fuq materjal mhux elettroniku (imsemmi f'kolonna 2 tat-tabella li ġejja), bi proċessi msemmija f'kolonna 1 tat-tabella li ġejja u definiti fin-Nota Teknika.

Nota:

It-tabella u n-Nota Teknika jidhru wara 2E301.

2E101 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' tagħmir jew "Software" msemmija minn 2B004, 2B009, 2B104, 2B109, 2B116, 2B119 sa 2B122 jew 2D101.

2E201 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' tagħmir jew "Software" msemmija minn 2A225, 2A226, 2B001, 2B006, 2B007.b., 2B007.ċ., 2B008, 2B009, 2B201, 2B204, 2B206, 2B207, 2B209, 2B225 sa 2B232, 2D201 jew 2D202.

2E301 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" ta' oġġetti msemmija minn 2B350 sa 2B352.

Tabella

Tekniki ta' depożizzjoni

[9]

Noti

1. It-terminu "proċess ta' kisi" jinkludi tiswija ta' kisi u arranġament mill-ġdid ta' kisi kif ukoll kisi oriġinali.

2. It-terminu "kisi ta' l-aluminju illegat" jinkludi kisja waħda jew kisjiet bi stadji multipli li fihom element jew elementi huma depożitati qabel jew matul l-applikazzjoni tal-kisi ta' l-aluminju, anke jekk dawn l-elementi huma depożitati bi proċess ta' kisi ieħor. Dan, madankollu, ma jinkludix l-użu multiplu tal-proċessi ta' kif isir jew jingħata s-siment ta' pakk bi stadju wieħed biex jinkisbu aluminji illegati.

3. It-terminu kisi "metall nobbli aluminju immodifikat" jinkludi kisjiet bi stadji multipli li fihom l-metall nobbli jew metalli nobbli huma mqegħda b'xi proċess ta' kisi ieħor qabel l-applikazzjoni tal-kisja ta' l-aluminju.

4. It-terminu "taħlitiet ta' dan" jinkludi materjali infiltrati, komposizzjonijiet ikklassifikati, ko-depożiti u depożiti bi strati multipli li huma miksuba b'wieħed jew aktar tal-proċessi ta' kisi indikati fit-Tabella.

5. "MCrAlX" jirreferi għall-kisja tal-liegi fejn M hija ugwali kobalt, ħadid, nîkel jew kombinazzjonijiet ta' dawn u X hija ugwali ħafnju, ittriju, silikon, tantalum f'kwalunkwe ammont jew addizzjonijiet intenzjonali oħra aktar minn 0,01 piż perċentaġġ f'diversi proporzjonijiet u kumbinazzjonijiet, minbarra:

a. Kisjiet CoCrAlY li fihom anqas minn 22 fil-mija ta' piż ta' kromju, anqas minn 7 fil-mija ta' piż ta' aluminju u anqas minn 2 fil-mija tal-piż ta' ittriju;

b. Kisjiet CoCrAlY li fihom 22 sa 24 fil-mija ta' piż ta' kromju, 10 sa 12 fil-mija ta' aluminju u 0,5 sa 0,7 fil-mija ta' piż ta' ittriju; jew

ċ. Kisjiet NiCrAlY li fihom 21 sa 23 fil-mija ta' piż ta' kromju, 10 sa 12 fil-mija ta' piż ta' aluminju u 0,9 sa 1,1 fil-mija ta' piż ta' ittriju.

6. It-terminu "liegi ta' l-aluminju" jirreferi għal liegi li għandhom saħħa tat-tensjoni finali ta' 190 MPa jew aktar imkejla bi 293 K (20 °Ċ).

7. It-terminu "azzar li jirreżisti l-korrużjoni" jirreferi għall-AISI (Istitut Amerikan tal-Ħadid u l-Azzar) tas-serje 300 jew standards nazzjonali ekwivalenti ta' l-azzar.

8. "Metalli u liegi refrattarji" jinkludu l-metalli li ġejjin u l-liegi tagħhom: nijobju (columbium), molybdenum, tungstenu u tantalu.

9. "Materjali ta' l-apparat li jagħti sinjal tat-tieqa", kif ġej: allumina, silikon, ġermanjum, sulfat safrani taż-żingu, selenit taż-żingu, gallju arseniku, djamant, gallju fosfin, żaffir u l-metalli alîdi li ġejjin: materjali ta' l-apparat li jagħti sinjal tat-tieqa ta' dijametru ta' aktar minn 40 mm għal żirkonju fluworidu u ħafnju floworidu.

10. "Teknoloġija" għal kif isir jew jingħata s-siment ta' pakk bi stadju wieħed ta' ajrufojl mhix ikkontrollata minn Kategorija 2.

11. "Polimerijiet", kif ġej: polyimide, poliester, polisulfid, polikarbonati u polyiuretani.

12. "Żirkonju immodifikat" jirreferi għall-addizzjonijiet ta' metalli ossidi oħra (eż., kalċja, manjesja, ittrija, ħafnja, ossidi ta' l-art rari) sa żirkonja sabiex jiġu stabbilizzati ċerti fażijiet kristallografiċi u komposizzjonijiet ta' fażi. Kisjiet li jifirdu b'mod termali magħmula miż-żirkonju, immodifikati bil-kalċja jew manjesja bit-taħlit jew bil-fużjoni, mhumiex ikkontrollati.

13. "Liegi tat-titanju" tirreferi biss għall-liegi ta' l-ajruspazju li għandhom saħħa tat-tensjoni finali ta' 900 MPa jew aktar imkejla bi 293 K (20 °Ċ).

14. "Ħġieg ta' espansjoni baxxa" tirreferi għal dawk il-ħġieg li għandhom espansjoni termali ko-effiċjenti ta' 1 × 10-7 K-1 jew anqas imkejla bi 293 K (20 °Ċ).

15. "Saffi dielettriċi" huma kisjiet mibnija minn numru ta' saffi ta' materjali iżolaturi li fihom il-proprjetajiet ta' interferenza ta' disinn kompost minn materjali ta' diversi indiċi rifrattivi huma wżati biex jirriflettu, jittrasmettu jew jassorbu diversi faxxi ta' distanzi bejn korrispondenti f'mewġa. Saffi dielettriċi tirreferi għal aktar minn erba' saffi dielettriċi jew saffi dielettriċi/tal-metall "kompost".

16. "Tungstenu karbur kif isir jew jingħata s-siment" ma jinkludix materjali ta' l-għodda tal-qtugħ u ta' l-ifformar li jikkonsistu minn tungstenu karbur/(kobalt, nîkel), titanju karbur/(kobalt, nîkel), kromju karbur/nîkel-kromju u kromju karbur/nîkel.

17. "Teknoloġija" iddisinnjata b'mod speċjali biex jiġi depożitat karbonju li jixbaħ lid-djamant fuq kwalunkwe minn dawn li ġejjin mhix ikkontrollat:

disk drives manjetiċi u heads, tagħmir għall-fabbrikazzjoni ta' oġġetti li jintremew wara li jintużaw, valvuli għal kull għamla ta' vit, dijaframmi akustiċi għal speakers, partijiet tal-magni għall-vetturi, għodda li jaqtgħu, dadi għat-tagħfis-titqib, strument awtomizzat ta' l-uffiċju, mikrofoni jew mekkaniżmi mediċi.

18. "Silikon karbur" ma jinkludix materjali ta' l-għodda tal-qtugħ u ta' l-ifformar.

19. Substrates taċ-ċeramika, kif użati f'din l-entrata, ma jinkludux materjali taċ-ċeramika li fihom 5 % bil-piż, jew akbar, kontenut tat-tafal jew tas-siment, jew bħala kostitwenti separati jew f'kombinazzjoni.

Proċessi indikati fil-Kolonna1 tat-Tabella huma definiti kif ġej:

a. Deposizzjoni ta' Fwar tal-Kimika (CVD) hija kisja fuq xi ħaġa oħra jew proċess ta' kisi għall-immodifikar tal-wiċċ li fih metall, liega, "kompost", dielettriku jew taċ-ċeramika huwa depożitati fuq substrate imsaħħan. Reactants li fihom il-gass huma dekomposti jew magħquda fil-qrib ta' substrate li jirriżulta fid-deposizzjoni ta' elementali mixtieq, liegi jew matejral kompost fuq is-substrate. Enerġija għal dan il-proċess ta' dekomposizzjoni jew reazzjoni kimika tiġi ipprovduta mis-sħana tas-substrate, plażma li titfa' d-dawl inkandexxenti maħruġ, jew illuminazzjoni tal-"laser".

N.B. 1

CVD tinkludi dawn il-proċessi li ġejjin: deposizzjoni barra mill-pakk tal-fluss direzzjonat tal-gass, CVD li jħabbat bħal polz, deposizzjoni termali ta' tiswir f'nukleu termali ikkontrollat (CNTD), proċessi CVD bi plażma mkabbar jew plażma assistit.

N.B. 2

Pakk jiddenota substrate mgħaddas f'taħlita ta' trab.

N.B. 3

Reactants li fihom il-gass użati fil-proċess ta' barra mill-pakk huma prodotti bl-użu ta' l-istess reazzjoni bażika u parametrik bħal proċess tal-pakk ta' kif isir jew jingħata s-siment, minbarra li s-substrate li għandha tinkesa ma tkunx f'kuntatt mat-taħlita tat-trab.

b. Deposizzjoni ta' Fwar Fiżiku-Evaporazzjoni Termali (TE-PVD) hija proċess ta' kisja ta' fuq xi ħaġa oħra mmexxija f'vakwu bi pressjoni ta' anqas minn 0,1 Pa li fih sors ta' enerġija termali huwa wżat biex jitfawwâr il-materjal tal-kisi. Dan il-proċess jirriżulta fil-kondensazzjoni, jew deposizzjoni, ta' l-ispeċi evaporate fuq substrates posizzjonati b'mod xieraq.

Iż-żieda ta' gassijiet mal-kamra tal-vakwu matul il-proċess ta' kisi biex jissintetizza komposizzjoni ta' kisjiet hija modifikazzjoni ordinarja tal-proċess.

L-użu ta' dija tal-jone jew ta' l-elettron, jew plażma, biex tiġi attivata jew assistita d-deposizzjoni tal-kisja hija wkoll modifikazzjoni komuni f'din it-teknika. L-użu ta' monitors biex jiġi ipprovdut kejl fil-proċess tal-karatteristiċi ottiċi u tal-ħxuna tal-kisjiet tista' tkun karatteristika ta' dawn il-proċessi.

Proċessi TE-PVD speċifiċi huma dawn li ġejjin:

1. Dija ta' l-Elettron PVD tuża dija ta' l-elettron biex issaħħan u tevaporizza l-materjal li jifforma l-kisja;

2. PVD Msaħħan li Jirreżisti Assistit mill-Jone juża' sorsi li jirreżistu s-sħana bl-elettriku flimkien ma dija(diji) tal-jone li jkollhom effett biex jipproduċu fluss ikkontrollat u uniformu ta' speċi ta' kisjiet evaporizzati;

3. Tifwir bil-"Laser" juża' diji tal-mewġa tal-"laser" bil-polz jew kontinwa biex ibiddel fi fwar il-materjal li jifforma l-kisja;

4. Deposizzjoni ta' Ark Katodiku jagħmel użu minn katodu konsumibbli tal-materjal li jifforma l-kisi u li għandu ħruġ ta' ark stabbilit fuq il-wiċċ minn kuntatt mumentanju ta' grillu ta' wiċċ l-art. Moviment ikkontrollat ta' arki li jgħawwru l-wiċċ tal-katodu li joħolqu plażma jonizzat ħafna. L-anodu jista' jkun jew kon mehmuż mal-periferija tal-katodu, minn ġo l-iżolatur, jew il-kamra. Substrate skuntrat huwa wżat għad-deposizzjoni li mhix fil-viżta.

N.B.

Din id-definizzjoni ma tinkludix deposizzjoni bl-addoċċ ta' ark katodiku b'substrates li mhumiex skuntrati.

5. Kisi tal-Jone hija modifikazzjoni speċjali tal-proċess ġenerali TE-PVD li fih plażma jew sors tal-jone huwa wżat biex jonizza l-ispeċi li għandha tkun depożitata, u skontru negattiv jiġi applikat għas-substrate biex jiġi faċilitat l-estrazzjoni ta' l-ispeċi mill-plażma. L-introduzzjoni ta' speċi reattivi, evaporazzjoni ta' solidi fil-kamra tal-proċess, u l-użu ta' monitors biex jiġi pprovdut kejl fil-proċess tal-karatteristiċi ottiċi u tal-ħxuna tal-kisjiet huma modifikazzjonijiet ordinarji tal-proċess.

ċ. Kif isir jew jingħata s-siment ta' Pakk hija kisja għall-modifikazzjoni tal-wiċċ jew proċess tal-kisi fuq xi ħaġa oħra li fih substrate huwa mgħaddas f'taħlita ta' trab (pakk), li jikkonsisti minn:

1. It-trabijiet tal-metall li ser ikunu depożitati (is-soltu aluminju, kromju, silikon jew kumbinazzjonijiet ta' dawn);

2. Attivatur (normalment melħ alîdu); u

3. Trab inerti, l-aktar frekwentement alumina.

Is-substrate u t-taħlita tat-trab huma miżmuma fi storta li hija msaħħna sa bejn1030 K (757 °Ċ) u 1375 K (1102 °Ċ) għal ħin suffiċjenti biex jiddepożita l-kisja.

d. Traxxix tal-Plażma huwa proċess tal-kisi ta' fuq xi ħaġa oħra li fih pistola (torċa tar-raxx) li tipproduċi u tikkontrolla plażma tilqa' materjali tal-kisi tat-trab jew tal-wajer, tħollhom u timbotthom 'il quddiem lejn substrate, li fuqu kisja marbuta integralment hija ifformata. Traxxix tal-plażma jikkostitwixxi jew traxxix tal-plażma bi pressjoni baxxa jew traxxix tal-plażma b'veloċità għolja.

N.B. 1

Pressjoni baxxa tfisser pressjoni li hi anqas minn dik atmosferika tal-post.

N.B. 2

Veloċità għolja tirreferi għall-veloċità tal-ħruġ miż-żennuna tal-gass li teċċedi 750 m/s kalkolata bi 293 K (20 °Ċ) bi 0,1 MPa.

e. Deposizzjoni ta' taħlita ta' materjal insolubbli bl-ilma hija kisja tal-modifikazzjoni tal-wiċċ jew proċess tal-kisi ta' fuq xi ħaġa oħra fejn trab tal-metall jew taċ-ċeramika b'materjal li jgħaqqad huwa mdendel f'likwidu u huwa applikat għal substrate jew bit-traxxix, tqattir jew tpinġija, tnixxif ta' l-arja jew tal-forn sussegwenti, u t-trattament tas-sħana biex tikseb il-kisja mixtieqa.

f. Deposizzjoni tat-Tbeżżiq huwa proċess tal-kisi fuq xi ħaġa oħra ibbażat fuq fenomenu ta' momentum ta' transferiment, li fih joni posittivi huma mħaffa minn kamp elettriku lejn il-wiċċ ta' targit (materjal tal-kisi). L-enerġija kinetika tal-joni impatti hija suffiċjenti biex tikkawża l-atomi tal-wiċċ tat-targit jiġu meħlusa u iddepożitati fuq substrates posizzjonati b'mod xieraq.

N.B. 1

It-Tabella tirreferi biss għal triodu, magnetron jew deposizzjoni tat-tbeżżiq reattivi li huwa wżat biex tiżdied il-qabda tal-kisja u r-rata ta' deposizzjoni u għad-deposizzjoni tat-tbeżżiq mkabbra tal-frekwenza tar-radju (FR) wżata biex tħalli t-tfawwir ta' materjali tal-kisi mhux tal-metall.

N.B. 2

Diji tal-jone ta' enerġija baxxa (anqas minn 5 keV) jistgħu jintużaw biex tiġi attivata d-deposizzjoni.

g. Tidħil tal-jone hija proċess ta' kisi ta' modifikazzjoni tal-wiċċ li fih l-element li għandu jiġi illegat huwa jonizzat, mħaffef bi gradjent potenzali u mdaħħal fil-reġjun tal-wiċċ tas-substrate. Dan jinkludi proċessi li fihom it-tidħil tal-jone huwa magħmul simultanjament mad-deposizzjoni tad-dija ta' l-elettron ta' fwar fiżiku jew mad-deposizzjoni tat-tbeżżiq.

1. Proċess ta' Kisi (1) [9] | 2. Substrat | 3. Kisi riżultanti |

A. Depożizzjoni ta' Fwar Kimiku (CVD) | "Superligi" | Alumnidi għal passaġġi |

Ċeramika (19) u ħġieġ b'espansjoni baxxa (14) | SiliċidiKarbidiSaffi Dieletriċi (15)DjamantKarbonju forma ta' djamant (17) |

Karbonju-Karbonju, Ċeramika u "Komposti""matriċi" tal-Metall | SiliċidiKarbidiMetalli refrattarjiTaħlitiet tagħhom (4)Saffi Dieletriċi (15)AlumnidiAlumnidi lligati (2)Nitridu tal-borur |

Karbidu Ċimentat ta' tungsten (16), Szilícium-karbid | KarbidiTungstenTaħlitiet tagħhom (4)Saffi Dieletriċi (15) |

Molybdenum u ligi tal-Molybdenum | Saffi Dieletriċi (15) |

Beryllium u ligi tal-Beryllium | Saffi Dieletriċi (15)DjamantKarbonju bħal Djamant (17) |

Materjali sensor window (9) | Saffi Dieletriċi (15)DjamantKarbonju forma ta' djamant (17) |

B.Evaporazzjoni Termali, Deposizzjoni ta' Fwar Fiżiku (TE-PVD)

B.1. Deposizzjoni ta' Fwar Fiżiku (PVD): Raġġ ta' elettroni (EB-PVD) | "Superligi" | Siliċidi lligatiAlumnidi lligati (2)MCrAlX (5)Żirkonju modifikat (12)SiliċidiAlumnidiTaħlitiet tagħhom (4) |

Ċeramika (19) u ħġieġ b'espansjoni baxxa (14) | Saffi Dieletriċi (15) |

Azzar li jirreżsiti l-korrożjoni (7) | MCrAIX (5)Żirkonju modifikat (12)Taħlitiet tagħhom (4) |

Karbonju-Karbonju, Ċeramika u "Matriċi""komposti" tal-metall | SiliċidiKarbidiMetalli refrattarjiTaħlitiet tagħhom (4)Saffi Dieletriċi (15)Nitridu tal-borur |

Karbidu tungsten ċimentat (16) Karbidu tas-Silikonju (18) | KarbidiTungstenTaħlitiet tagħhom (4)Saffi Dieletriċi (15) |

Molybdenum u ligi tal-Molybdenum | Saffi Dieletriċi (15) |

Beryllium u ligi tal-Beryllium | Saffi Dieletriċi (15)BoridiBeryllium |

Materjali sensor window (9) | Saffi Dieletriċi (15) |

Ligi tat-Titanju (13) | BoridiNitridi |

B.2. Depożizzjoni ta' Fwar Fiżiku assistit għal sħana reżistenti minn jonji (PVD) (Plating ta' Jonji) | Ċeramika (19) u ħġieġ ta' espansjoni baxxa (14) | Saffi Dieletriċi (15)Karbonju forma ta' djamant (17) |

Karbonju- karbonju, Ċeramika u "matriċi""komposti" tal-Metall | Saffi Dieletriċi (15) |

Karbidu ċimentat tat-tungsten (16) Karbidu tas-silikonju | Saffi Dieletriċi (15) |

Molybdenum u ligi tal-Molybdenum | Saffi Dieletriċi (15) |

Beryllium u ligi tal-Beryllium | Saffi Dieletriċi (15) |

Materjali Sensor window (9) | Saffi Dieletriċi (15)Karbonju forma ta' djamant (17) |

B.3. Depożizzjoni ta' Fwar Fiżiku (PVD): Vaporiżżazzjoni bil-"Laser" | Ċeramika (19) u ħġieġ b'espansjoni baxxa (14) | SiliċidiSaffi Dieletriċi (15)Karbonju forma ta' djamant (17) |

Karbonju-Karbonju, Ċeramika u "matriċi""komposti" tal-Metall | Saffi Dieletriċi (15) |

Karbidu tungsten Ċimentat(16) Karbidu tas-Silikonju | Saffi Dieletriċi (15) |

Molybdenum u ligi tal-Molybdenum | Saffi Dieletriċi (15) |

Beryllium u ligi tal-Beryllium | Saffi Dieletriċi (15) |

Materjali sensor window (9) | Saffi Dieletriċi (15)Karbonju forma ta' djamant |

B.4. Depożizzjoni ta' Vapur Fiżiku (PVD) : Skarika ta' l-Arka Katodika | "Superligi" | Siliċidi lligatiAlumnidi lligati (2)McrAiX (5) |

Polimeri (11) u "matriċi""komposti" Organiċi | BoridiKarbidiNitridiKarbonju forma ta' djamant (17) |

C. Ċimentazzjoni tal-lott (ara A fuq għal ċimentazzjoni barra l-lott) (10) | Karbonju-karbonju. Ċeramika u "matriċi""komposti" tal-metall | SiliċidiKarbidiTaħlitiet tagħhom (4) |

Ligi tat-Titanju | SiliċidiAlumnidiAlumnidi lligati (2) |

Metalli u ligi refrattarji (8) | SiliċidiOssidi |

D. Sprejjar tal-Plażma | "Superligi" | MCrAIX (5)Żirkonju modifikat (12)Taħlitiet tagħhom (4)Grafit tan-Nikel AbradabbliMaterjali AbradabbliLi jikkontjenu NI-CD-AlAl-Si-Polyester AbradabbliAlumnidi Lligati (2) |

Ligi ta' l-Aluminju (6) | MCrAIX (5)Żirkonju modifikat (12)SiliċidiTaħlitiet tagħhom (4) |

Metalli u ligi refrattarji (8) | AlumnidiSiliċidiKarbidi |

Azzar li jirreżsiti l-korrożjoni (7) | MCrAIX (5)Żirkonju Modifikat (12)Taħlitiet tagħhom (4) |

Ligi tat-Titanju (13) | KarbidiAlumnidiSiliċidiAlumnidi Lligati (2)Nikel-Grafit AbradabbliMaterjali Abradabbli lijikkontjenu Ni-Cr-AlAl-Si-Polyester Abradabbli |

E. Depożizzjoni Slurry | Metalli u ligi refrattarji | Siliċidi fusiAlumnidi fusi żlief għal elementi li jirreżistu s-sħana |

Karbonju-karbonju, "Matriċi""komposti" taċ-Ċeramika u tal-Metall | SiliċidiKarbidiTaħlitiet tagħhom (4) |

F. Depożizzjoni Sputter | "Superligi" | Siliċidi LligatiAlumnidi Lligati (2)Alumnidi ta' metall nobbli modifikat (3)McrAlX (5)Żirkonju modifikat (12)PlatinumTaħlitiet tagħhom (4) |

Ċeramika u ħġieġ b'espansjoni baxxa (14) | SiliċidiPlatinumTaħlitiet tagħhom (4)Saffi Dielettiċi (15)Karbonju forma ta' djamant (17) |

Ligi tat-Titanju (13) | BoridiNitridiOssidiSiliċidiAlumnidiAlumnidi Lligati (2)Karbidi |

Karbonju-Karbonju, Ċeramika u "Matriċi""komposti" tal-Metall | SiliċidiKarbidiMetalli RefrattarjiTaħlitiet tagħhom (4)Saffi Dieletriċi (15)Nitridu tal-Borur |

Karbidu tungsten Ċimentat (16), Karbidu tas-silikonju (18) | KarbidiTungstenTaħlitiet tagħhom (4)Saffi Dieletriċi (15)Nitridu tal-Borur |

Molybdenum u ligi tal-Molybdenum | Saffi Dieletriċi (15) |

Beryllium u ligi tal-Beryllium | BoridiSaffi Dielettriċi (15)Beryllium |

Materjali sensor window (9) | Saffi Dielettriċi (15)Karbonju forma ta' djamant (17) |

Metalli u ligi refrattarji (8) | AlumnidiSiliċidiOssidiKarbidi |

G. Impjantazzjoni ta' Jonji | Azzar li jiflaħ għal temperatura għolja | Ħidiet ta' Kromju, Tantalum jew Njobjum (Kolombjum) |

Ligi tat-Titanju (13) | BoridiNitridi |

Beryllium u ligi tal-Beryllium | Boridi |

Karbidu tungsten Ċimentat (16) | KarbidiNitridi |

KATEGORIJA 3

ELETTRONIKA

3A Sistemi, Tagħmir jew Komponenti

Nota 1:

L-istatus ta' kontroll tat-tagħmir u tal-komponenti deskritt fi 3A001 jew 3A002, ħlief dawk deskritti fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.10. jew 3A001.a.12., li huma iddisinnjati b'mod speċjali għal jew li għandhom l-istess karatteristiċi funzjonali bħal tagħmir ieħor huwa determinati mill-istatus ta' kontroll tat-tagħmir l-ieħor.

Nota 2:

L-istatus ta' kontroll ta' ċirkuwiti integrati deskritti fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.9. jew 3A001.a.12. li huma ipprogrammati b'mod li ma jistgħux jinbidlu jew iddisinnjati għal funzjoni speċifika għal tagħmir ieħor huwa determinat mill-istatus ta' kontroll tat-tagħmir l-ieħor.

N.B.:

Meta l-fabbrikant jew l-applikant ma jistax jiddetermina l-istatus ta' kontroll tat-tagħmir l-ieħor, l-istatus ta' kontroll taċ-ċirkuwiti integrati huwa determinat fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.9. u 3A001.a.12. Jekk iċ-ċirkuwitu integrat huwa "mikroċirkuwitu mikrokompjuter" mibni mis-silikon jew mikroċirkuwitu mikrokontrollur deskritt fi 3A001.a.3. li għandu t-tul ta' kliem li fuqha ssir l-operazzjoni (data) ta' 8 bit jew anqas, l-istatus ta' kontroll taċ-ċirkuwitu integrat huwa determinat fi 3A001.a.3.

3A001 Komponenti elettroniċi, kif ġej:

a. Ċirkuwiti integrati b'għan ġenerali, kif ġej:

Nota 1:

L-istatus ta' kontroll ta' wajfers (mitmuma jew mhux mitmuma) li fihom il-funzjoni ġiet determinata, għandha tkun evalwati mal-parametri ta' 3A001.a.

Nota 2:

Ċirkuwiti integrati jinkludi dawn it-tipi li ġejjin:

- "Ċirkuwiti integrati monolitiċi";

- "Ċirkuwiti integrati ibridi";

- "Ċirkuwiti integrati multichip";

- "Ċirkuwiti integrati tat-tip tal-film", inklużi ċirkuwiti integrati tas-silikon fuq żaffir;

- "Ċirkuwiti integrati ottiċi".

1. Ċirkuwiti integrati, iddisinnjati jew stmati bħala ittemprati kontra r-radjazzjoni biex jilqgħu xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Doża totali ta' 5 × 103 Gy (silikon) jew għola;

b. Rata ta' doża maqluba ta' 5 × 106 Gy (silikon)/silikoni jew għola; jew

ċ. Influwenza (fluss integrat) ta' newtroni (ekwivalenti 1 MeV) ta' 5 × 1013 n/ċm2 jew għola fuq silikon, jew l-ekwivalenti tiegħu għal materjali oħra;

Nota:

3A001.a.1.ċ. ma japplikax għal Semikundutturi tal-Metall Iżolatur (MIS).

2. "Mikroċirkuwitu mikroproċessur", "mikroċirkuwitu mikrokompjuter", mikroċirkuwitu mikrokontrollur, ċirkuwiti integrati tal-ħażna immanifatturati minn semikunduttur kompost, konvertituri minn analogu għal diġitali, konvertituri minn diġitali għal analogu, elettro-ottiċi jew "ċirkuwiti integrati ottiċi" iddisinnjati għall-"ipproċessar tas-sinjal", strumenti logiċi programmabbli għall-karattri, ċirkuwiti integrati tan-netwerk tan-nervi, ċirkuwiti integrati mibnija skond l-ordni li għalihom jew il-funzjoni ma tkunx magħrufa jew l-istatus ta' kontroll tat-tagħmir li fih iċ-ċirkuwit integrati ikun ser jintuża mhux magħruf, proċessuri Fast Fourier Transform (FFT), memorji elettriċi li jistgħu jitħassru li jistgħu jkunu ipprogrammati biex jinqraw biss (EEPROMs), memorji flash jew memorji statiċi b'aċċess bl-addoċċ (SRAMs), li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Stmati għal operazzjoni f'temperatura tal-post għola minn 398 K (125 °Ċ);

b. Stmati għal operazzjoni f'temperatura tal-post anqas minn 218 K (- 55 °Ċ); jew

ċ. Stmati għal operazzjoni fuq il-marġni kollha ta' temperatura tal-post minn 218 K (- 55 °Ċ) sa 398 K (125 °Ċ);

Nota:

3A001.a.2. ma japplikax għal ċirkuwiti integrati għall-applikazzjonijiet tal-karozzi ċivili jew tal-ferrovija.

3. "Mikroċirkuwiti mikroproċessuri", "mikroċirkuwiti mikro-kompjuters" u mikroċirkuwiti mikrokontrollur, li għandhom xi wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

Nota:

3A001.a.3. jinkludi proċessuri tas-sinjal diġitali, proċessuri ta' l-arranġament diġitali u koproċessuri diġitali.

a. Mhux użati;

b. Immanifatturati minn semikunduttur kompost u jopera bi frekwenza ta' arloġġ li teċċedi 40 MHz; jew

ċ. Aktar minn data waħda jew istruzzjoni ta' sett speċifiku ta' kondutturi li jmexxu d-data jew port ta' komunikazzjoni li qiegħed f'serje li jipprovdi interkonnessjoni esterna diretta bejn "mikroċirkuwiti mikroproċessuri" paralleli b'rata ta' trasferiment li teċċedi 150 Mbyte/s;

4. Ċirkuwiti integrati ta' ħażna immanifatturati minn semikunduttur kompost;

5. Konvertituri b'ċirkuwiti integrati minn analogu għal diġitali u minn diġitali għal analogu, kif ġejjin:

a. Konvertituri minn analogu għal diġitali li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

N.B.

ARA WKOLL 3A101.

1. Riżoluzzjoni ta' 8 bit jew aktar, iżda anqas minn 12 bit, b'"ħin totali ta' konverżjoni" ta' anqas minn 5 ns;

2. Riżoluzzjoni ta' 12 bit b'"ħin totali ta' konverżjoni" ta' anqas minn 20 ns;

3. Riżoluzzjoni ta' aktar minn 12 bit iżda ugwali għal jew anqas minn 14 b'"ħin totali ta' konverżjoni" ta' anqas minn 200 ns; jew

4. Riżoluzzjoni ta' aktar minn 14 bit b'"ħin totali ta' konverżjoni" ta' anqas minn 1 μs;

b. Konvertituri minn diġitali għal analogu b'riżoluzzjoni ta' 12 bit jew aktar, u "ħin biex joqgħod" ta' anqas minn 10 ns;

Noti Tekniċi:

1. Riżoluzzjoni ta' n bit tikkorrispondi għal kwantitizzazzjoni ta' livelli ta' 2n.

2. "Ħin totali ta' konverżjoni" huwa l-invers tar-rata kampjun.

6. Elettro-ottiku u "ċirkuwiti integrati ottiċi" iddisinnjati għall-"ipproċessar tas-sinjal" li għandhom dawn kollha li ġejjin:

a. Wieħed jew aktar minn dajowd wieħed tal-"laser" intern;

b. Wieħed jew aktar minn element wieħed ta' skoperta tad-dawl intern; u

ċ. Gwidi tal-mewġ ottika;

7. Strumenti logiċi programmabbli għall-karattri li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. L-għadd ekwivalenti ta' gejt użabbli ta' aktar minn 30000 (2 gejtijiet ta' l-input);

b. "Propagazzjoni tal-gejt bażiku dewmien tal-ħin" tipiku ta' anqas minn 0,1 ns; jew

ċ. Frekwenza li taħdem b'żewġ modi li teċċedi 133 MHz;

Nota:

3A001.a.7. jinkludi:

- Strumenti Sempliċi Logiċi Programmabbli (SPLDs)

- CPLDs (Strumenti Kumplessi Logiċi Programmabbli),

- FPGAs (Arranġamenti tal-Gejt ta' Karattri Programmabbli),

- FPLAs (Arranġamenti Logiċi ta' Karattri Programmabbli),

- FPICs (Ikkonnettjati ta' Karattri Programmabbli).

N.B.:

Strumenti logiċi programmabbli għall-karattri huma magħrufa wkoll bħala gejt ta' karattri programmabbli jew arranġamenti logiċi ta' karattri programmabbli.

8. Mhux użat;

9. Ċirkuwiti integrati ta' netwerks newtrali;

10. Ċirkuwiti integrati mibnija skond l-ordni li għalihom il-funzjoni mhix magħrufa, jew l-istatus ta' kontroll tat-tagħmir li fih iċ-ċirkuwiti integrati ikunu ser jintużaw mhux magħruf mill-fabbrikant, li għandhom wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Aktar minn 1000 terminal;

b. "Propagazzjoni tal-gejt bażiku dewmien tal-ħin" tipiku ta' anqas minn 0,1 ns; jew

ċ. Frekwenza operattiva li teċċedi 3 GHz;

11. Ċirkuwiti integrati diġitali, minbarra dawk deskritti fi 3A001.a.3 sa 3A001.a.10. u 3A001.a.12., ibbażati fuq semikunduttur kompost u li għandu xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Għadd ekwivalenti ta' gejt ta' aktar minn 3000 (2 gejtijiet ta' l-input); jew

b. Frekwenza li taħdem b'żewġ modi li teċċedi 1,2 GHz;

12. Proċessuri Fast Fourier Transform (FFT) li għandhom rata ta' ħin ta' eżekuzzjoni għal punt-N FFT kumpless ta' anqas minn (N log2 N)/20480 ms, fejn N huwa n-numru ta' punti;

Nota Teknika:

Meta N huwa ugwali għal1024 punt, il-forumula fi 3A001.a.12. tagħti ħin ta' eżekuzzjoni ta' 500 >ISO_7>ì>ISO_1>s.

b. Mikromewġa jew komponenti ta' mewġa millimetra, kif ġej:

1. Tubi elettroniċi tal-vakum jew katodi, kif ġej:

Nota 1:

3A001.b.1. ma jikkontrollax tubi iddisinnjati jew stmati għall-operazzjoni ta' kull faxxa ta' frekwenza li għandha dawn il-karratteristiċi kollha li ġejjin:

a. Ma teċċedix 31 GHz; u

b. Hi "allokata mill-ITU" għas-servizzi ta' komunikazzjoni bir-radju, iżda mhux għad-detereminazzjoni tar-radju.

Nota 2:

3A001.b.1. ma jikkontrollax tubi li mhumiex "kwalifikati bl-ispazju" li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Produzzjoni medja ta' enerġija ugwali għal jew anqas minn 50 W; u

b. Iddisinnjati jew stmati għall-operazzjoni f'kull faxxa ta' frekwenza li għandha dawn il-karatteristici kollha ġejjin:

1. Teċċedi 31 GHz iżda ma teċċedix 43,5 GHz; u

2. Hi "allokata mill-ITU" għas-servizzi ta' komunikazzjoni bir-radju, iżda mhux għad-detereminazzjoni tar-radju.

a. Tubi tal-mewġ li jimxi, bil-mewġ bil-polż jew kontinwu, kif ġej:

1. Li joperaw bi frekwenza li teċċedi 31 GHz;

2. Li għandhom element tal-ħîter tal-katodu bi tixgħel fil-ħin sa enerġija stmata RF ta' anqas minn 3 sekondi;

3. Tubi tal-ħofra akkoppjati, jew derivattivi ta' dawn, b'"medda ta' frekwenza frazzjonali" ta' aktar minn 7 % jew bl-aqwa punt ta' enerġija li jeċċedi 2,5 kW;

4. Tubi spirali, jew derivattivi ta' dawn, b'xi waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. "Medda ta' frekwenza istantanja" ta' aktar minn ottava waħda, enerġija medja (espressa f'kW) immoltiplikata ma' frekwenza (espressa f'GHz) ta' aktar minn 0,5;

b. "Medda ta' frekwenza istantanja" ta' ottava waħda jew anqas, enerġija medja (espressa f'kW) immoltiplikata ma' (espressa f'GHz) ta' aktar minn 1; or

ċ. Li huwa "kwalifikat bl-ispazju";

b. Tubi amplifikaturi bil-karattri msallba b'akkwist ta' aktar minn 17 dB;

ċ. Katodi mħabbla iddisinnjati għal tubi elettroniċi li jipproduċu densità ta' emissjoni ta' kurrent kontinwu b'kondizzjonijiet li ta' operazzjoni stmati li jeċċedu 5 A/ċm2;

2. Ċirkuwiti integrati ta' mikromewġa jew moduli li għandhom dawn kollha li ġejjin:

a. Li fihom "ċirkuwiti integrati monolitiċi" li għandhom wieħed jew aktar elementi attivi ta' ċirkuwit; u

b. Li joperaw bi frekwenza li teċċedi 3 GHz;

Nota 1:

3A001.b.2. ma jikkontrollax ċirkwuti jew moduli għal tagħmir iddisinnjat jew stmat għal operazzjoni f'kull faxxa ta' frekwenza li għandha dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Ma teċċedix 31 GHz; u

b. Hi "allokata mill-ITU" għas-servizzi ta' komunikazzjoni bir-radju, iżda mhux għad-detereminazzjoni tar-radju.

Nota 2:

3A001.b.2. ma jikkontrollax tagħmir tax-xandir bis-satellita iddisinnjat jew stmat biex jopera fil-marġni ta' frekwenza ta' 40,5 GHz sa 42,5 GHz.

3. Transistors tal-mikromewġa stmati għall-operazzjoni fi frekwenza li teċċedi 31 GHz;

4. Amplifikaturi tal-mikromewġa fi stat solidu, li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Frekwenzi li joperaw li jeċċedu 10,5 GHz u "medda ta' frekwenza istantanja" ta' aktar minn nofs ottava; jew

b. Frekwenzi li joperaw li jeċċedi 31 GHz;

5. Filtri band-pass jew band-stop li tista' tintunhom elettronikament jew manjetikament li għandhom aktar minn 5 reżonaturi li tista' tintunhom kapaċli li jintunaw minn naħa għal oħra ta' faxxa ta' frekwenza 1,5:1 (fmax/fmin) f'anqas minn 10 μs li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Medda ta' frekwenza band-pass ta' aktar minn 0,5 % tal-frekwenza taċ-ċentru; jew

b. Medda ta' frekwenza band-stop ta' anqas minn 0,5;% tal-frekwenza taċ-ċentru;

6. Immuntar tal-mikromewġa li kapaċi topera fi frekwenza li teċċedi 31 GHz;

7. Miksers u konvertituri iddisinnjati biex jestendu l-marġni tal-frekwenza tat-tagħmir deskritt fi 3A002.ċ., 3A002.e. or 3A002.f. lil hinn mill-limiti msemmija hemmhekk;

8. Amplifikaturi ta' enerġija mikromewġa li fihom tubi ndikati fi 3A001.b. u li għandhom dawn kollha li ġejjin:

a. Frekwenza li topera ‘il fuq minn 3 GHz;

b. Densità ta' produzzjoni medja ta' enerġija li teċċedi 80 W/kg; u

ċ. Volum ta' anqas minn 400 ċm3;

Nota:

3A001.b.8. ma jikkontrollax tagħmir iddisinnjat jew stmat għall-operazzjoni f'kull faxxa ta' frekwenza li hija allokata mill-ITU' għas-servizzi ta' komunikazzjoni bir-radju, iżda mhux għad-detereminazzjoni tar-radju.

ċ. Strumenti tal-mewġ akustiku, kif ġej, u komponenti ta' dawn li ġejjin iddisinnjati b'mod speċjali:

1. Mewġa akustika tal-wiċċ jew strumenti tal-mewġ akustika għat-tneħħija mill-wiċċ (daqs baxx) (i.e., strument ta' l-"ipproċessar tas-sinjal" mgħammar b'mewġ elastiku f'matejrali), li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Frekwenza tal-ġarr li teċċedi 2,5 GHz;

b. Frekwenza tal-ġarr li teċċedi 1 GHz, iżda li ma teċċedix 2,5 GHz, u li għandha xi waħda minn dawn li ġejjin:

1. Twarrib tal-lobi tal-ġenb bil-frekwenza li teċċedi 55 dB;

2. Prodott tad-dewmien massimu tal-ħin u tal-medda ta' frekwenza (ħin fi μs u l-medda ta' frekwenza f'MHz) ta' aktar minn 100;

3. Medda ta' frekwenza akbar minn 250 MHz; jew

4. Dewmien li jixtered ta' aktar minn 10 μs; jew

ċ. Frekwenza ta' ġarr ta' 1 GHz jew anqas, li għandha xi waħda minn dawn li ġejjin:

1. Prodott tad-dewmien massimu tal-ħin u tal-medda ta' frekwenza ((ħin fi μs u l-medda ta' frekwenza f'MHz) ta' aktar minn 100;

2. Dewmien li jixtered ta' aktar minn 10 μs; jew

3. Twarrib tal-lobi tal-ġenb bil-frekwenza li teċċedi 55 dB u medda ta' frekwenza akbar minn 50 MHz;

2. Strumenti tal-mewġ tad-daqs (volum) akustiku (i.e., tagħmir ta' l-"ipproċessar tas-sinjal" mgħammar mewġ elastiku) li jippermetti l-ipproċessar dirett ta' sinjali bi frekwenza li teċċedi 1 GHz;

3. Strumenti akustiċi-ottiċi ta' l-"ipproċessar tas-sinjal" li jużaw interazzjoni bejn mewġ akustiku (daqs tal-mewġ jew mewġ tal-wiċċ) u mewġ tad-dawl li jippermetti l-ipproċessar dirett ta' sinjali jew immaġni, inklużi analiżi spettrali, korrelazzjoni jew konvoluzzjoni;

d. Strumenti elettroniku u ċirkuwiti li fihom komponenti, immanifatturati minn materjali "soprakonduttivi" iddisinnjati b'mod speċjali għall-operazzjoni f'temperaturi taħt "it-temperatura kritika" ta' mill-anqas wieħed mill-kostitwenti "soprakonduttivi", b'xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Bdil tal-kurrenti għal ċirkuwiti diġitiali li jużaw gejtijiet "soprakonduttivi" bi prodott ta' dewmien tal-ħin għal kull gejt (f'sekondi) u ħela ta' enerġija għal kull gejt (f'wotts) ta' anqas minn 10-14 J; jew

2. Għażla tal-frekwenza fil-frekwenzi kollha bl-użu ta' ċirkuwiti reżonanti b'valuri Q li jeċċedu 10000;

e. Strumenti b'enerġija għolja, kif ġejjin:

1. Batteriji u diji fotovoltajiċi, kif ġejjin:

Nota:

3A001.e.1. ma jikkontrollax batteriji b'volumi ugwali jew anqas minn 27 ċm3 (eż., ċelluli-Ċ jew batteriji R14).

a. Ċelluli primarji u batteriji li għandhom "densità ta' enerġija" li teċċedi 480 Wh/kg u stmati għal operazzjoni fil-marġni ta' temperatura minn anqas minn 243 K (- 30 °Ċ) sa aktar minn 343 K (70 °Ċ);

b. Ċelluli li jista' jerġgħu jkunu ċċarġjati u batteriji li għandhom "densità ta' enerġija" li teċċedi 150 Wh/kg wara ċikli ta' ċarġ/ċikli ta' ħruġ ta' ċarġ ta' 75 b'kurrent ta' ħruġ ta' ċarġ ugwali għal Ċ/5 siegħat (Ċ hija l-kapaċità nominali f'siegħat ampêr) meta joperaw f'marġni ta' temperatura minn anqas minn 253 K (- 20 °Ċ) sa aktar minn 333 K (60 °Ċ);

Nota Teknika:

"Densità ta' enerġija" huwa miksuba billi tiġi immoltiplikata l-medja ta' enerġija f'wotts (vultaġġ medja f'volts immoltiplikata bil-kurrent medju f'ampêrs) bit-tul ta' ħruġ ta' ċarġ f'siegħt sa 75 % tal-vultaġġ taċ-ċirkuwit miftuħ diviż bit-massa totali taċ-ċellula (jew batteriji) f'kg.

ċ. "Kwalifikati bl-ispazju" u diji fotovoltajiċi msaħħa bir-radjazzjoni b'saħħa speċifika li teċċedi 160 W/m2 b'temperatura ta' operazzjoni ta' 301 K (28 °Ċ) taħt illuminazzjoni tat-tungstenu ta' 1 kW/m2 bi 2800 K (2527 °Ċ);

2. Capacitors li jaħżnu enerġija għolja, kif ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 3A201.a.

a. Capacitors b'rata ta' ripetizzjoni ta' anqas minn 10 Hz (Capacitors b'tir wieħed) li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Stima ta' vultaġġ ugwali għal jew ta' aktar minn 5 kV;

2. Densità ta' enerġija ugwali għal jew ta' aktar minn 250 J/kg; u

3. Enerġija totali ugwali għal jew ta' aktar minn 25 kJ;

b. Capacitors b'rata ta' ripetizzjoni ta' 10 Hz jew aktar (Capacitors bi stima ta' ripetizzjoni) li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Stima ta' vultaġġ ugwali għal jew ta' aktar minn 5 kV;

2. Densità ta' enerġija ugwali għal jew ta' aktar minn 50 J/kg;

3. Enerġija totali ugwali għal jew ta' aktar minn 100 J; u

4. Ċiklu ta' ħajja ta' ċarġ/ħruġ ta' ċarġ ugwali għal jew ta' aktar minn 10000;

3. Elettrokalamiti "soprakonduttivi" u solenojdi iddisinnjati b'mod speċjali biex ikunu iċċarġjati kollha jew biċ-ċarġ kollu maħruġ f'anqas minn sekonda waħda, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 3A201.b.

Nota:

3A001.e.3. ma jikkontrollax elettrokalamiti "soprakonduttivi" u solenojdi iddisinnjati b'mod speċjali għal tagħmir mediku ta' Ħolqien ta' Imaġġni b'Reżonanza Manjetika (MRI).

a. Enerġija mwassla matul il-ħruġ taċ-ċarġ li teċċedi 10 kJ fl-ewwel sekonda;

b. Dijametru ta' ġewwa tal-koljaturi li minnhom jgħaddi l-kurrent ta' aktar minn 250 mm; u

ċ. Stmati għal induzzjoni manjetika ta' aktar minn 8 T or "densità komplessiva tal-kurrent" fil-koljatura ta' aktar minn 300 A/mm2;

f. Encoders tal-posizzjoni tax-xâft assolut tat-tip ta' input ċirkolari li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Riżoluzzjoni aħjar minn parti 1 fi 265000 (riżoluzzjoni 18 bit) ta' skala sħiħa; jew

2. Akkuratezza aħjar minn ± 2,5 sekondi ta' ark.

3A002 Tagħmir elettroniku b'għan ġenerali, kif ġej:

a. Tagħmir ta' l-irrekordjar, kif ġej, u tejp tat-test iddisinnjat b'mod speċjali ta' dawn:

1. Tejp rekorders manjetiċi bi strumentazzjoni analoga, inklużi dawk li jippermettu l-irrekordjar ta' sinjali diġitali (eż. bl-użu ta' modulu ta' irrekordjar diġitali b'densità għolja (HDDR), li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Medda ta' frekwenza li teċċedi 4 MHz għal kull kanal elettroniku jew sezzjoni;

b. Medda ta' frekwenza li teċċedi 2 MHz għal kull kanal elettroniku jew sezzjoni u li għandha aktar minn 42 sezzjoni; jew

ċ. Żball ta' l-ispostament (bażi) tal-ħin, imkejel skond id-dokumenti IRIG jew EIA applikabbli, ta' anqas minn ± 0,1 μs;

Nota:

Tejp rekorders manjetiċi analogi iddisinnjati b'mod speċjali għall-iskop ta' vidjo pajżan mhumiex ikkonsidrati li huma tejp rekorders bi strumentazzjoni.

2. Tejp rekorders manjetiċi tal-vidjo diġitali li għandhom rata ta' trasferiment diġitali b'interferenza massima li teċċedi 360 Mbit/s;

Nota:

3A002.a.2. ma jikkontrollax tejp rekorders manjetiċi tal-vidjo diġitali iddisinnjati b'mod speċjali għall-irrekodrjar tat-televiżjoni bl-użu ta' format ta' sinjal, li jista' jinkludi format ta' sinjal ikkompressat, standardizzat jew irrakkomandat mill-ITU, l-IEC, il-SMPTE, l-EBU, l-ETSI jew l-IEEE għall-applikazzjoni tat-televiżjoni ċivili.

3. Rekorders tat-tejp tad-data manjetiċi bi strumentazzjoni diġitiali li jużaw modi ta' teknika ta' skannjar bħal spiral jew moda ta' teknika ta' ras fissa, li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Rata ta' trasferiment diġitali b'interferenza massima li teċċedi 175 Mbit/s; jew

b. Li huwa "kwalifikat bl-ispazju";

Nota:

3A002.a.3. ma jikkontrollax tejp rekorders manjetiċi analogi mgħammra b'elettronika ta' konverżjoni HDDR u ikkonfigurati biex jirrekordjaw data diġitali biss.

4. Tagħmir, li għandu rata massima ta' trasferiment ta' interface diġitali li teċċedi 175 Mbit/s, iddisinnjat biex jikkonverti tejp rekorders manjetiċi tal-vidjo diġitali għall-użu bħala rekorders tad-data bi strumentazzjoni diġitiali;

5. Waveform Diġitaturi tal-waveform u rekorders ta' kurrent qasir li għandhom dawn kollha li ġejjin:

a. Rata ta' diġitazzjoni ugwali għal jew ta' aktar minn 200 miljun kampjun kull sekonda u riżoluzzjoni ta' 10 bit jew aktar; u

b. Ammont ta' materjal li kien proċessat b'mod kontinwu ta' 2 Gbit/s jew aktar;

Nota Teknika:

Għal dawk l-istrumenti b'arkitettura ta' sett speċifiku ta' kondutturi li jmexxu d-data parallel, ir-rata ta' ammont ta' materjal li kien proċessat b'mod kontinwu hija r-rata l-aktar għolja ta' kliem immoltiplikat bin-numru ta' bits f'kelma.

L-ammont ta' materjal li kien proċessat b'mod kontinwu huwa r-rata ta' data l-aktar mgħaġġla li l-istrument jista' jipproduċi għal ħażna tal-massa mingħajr it-telfien ta' xi informazzjoni waqt li tiġi sostunata r-rata ta' kampjun u l-konverżjoni minn analogu għal diġitali.

6. Rekorders tad-data bi strumentazzjoni diġitiali, li jużaw modi ta' teknika ta' ħażna f'disk manjetika, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

a. Rata ta' diġitizazzjoni ugwali għal jew ta' aktar minn 100 miljun kampjun kull sekonda u riżoluzzjoni ta' 8 bit jew aktar; u

b. Ammont ta' materjal ipproċessat b'mod kontinwu ta' 1 Gbit/s jew aktar;

b. "Sintetizzatur tal-frekwenza""immuntaturi elettroniċi" li għandhom "ħin ta' bdil tal-frekwenza" minn frekwenza waħda magħżula għal oħra ta' anqas minn 1 ms;

ċ. "Analizatturi tas-sinjal" tal-frekwenza tar-radju kif ġejjin:

1. "Analizatturi tas-sinjal" li kapaċi janalizzaw frekwenzi li jeċċedu 31,8 GHz iżda anqas minn 37,5 GHz jew li jeċċedu 43,5 GHz;

2. "Analizatturi tas-sinjal dinamiku" li għandhom "medda ta' frekwenza ta' żmien reali" li teċċedi 500 kHz;

Nota:

3A002.ċ.2. ma jikkontrollax dawk l-"analizatturi tas-sinjal dinamiku" li jużaw biss filtri tal-medda ta' frekwenza b'perċentaġġ kostanti (magħrufa wkoll bħala filtri ottavi jew filtri ottavi frazzjonali).

d. Ġeneraturi tas-sinjal sintetizzati bil-frekwenza li jipproduċu frekwenzi ta' produzzjoni, li l-akkuratezza u l-istabbilità fi żmien qasir jew fi żmien twil huma ikkontrollati, idderivati minn jew iddixxiplinati mill-frekwenza ewlenija interna, u li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Frekwenza sintetizzati massima li teċċedi 31,8 GHz;

2. "Ħin ta' bdil ta' frekwenza" minn sekwenza waħda magħżula għal oħra ta' anqas minn 1 ms; jew

3. Medda ta' frekwenzi ħdejn il-frekwenza ewlenija waħda (SSB) b'fażi ta' ħoss aħjar minn - (126 + 20 log10F - 20 log10f) f'dBc/Hz, fejn F hija l-qtugħ ‘il barra mill-frekwenza ta' operazzjoni fi Hz u f hija l-frekwenza ta' operazzjoni f'MHz;

Nota:

3A002.d. ma jikkontrollax tagħmir li fih il-frekwenza ta' produzzjoni hija jew prodotta biż-żieda jew bit-tnaqqas ta' tnejn jew aktar frekwenzi ta' strumenti li jipproduċi oxxillazzjonijiet elettriċi tal-kristall, jew b'żieda jew tnaqqas segwita b'multiplikazzjoni tar-riżultat.

e. Analizzaturi tan-netwerk bi frekwenza ta' operazzjoni massima li teċċedi 43,5 GHz;

f. Riċevituri tat-test tal-mikromewġa li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Frekwenza ta' operazzjoni massima li teċċedi 43,5 GHz; u

2. Li huma kapaċi jkejjlu l-estensjoni u l-fażi simultanjamnt;

g. Standards tal-frekwenza atomika li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Stabilità ta' żmien twil (avvanz) ta' anqas (aħjar) minn 1 × 10-11/xahar; jew

2. Li huma "kwalifikati bl-ispazju".

Nota:

3A002.g.1. ma jikkontrollax standards ta' rubidju li mhumiex "kwalifikati bl-ispazju".

3A101 Tagħmir elettroniku, strumenti u komponenti, barra dawk indikati fi 3A001, kif ġejjin:

a. Konvertituri minn analogu għal diġitali, użabbli f'"missili", iddisinnjati biex jilħqu speċifikazzjonijiet militari għal tagħmir robust;

b. Aċċeleraturi li kapaċi jwasslu radjazzjoni elettromanjetika prodotta b'bremsstrahlung minn elettroni aċċelerati ta' 2 MeV jew akbar, u sistemi li fihom dawk l-aċċeleraturi.

Nota:

3A101.b. t'hawn fuq ma jispeċifikax tagħmir iddisinnjat b'mod speċjali għal skopijiet mediċi.

3A201 Komponenti elettroniċi, barra dawk indikati fi 3A001, kif ġejjin;

a. Capacitors li fihom xi wieħed minn dawn is-setts ta' karatteristiċi li ġejjin:

1. a. Stima tal-vultaġġ akbar minn 1,4 kV;

b. Ħażna ta' enerġija akbar minn 10 J;

ċ. Ta' kapaċità akbar minn 0,5 μF; u

d. Induċament serjali anqas minn 50 nH; jew

2. a. Stima ta' vultaġġ akbar minn 750 V;

b. Ta' kapaċità akbar minn 0,25 μF; u

ċ. Induċament serjali anqas minn 10 nH;

b. Elettrokalamiti tas-solenojdi soprakonduttivili għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Kapaċi li joħolqu êrji fejn tinħass il-qawwa manjetika akbar minn 2 T;

2 Proporzzjon ta' tul ta' dijametru ta' ġewwa akbar minn 2;

3. Dijametru ta' ġewwa akbar minn 300 mm; u

4. Êrji fejn tinħass il-qawwa manjetika uniformi ma jew ahjar minn 1 % fuq 50 % ċentrali tal-volum ta' ġewwa;

Nota:

3A201.b. ma jikkontrollax kalamiti iddisinnjati b'mod speċjali għal u esportati "bħala parti minn" sistemi ta' ħolqien ta' imaġġni b'reżonanza manjetika nukleari medika (NMR). Il-frażi bħala parti minn' mhux neċessarjament tfisser parti fiżika fl-istess ġarr bil-baħar; ġarr bil-baħar separati minn sorsi differenti huma permessi, iżda d-dokumenti ta' esportazzjoni li huma relatati jispeċifikaw b'mod ċar li l-ġarr bil-baħar huma trasmessi "bħala parti mis-" sistemi tal-ħolqien ta' l-imaġġni.

ċ. Ġeneraturi tal-flash tar-raġġi-X jew aċċeleratturi ta' l-elettron bil-polz li għandhom xi wieħed minn dawn is-setts ta' karatteristiċi li ġejjin:

1. a. Enerġija ta' l-ettronu bl-aqwa punt ta' l-aċċeleratur ta' 500 keV jew akbar iżda anqas minn 25 MeV; u

b. B'"numru ta' mertu" (K) ta' 0,25 jew akbar; jewr

2. a. Enerġija ta' l-ettronu bl-aqwa punt ta' l-aċċeleratur ta' 25 MeV jew akbar; u

b. "L-aqwa punt ta' enerġija" akbar minn 50 MW.

Nota:

3A201.ċ. ma jikkontrollax aċċeleraturi li huma parti komponenti ta' strumenti iddisinnjati għall-iskopijiet barra d-dija ta' l-elettronu jew ir-radjazzjoni tar-raġġi-X (mikroskopija ta' l-elettronu, bħala eżempju) lanqas dawk iddisinnjati għal skopijiet mediċi:

Noti Tekniċi:

1. "In-numru ta' mertu" K huwa definit bħala:

K = 1,7 × 103V2,65Q

V hija l-aqwa punt ta' enerġija ta' l-elettron f'miljuni ta' volts ta' l-elettron.

Jekk t-tul tad-diji ta' l-aċċeleratur bil-polz huwa anqas jew ugwali għal 1 μs, mela Q hija ċ-ċarġ aċċelerat f'Coulombs. Jekk t-tul tad-diji ta' l-aċċeleratur bil-polz huwa akbar minn 1 μs, mela Q hija ċ-ċarġ massima aċċelerata f'1 μs.

Q hija daqs l-integrali ta' i fir-rigward ta' t, fuq l-inferjuri ta' 1 μs jew it-tul ta' ħin tad-dija bil-polz (Q = ġint ħ idt), fejn i hija l-kurrent tad-dija f'ampêrs t hija l-ħin f'sekondi.

2. "L-aqwa punt ta' enerġija" = (il-potenzal ta' l-aqwa punt f'volts) × (l-aqwa punt tad-dija tal-kurrent f'ampêrs).

3. F'magni bbażati fuq ħofor aċċelerati tal-mikromewġa, it-tul tal-ħin tal-polz tad-dija huwa l-anqas ta' 1 μs jew it-tul tal-pakkett f'bukkett li jirriżulta minn polz tal-modulatur tal-mikromewġa.

4. F'magni bbażati fuq ħofor aċċelerati tal-mikromewġa, l-aqwa punt tal-kurrent tad-dija huwa l-medja tal-kurrent fit-tul tal-ħin ta' pakkett ta' dija f'bukkett.

3A225 Apparat li jbiddel il-frekwenza u ġeneraturi, barra dawk indikati fi 0B001.b.13., li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Produzzjoni tal-multiphase li kappaċi tipprovdi enerpija ta' 40 W jew akbar;

b. Kapaċi jaħdmu fil-marġni ta' frekwenza bejn 600 u 2000 Hz;

ċ. Tagħwiġ armoniku totali aħjar (anqas) minn 10 %; u

d. Kontroll tal-frekwenza aħjar minn (anqas) minn 0,1 %.

Nota Teknika:

Apparat li jbiddel il-frekwenza fi 3A225 huma magħrufa wkoll bħala konvertituri jew apparat li jaqbleb ta' taħt fuq.

3A226 Provvisti ta' enerġija ta' kurrent dirett ta' enerġija għolja, barra dawk indikati fi 0B001.j.6., li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. Kapaċi li kontinwament jipproduċu, fuq perjodu ta' ħin ta' 8 siegħat, 100 V jew akbar bi produzzjoni ta' kurrent ta' 500 A jew akbar; u

b. Kurrent jew stabilità ta' vultaġġ aħjar minn 0,1 % fuq perjodu ta' ħin ta' 8 siegħat.

3A227 Provvisti ta' enerġija ta' kurrent dirett ta' enerġija għolja, barra dawk indikati fi 0B001.j.5., li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. Kapaċi li kontinwament jipproduċu, fuq perjodu ta' ħin ta' 8 siegħat, 20 kV jew akbar bi produzzjoni ta' kurrent ta' 1 A jew akbar; u

b. Kurrent jew stabilità ta' vultaġġ aħjar minn 0,1 % fuq perjodu ta' ħin ta' 8 siegħat.

3A228 Strumenti li jixgħelu u jitfu, kif ġejjin:

a. Tubi tal-katodi kesħin, kemm mimlija jew le bil-gass, li jaħdem b'mod li jixbaħ id-distanza bejn it-terminals ta' l-elettriku fejn isiru l-isparks, li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Li fihom tliet elettrodi jew aktar;

2. Skala ta' l-aqwa punt ta' vultaġġ ta' l-anodu ta' 2,5 kV jew aktar;

3. Skala ta' l-aqwa punt tal-kurrent ta' l-anodu ta' 100 A jew aktar; u

4. Dewmien tal-ħin ta' l-anodu ta' 10 μs jew anqas;

Nota:

3A228 jinkludi tubi tal-gass tal-krytron u tubi tal-vakwu tas-sprytron.

b. Distanzi bejn it-terminals ta' l-elettriku fejn isiru l-isparks bil-grillu li għandhom dawn iż-żewġ li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. Dewmien tal-ħin ta' l-anodu ta' 15 μs jew anqas; u

2. Stmati għall-aqwa punt tal-kurrent ta' 500 A jew aktar;

ċ. Moduli jew immuntar b'funzjoni ta' bdil mgħaġġel li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Stima tal-vultaġġ ta' l-aqwa punt ta' l-anodu akbar minn 2 kV;

2. Stima tal-kurrent ta' l-aqwa punt ta' l-anodu ta' 500 A jew aktar; u

3. Ħin li jixgħel ta'1 μs jew anqas.

3A229 Setts ta' l-isparar u ġeneraturi bil-polz ta' kurrent għoli ekwivalenti kif ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a. Setts ta' l-isparar tad-detonatur splussiv iddisinnjati biex iħaddmu detonaturi multipli kkontrollati indikati 3A232;

b. Ġeneraturi tal-polz ta' l-elettriku modulari (pulsers) li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Iddisinnjati bħala li jistgħu jinġarru, mobbli jew għal użu robust;

2. Magħluqa fi spazju magħluq li fih ma jidħolx it-trab;

3. Kapaċi li jwasslu l-enerġija tagħhom f'anqas minn 15 μs;

4. Li għandhom produzzjoni akbar minn 100 A;

5. Li għandhom "ħin ta' żieda fl-ammont" ta' anqas minn 10 μs f'żidiet ta' anqas minn 40 ohms;

6. L-ebda dimensjoni akbar minn 254 mm;

7. Piż anqas minn 25 kg; u

8. Indikati għal użu f'marġni estiż ta' temperatura 223 K (- 50 °) sa 373 K (100 °) jew indikati bħala adattati għal applikazzjonijiet ta' l-ajruspazju.

Nota:

3A229.b. jinkludi drivers b'lampa tal-flash tal-kseno.

Nota Teknika:

In 3A229.b.5. "ħin ta' żieda fl-ammont" huwa iddefinut bħala l-intervall tal-ħin minn 10 % sa 90 % ta' l-estensjoni tal-kurrent meta tkun qed titmexxi żidiet ta' reżistenza.

3A230 Ġeneraturi bil-polz ta' veloċità għolja li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. Produzzjoni ta' vultaġġ akbar minn 6 V f'żieda ta' reżistenza ta' anqas minn 55 ohms, u

b. "Ħin ta' transizzjoni tal-polz" anqas minn 500 ps.

Nota Teknika:

In 3A230, "ħin ta' transizzjoni tal-polz" huwa iddefinut bħala l-intervall tal-ħin bejn 10 % u 90 % ta' l-estensjoni tal-vultaġġ.

3A231 Sistemi ta' ġenerazzjoni tan-newtron, inklużi tubi, li għandhom dawn iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. Iddisinnjati biex joperaw mingħajr sistema esterna ta' vakwu; u

b. Jutilizza aċċelerazzjoni elettrostatika biex jinduċi reazzjoni nukleari tritju-dewterju.

3A232 Detonaturi u sistemi ta' inizjazzjoni b'ħafna punti, kif ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a. Detonaturi splussivi mħaddma bl-elettriku, kif ġejjin:

1. Pont li jisplodi (EB);

2. Wajer tal-pont li jisplodi (EBW);

3. Slapper;

4. Inizjaturi tal-fojl li jisplodu (EFI);

b. Arranġamenti li jużaw detonatur wieħed jew detonaturi multipli iddisinnjati biex jinizzjaw kważi simultanjament wiċċ li jisplodi akbar minn 5000 mm2 minn sinjal ta' sparar wieħed bl-aħjar ħin ta' inizjazzjoni mxerred fuq il-wiċċ ta' anqas minn 2,5 μs.

Nota:

3A232 ma jikkontrollax detonaturi li jużaw splussiv primarju biss, bħal ċomb azid.

Nota Teknika:

Fi 3A232 id-detonaturi ikkonċernati kollha jutilizzaw kundutturi elettriċi żgħar (pont, wajer tal-pont jew fojl) li bi splussiv jagħmel fi fwar meta polz ta' elettriku ta' kurrent għoli u li jgħaġġel jiġi mgħoddi minnu. F'tipi nonslapper, l-kundutturi li jisplodi jibda detonazzjonai kimika f'kuntatt ta' materjal li hu splussiv ħafna bħal PETN (Pentaerythritoltetranitrate). F'detonaturi slapper, l-isplussiv li jagħmel fi fwar tal-kundutturi elettriku jmexxi flyer jew slapper minn naħa għal oħra ta' fetħa u l-impatt tas-slapper fuq splussiv jibda detonazzjoni kimika. L-islapper f'xi disinnji huwa mmexxi minn forza manjetika. It-terminu detonatur tal-fojl li jisplodi jista' jirreferi jew għal EB jew għal detonatur tat-tip slapper. Ukoll, il-kelma inizjatur xi kultant hija wżata minflok il-kelma detonatur.

3A233 Spettrometri tal-massa, barra dawk indikati fi 0B002.g., li kapaċi jkejjlu joni ta' of 230 units ta' massa atomika jew akbar u li għandhom riżoluzzjoni ta' aħjar minn 2partijiet fi 230 kif ġejjin, u sorsi ta' jone għal dan l-iskop:

a. Spettrometri tal-massa tal-plażma akkoppjati b'mod induttiv (ICP/MS);

b. Spettrometri tal-massa li jitfgħu dawl inkandexxenti (GDMS);

ċ. Spettrometri tal-massa tal-jonizzazzjoni termali (TIMS);

d. Spettrometri tal-massa tal-bumbardament ta' l-ettron li għandhom kamra ta-sors mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b'materjali li jirreżistu għal UF6;

e. Spettrometri tal-massa tad-dija molekulari li għandhom xi waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b'azzar li ma jsaddadx jew molibdenu u mgħammra b'sifun kiesaħ li kapaċi jkessaħ sa 193 K (- 80°) jew anqas; jew

2. Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b'materjali reżistenti għal UF6;

f. Spettrometri tal-massa mgħammra b'sors tal-jone ta' ħafna żidiet ta' fluworin iddisinnjati għal aktinidi jew fluworidi aktinidi.

3B Tagħmir ta' Prova, Spezzjoni u Produzzjoni

3B001 Tagħmir għal manifattura ta' mekkaniżmi semikundutturi jew materjali, kif ġejjin, u komponenti iddisinnjati b'mod speċjali u aċċessorji ta' dawn li ġejjin:

a. Tagħmir "ikkontrollat bi programm maħżun" iddisinnjat għat-tkabbir ta' l-epitassi, kif ġej:

1. Tagħmir li kapaċi jipproduċi ħxuna uniformi ta' strat ta' anqas minn ± 2,5 % minn naħa għal oħra ta' distanza ta' of 75 mm jew aktar;

2. Reatturi ta' deposizzjoni ta' fwar kimiku metall organiku (MOCVD) iddisinnjati b'mod speċjali għat-tkabbir ta' kristall semikunduttur kompost bir-reazzjoni kimika bejn materjali indikati fi 3C003 jew 3C004;

3. Tagħmir tat-tkabbar ta' l-epitassi tad-dija molekulari li juża gass jew sorsi solidi;

b. Tagħmir "ikkontrollat bi programm maħżun" iddisinnjat għat-tidħil tal-jone, li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Enerġija tad-dija (vultaġġ li jaċċelera) li teċċedi 1 MeV;

2. Li huma iddisinnjati b'mod speċjali jew magħmula biex isir l-aħjar użu ta' enerġija tad-dija (vultaġġ li jaċċelera) ta' anqas minn 2 keV;

3. Kapaċità ta' kitba b'mod dirett; jew

4. Li kapaċi jdaħħal ossiġenu ta' enerġija għolja f'materjal "substrate" ta' semikunduttur imsaħħan;

ċ. Tagħmir ta' inċiżjoni fin-niexef bil-plażma anisotropika "ikkontrollat bi programm maħżun" kif ġej:

1. Tagħmir b'operazzjoni minn kassett għal kasett u serraturi tat-tagħbija, u li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Iddisinnjati jew magħmula biex isir l-aħjar użu biex jipproduċu dimensjonijiet kritiċi ta' 0,3 μm jew anqas bi preċiżjoni sigma ta' ± 5 % 3; jew

b. Iddisinnjati biex jiġġeneraw anqas minn 0,04 partikoli/ċm2 b'partikola li tista' titqies ta' daqs akbar minn 0,1 μm f'dijametru;

2. Tagħmir iddisinnjat b'mod speċjali għal tagħmir indikat fi 3B001.e. u li għandu xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Iddisinnjati jew magħmula biex isir l-aħjar użu biex jipproduċu dimensjonijiet kritiċi ta' 0,3 μm jew anqas minn ± 5 % 3 ta' preċiżjoni sigma; jew

b. Iddisinnjati biex jiġġeneraw anqas minn 0,04 partikoli/ċm2 b'partikola li tista' titqies ta' daqs akbar minn 0,1 μm f'dijametru;

d. Tagħmir CVD "ikkontrollat bi programm maħżun" bi plażma mkabbar, kif ġej:

1. Tagħmir b'operazzjoni minn kassett għal kasett u serraturi tat-tagħbija, u li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Iddisinnjati skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant jew magħmula biex isir l-aħjar użu biex jipproduċu dimensjonijiet kritiċi ta' 0,3 μm jew anqas b'± 5 % 3 ta' preċiżjoni sigma; jew

b. Iddisinnjati biex jiġġeneraw anqas minn 0,04 partikoli/ċm2 b'partikola li tista' titqies ta' daqs akbar minn 0,1 μm f'dijametru;

2. Tagħmir iddisinnjat b'mod speċjali għal tagħmir indikat fi 3B001.e. u li għandu xi wieħed minn dawn ġejjin:

a. Iddisinnjati skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant jew magħmula biex isir l-aħjar użu biex jipproduċu dimensjonijiet kritiċi ta' 0,3 μm jew anqas b'± 5 % 3 ta' preċiżjoni sigma; jew

b. Iddisinnjati biex jiġġeneraw anqas minn 0,04 partikoli/ċm2 b'partikola li tista' titqies ta' daqs akbar minn 0,1 μm f'dijametru;

e. Sistemi ta' l-immaniġġjar tal-wajfers b'ħafna kmamar bi tqegħid awtomatiku "ikkontrollat bi programm maħżun", li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Interfaces għal input jew output tal-wejfer, li għalihom aktar minn żewġ biċċiet ta' tagħmir ta' semikunduttur ta' l-ipproċessar ser ikunu ikkonnettjati; u

2. Iddisinnjat biex jifforma sistema integrata f'ambjent ta' vakwu għall-ipproċessar sekwenzali multiplu;

Nota:

3B001.e. ma jikkontrollax sistemi awtomatiċi u robotiċi ta' immaniġġjar tal-wejfer li mhumiex iddisinnjati biex jaħdmu f'ambjent ta' vakwu.

f. Tagħmir ta' litografija "ikkontrollat bi programm maħżun", kif ġej:

1. Tagħmir ta' pass ta' allinjar u kxif u ripetizzjoni (pass dirett fuq il-wejfer) jew pass u skann (skàner) għall-ipproċessar tal-wejfer bl-użu ta' metodi foto-ottici jew raġġi-X, li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Mikromewġa ta' sors ta' dawl aqsar minn 350 nm; jew

b. Kapaċi li jipproduċi disinn b'daqs ta' "karatteristika minima li tista' tinħall" ta' 0,35 μm jew anqas;

Nota Teknika:

Id-daqs tal-"karatteristika minima li tista' tinħall" hija ikkalkulata b'din il-formula li ġejja:

MRF =

an exposure light source wavelength in µm × K factornumercial aperture

fejn il-fattur K = 0,7

MRF = id-daqs tal-karatteristika minima li tista' tinħall

2. Tagħmir iddisinnjat b'mod speċjali għall-għamil ta' maskra jew għall-ipproċessar ta' strument semikunduttur bl-użu dija ta' l-elettron iffukata milwija, dija tal-jone jew dija tal-"laser", li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Daqs ta' marka żgħira iżgħar minn 0,2 μm;

b. Li kapaċi jipproduċi disinn ta' daqs ta' karatteristika ta' anqas minn 1 μm; jew

ċ. Akkuratezza ta' fuq xi ħaġa oħra aħjar minn ± 0,20 μm (3 sigma);

g. Maskri u retikoli iddisinnjati għal ċirkuwiti integrati indikati fi 3A001;

h. Maskri b'kisjiet mibnija minn numru ta' saffi b'saff ta' ċaqliq ta' fażi.

3B002 Tagħmir tat-test "ikkontrollat bi programm maħżun" iddisinnjat b'mod speċjali għall-ittestjar ta' strumenti semikundutturi mitmuma jew mhux mitmuma, kif ġejjin, u komponenti iddisinnjati b'mod speċjali u aċċessorji ta' dawn li ġejjin:

a. Għall-ittestjar ta' parametri-S ta' strumenti transistors bi frekwenza li teċċedi 31 GHz;

b. Għall-ittestjar ta' ċirkuwiti integrati li kapaċi jeżekwixxu ittestjar funzjonali (tabella tal-verità) b'"rata ta' disinn" ta' aktar minn 333 MHz;

Nota:

3B002.b. ma jikkontrollax tagħmir ta' kontroll iddisinnjat b'mod speċjali għall-ittestjar:

1. "Immuntaturi elettroniċi" jew klassi ta' "immuntaturi elettroniċi" għal applikazzjonijiet tad-dar jew tad-divertiment;

2. Komponenti elettroniċi mhux ikkontrollati, "immuntaturi elettroniċi" jew ċirkuwiti elettroniċi;

3. Memorji.

Nota Teknika:

Għal dan l-iskop ta' din l-entrata, "rata ta' disinn" hija definita bħala l-frekwenza massima ta' operazzjoni diġitali tat-tester. Huwa għalhekk ekwivalenti għall-għola rata ta' data li tester jista' jipprovdi f'mod li mhux moltipliċat. Hija wkoll msemmija bħala test tal-veloċità, frekwenza massima diġitali jew veloċità massima diġitali.

ċ. Għall-ittestjar ta' ċirkuwiti integrati ta' mikromewġa indikati fi 3A001.b.2.

3C Materjali

3C001 Materjali etero ta' l-epitassi li jikkonsistu f'"substrate" mqiegħed f'munzell ta' saffi multipli mkabbra b'mod ta' l-epitassi ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Silikon;

b. Ġermanjum;

ċ. Silikon karbur; jew

d. III/V Komposti ta' gallju jew indju.

Nota Teknika:

III/V Komposti huma prodotti monokristallini ta' polikristallin jew binarju jew kumpess li jikkonsistu minn elementi tal-gruppi IIIA u VA tat-tabbella ta' klassifikazzjoni perijodika ta' Mendeleyev (eż., gallju arseniku, gallju-aluminju arseniku, fosfinu indju).

3C002 Materjali li jirreżistu, kif ġejjin, u "substrates" miksija b'reżistenzi ikkontrollati:

a. Reżistenti iddisinnjati għal litografija ta' semikunduttur aġġustati b'mod speċjali (biex isir l-aħjar użu) għal użu f'distanzi bejn korrispondenti f'mewġa taħt 350 nm;

b. Ir-reżistenti kollha iddisinnjati għal użu ma' diji ta' l-ettron jew diji tal-jone, b'sensittività ta' 0,01 μcoulomb/mm2 jew aħjar;

ċ. Ir-reżistenti kollha iddisinnjati għal użu ma' raġġi-X, with X-rays, b'sensittività ta' 2,5 mJ/mm2 jew aħjar;

d. Ir-reżistenti kollha biex isir l-aħjar użu għal teknoloġiji ta' ħolqien ta' imaġġni tal-wiċċ, inklużi reżistenti "silylated".

Nota Teknika:

Metodi ta' teknika "silylation" huma definiti bħala proċessi li jinkorporaw ossidazzjoni tal-wiċċ tar-reżistenza biex tkabbar l-eżekuzzjoni ta' l-iżviluppar mxarrab u niexef.

3C003 Komposti organo-inorganiċi, kif ġejjin:

a. Komposti organo-metalliċi ta' l-aluminju, gallju jew indju li għandhom purità (bażi tal-metall) aħjar minn 99,999 %;

b. Komposti ta' organo-arseniku, organo-antimonju u organo-fosfru li għandhom purità (bażi tal-mettal inorganiku) aħjar minn 99,999 %.

Nota:

3C003 jikkontrolla biss komposti li l-metall tagħhom, parzjalment tal-metall jew element mhux tal-metall huwa marbuta direttament ma' karbonju fil-parti organika tal-molekula.

3C004 Ibridi ta' fosfru, arseniku jew antimonju, li għandhom purità aħjar minn 99,999 %, anki iddilwit f'gassijiet inerti jew idroġenu.

Nota:

3C004 ma jikkontrollax ibridi li fihom 20 % tal-massa jew aktar ta' gassijiet inerti jew idroġenu.

3D Software

3D001 "Software" iddisinnjat b'mod speċjali għall-"iżviluppar" jew għal "produzzjoni" ta' tagħmir indikat fi 3A001.b. sa 3A002.g. jew 3B.

3D002 "Software" iddisinnjat b'mod speċjali għall-"użu" ta' tagħmir "ikkontrollat bi programm maħżun" indikat fi 3B.

3D003 "Software" tad-disinn kompjuter-aided li għandu dawn kollha li ġejjin:

a. Iddisinnjat għall-"iżviluppar" ta' strumenti semikundutturi jew ċirkuwiti integrati; u

b. Iddisinnjati biex iwettqu jew jużaw xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Regoli ta' disinn jew regoli ta' verifika taċ-ċirkuwit;

2. Simulazzjoni ta' ċirkuwiti mqegħda b'mod fiżiku; jew

3. "Simulaturi ta' l-ipproċessar tal-litografija" għad-disinn.

Nota Teknika:

"Simulatur ta' l-ipproċessar tal-litografija" huwa pakkett ta' "Software" użat fil-fażi ta' iddisinnjar biex tiġi definita s-sekwenza tal-litografija, ta' l-inċiżjoni u l-passi ta' d-deposizzjoni biex jiġu tradotti disinnji f'disinni topografiċi speċifiċi f'kundutturi, materjali dielettriċi jew semikundutturi.

Nota 1:

3D003 ma jikkontrollax "Software" iddisinnjat b'mod speċjali għad-dħul skematiku, simulazzjoni loġika, tqegħid u routing, verifika tat-tqassim jew tejp ta' ġenerazzjoni ta' disinn.

Nota 2:

Librerija, attribut tad-disinn jew data assoċjata għad-disinn ta' strumenti ta' semikundutturi jew ċirkuwiti integrati huma ikkonsidrati bħala "teknoloġija".

3D101 "Software" iddisinnjat b'mod speċjali jew immodifikati għall-"użu" ta' tagħmir indikat fi 3A101.b.

3E Teknoloġija

3E001 "Teknoloġija" skiond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali għall-"iżviluppar" jew "produzzjoni" ta' tagħmir jew materjali indikati 3A, 3B jew 3C;

Nota:

3E001 ma jikkontrollax "teknoloġija" għall-"iżviluppar" jew "produzzjoni" ta':

a. Transistors tal-mikromewġa li jaħdmu fi frekwenza taħt 31 GHz;

b. Ċirkuwiti integrati indikati fi 3A001.a.3. sa 3A001.a.12., li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Li jużaw "teknoloġija" ta' 0,5 μm jew aktar, u

2. Li ma jinkorporaw "strutturi b'numru ta' saffi".

Nota Teknika:

It-terminu "strutturi b'numru ta' saffi" fin-Nota b.2. sa 3E001 ma jinkludix strumenti li jinkorporaw massimu ta' tlett saffi tal-metall u tlett saffi polisilikon.

3E002 "Teknoloġija" skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali barra dik indikata fi 3E001 għall-"iżviluppar" jew "produzzjoni" ta' "mikroċirkuwiti mikroproċessur", "eżekuzzjoni teoretika komposta" ("CTP") ta' 530 miljun operazzjoni teoretika kull sekonda (Mtops) jew aktar u unit ta' aritmetika loġika b'wisa' ta' aċċess ta' 32 bits jew aktar.

Nota:

In-nota ta' ta' dekontroll għal 3E001 tapplika wkoll għal 3E002.

3E003 "Teknoloġija" oħra għall-"iżviluppar" jew "produzzjoni" ta':

a. Strumenti mikroelettroniċi tal-vakwu;

b. Strumenti semikundutturi b'etero-struttur bħal transistors ta' mobilità għolja ta' l-elettron (HEMT), transistors etero-bipolari (HBT), strumenti ta' kwantum tajjeb u ta' grada eċċezzjonali;

ċ. Strumenti elettroniċi "superkunduttivi";

d. Substrates tal-films tad-djamant għal komponenti elettroniċi;

e. Substrates ta' silikon fuq iżolatur (SOI) għal ċirkuwiti integrati li fihom l-iżolatur huwa diossidu silikon;

f. Substrates ta' karbur silikon għal komponenti elettroniċi;

g. Tubi elettroniċi tal-vakwu li jaħdmu bi frekwenzi ta' 31 GHz jew għola.

3E101 "Teknoloġija" skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali għall-"użu" ta' tagħmir jew "Software" indikati fi 3A001.a.1. jew 2., 3A101 jew 3D101.

3E102 "Teknoloġija" skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali għall-"iżviluppar" ta' "Software" indikat fi 3D101.

3E201 "Teknoloġija" skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali għall-"użu" ta' tagħmir indikat fi 3A001.e.2., 3A001.e.3., 3A201, 3A225 sa 3A233.

KATEGORIJA 4

KOMPJUTERS

Nota 1:

Kompjuters, tagħmir relatat u "Software" li jagħmel funzjonijiet ta' telekommunikazzjonijiet jew ta' "netwerks ta' l-erja lokali" għandhom ikunu wkoll jiġu evalwati kontra il-karatteristiċi ta' l-għamla ta' Kategorija 5, Parti 1 (Telekommunikazzjonijiet).

Nota 2:

Units ta' kontroll li direttament jagħmlu interkonnessjoni tal-buses jew kanali ta' units ċentrali ta' l-ipproċessar, "ħażna prinċipali" jew kontrolluri tad-disk mhumiex meqjusa bħala tagħmir tat-telekommunikazzjonijiet deskritti f'Kategorija 5, Parti 1 (Telekommunikazzjonijiet).

N.B.:

Għall-istatus ta' kontroll ta'"Software" iddisinnjat b'mod speċjali għall-bdil tal-pakkett, ara 5D001.

Nota 3:

Kompjuters, tagħmir relatat u "Software" li jagħmel sigurtà ta' numru ta' livelli ċertifikabbli ta' kriptigrafika, kriptoanalitikum jew funzjonijiet ċertifikabbli ta' iżolazzjoni ta' min juża, jew li jillimitaw l-kompatibilità elettromanjetika (EMC), għandhom wkoll jkunu evalwati kontra l-karatteristiċ ta' l-għamla fil-Kategorija 5, Parti 2 ("Sigurtà ta' l-Informazzjoni").

4A Sistemi, Tagħmir u Komponenti

4A001 Kompjuters elettroniċi jew tagħmir relatat, kif ġejjin, u "immuntar elettroniku" u komponenti iddisinnjati b'mod speċjali ta' dawn:

N.B.:

ARA WKOLL 4A101.

a. Iddisinnjat b'mod speċjali biex ikollhom xi waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Stmati għal operazzjoni f'temperatura tal-post taħt 228 K (- 45°) jew 'il fuq 358 K (85°);

Nota:

4A001.a.1. ma japplikax għal kompjuters iddisinnjati b'mod speċjali għall-applikazzjonijiet tal-karozzi ċivili jew tal-ferrovija.

2. Radiation hardened to exceed any of the following specifications:

a. Total Dose | 5 × 103 Gy (silikon); |

b. Dose Rate Upset | 5 × 106 Gy (silikon)/s; or |

c. Single Event Upset | 1 × 10-7 Error/bit/day; |

b. Li jkollu karatteristiċi jew jaqdi funzjonijiet li jaqbżu l-limiti msemmija fil-Kategorija 5, Parti 2 ("Sigurtà ta' l-Informazzjoni").

Nota:

4A001.b. ma jikkontrollax kompjuters diġitali u tagħmir relatat meta jakkompanjaw lill-utent għall-użu personali tiegħu.

4A002 "Kompjuters ibridi", kif ġej, u "partijiet elettroniċi għall-immuntar" u komponenti li jkunu ddisinjati b'mod speċjali għalihom:

N.B.:

ARA WKOLL 4A102.

a. Li jkun fih "kompjuters diġitali" speċifikati fl-4A003;

b. Li jkun fih konvertituri li jaqilbu minn analog għal diġitali li jkun fihom dawn il-karatteristiċi li ġejjin kollha:

1. 32 -il kanal jew iktar; u

2. Riżoluzzjoni ta' 14 -il bit (plus sign bit) jew iktar b'rata ta' konverżjoni ta' 200000 konverżjoni/s jew iktar.

4A003 "Kompjuters diġitali", "partijiet elettroniċi għall-immuntar", u tagħmir relatat għalihom, kif ġej, u komponenti ddisinjati b'mod speċjali għalihom:

Nota 1:

4A003 jinkludi dan li ġej:

a. Proċessuri vektorjali;

b. Proċessuri array;

ċ. Proċessuri ta' sinjali diġitali;

d. Proċessuri loġiċi;

e. Tagħmir iddisinjat għat-"titjib fil-kwalità ta' l-immaġini";

f. Tagħmir iddisinjat għall-"ipproċessar tas-sinjali".

Nota 2:

L-istatus tal-kontroll tal-"kompjuters diġitali" u tagħmir relatat deskritt fl-4A003 huwa determinat mill-istatus tal-kontroll ta' tagħmir jew sistemi oħra basta:

a. Il-"kompjuters diġitali" jew tagħmir relatat huma essenzali għall-operazzjoni tat-tagħmir jew tas-sistemi l-oħra;

b. Il-"kompjuters diġitali" jew tagħmir relatat m'humiex "element prinċipali" tat-tagħmir jew sistemi l-oħra; u

N.B. 1:

L-istatus tal-kontroll ta' "proċessuri ta' sinjali" jew tagħmir għat-"titjib tal-kwalità ta' l-immaġini" li jkun iddisinjati b'mod speċjali għal tagħmir ieħor b'funzjonijiet limitati għal dawk meħtieġa għat-tagħmir l-ieħor huwa determinat mill-istatus tal-kontroll tat-tagħmir l-ieħor anke jekk dan jaqbeż il-kriterju ta' l-"element prinċipali".

N.B. 2:

Għall-istatus tal-kontroll ta' "kompjuters diġitali" jew tagħmir relatat għal tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet, ara Kategorija 5, Parti 1 (Telekomunikazzjonijiet).

ċ. It-"teknoloġija" għall-"kompjuters diġitali" u tagħmir relatat huwa determinat mill-4E.

a. Iddisinjat jew modifikat għal "tolleranza ta' difetti";

Nota:

Għall-iskopijiet ta' 4A003.a., "kompjuters diġitali" u tagħmir relatat m'humiex ikkonsidrati li huma ddisinjati jew modifikati għal "tolleranza ta' difetti" jekk huma jużaw kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

1. Algoriżmi għall-individwazzjoni jew korrezzjoni ta' żballji fil-"ħażna ċentrali";

2. L-interkonnessjoni ta' żewġ "kompjuters diġitali" sabiex, jekk il-unit ta' proċessar ċentrali attiv ifalli, unit ta' proċessar ċentrali inattiv però parallel ikun jista' ikompli l-iffunzjonar tas-sistema;

3. L-interkonnessjoni ta' żewġ units ta' proċessar ċentrali permezz ta' kanali tad-data jew bl-użu ta' ħżin komuni sabiex ikun possibbli li unit ta' proċessar ċentrali wieħed jagħmel xogħol ieħor sakemm it-tieni unit ta' proċessar ċentrali jfalli, meta l-ewwel unit ta' proċessar ċentrali jieħu l-kontroll sabiex ikompli l-iffunzjonar tas-sistema; jew

4. L-issinkronizzar ta' żewġ units ta' proċessar ċentrali permezz ta' "Software" sabiex unit ta' proċessar ċentrali wieħed jinduna meta l-unit ta' proċessar ċentrali l-ieħor ifalli u jirkupra xogħlijiet mill-unit li jkun qiegħed ifalli.

b. "Kompjuters Diġitali" li jkollhom "eżekuzzjoni teoretika komposta" ("ETK") li taqbeż il-190,000 miljun operazzjoni teoretika kull sekonda (Mtops);

ċ. "Partijiet għall-immuntar elettoniċi" iddisinjati jew modifikati b'mod speċjali sabiex itejjbu l-kwalità ta' l-eżekuzzjoni bl-aggregazzjoni ta' "elementi tal-kalkolazzjoni" ("EK") sabiex is-"CTP" ta' l-aggregazzjoni jaqbeż il-limitu fil-4A003.b.;

Nota 1:

4A003.ċ. japplika biss għal "partijiet għall-immuntar elettroniċi" u interkonnessjonijiet programmabbli li ma jaqbżux il-limitu msemmi fl-4A003.b. meta jintbgħatu bil-baħar bħala "partijiet għall-immuntar elettoniċi" mhux integrati. Ma japplikax għal "partijiet għall-immuntar elettoniċi" limitati b'mod inerenti minħabba n-natura tad-disinn tagħhom għall-użu bħala tagħmir relatat speċifikat fl-4A003.d. jew 4A003.e.

Nota 2:

4A003.ċ. ma jikkontrollax "partijiet għall-immuntar elettroniċi" li jkunu ddisinjati b'mod speċjali għal prodott jew familja ta' prodotti li jkollhom konfigurazzjoni massima li ma taqbiżx il-limitu msemmi fil-4A003.b.

d. Mhux użat;

e. Tagħmir li jeżegwixxi konverżjonijiet minn analog għal diġitali li ma jaqbżux il-limiti msemmija fit-3A001.a.5.;

f. Mhux użat;

g. Tagħmir iddisinjat b'mod speċjali sabiex jipprovdi interkonnessjoni esterna ta' "kompjuters diġitali" jew tagħmir assoċjat li jippermetti komunikazzjonijiet b'rati ta' data li jaqbżu il-1,25 Gbyte/s.

Nota:

4A003.g. ma jikkontrollax tagħmir għal interkonnessjoni interna (p.e. backplanes, karozzi tal-linja), tagħmir għal interkonnessjoni passiva, "kontrolluri ta' l-aċċess għal sistema" jew "kontrolluri ta' kanali ta' komunikazzjonijiet".

4A004 Kompjuters, kif ġej, u tagħmir relatat iddisinjat b'mod speċjali, "partijiet għall-immuntar elettroniċi" u komponenti għalihom:

a. "Systolic array kompjuters";

b. "Kompjuters nevralġiċi";

ċ. "Kompjuters ottiċi".

4A101 Kompjuters analogi, "kompjuters diġitali" jew analizzaturi diġitali divrenzali, differenti minn dawk speċifikati fl-4A001.a.1., li jkunu ssodati u ddisinjati jew modifikati għall-użu f'vetuuri li jkunu sparati fl-ispazju speċifikati fid-9A004 jew rokits tat-tkejjil speċifikati fid-9A104.

4A102 "Kompjters ibridi" iddisinjati b'mod speċjali għall-immudellar, simulazzjoni jew integrazzjoni tad-disinn ta' vetturi li jkunu sparati fl-ispazju speċifikati fid-9A004 jew rokits tat-tkejjil speċifikati fid-9A104.

Nota:

Dan il-kontroll japplika biss meta t-tagħmr ikollu s-"Software" speċifikat fis-7D103 jew 9D103.

4B Tagħmir għall-Ittestjar, Spezzjoni u Produzzjoni

Xejn

4C Materjali

Xejn

4D Software

Nota:

L-istatus tal-kontroll ta' "Software" għall-"iżvilupp", "produzzjoni", jew "użu" ta' tagħmir deskritt f'Kategoriji oħra huwa trattat fil-Kategorija xierqa. L-istatus tal-kontroll ta' "Software" għal tagħmir deskritt f'din il-Kategorija huwa trattat hawnhekk.

4D001 a. "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir jew "Software" speċifikat fl-4A001 sa 4A004, jew 4D.

b. "Software", barra dak speċifikat fl-4D001.a., iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta':

1. "Kompjuters diġitali" li jkollhom "eżekuzzjoni teoretika komposta" ("ETK") li taqbeż it-28,000 miljun operazzjoni teoretika kull sekonda (Mtops); jew

2. "Partijiet għall-immuntar elettroniċi" iddisinjati jew modifikati b'mod speċjali sabiex itejjbu l-kwalità ta' l-eżekuzzjoni bl-aggregazzjoni ta' "elementi tal-kompjuter" ("EK") sabiex l-"ETK" ta' l-aggregazzjoni jaqbeż il-limitu msemmi fil-4D001.b.1.;

4D002 "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali sabiex isostni "teknoloġija" speċifikata fl-4E.

4D003 "Software" speċifiku, kif ġej:

a. "Software" għal sistemi operazzjonali, għodda u kompilaturi għall-iżvilupp ta' "Software" li jkun iddisinjat b'mod speċjali għal tagħmir ta' "proċessar ta' multi-data-stream", fil-"kodiċi tas-sors";

b. Mhux użat;

ċ. "Software" li jkollu karatteristiċi jew li jaqdi funzjonijiet li jaqbżu l-limiti msemmija fil-Kategorija 5, Parti 2 ("Sigurtà ta' l-Informazzjoni")

Nota:

4D003.ċ. ma jikkontrollax "Software" meta jkun qiegħed jakkompanja l-utent għall-użu personali tiegħu.

4E Teknoloġija

4E001 a. "Teknoloġija" skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali, għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir jew "Software" speċifikat fl-4A jew 4D.

b. "Teknoloġija", barra dik speċifikata fl-4E001.a., iddisinjata jew modifikata b'mod speċjali għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta':

1. "Kompjuters diġitali" li jkollhom "eżekuzzjoni teoretika komposta" ("ETK") li taqbeż it-28,000 miljun operazzjoni teoretika kull sekonda (Mtops); jew

2. "Partijiet għall-immuntar elettroniċi" iddisinjati jew modifikati b'mod speċjali sabiex itejjbu l-kwalità ta' l-eżekuzzjoni bl-aggregazzjoni ta' "elementi tal-komputazzjoni" ("EK") sabiex l-"ETK" ta' l-aggregazzjoni jaqbeż il-limitu msemmi fl-4E001.b.1.;

Nota teknika dwar "Eżekuzzjoni Teoretika Komposta" ("ETK")

"EK" "element tal-komputazzjoni" (tipikament unit tal-loġika ta' l-aretmetika)

FP floating point

PF punt fiss

ħ ħin ta' l-eżekuzzjoni

ORE OR eslissiv

UPĊ unit ta' proċessar ċentrali

ET Eżekuzzjoni teoretika (ta' "EK" wieħed)

"ETK" "eżekuzzjoni teoretika komposta" ("EK" multiplu)

R rata ta' kalkolazzjoni effettiva

TK tul tal-kelma

T aġġustament tat-tul tal-kelma

× immultiplika - Il-ħin ta' l-eżekuzzjoni "t" huwa espress f'mikrosekondi, ET u "ETK" huma espressi f'miljuni ta' operazzjonijiet teoretiċi kull sekonda (Mtops) u TK huwa espress f'bits.

Deskrizzjoni qasira tal-metodu tal-kalkolazzjoni ta' l-"ETK"

"ETK" huwa kejl ta' l-eżekuzzjoni tal-komputazzjoni mogħtija f'Mtops. Fil-kalkolazzjoni ta' l-"ETK" ta' aggregazzjoni ta' "EK" jeħtieġ li jkunu segwiti t-tlett passi li ġejjin:

1. Ikkalkola r-rata ta' kalkolazzjoni effettiva R għal kull "KE";

2. Applika l-aġġustament tat-tul tal-kelma (L) għar-rata ta' kalkolazzjoni effettiva (R), li tirriżulta f'Eżekuzzjoni Teknika (ET) għal kull "EK";

3. Jekk ikun hemm iktar minn "EK" wieħed, ikkombina l-ET, li jirriżulta f'"ETK" għall-aggregazzjoni.

Dettalji għal dawn il-passi huma mogħtija fit-taqsimiet li ġejjin.

Nota 1:

Għall-aggregazzjoni ta' "EK" multipli li jkollhom sub-sistemi ta' memorja kemm maqsuma kif ukoll mhux maqsuma, il-kalkolazzjoni ta' l-"ETK" issir ġerarkikament, f'żewġ passi: l-ewwel, aggrega il-gruppi ta' "EK" li jaqsmu l-memorja; it-tieni, ikkalkola l-"ETK" tal-gruppi li jużaw il-metodu tal-kalkolazzjoni għal "EK" multipli li ma jaqsmux il-memorja.

Nota 2:

"EK" li jkunu limitati għal funzjonijiet input/output u periferali (p.e., disk drive, kontrolluri tal-komunikazzjoni u tal-wiri tal-vidjow) m'humiex aggregati fil-kalkolazzjoni ta' l-"ETK".

It-tabella li ġejja turi l-metodu kif tiġi kalkolata ir-Rata ta' Kalkolazzjoni Effettiva R għal kull "EK":

Pass 1: Ir-Rata ta' Kalkolazzjoni Effettiva R

For "CEs" implementing: Note:Every "CE" must be evaluated independently. | Effective calculating rate, R |

XP only | Rxp = 13 × txp addif no add is implemented use: Rxp = 1txp multIf neither add nor multiply is implemented use the fastest available arithmetic operation as follows: Rxp = 13 × txpSee Notes X & Z |

FP only | Rfp = max 1tfp add, 1tfp multSee Notes X & Y |

Both FP and XP (R) | Calculate both Rxp, Rfp |

For simple logic processors not implementing any of the specified arithmetic operations. | R = 13 × tlogWhere tlog is the execute time of the XOR, or for logic hardware not implementing the XOR, the fastest simple logic operation. See Notes X & Z |

For special logic processors not using any of the specified arithmetic or logic operations. | R = R′ × WL/64 Where R′ is the number of results per second, WL is the number of bits upon which the logic operation occurs, and 64 is a factor to normalise to a 64 bit operation. |

Nota W:

Għal "EK"pipelined li jkun kapaċi jeżegwixxi sa operazzjoni aritmetika jew loġika waħda kull ċikli ta' l-arloġġ wara li l-pipeline jkun mimli, rata pipelined tkun tista' tkun stabbilita. Ir-rata ta' kalkolazzjoni effettiva (R) għal tali "EK" hija l-iktar waħda li tgħaġġel minn fost ir-rata pipelined u r-rata ta' eżekuzzjoni non-pipelined.

Nota X:

t =

cycle timethe number of identical operations per machine cycle

"EK" li jeżegwixxu tipi differenti ta' operazzjonijiet aritmetiċi jew loġiċi f'ċiklu tal-magna wieħed għandhom ikunu trattati bħala "EK" separati multipli li jeżegwixxu simultanjament (p.e., "EK" li jeżegwixxi addizzjoni u multiplikazzjoni f'ċiklu wieħed għandu jkun trattat bħala żewġ "EK", l-ewwel wieħed jeżegwixxi multiplikazzjoni f'ċiklu wieħed u t-tieni wieħed jeżegwixxi multiplikazzjoni f'ċiklu wieħed).

Jekk "EK" wieħed ikollu kemm funzjoni scalar kif ukoll funzjoni vektorjali, uża l-iqsar valur tal-ħin ta' l-eżekuzzjoni.

Nota Y:

R

=

1tfp divide

R

=

1tfp reciprocal

Jekk l-ebda mill-istruzzjonijiet speċifikati ma tkun implimentata, ir-rata FP efettiva tkun 0.

Nota Z:

F'sistemi sempliċi ta' loġika, struzzjoni waħda teżegwixxi manipulazzjoni ta' loġika waħda ta' mhux iktar minn żewġ kwantitajiet ta' tul partikolari li fuqhom isiru operazzjonijiet matematiċi.

F'operazzjonijiet ta' loġika kumplessi, struzzjoni waħda teżegwixxi manipulazzjonijiet ta' loġika multipli sabiex tipproduċi wieħed jew żewġ riżultati minn żewġ kwantitajiet li fuqhom isiru operazzjonijiet matematiċi jew iżjed.

Ir-rati għandhom ikunu kalkolati għall-kwantitajiet kollha li fuqhom isiru operazzjonijiet matematiċi li jkunu sostnuti billi jkunu kkonsidrati kemm operazzjonijiet pipelined (jekk ikunu sostnuti), kif ukoll operazzjonijiet non-pipelined billi jkun użat l-istruzzjoni li teżegwixxi l-aktar malajr għal kull tul ta' kwantità li fuqha ssir operazzjoni matematika bbażat fuq:

1. Operazzjonijiet pipelined jew minn reġistru-għal-reġistru.

Eskludi ħinijiet ta' l-eżekuzzjoni li huma straordinarjament qosra li huma ġenerati għal operazzjonijiet fuq kwantità jew kwantitajiet predeterminati li fuqu/hom isiru operazzjonijiet matematiċi (per eżempju, multiplikazzjoni b'0 jew 1). Jekk l-ebda operazzjoni minn reġistru-għal-reġistru ma jkunu implimentati, kompli bit-(2).

2. L-iktar waħda li tgħaġġel minn fost l-operazzjonijiet reġistru-għal-memorja jew memorja-għal-reġistru; jekk dawn ukoll ma jeżistux, allura kompli bit-(3).

3. Memorja-għal-memorja.

Fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmija hawn fuq, l-użu ta' l-iqsar ħin ta' l-eżekuzzjoni ċċertifikat mill-fabbrikant.

Pass 2: ET għal kull tul ta' kwantità sostnuta li fuqha ssir operazzjoni matematika TK

Aġġusta r-rata effettiva R (jew R') bl-aġġustament tat-tul tal-kelma T kif ġej:

ET = R × T

fejn T = (1/3 + TK/96)

Nota:

It-tul tal-kelma TK użat f'dawn il-kalkolazzjonijiet huwa t-tul tal-kwantità li fuqha ssir operazzjoni matematika f'bits. (Jekk operazzjoni tuża kwantitajiet ta' tul differenti li fuqhom isiru operazzjonijiet matematiċi, agħżel l-ikbar tul tal-kelma.)

Il-kombinazzjoni ta' mantissa ALU u esponent ALU ta' proċessur jew unit floating point hija konsidrata li hi "EK" wieħed b'Tul tal-Kelma (TK) daqs in-numru ta' bits fil-preżentazzjoni tad-data (tipikament 32 jew 64) għall-iskopijiet tal-kalkolazzjoni ta' l-"ETK".

Dan l-aġġustament mhux applikat għal proċessuri loġiċi speċjalizzati li ma jużawx struzzjonijiet XOR. F'dan il-każ ET = R.

Agħżel il-valur riżultanti massimu ta' ET għal:

Kull PF-biss "EK" (Rxp);

Kull FP-biss "EK" (Rfp);

Kull FP kombinat u PF "EK" (R);

Kull proċessur loġiku sempliċi li ma jimplimentax kwalunkwe mill-operazzjonijiet aritmetiċi speċifikati; u

Kull proċessur loġiku speċjali li ma jużax kwalunkwe mill-operazzjonijiet aritmetiċi jew loġiċi speċifikati.

Pass 3: "ETK" għal aggregazzjonijet ta' "EK", inkluż UPĊ

Għal UPĊ b'"EK" wieħed,

"ETK" = ET

(għal "EK" li jeżegwixxu operazzjonijiet kemm fissi kif ukoll floating point

ET = massimu (ETfp; ETpf)).

"ETK" għal aggregazzjonijiet ta' "EK" multipli li joperaw simultanjament huwa kalkolat kif ġej:

Nota 1:

Għal aggregazzjonijiet li ma jippermettux li l-"EK" kollha jiffunzjonaw simultanjament, il-kombinazzjoni possibbli ta' "EK" li tipprovdi l-ikbar "ETK" għandha tkun użata. L-ET ta' kull "EK" li jiikontribwixxi għandu jkun kalkolat bil-valur teoritikament possibbli massimu qabel ma jittieħed l-"ETK" tal-kombinazzjoni.

N.B.

Sabiex tistabbilixxi l-kombinazzjonijiet possibbli ta' "EK" li jaħdmu simultanjament, iġġenera sekwenza ta' struzzjonijiet li tibda l-operazzjonijiet "EK" multipli, billi tibda mill-"EK" li l-iktar li timxi bil-mod (dik li teħtieġ l-ikbar numru ta' ċikli sabiex tikkompleta l-operazzjoni tagħha) u tispiċċa bl-"EK" li tgħaġġel l-iktar. F'kull ċiklu tas-sekwenza, il-kombinazzjoni ta' l-"EK" li jkunu qiegħdin joperaw matul dak iċ-ċiklu hija kombinazzjoni possibbli. Is-sekwenza ta' struzzjonijiet t tikkonsidra kull limitazzjoni relatata mal-hardware u/jew arkitettura fuq operazzjonijiet li jidħlu f'xulxin.

Nota 2:

L-immuntar ta' ċipp jew bord ta' ċirkuwit integrat wieħed/waħda jista' ikollu "EK" multipli.

Nota 3:

Operazzjonijiet simultanji jkunu assunti li jeżistu meta l-fabbrikant tal-kompjuter isostni operazzjoni jew eżekuzzjoni konkorrenti, paralleli jew simultanji f'manwali jew opuskolu għall-kompjuter.

Nota 4:

Valuri ta' l-"ETK" ma għandhomx ikunu aggregati għal kombinazzjonijet ta' "EK" (inter)konnessi minn "Local Area Netwerks", Wide Area Netwerks, konnessjonijiet/tagħmir maqsuma I/O, kontrolluri I/O u kwalunkwe interkonnessjoni ta' komunikazzjoni implimentata permezz ta' "Software".

Nota 5:

Valuri "ETK" għandhom ikunu aggregati għal "EK" multipli iddisinjati b'mod speċjali sabiex itejjbu l-kwalità ta' l-eżekuzzjoni bl-aggregazzjoni, joperaw simultanjament u jaqsmu l-memorja,- jew memorja multipla/"EK"- kombinazzjonijiet li joperaw simultanjament billi jużaw hardware iddisinjat b'mod speċjali.

"ETK" = ET1 + C2 × ET2 + … + Cn × ETn,

fejn l-ET ikunu ordnati skond il-valur, billi ET1 ikun l-ogħla, ET2 ikun it-tieni l-ogħla,…, u ETn ikun l-iktar baxx. Ci huwa koeffiċjent li huwa determinat mis-saħħa ta' l-interkonnessjoni bejn "EK", kif ġej:

Għal "EK" multipli li joperaw simultanjament u li jaqsmu l-memorja:

C2 = C3 = C4 = … = Cn = 0,75

Nota 1:

C

=

m

i = 2, …, n

fejn: m .

basta:

1. L-ETi ta' kull "EK" jew grupp ta' "EK" ma jaqbiżx it-30 Mtops;

2. Ix-share access ta' l-"EK" jew gruppi ta' "EK" għall-memorja ewlenija (eskluża l-memorja cache) fuq kanal wieħed; u

3. "EK" jew grupp ta' "EK" wieħed biss jistagħa juża l-kanal fi kwalunkwe ħin partikolari.

N.B.

Dan ma japplikax għal oġġetti kkontrollati taħt il-Kategorija 3.

Nota 2:

"KE" memorja maqsuma jekk huma jaċċedu għal segment komuni ta' memorja fi stat solidu. Din il-memorja tista' tinkludi memorja cache, memorja ewlenija jew memorja interna oħra. Tagħmir ta' memorja periferali bħal disk drives, tape drives jew RAM disks m'humiex inklużi.

Nota:

Għal "EK" multipli jew gruppi ta' "EK" li ma jaqsmux memorja, interkonnessi minn kanal tad-data wieħed jew iktar:

Ci = 0,75 × ki (i = 2,…, 32) (ara n-Nota hawn isfel)

= 0,60 × ki (i = 33,…, 64)

= 0,45 × ki (i = 65,…, 256)

= 0,30 × ki (i > 256)

Il-valur tas-Ci huwa bażat fuq in-numru ta' "EK", mhux fuq in -numru ta' nodes.

fejn

ki = min (Si/Kr, 1); u

Kr = fattur normalizzanti ta' 20 MByte/s

Si = is-somma tar-rati tad-data massimi (f'units ta' MByte/s) għall-kanali tad-data kollha li jkunu konnessi mal-memorja maqsuma ta' l-"EK" jew grupp ta' "EK"

Meta jkun kalkolat Ci għal grupp ta' "EK", in-numru ta' l-ewwel "EK" fi grupp jiddetermina l-limitu li jixraq għal Ci. Per eżempju, f'aggregazzjoni ta' gruppi li jikkonsistu fi tlett "EK" kull wieħed, it-22 grupp għandu jkollu "EK"64, "EK"65, u "EK"66. Il-limitu xieraq għal Ci għal dan il-grupp huwa 0,60.

L-aggregazzjoni (ta' l-"EK" jew gruppi ta' "EK") għandha ssir mill-iktar waħda li tgħaġġel għall-inqas waħda li tgħaġġel; jiġifieri:

ET1 > = ET2 > =… ETn, u

fil-każ ta' ETi = ETi + 1, mill-akbar għall-iżgħar; jiġifieri:

Ci > = Ci + 1

Nota:

Il-fattur ki ma għandux ikun applikat għal "EK" 2 sa 12 jekk l-ETi ta' l-"EK" jew grupp ta' "EK" tkun iktar minn 50 Mtops; jiġifieri, Ci għal "EK" 2 sa 12 hija 0,75.

KATEGORIJA 5

TELEKOMUNIKAZZJONIJIET U "SIGURTA TA' L-INFORMAZZJONI"

PARTI 1

TELEKOMUNIKAZZJONIJIET

Nota 1:

L-istatus ta' kontroll ta' komponenti, "lejżers", tagħmir għall-isttestjar u "produzzjoni" u "Software" għalihom li huma ddisinjati speċjalment għal tagħmir jew sistemi tat-telekomunikazzjonijiet huwa determinat fil-Kategorija 5, Parti 1.

Nota 2:

"Kompjuters diġitali", tagħmir relatat jew "Software", meta jkunu essenzali għall-operazzjoni u sostenn tat-tagħmir tat-telekomunikazzjoni deskritt f'din il-Kategorija, huma kkonsidrat bħala komponenti li huma ddisinjati b'mod speċjali, basta li huma l-mudelli standard li jkunu provduti ordinarjament mill-fabbrikant. Dan jinkludi sistemi ta' kompjuters għall-operazzjoni, amministrazzjoni, manutenzjoni, inġinerija jew komputazzjoni tal-fatturi.

5A1 Sistemi, Tagħmir u Komponenti

5A001 a. Kwalunkwe tip ta' tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet li jkollhom kwalunkwe mill-karatteristiċi, funzjonijiet jew kwalitajiet li ġejjin:

1. Iddisinjati b'mod speċjali sabiex jirreżistu effetti elettroniċi transitorji jew effetti ta' pulses elettromanjetiċi, it-tnejn ikkawżati minn splużjoni nukleari;

2. Imwebbsa b'mod speċjali sabiex jirreżistu radjazzjoni gamma, neutron jew ion; jew

3. Iddisinjati b'mod speċjali sabiex joperaw barra l-marġni minn 218 K (- 55 °Ċ) sa 397 K (124 °Ċ),

Nota:

5A001.a.3. japplika biss għal tagħmir elettroniku.

Nota:

5A001.a.2. u 5A001.a.3. ma jikkontrollawx tagħmir iddisinjat jew modifikat għall-użu abbord satelliti.

b. Tagħmir u sistemi għat-trasmissjoni tat-telekomunikazzjoni, u komponenti u aċċessorji ddisinjati b'mod speċjali għalihom, li jkollhom kwalunkwe mill-karatteristiċi, funzjonijiet jew kwalitajiet li ġejjin:

1. Ikunu sistemi ta' komunikazzjoni ta' taħt il-baħar li jkollhom kwalunkwe mill-karatteristiċi li ġejjin:

a. Frekwenza li tittrasporta l-akustika barra l-marġni minn 20 kHz sa 60 kHz;

b. Tkun użata frekwenza elettromanjetika li tittrasporta l-akustika 'l isfel minn 30 kHz; jew

ċ. Ikunu wżati metodi elettronoċi li jiddiriġu dawl;

2. Ikunu tagħmir tar-radju li jopera fil-banda ta' bejn 1,5 MHz sa 87,5 MHz u li jkollu kwalunkwe mill-karatteristiċi li ġejjin:

a. Jinkorporaw metodi adattivi b'mod illi jkun provdut iktar minn 15 dB soppressjoni ta' sinjal li jinterferixxi; jew

b. Ikollhom dawn kollha li ġejjin:

1. Ibassru u jagħżlu awtomatikament frekwenzi u "rati ta' trasferimenti komplatament diġitali" għal kull kanal sabiex tittejjeb kemm jista' ikun it-trasmissjoni; u

2. Jinkorporaw konfigurazzjoni ta' amplifikatur ta' enerġija lineari li jkollha kapaċità li ssostni sinjali multipli simultanjament bi produzzjoni ta' enerġija ta' 1 kW jew iżjed f'marġni ta' frekwenza ta' 1,5 MHz jew iżjed iżda inqas minn 30 MHz, jew 250 W jew iżjed fil-marġni ta' frekwenza ta' 30 MHz jew iżjed iżda ma taqbiżx 87,5 MHz, fuq "bandwidth istatanju" ta' ottava wieħed jew iżjed u b'kontenut ta' produzzjoni ta' armonija u distorzjoni li jkun aħjar minn - 80 dB;

3. Ikunu tagħmir tar-radju li juża metodi ta' "spettru mferrex", inkluż metodi ta' 'qbiż fil-frekwenzi' li jkollhom kwalunkwe mill-karatteristiċi li ġejjin:

a. Kodiċi li jitferrxu li jistgħu jkunu programmati mill-utent; jew

b. Bandwidth trasmess totali li jkun 100 darba jew iżjed mill-bandwidth ta' kwalunkwe kanal ta' informazzjoni wieħed u li jkun jaqbeż il-50 kHz;

Nota:

5A001.b.3.b. ma jikkontrollax tagħmir tar-radju ddisinjat b'mod speċjali għall-użu ma' sistemi ta' komunikazzjonijiet bir-radju ċellulari ċivili.

Nota:

5A001.b.3 ma jikkontrollax tagħmir iddisinjat b'mod speċjali sabiex jopera bi produzzjoni ta' enerġija ta' 1 Wott jew inqas.

4. Ikunu tagħmir tar-radju li juża metodi "time-modulated ultra-wideband", li jkollu kodiċi li jkunu jistgħu jkunu programmati mill-utent għall-ikkanalizzar jew scrambling;

5. Ikunu riċevituri tar-radju li jkunu kontrollati b'mod diġitali li jkollhom dawn kollha li ġejjin:

a. Iktar minn 1,000 kanal;

b. "Ħin għall-qlib tal-frekwenza" li jkun inqas minn 1 ms;

ċ. Tiftix jew skansjoni awtomatika ta' parti ta' l-ispettru elettromanjetiku; u

d. Identifikazzjoni tas-sinjali riċevuti jew tat-tip tat-trasmettitur; jew

Nota:

5A001.b.5. ma jikkontrollax tagħmir tar-radju li jkun iddisinjat b'mod speċjali għall-użu ma' sistemi ta' komunikazzjonijiet bir-radju ċellulari ċivili.

6. Li jużaw funzjonijiet ta' "proċessar tas-sinjali" diġitali sabiex jipprovdu produzzjoni tal-vuċi kkodifikata b'rati inqas minn 2400 bit/s.

Nota Teknika:

Għal rati varjabbli ta' ikkowdjar tal-vuċi, 5A001.b.6. japplika għall-produzzjoni ta' ikkowdjar tal-vuċi ta' taħdit kontinwu.

ċ. Kejbils tat-telekomunikazzjoni tal-fibra ottika, fibri ottiċi u aċċessorji, kif ġej:

1. Fibri ottiċi ta' iktar minn 500 m f'tul, u speċifikati mill-fabbrikant bħala li huma kapaċi jirreżistu għal test ta' prova tat-tensjoni ta' l-elastiċità ta' iktar minn 2 × 109 N/m2 jew iżjed;

Nota Teknika:

Test ta' prova: on-line jew off-line ittestjar tal-ħarsien tal-produzzjoni li japplika dinamikament tensjoni ta' l-elastiċità preskritta 'il fuq minn tul ta' fibra ta' 0,5 to 3 m b'rata ta' iffunzjonar ta' 2 sa 5 m/s filwaqt li jgħaddi bejn argnu ta' dijametru approssimattivament ta' 150 mm. It-temperatura tal-madwar hija 293 K (20 °Ċ) nominali u umdità relattiva ta' 40 %. Standards nazzjonali ekwivalenti jistgħu jkunu wżati għall-eżekuzzjoni tat-test ta' prova.

2. Kejbils tal-fibri ottiċi u aċċessorji ddisinjati għal użu taħt l-ilma.

Nota:

5A001.ċ.2. ma jikkontrollax kejbils u aċċessorji tat-telekomunikazzjoni ċivili standard.

N.B. 1:

Għal kejbils umbiliċi ta' taħt l-ilma, u konnetturi għalihom, ara 8A002.a.3.

N.B. 2:

Għal penetraturi jew konnetturi tal-qoxra tal-fibra-ottika, ara 8A002.ċ.

d. "antennae f'ordni li jistgħu jkunu diretti elettronikament "fażijiet" li joperaw" il fuq minn 31 GHz.

Nota:

5A001.d. ma jikkontrollax 'antennae f'ordni li jistgħu jkunu diretti elettronikament "fażijiet" għal sistemi ta' nżul bi strumenti li jissodisfaw l-istandards ICAO li jkopru sistemi ta' nżul microwave (MLS).

5A101 Tagħmir għall-kejl mill-bogħod u kontroll mill-bogħod li jista' ikun użat għal "missili".

Nota:

5A101 ma jikkontrollax tagħmir li jkun iddisinjat b'mod speċjali sabiex ikun użat għall-kontroll mill-bogħod ta' mudelli ta' ajruplani, vapuri jew vetturi u li jkollu zona ta' elettriċità ta' saħħa ta' mhux iktar minn 200 mikrovolts għal kull metru f'disanza ta' 500 metru.

5B1 Tagħmir għall-Ittestjar, Spezzjoni u Produzzjoni.

5B001 a. Tagħmir u komponenti jew aċċessorji ddisinjati b'mod speċjali għalihom, iddisinjati b'mod speċjali għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir, funzjonijiet jew kwalitajiet speċifikati fil-5A001, 5B001, 5D001 jew 5E001.

Nota:

5B001.a. ma jikkontrollax tagħmir ta' karatterizzazzjoni ta' fibra ottika.

b. Tagħmir u komponenti jew aċċessorji ddisinjati b'mod speċjali għalihom, iddisinjati b'mod speċjali għall-"iżvilupp" ta' kwalunkwe tagħmir tat-trasmissjoni tat-telekomunikazzjoni jew tagħmir li jiswiċċja "ikkontrollat minn programm maħżun" li ġejjin:

1. Tagħmir li juża metodi diġitali, inkluż "Modalità tat-Trasferiment Asinkrona" ("ATM"), iddisinjat sabiex jopera b'"rata ta' trasferiment totalment diġitali" li jaqbeż il-1,5 Gbit/s;

2. Tagħmir li juża "lejżer" u li jkollu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

a. Wavelength tat-trasmissjoni li taqbeż l-1750 nm;

b. Li jeżegwixxu "amplifikazzjoni ottika";

ċ. Li jużaw metodi ta' trasmissjoni ottika koerenti jew individwazzjoni ottika koerenti (imsejjħin ukoll metodi ottiċi eterodini jew omodini); jew

d. Jużaw metodi analogi u jkollhom bandwidth li taqbeż it-2,5 GHz;

Nota:

5B001.b.2.d. ma jikkontrollax tagħmir iddisinjat b'mod speċjali għall-"iżvilupp" ta' sistemi ta' televiżjoni kummerċjali.

3. Tagħmir li juża "swiċċjar ottiku";

4. Tagħmir tar-radju li juża metodi quadrature-amplitude-modulation (QAM) 'il fuq mil-livell 256; jew

5. Tagħmir li juża "issinjalar tal-kanali komuni" li jopera f'modalità ta' operazzjoni mhux assoċjata.

5C1 Materjali

Xejn

5D1 Software

5D001 a. "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir, funzjonijiet jew kwalitajiet speċifikati minn 5A001 jew 5B001.

b. "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali sabiex isostni "teknoloġija" speċifikata fil-5E001.

ċ. "Software" speċifiku kif ġej:

1. "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali sabiex jipprovdi karatteristiċi, funzjonijiet jew kwalitajiet tat-tagħmir speċifikat fil-5A001 jew 5B001;

2. Mhux użat;

3. "Software", barra dak fil-forma ta' eżekuzzjoni mill-magna, iddisinjat b'mod speċjali għal "għażla tar-rotta adattiva dinamika".

d. "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"iżvilupp" ta' kwalunkwe tagħmir li jiswiċċja ta' trasmissjoni tat-telekomunikazzjoni jew "kontrollat minn programm maħżun" li ġejjin:

1. Tagħmir li juża metodi diġitali, inkluż "Modalità tat-Trasferiment Asinkrona" ("ATM"), iddisinjat sabiex jopera b'"rata ta' trasferiment diġitali totali" li taqbeż il-1,5 Gbit/s;

2. Tagħmir li juża "lejżer" u li jkollu kwalukwe minn dawn li ġejjin:

a. Wavelength tat-trasmissjoni li taqbeż il-1750 nm; jew

b. Li juża metodi analogi u li jkollu bandwidth li taqbeż it-2,5 GHz;

Nota:

5D001.d.2.b. ma jikkontrollax "Software" li jkun iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"iżvilupp" ta' sistemi ta' televiżjoni kummerċjali.

3. Tagħmir li juża "swiċċjar ottiku"; jew

4. Tagħmir tar-radju li juża metodi quadrature-amplitude-modulation (QAM) 'il fuq mill-livell 256.

5D101 "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat fil-5A101.

5E1 Teknoloġija

5E001 a. "Teknoloġija" skond in-Nota Teknika Ġenerali għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" (eskluża l-operazzjoni) ta' l-apparat, funzjonijiet jew kwalitajiet jew "Software" speċifikat fil-5A001, 5B001 jew 5D001.

b. "teknoloġiji" speċifiċi, kif ġejjin:

1. "Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta' tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet iddisinjat b'mod speċjali sabiex ikun użat abbord is-satelliti;

2. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew "użu" ta' metodi ta' komunikazzjoni bil-"lejżer" bil-kapaċità li jakkwistaw u jindividwaw sinjali awtomatikament u jżommu komunikazzjonijiet permezz ta' medja fl-esoatmosfera jew taħt il-wiċċ (ta' l-ilma);

3. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" ta' tagħmir li jirċievi stazzjon bażi ta' radju ċellulari li jkollu kapaċitajiet ta' riċezzjoni li jippermettu multi-banda, multi-kanal, multi-modalità, alogaritmi multi-ikkowdjar jew operazzjoni multi-protokol ikunu jistgħu jkunu modifikati 'bidliet fis-"Software";

4. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" ta' metodi "spettru mxerred", inklużi metodi "qbiż fil-frekwenzi".

ċ. "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-"iżvilupp" ta' "produzzjoni" ta' kwalunkwe tagħmir li jiswiċċja, funzjonijiet jew kwalitajiet ta' trasmissjoni tat-telekomunikazzjoni jew "ikkontrollat minn programm maħżun"' li ġejjin:

1. Tagħmir li juża metodi diġitali, inkluża l-"Modalità tat-Trasferiment Asinkrona" ("ATM"), iddisinjati sabiex joperaw f”"rata ta' trasferiment diġitali totali" li taqbeż il-1,5 Gbit/s;

2. Tagħmir li juża "lejżer" u li jkollu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

a. Wavelength tat-trasmissjoni li taqbeż l-1750 nm;

b. Jeżegwixxi "amplifikazzjoni ottika" billi tuża amplifikaturi tal-fibra tal-fluworin li jkunu praseodymium-doped (PDFFA);

ċ. Li juża metodi ta' trasmissjoni ottika koerenti jew ta' individwazzjoni ottika koerenti (imsejjħa ukoll metodi ottiċi eterodini jew omodini);

d. Li juża metodi moltipliċi ta' diviżjoni tal-Wavelength li jaqbżu it-8 trasportataturi ottiċi f'tieqa ottika waħda; jew

e. Li juża metodi analogi u li jkollu bandwidth li taqbeż it-2,5 GHz;

Nota:

5E001.ċ.2.e. ma jikkontrollax "teknoloġija" għall-"iżvilupp" ta' "produzzjoni" ta' sistemi ta' televiżjoni kummerċjali.

3. Tagħmir li juża "optical switching";

4. Tagħmir tar-radju li jkollu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

a. Metodi Quadrature-amplitude-modulation (QAM) 'il fuq mil-livell 256; jew

b. Li jopera fi frekwenzi i/i li jaqbżu l-31 GHz; jew

Nota:

5E001.ċ.4.b. ma jikkontrollax "teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta' tagħmir iddisinjat jew modifikat għal operazzjoni fi kwalunkwe banda ta' frekwenza li tkun "allokata mill-ITU" għal servizzi tat-telekomunikazzjonijiet bir-radju, iżda mhux għal determinazzjoni tar-radju.

5. Tagħmir li juża "sinjallar tal-kanali komuni" li jopera f'modalità ta' operazzjoni mhux assoċjata.

5E101 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir speċifikat fil-5A101.

PARTI 2

SIGURTA TA' L-INFORMAZZJONI

Nota 1:

L-istatus tal-kontroll ta' tagħmir għas-"sigurtà ta' l-informazzjoni", "Software", sistemi, "partijiet għall-immuntar elettroniċi" għal applikazzjoni speċifika, moduli, ċirkuwiti integrati, komponenti jew funzjonijiet huwa determinat fil-Kategorija 5, Parti 2 anka jekk ikunu komponenti jew "partijiet għall-immuntar elettroniċi" ta' tagħmir ieħor.

Nota 2:

Kategorija 5 - Parti 2 ma tikkontrollax prodotti meta jakkompanjaw lill-utent għall-użu personali tiegħu.

Nota 3:

Nota kriptografika

5A002 u 5D002 ma jikkontrollawx oġġetti li jissodisfaw dawn kollha li ġejjin:

a. Ikunu ġeneralment għad-disposizzjoni tal-pubbliku billijkunu mibjugħa, mingħajr restrizzjoni, mill-ħażna f'postijiet tal-bejgħ bl-imnut permezz ta' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

1. Transazzjonijiet fuq il-bank;

2. Transazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bil-posta;

3. Transazzjonijiet elettroniċi; or

4. Transazzjonijiet permezz ta' telefonati;

b. Il-funzjonalità kriptografika ma tistax tkun mibdula b'faċilità mill-utent;

ċ. Iddisinjat għall-istallazzjoni mill-utent mingħajr aktar sostenn sostenzali mill-fabbrikant; u

d. Fejn ikun meħtieġ, dettalji ta' l-oġġetti jkunu aċċessibbli u jingħataw, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-esportatur ikun stabbilit sabiex tkun żgurata l-osservanza tal-kondizzjonijiet deskritti fil-paragrafi a. sa ċ. Hawn fuq.

Nota Teknika:

Fil-Kategorija 5 - Parti 2, parity bits m'humiex inklużi fit-tul ewlieni.

5A2 Sistemi, Tagħmir u Komponenti

5A002 a. Sistemi, tagħmir, "partijiet għall-immuntar elettroniċi" b'applikazzjoni speċifika, moduli u ċirkwiti integrati għas-"sigurtà ta' l-informazzjoni", kif ġej, u komponenti għalihom iddisinjati b'mod speċjali:

N.B.:

Għall-kontroll ta' sistemi tas-satelliti tan-navigazzjoni globali li jirċievu tagħmir li jkun fih jew juża deċifrar (jiġifieri GPS jew GLONASS), ara 7A005.

1. Iddisinjat jew modifikat sabiex juża metodi diġitali li jużaw il-"kriptografija" li teżegwixxi kwalunkwe funzjoni kriptografika barra firma għall-awtentikazzjoni jew diġitali li jkollha kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

Noti Tekniċi:

1. Funzjonijiet ta' firma għall-awtentikazzjoni u diġitali jinkludu l-funzjoni ewlenija ta' l-amministrazzjoni.

2. Awtentikazzjoni tinkludi l-aspetti kollha tal-kontroll ta' l-aċċess fejn ma jkun hemm l-ebda ikkowdjar ta' fajls jew test barra kif relatat direttament għall-protezzjoni ta' passwords, Numri għall-Identifikazzjoni Personali (NIP) jew data simili sabiex ma jkunx hemm aċċess mhux awtorizzat.

3. "Kriptografija" ma tinkludix metodi ta' kompressjoni ta' data "fissa".

Nota:

5A002.a.1. jinkludi tagħmir iddisinjat jew modifikat sabiex juża "kriptografija" li tuża prinċipji analogi meta tkun implimentata permezz ta' metodi diġitali.

a. "Algoriżmu simetriku" li juża tul ewlieni li jaqbeż is-56 bit; jew

b. "Algoriżmu asimetriku" fejn is-sigurtà ta' l-algoriżmu tkun ibbażata fuq kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

1. Tisjib tal-fattur ta' numri bla frazzjoni li jkollhom iżjed minn 512 -il bit (per eżempju, RSA);

2. Komputazzjoni ta' logariżmi diskreti fi grupp multiplikattiv ta' qasam finit ta' daqs li jkun iktar minn 512 -il bit (per eżempju, Diffie-Hellman 'il fuq minn Z/pZ); jew

3. Logariżmi diskreti fi grupp barra dak imsemmi fil-5A002.a.1.b.2. 'il fuq minn 112 -il bit (per eżempju, Diffie-Hellman fuq kurva ellittika);

2. Iddisinjat jew modifikat sabiex jeżegwixxi funzjonijiet kriptanalitiċi;

3. Mhux użat;

4. Iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali sabiex inaqqas l-emanazzjonijiet kompromettenti ta' sinjali li jkun fihom informazzjoni lilhinn minn dak li huwa meħtieġ għas-saħħa, sigurtà jew standards ta' interferenza elettromanjetika;

5. Iddisinjat jew immodifikat sabiex juża metodi kriptografiċi sabiex ikun ġenerat l-kodiċi tat-tifrix għal sistemi ta' "spettru mferrex", inkluż il-kodiċi tal-qbiż għal sistemi ta' "qbiż fil frekwenzi";

6. Iddisinjat jew immodifikat sabiex juża metodi kriptografiċi sabiex ikunu ġenerati kodiċi għall-ikkanalizzar jew scrambling għal sistemi "time-modulated ultra-wideband";

7. Iddisinjat jew modifikat sabiex jipprovdi "sigurtà fuq livelli mupltipli" iċċertifikata jew ċertifikabbli jew isolazzjoni ta' l-utent f'livell li jaqbeż Klassi B2 tal-Kriterji għall-Evalwazzjoni ta' Sistema ta' Kompjuter Fdat (TCSEC) jew ekwivalenti;

8. Sistemi ta' kejbil għall-komunikazzjoni iddisinjati jew modifikati li jużaw mezzi mekkaniċi, elettriċi jew elettroniċi sabiex jindividwaw intrużjonijiet sigrieti.

Nota:

5A002 ma jikkontrollax:

a. "Smart cards personalizzati":

1. Fejn il-kapaċità kriptografika tkun ristretta għall-użu f'tagħmir jew sistemi esklużi mill-kontroll taħt l-entrati b. sa f. ta' din in-Nota; jew

2. Għal applikazzjonijiet użati mill-pubbliku in ġenerali fejn il-kapaċità kriptografika ma tkunx aċċessibbli mill-utent u tkun iddisinjata u limitata b'mod speċjali sabiex tippermetti l-protezzjoni ta' data personali maħżuna fih.

N.B.:

Jekk "smart card personalizzata" ikollha funzjonijiet multipli, l-istatus tal-kontroll ta' kull funzjoni tkun stmata individwalment;

b. Tagħmir li jirċievi għal trasmissjoni bir-radju, televiżjoni bil-ħlas jew trasmissjoni li tkun ristretta għal udjenza b'mod li jixxiebah tat-tip tal-konsumatur, mingħajr ikkowdjar diġitali barra dik użata esklussivament sabiex tintbagħat l-informazzjoni tal-fattura jew li għandha x'taqsam mal-programmi lura lil dawk li jipprovdu x-xandir;

ċ. Tagħmir fejn il-kapaċità kriptografika ma tkunx aċċessibbli għall-utent u li jkun iddisinjat u limitat sabiex jippermetti kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

1. Eżekuzzjoni ta' "Software" li jkun imħares kontra l-ikkupjar;

2. Aċċess għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

a. Kontenuti li jkunu mħarsa kontra l-ikkupjar maħżuna fuq medja li tkun tista' tinqara biss; jew

b. Informazzjoni maħżuna 'forma kkowdjata fuq medja (per eżempju, f'konnessjoni mal-ħarsien ta' drittijiet ta' propjetà intelletwali) meta l-medja jkunu offruti għall-bejgħ lill-pubbliku f'settijiet identiċi; jew

3. Kontroll fuq l-ikkupjar ta' data awdjo/vidjow imħarsa bil-dritt ta' l-awtur.

d. Tagħmir kriptografiku ddisinjat u limitat b'mod speċjali għall-użu bankarju jew għal "transazzjonijiet ta' flus";

Nota Teknika:

"Transazzjonijiet ta' flus" fil-5A002 Nota d. jinkludu l-ġbir u ħlas ta' tariffi jew funzjonijiet ta' krediti.

e. Telefonnijiet bir-radju li jistgħu jinġarru jew mobbli għal użu ċivili (per eżempju, għal użu ma' sistemi ta' komunikazzjoni bir-radju ċellulari ċivili kummerċjali) li ma jkunux kapaċi jikkowdjaw minn tarf sa tarf;

f. Tagħmir tat-telefon bla fili li ma jkunx kapaċi jikkowdja minn tarf sa tarf fejn il-marġni effettiva massima ta' operazzjoni mingħajr fili mhux imqawwija (jiġifieri, qabża waħda mhux irrilejjata bejn it-terminal u l-istazzjon bażi tad-dar) tkun inqas minn 400 metru skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant.

5B2 Tagħmir għall-Ittestjar, Spezzjoni u Produzzjoni

5B002 a. Tagħmir iddisinjat b'mod speċjali għal:

1. "Żvilupp" ta' tagħmir jew funzjonijiet speċifikati fil-5A002, 5B002, 5D002 jew 5E002 inkluż tagħmir għall-kejl jew ittestjar;

2. "Produzzjoni" ta' tagħmir jew funzjonijiet speċifikati fil-5A002, 5B002, 5D002 jew 5E002, inkluż tagħmir għall-kejl, ittestjar, tiswija jew produzzjoni;

b. Tagħmir għall-kejl iddisinjat b'mod speċjali sabiex ikun evalwati u validati l-funzjonijiet tas-"sigurtà ta' l-informazzjoni" speċifikati fil-5A002 or 5D002.

5C2 Materjali

Xejn

5D2 Software

5D002 a. "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir jew "Software" speċifikati fil-5A002, 5B002 or 5D002;

b. "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali sabiex isostni "teknoloġija" speċifikata fil-5E002;

ċ. "Software" speċifiku, kif ġej:

1. "Software" li jkollu l-karatteristiċi, jew li jeżegwixxi jew jissimula l-funzjonijiet tat-tagħmir speċifikat fil-5A002 jew 5B002;

"Software" li jiċċertifika "Software" speċifikat fil-5D002.ċ.1.

Nota:

5D002 ma jikkontrollax:

a. "Software" meħtieġ għall-"użu" ta' tagħmir eskluż minn kontroll skond in-Nota tal-5A002;

b. "Software" li jipprovdi kwalunkwe mill-funzjonijiet tat-tagħmir eskluż minn kontroll skond in-Nota tal-5A002.

5E2 Teknoloġija

5E002 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' apparat jew "Software" speċifikat fil-5A002, 5B002 jew 5D002.

KATEGORIJA 6

SENSORS U LEJŻERS

6A Sistemi, Apparat u Komponenti

6A001 Akustika:

a. Sistemi jew apparat akustiċi tat-tbaħħir u komponenti speċifikament iddisinjati għal dak l-għan, kif ġej:

1. Sistemi attivi (li jittrasmettu jew li jitrasmettu u jirċievu), apparat attivi u komponenti speċifikament iddisinjati għal dak l-għan, kif ġej:

Nota:

6A001.a.1. ma jikkontrollax:

a. Skandalji tal-fond li jaħdmu vertikalment taħt l-apparat, li ma fihomx funzjoni ta' l-iskandaljar li jaqbeż il ± 20o, u li huma limitati sabiex ikejlu l-fond ta' l-ilma, id-distanza ta' oġġetti taħt l-ilma jew midfuna jew għat-tfixija tal-ħut;

b. Illuminazzjonijiet akustiċi, kif ġejjin:

1. Illuminazzjonijiet akustiċi ta' emerġenza;

2. Apparati li jitransmettu implusi taħt il-baħar iddisinjati speċifikament għar-rilokazzjoni jew għar-ritorn f'posizjoni ta' taħt l-ilma.

a. Sistemi tas-survej tar-radda wiesa' batimetriċi ddisinjati għall-għamil ta' mappep topografiċi tal-qiegħ tal-baħar, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Huma ddisinjati sabiex jieħdu l-kejl f'angolu li jaqbeż l-20o mill-vertikal:

2. Huma ddisinjati sabiex jieħdu l-kejl tal-fond li ma jaqbiżx il-600 m taħt il-wiċċ ta' l-ilma; u

3. Huma ddisinjati sabiex jagħmlu dan li ġej:

a. Inkorporazzjoni ta' raġġi multipli li kull wieħed minnhom jista' jkun ta' inqas minn 1,9o; jew

b. Jassiguraw medja ta' data aħjar minn 0.3 % tal-fond ta' l-ilma matul ir-radb da mwhuda fuq il-kejlijiet individwali fir-radda;

b. Sistemi ta' tisjib jew lokazzjoni ta' oġġetti, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Frekwenza ta' trasmissjoni taħt l-10 kHz;

2. Livell ta' pressjoni tal-ħoss li jaqbeż il-224 dB (riferenza 1 μPa fuq 1 m) għall-apparat li għandhom frekwenza ta' ħidma fil-banda bejn 10 kHz sa 24 kHz inkluż;

3. Livell ta' pressjoni tal-ħoss li jaqbeż il-235 dB (riferenza 1 μPa fuq 1 m) għall-apparat li għandhom frekwenza ta' ħidma fil-banda bejn 24 kHz u 30 kHz;

4. Li jsawwar raġġi ta' inqas minn 1o fuq kull assi u li għandhu frekwenza ta' ħidma ta' inqas minn 100 kHz;

5. Iddisinjat sabiex jaħdem b'marġni mhux ambigwa ta' wirja li taqbeż il-5120 m; jew

6. Iddisinjat sabiex jissaporti l-pressjoni waqt ħidma normali fil-fond li jaqbeż l-1000 m u bit-trasduttori li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Kumpens dinamiku tal-pressjoni; jew

b. Li fihom element tat-trasduttzjoni li mhuiex it-titanatu żirkonat taċ-ċomb;

ċ. Projetturi akustiċi, li jinkludu trasduttori li fihom elementi peizoeletriċi, manjetostrittivi, elettrostrittivi, elettrodinamiċi jew idrawliċi li jaħdmu waħedhom jew f'tagħdiq iddisinjat, li għandhom wieħed minn dawn li ġejjin:

Nota 1:

Il-kondizzjonijiet ta' kontroll tal-projetturi akustiċi, li jinkludu trasduttori, li huma ddisinjati speċfikament għall-apparat ieħor, huma determinati mill-kondizzjonijiet ta' kontrol ta' dak l-apparat l-ieħor.

Nota 2:

Is-6A001.a.1.ċ. ma jikkontrollax l-egħjun elettroniċi li jiddirieġu l-ħoss vertikalment biss, jew l-egħjun mekkaniċi (per eż, kanuni pnewmatiċi jew kanuni tal-fwar) jew egħjun kimiċi (per eż., esplożivi).

1. "Densità tas-saħħa akustika" istantanjament irradjata li taqbeż iż-0,01 mW/mm2/Hz għall-għodda li jaħdmu fuq frekwenzi taħt l-10 kHz;

2. "Densità tas-saħħa akustika" kontinwament irradjata li taqbeż iż-0,001 mW/mm2/Hz f għall-għodda li jaħdmu fuq frekwenzi taħt l-10 kHz; jew

Nota Teknika:

"Densità tas-saħħa akustika" hija miksuba billi tiddividi l-output tas-saħħa akustika bil-prodott ta' l-erja tal-wiċċ tar-radjazzjoni u l-frekwenza tal-ħidma.

3. li għandhom trażżin tal-lobu laterali li jaqbeż it-22 dB;

d. Sistemi jew apparat akustiċi tat-tbaħħir u komponenti speċifikament iddisinjati għad-determinazzjoni tal-posizzjoni ta' bastimenti tal-wiċċ jew vetturi ta' taħt l-ilma ddisinjati sabiex jaħdmu f'marġni li jaqbeż l-1000 m, b'preċiżjoni ta' posizzjonament ta' inqas minn 10 m rms (root mean square) meta miżurat f'marġini ta'1000 m;

Nota:

6A001.a.1.d. jinkludi:

a. Apparat li juża "trattament tas-sinjali" koerenti bejn żewġ illuminazzjonijiet jew iżjed u l-unità idrofonika li tinġarr mill-bastitimenti tal-wiċċ jew mill-vetturi ta' taħt l-ilma;

b. Apparat li jista' jikkoreġi awtomatikament l-iżbalji ta' propagazzjoni tal-veloċità tal-ħoss fil-kalkoli ta' punt.

2. Sistemi passivi (li jirċievu, sewwa jekk konessi fil-ħidma normali tagħhom ma' apparat attiv separat), apparat u komponenti speċifikament iddisinjati għal dak l-għan, kif ġej:

a. Idrofoni li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

Nota:

Il-kondizzjonijiet ta' kontroll ta' l-idrofoni iddisinjati speċifikament għall-apparat iehor huma determinati mill-kondizzjonijiet ta' kontroll għal dak l-apparati l-ieħor.

1. Fihom sensors kontinwamenti flessibbli jew immuntar ta' elementi ta' sensors diskreti ta' inqas minn 20 mm;

2. Li għandhom wieħed minn dawn l-elementi sensorjali li ġejjin:

a. Fibri ottiċi; jew

b. Materjali taċ-ċeramika peizoeletriċi flessibbli;

3. A "Sensittività idrofoniku" aħjar minn - 180 dB f'kull fond bla kumpens ta' l-aċċelerazzjoni:

4. Meta iddisinjati sabiex jaħdmu f'fond li jaqbeż il-35 m bil-kumpens ta' l-aċċelerazzjoni; jew

5. Iddisinjati sabiex jaħdmu f'fond li jaqbeż l-1000 m;

Nota Teknika:

"Sensittività idrofoniku" hija definita bħala l-ekwivalenti ta' għoxrin darba l-logaritmu għall-bażi 10 tal-proporzjon tal-rms defined as twenty times the logarithm to the base 10 of the ratio of rms produzzjoni voltage to a 1 V rms reference, when the hydrophone sensor, without a pre-amplifier, is placed in a plane wave acoustic oqsma with an rms pressure of 1 μPa. Per eżempju, idrofonu ta' - 160 dB (riferenza 1 V kull μPa) jipproduċi produzzjoni ta' vultaġġ ta' of 10-8 V f'dak il-qasam, waqt li wieħed ta' sensittività - 180 dB jipproduċi biss 10-9 V. Għalhekk, sensittività ta' - 160 dB hija aħjar minn dik ta' - 180 dB.

b. Arrays ta' idrofoni akustiċi rmonkati li għandhom wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

1. Spazjar bejn il-gruppi ta' idrofoni ta' inqas minn 12,5 m;

2. Iddisnijati jew "li jistgħu jiġu modifikati" sabiex jaħdmu f'fond li jaqbeż il-35 m;

Nota Teknika:

"Li jistgħu jiġu modifikati" fi 6A001.a.2.b.2. jfisser li hemm il-mezzi sabiex jinbidlu l-wiring jew l-interkonnessjonijiet biex jimodifikaw l-ispazjar bejn il-gruppi ta' idrofoni jew il-limiti tal-fond li fih jistgħu jaħdmu. Dawn id-disposizzjonijiet huma: wiring żejjed li jaqbeż l-10 % tan-numru tal-wires, blokki ta'modifikazzjoni ta' l-ispazjar bejn il-gruppi ta' idrofoni jew apparat intern li jirregola l-limiti tal-fond li huma modifikabbli jew li jikkontrollaw iżjed minn grupp idrofoniku wieħed.

3. Sensors tad-direzzjoni speċifikati fi 6A001.a.2.d.;

4. Manek ta' arrays irrinforzati b'mod lonġitudinali;

5. Array assemblat bid-dijamentru ta' inqas minn 40;

6. Sinjali ta' gruppi ta' idrofoni multiplessati iddisinjati sabiex jaħdmu f'fond li jaqbeż il-35m jew li għandhom apparat tal-kejl tal-fond modifikabbli jew li jista' jitneħħa sabiex jaħdem f'fond li jaqbeż il-35 m; jew

7. Karatteristiċi idrofoniċi speċifikati fi 6A001.a.2.a.;

ċ. Apparat ta' trattament, iddisinjati speċifikament għall-arrays ta' idrofoni akustiċi rmonkati, li għandhom "programmabilità aċċessibbli għall-utenti" u trattament u korrelazzjoni fid-dominju tal-ħin jew tal-frekwenza, li jinkludu analiżi spettrali, filtrazzjoni diġitali u t-tiswir tar-raġġi bl-użu tal-Fast Fourier jew tiswir jew trattament ieħor;

d. Sensors tad-direzzjoni li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Preċiżjoni ta' aħjar minn ± 0.5o; u

2. Iddisinjati biex jaħdmu f'fond li jaqbeż il-35 m jew li għandhom apparat tal-kejl tal-fond modifikabbli jew li jista' jitneħħa sabiex jaħdem f'fond li jaqbeż il-35 m;

e. Sistemi ta' kejbils tal-fond jew tal-bajjiet li għandhom wieħed min dawn li ġejjin:

1. Li jinkorporaw l-idrofoni speċifikati fis-6A001.a.2.a.; jew

2. Li jinkorporaw moduli tas-sinjali ta' gruppi ta' idrofoni multiplessati li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Iddisinjati biex jaħdmu f'fond li jaqbeż il-35 m jew li għandhom apparat tal-kejl tal-fond modifikabbli jew li jista' jitneħħa sabiex jaħdem f'fond li jaqbeż il-35 m; u

b. Li jistgħu jinbidlu reċiprokament ma' moduli ta' arrays ta' idrofoni akustiċi rmonkati

f. Apparat ta' trattament, iddisinjati speċifikament għas-sistemi ta' kejbils tal-fond jew tal-bajjiet, li għandhom "programmabilità aċċessibbli għall-utenti" u trattament u korrelazzjoni fid-dominju tal-ħin jew tal-frekwenza, li jinkludu analiżi spettrali, filtrazzjoni diġitali u t-tiswir tar-raġġi bl-użu tal-Fast Fourier jew tiswir jew trattament ieħor;

b. Apparat tar-reġistrazzjoni sonar bil-korrelazzjoni ta' veloċità iddisinjat sabiex ikejjel il-veloċità orizontali tat-trasportatur ta' l-apparat mal-qiegħ tal-baħar fuq distanzi ta' bejn it-trasportatur u l-qiegħ tal-baħar li jaqbżu l-500 m.

6A002 Sensors ottiċi

N.B.:

ARA WKOLL 6A102.

a. Ditektors ottiċi, kif ġejjin:

Nota:

6A002.a. ma jikkontrollax il-fotodispozitivi tal-ġermanju jew tas-silikon.

1. Ditektors semikondutturi li huma "kawlifikati għall-użu fl-ispażju", kif ġejjin:

a. Ditektors semikondutturi li huma "kawlifikati għall-użu fl-ispażju", li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. L-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż l-10 nm imma mhux iktar minn 300 nm; u

2. Risposta ta' inqas minn 0,1 % ta' l-ogħla risposta f'Wavelength li jaqbeż l-400 nm;

b. Ditektors semikondutturi li huma "kawlifikati għall-użu fl-ispażju", li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. L-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż id-900 nm imma mhux iktar minn 1200 nm; u

2. "Kostanti tal-ħin" tar-risposta ta' 95 ns jew inqas;

ċ. Ditektors semikondutturi li huma "kawlifikati għall-użu fl-ispażju" li għandhom l-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż l-1200 nm imma mhux iktar minn 30000 .nm;

2. Tubi għall-intensifikazzjoni ta' l-immaġni u komponenti ddisinjati speċifikament għal dak l-għan, kif ġejiin:

a. Tubi għall-intensifikazzjoni ta' l-immaġni li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. L-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż l-400 nm imma mhux iktar minn 1050 nm;

2. Platt ta' mikrokanali għall-amplifikazzjoni elettronika ta' l-immaġni, bl-ispazjar tat-toqob (spazjar ta' ċentru għal ċentru) ta' 12 nm jew inqas; u

3. Kull minn dawn il-fotokatodi li ġejjin:

a. Fotokatodi S-20, S-25 jew fotokatodi multialkali b'sensittività għad-dawl li taqbeż it-350 μA/lm;

b. Fotokatodi GaAs jew GaInAs; jew

ċ. Fotokatodi semikondutturi komposti tal-klassi III-V oħra;

Nota:

6A002.a.2.a.3.ċ. ma japplikax għall-fotokatodi semikondutturi komposti b'sensittività radjanti massima ta' 10 mA/W jew inqas.

b. Komponenti ddisinjati speċifikament, kif ġejjin:

1. Platti ta' mikrokanali li għandhom l-ispazjar tat-toqob (spazjar ta' ċentru għal ċentru) ta' 12 nm jew inqas;

2. Fotokatodi GaAs jew GaInAs;

3. Fotokatodi semikondutturi komposti tal-klassi III-V oħra;

Nota:

6A002.a.2.b.3. ma jikkontrollax fotokatodi semikondutturi komposti b'sensittività radjanti massima ta' 10 mA/W jew inqas.

3. "Matriċi fuq il-pjan fokali" mhux "kawlifikati għall-użu fl-ispażju", kif ġejjin:

Noti Tekniċi:

1. L-għaqda ta' ditektors bl-elementi multipli lineari jew ta' żewġ dimesjonijiet huma msejħa "Matriċi fuq il-pjan fokali";

2. Għall-għanijiet ta' 6A002.a.3. il-"direzzjoni ta' skansjoni trasversali" huwa definit bħala l-assi parallel mal-għaqda lineari ta' l-elementi tad-ditektors u d-"direzzjoni ta' skansjoni" huwa definit bħala l-assi perpendikulari ma' l-għaqda lineari ta' l-elementi tad-ditektors.

Nota 1:

6A002.a.3. jinkludi għaqdiet fotoconduttivi jew għaqdiet fotovoltajċi.

Nota 2:

6A002.a.3. ma jikkontrollax:

a. "Matriċi fuq il-pjan fokali" tas-silikon;

b. Iċ-ċelluli fotoconduttivi inkapsulati bl-elementi multipli (li ma jaqbżux is-16 element), li jużaw jew sulfide taċ-ċomb jew selenide taċ-ċomb;

ċ. Ditektors piroelettriċi li jużaw kull materjal li ġej:

1. Sulfat tat-trigliċerina u l-varjanti tiegħu;

2. Titanat taż-żirkonju-lantanju-ċomb u l-varjanti tiegħu;

3. Tantalat tal-litju;

4. Floru tal-polivinilidini u l-varjanti tiegħu; jew

5. Njobat tas-stronzju barju u l-varjanti tiegħu.

a. "Matriċi fuq il-pjan fokali" mhux "kawlifikati għall-użu fl-ispażju", li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Elementi individwali li għandhom l-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż id-900 nm imma mhux iżjed minn 1050 nm; u

2. Kostanti tal-ħin "tar-risposta" ta' inqas minn 0,5 ns;

b. "Matriċi fuq il-pjan fokali" mhux "kawlifikati għall-użu fl-ispażju", li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Elementi individwali li għandhom l-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż l-1050 nm imma mhux iżjed minn 1200 nm; u

2. Kostanti tal-ħin "tar-risposta" ta'95 jew inqas;

ċ. "Matriċi fuq il-pjan fokali" mhux lineari (ta' żewġ dimesjonijiet) u mhux "kawlifikati għall-użu fl-ispażju", li għandhom elementi individwali li għandhom l-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż l-1200 nm imma mhux iżjed minn 30000 nm;

d. "Matriċi fuq il-pjan fokali" lineari (ta' dimesjoni wieħed) mhux "kawlifikati għall-użu fl-ispażju", li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Elementi individwali li għandhom l-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż l-1,200 nm imma mhux iżjed minn 2, 500 nm; u

2. Kull wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Il-proporzjon tad-dimensjoni tad- direzzjoni ta' skansjoni ta' l-element tad-ditektor mad-dimensjoni tad-direzzjoni ta' skansjoni trasversali ta' l-element tad-ditektor, li huwa inqas minn 3.8; jew

b. It-trattament tas-sinjal fl-element (SPRITE);

e. "Matriċi fuq il-pjan fokali" lineari (ta' dimesjoni wieħed) mhux "kawlifikati għall-użu fl-ispażju", li għandhom elementi individwali li għandhom l-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż l-2,500 nm imma mhux iżjed minn 30,000 nm

b. "Sensors ta' l-immaġni monospettrali" u "Sensors ta' l-immaġni multispettrali" iddisinjati għall-applikazzjonjiet ta' telerilevamento, li għandhom wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Kamp ta' viżjoni istantanju (IFOV) ta' inqas minn 200 μrad (mikroradjanti); jew

2. Speċifikati sabiex jaħdmu fil-marġni tal-Wavelength li jaqbeż l-400 nm imma mhux iżjed minn 30000 nm u li għandhom dawn kollha li ġejjin:

a. Li jistgħu jagħtu produzzjoni ta' data ta' l-immaġni fil-format diġitali: u

b. Li għandhom wieħed minn dawn li ġejjin:

1. "Kawlifikati għall-użu fl-ispażju"; jew

2. Iddisinjati għall-ħidma fl-ajru, li jużaw ditektors għajr dawk tas-silikon, u li għandhom kamp ta' viżjoni istantanju ta' inqas minn 2,5 mrad (milliradjanti).

ċ. Apparat għall-immaġni ta' "viżjoni diretta" li jaħdem fl-ispettru viżibbli jew infra-aħmar, u li fihom wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

1. Tubi għall-intensifikazzjoni ta' l-immaġni speċifikati fi 6A002.a.2.a.; jew

2. "Matriċi fuq il-pjan fokali" speċifikati fi 6A002.a.3.

Nota Teknika:

"Viżjoni diretta" tirreferi għall-apparat għall-immaġni li jaħdem fl-ispettru viżibbli jew infra-aħmar, li juri immaġni viżwali lill-bnedmin mingħajr ma jbiddel l-immaġni f'sinjal elettroniku għall-viżjoni fuq skrin televiżiv, u mingħajr ma jaħżen l-immaġni b'mezzi fotografiċi, eletroniċi jew b'kull mezz ieħor.

Nota:

6A002.ċ. ma jikkontrollax l-apparat li ġejjin li fihom fotokatodi għajr dawk GaAs jew GaInAs:

a. Sistemi ta'rivelazzjoni ta' dħul jew alarm f'postijiet industrijali jew ċivili, sistemi ta' kontroll jew għadd tat-traffiku jew moviment fl-industrija;

b. Apparat mediku;

ċ. Apparat industrijali użat għall-ispezzjoni, l-għażla jew l-analiżi tal-propjetajiet ta' materjali;

d. Ditektors tan-nar għall-fran industrijali;

e. Apparat iddinsjat speċifikament għall-użu fil-laboratorji.

d. Komponenti awsillarji speċjali għall-isensors ottiċi, kif ġejjin:

1. Cryocoolers"kawlifikati għall-użu fl-ispażju";

2. Cryocoolers mhux "kawlifikati għall-użu fl-ispażju", li għandhom temperatura tas-sors li jkessaħ taħt il-218 K (- 55 °Ċ), kif ġejjin:

a. Tip biċ-ċiklu magħluq b'ħin medju speċifikat qabel il-ħsara (MTTF), jew ħin medju bejn żewġ ħsarat (MTBF),li jaqbeż l-2500 siegħa;

b. Minicoolers Joule-Thomson (JT) b'awtoregolament li għandhom djametri minn barra ta' inqas minn 8 mm;

3. Senors fibri ottiċi speċifikament magħmula komposizjonalment jew strutturalment, jew modifikati bil-kisi, sabiex jkunu sensittivi għall-effetti akustiċi, termiċi, inerżjali, elettromanjetiċi jew radjazzjoni nukleari.

e. "Matriċi fuq il-pjan fokali""Kawlifikati għall-użu fl-ispażju" li għandhom iżjed minn 2048 elementi għal kull matriċi u li għandhom l-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż it-300 nm iżda mhux iktar minn 900 nm.

6A003 Kameras

N.B.:

ARA WKOLL 6A203.

N.B.:

Għall-kameras iddisinjati speċifikament jew mibdula għall-użu ta' taħt l-ilma, ara 8A002.d. u 8A002.e.

a. Kameras għall-istrumentazzjoni u komponenti ddisinjati speċifikament għal dan l-għan, kif ġejjin:

Nota:

Kameras ta' l-istrumentazzjoni, speċifikati fi 6A003.a.3. sa 6A003.a.5., b'strutturi modulari għandhom ikunu evalwati a bażi tal-kapaċità massima, bl-użu ta' plug-ins disponibbli skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant tal-kameras.

1. Kameras taċ-ċinema li jirrekordjaw b'veloċità ogħlja li jużaw kull pellikola b'format ta' 8 mm sa 16 mm inkluż, li fihom il-pellikola timxi kontinwamenti matul iż-żmien tar-rekordjar, u li huma kapaċi li jirrekordjaw b'rati li jaqbżu l-13150 fotogramm kull sekonda;

Nota:

6A003.a.1. ma jikkontrollax il-kameras taċ-ċinema li jirrekordjaw iddisinjati għall-għanijiet ċiviċi.

2. Kameras mekaniċi li jirrekordjaw b'veloċità ogħlja, li fihom il-pellikola ma timxix, u li huma kapaċi li jirrekordjaw b'rati li jaqbżu l-1000000 fotogramm kull sekonda għat-tul kollu tal-kwadru tal-film fotografiku ta' 35 mm, jew b'veloċità proporzjonaliment iżjed għolja għat-tul iqsar tal-kwadru tal-film, jew b'rati proporzjalment iqsar għat-tul ikbar tal-kwardu tal-film.

3. Kameras mekaniċi jew elettroniċi li jiskannjaw li għandhom veloċità ta' rekordjar li taqbeż l-10 mm/μs;

4. Kameras elettroniċi ta' l-immaġni li għandhom veloċità li taqbeż il-1000000 ta' immaġni kull sekonda;

5. Kameras elettroniċi, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

a. Veloċità tax-xàter elettroniku (kapaċità ta' interruzzjoni tas-sinjal) ta' inqas minn 1 μs għal kull immaġni sħiħ; u

b. Ħin ta' qari li jippermetti veloċità tar-rata ta' l-immaġni ta' iżjed minn 125 immaġni sħaħ kull.

6. Plug-ins, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Iddisinijati speċifikament għall-kameras ta' l-istrumentazzjoni, li għandhom strutturi modulari u li huma speċifikati fi 6A003.a.; u

b. Li jgħinu dawn il-kameras sabiex jilgħqu l-karatteristiċi speċifikati fi 6A003.a.3., 6A003.a.4., jew 6A003.a.5., skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant.

b. Kameras ta' l-immaġni, kif ġejjin:

Nota:

6A003.b.Ma jikkontrollax kameras tat-televixin jew tal-video ddisinjati speċifikament għall-użu tax-xandir televisiv.

1. Kameras tal-video li fihom sensors semikondutturi, li għandhom l-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż l-10 nm iżda mhux iktar minn 30, 000 nm u kull wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Iżjed minn 4 × 106"pixel attivi" għal kull element b'superfiċi sensibbli li huwa semikonduttur għall-kameras tal-video monokromi (iswed u abjad);

b. Iżjed minn 4 × 106"pixel attivi" għal kull element b' superfiċi sensibbli li huwa semikonduttur għall-kameras tal-video bil-kulur li għandhom tlett elementi b' superfiċi sensibbli li huwa semikonduttur; or

ċ. Iżjed minn 12 × 106"pixel attivi" għall-kameras tal-video bil-kulur li għandhom semikonduttur, u li għandhom element wieħed b'superfiċi sensibbli li huwa semikonduttur;

Nota Teknika:

Għall-għan ta' dan il-punt, kameras tal-video diġitali għandhom jiġu evalwati skond in-numru massimu ta' "pixel attivi" użati biex jaqbdu immaġni li jiċċaqalqu.

2. Kameras ta' skansjoni u sistemi ta' kameras ta' skansjoni, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. li għandhom l-ogħla risposta fil-marġini tal-Wavelength li taqbeż l-10 nm iżda mhux iktar minn 30000 nm;

b. Għaqda ta' ditektors lineari li għandhom iżjed minn 8192 element għal kull għaqda; u

ċ. Skansjoni mekkaniku f'direzzjoni waħda;

3. Kameras ta' l-immaġni li fihom tubi għall-intensifikazzjoni ta' l-immaġni speċifikati fi 6A002.a.2.a.;

4. Kameras ta' l-immaġni li fihom "matriċi fuq il-pjan fokali" speċifikati fi 6A002.a.3.

Nota:

6A003.b.4. ma jikkontrollax kameras ta' l-immaġni li fihom "matriċi fuq il-pjan fokali" lineari li għandhom tnax l-element jew inqas, migħajr integrazzjoni tas-sinjali rivelati fuq ħin suċċessiv, iddisinjati għal wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Sistemi ta'rivelazzjoni ta' dħul jew alarm f'postijiet industrijali jew ċivili, sistemi ta' kontroll jew għadd tat-traffiku jew moviment fl-industrija;

b. Apparat industrijali użat għall-ispezzjoni jew kontroll ta' flussi ta' sħana f'bini, apparat jew proċessi industrijali;

ċ. Apparat industrijali użat għall-ispezzjoni, l-għażla jew l-analiżi tal-propjetajiet ta' materjali;

d. Apparat iddinsjat speċifikament għall-użu fil-laboratorji; jew

e. Apparat Mediku.

6A004 Apprart Ottiku

a. Mirja ottiċi (refletturi), kif ġejjin:

1. "Mirja deformabbli" li għandhom wċuh kontinwi jew b' elementi multipli, u l-komponenti tagħhom disinjati speċifikament, li jistgħu jbidlu l-pożizjoni b'mod dinamiku tal-parti tal-wiċċ tal-mera b'rati li jaqbżu l-100 Hz;

2. Mirja monolitiċi ħfif li għandhom medja ta' "densita ekwivalenti" ta' inqas minn 30 kg/m2 u piż totali li jaqbeż l-10 kg;

3. Strutturi ħfif tal-mirja "komposti" jew ċellulari li għandhom "densita ekwivalenti" ta' inqas minn 30 kg/m2 u piż totali li jaqbeż 2 kg;

4. Mirja li jmexxu d-dija ta' djametru jew tul ta' l-assi prinċipali ikbar minn 100 mm, li jissostnu uniformità ta' lambda/2 jew aħjar (lambda hija ugwali għal 633 nm) u li għandhom bandwidth ta' kontroll li jaqbeż il-100 Hz.

b. Komponenti ottiċi magħmulin minn selenjurio taz-zingu (ZnSe) jew sulfide taz-zingu (ZnS) bit-trasmissjoni fil-marġni tal-Wavelength li jaqbeż it-3000 nm imma mhux iżjed minn 25000 nm u li għandhom wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Volum li jaqbeż il-100 ċm3: jew

2. Djametru jew tul ta' l-assi prinċipali ikbar minn 80 mm u ħxuna (fond)li taqbeż l-20 mm.

ċ. Komponenti "Kawlifikati għall-użu fl-ispażju" għas-sistemi ottiċi, kif ġejjin:

1. Iktar ħfif sa inqas minn 20 % "densita ekwivalenti" ikkomparat ma' forma mimlija li għandha l-istess fetħa u l-istess ħxuna;

2. Substrati nejjin, substrati trattati b'kisi superfiċjali (b'saff wieħed jew b'ħafna safef, metalliċi jew dielettriċi, kondutturi, semikondutturi jew iżolanti) jew b'pellikola ta' protezzjoni;

3. Segmenti jew għaqdiet ta' mirja iddisinjati sabiex jiġu montati fl-ispażju f'sistema ottika b'fetħa li tiġbor li hija ekwivalenti jew ikbar minn ottika waħda ta' djamentru ta' 1 m;

4. Fabbrikati minn materjali "komposti" li għandhom koeffiċenti ta' espansjoni termika lineari ugwali jew iżgħar minn 5 × 10-6 f'kull direzzjoni kordinat.

d. Apparat ottiċi tal-kontroll, kif ġejjin:

1. Iddisinajti speċifikament biex jissostnu l-forma tal-wiċċ jew l-orjentament tal-komponenti "Kawlifikati għall-użu fl-ispażju" speċfikati fi 6A004.ċ.1. jew 6A004.ċ.3.;

2. Li għandhom bandwidths li jmexxu, li jsegwu, li jistabbilizzaw jew li jallinjaw ir-reżonaturi ugwuali jew ikbar minn 10 μrad (mikroradjanti) jew inqas;

3. Gimbals li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a. Oxxillazzjoni massima li taqbeż il-5o;

b. Bandwidth ta' 100 Hz jew iżjed;

ċ. Żbalji ta'ippuntjar angulari ta' 200 μrad (mikroradjanti) jew inqas; u

d. Li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Djametru jew tul ta' l-assi prinċipali ikbar minn 0,15 m imma mhux iżjed minn 1 m, u li kapaċi jagħmlu aċċelerazzjoni angular li jaqbeż iż-2 rad (radjanti)/s2; jew

2. Djametru jew tul ta' l-assi prinċipali ikbar minn 1 m u li kapaċi jagħmlu aċċelerazzjoni angular li jaqbeż iż-0,5 rad (radjanti)/s2;

4. Iddisinjati speċifikament sabiex jsostnu l-allinjament tas-sistemi ta' mirja bl-allinjament ta' fażi jew segmenti fażati li fihom mirja b'djametru tas-segment jew tul ta' l-assi prinċipali ta' 1 m jew iżjed.

e. "Elementi ottiċi asferiċi" li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. L-ikbar dimesjoni tal-fetħa ottika li hija ikbar minn 400 mm;

2. Il-livell ta' tħattib fuq il-wiċċ inqas minn 1 nm (rms) għat-tul ta' kampjuni ugwali jew itwal minn 1 mm; u

3. Il-koeffiċenti tal-kobor massimu ta' l-espansjoni termika lineari hija inqas minn h 3 × 10-6/K fi 25 °Ċ.

Noti Tekniċi:

1. "Element ottiku asferiku" huwa element użat f'sistema ottika li fiha il-wiċċ jew l-wċuh għall-immaġni huma iddisinjati sabiex jitbiegħdu mill-għamla idejali ta' sfera.

2. Il-fabbrikanti mhumiex meħtieġa li jkejlu l-livell ta' tħattib fuq il-wiċċ elenkat fi 6A004.e.2. għajr meta l-element ottiku kien iddisinjat jew fabbrikat bil-ħsieb li jilħaq jew li jaqbeż il-parametri fissati għall-awtorizzazzjoni.

Nota:

6A004.e. ma jikkontrollax l-elementi ottiċi asferiċi li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Dimensjoni massima tal-fetħa ottika inqas minn 1 m u proporżjon bejn it-tul fokali u l-fetħa huwa ugwali jew ikbar minn 4,5:1;

b. Dimensjoni massima tal-fetħa ottika ugwali jew ikbar minn 1 m u proporżjon bejn it-tul fokali u l-fetħa huwa ugwali jew ikbar minn 7:1;

ċ. Iddisinjati bħala elementi ottiċi diffrativi, prisma, strixxi,Fresnel jew flyeye;

d. Iddisinjati minn ħġieġ borosillatiku li għandu l-koeffiċenti ta' l-espansjoni termika lineari ikbar minn 2,5 × 10-6 /K fi 25 °Ċ; or

e. Li huma element ottiku bir-raġġi X li fih kapaċitajiet interni ta' mera (per eżempju mirja f'forma ta' tubi).

N.B.:

Għall-elementi ottiċi asferiċi iddisinjati speċifikament għall-apparat litografiku, ara 3B001.

6A005 "Lejżers", għajr dawk speċifikati fi 0B001.g.5. jew 0B001.h.6., komponenti u apparat ottiku, kif ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 6A205.

Nota 1:

"Leżjers" b'polz li jinkludu dawk li jaħdmu b'mod ta' mewġ kontinwu (CW) b'polzi superimposti.

Nota 2:

"Leżjers" eċitati bil-polz li jinkludu dawk li jaħdmu b'mod kontinwament eċitat b'polzi b'eċitament superimpost.

Nota 3:

L-istatus ta' kontroll tal-"lejżers" Raman huwa determinat mill-parametri tas-sorsi tal-pompa "lejżers". L-isorsi tal-pompa "lejżers" jistgħu jkunu kull wieħed mill-"leżjers" imsemmija hawn taħt.

a. "Lejżers" tal-gass, kif ġejjin:

1. "Lejżers" ta' l-eċċimeri, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Wavelength tal-ħruġ li ma jaqbiżx il-150 nm li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-50 mJ għal kull polz; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż il-1 W;

b. Wavelength tal-ħruġ li jaqbeż il-150 nm iżda li ma jaqbiżx il-190nm u li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-1,5 J għal kull polz; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż il-120 W;

ċ. Wavelength tal-ħruġ li jaqbeż il-190 nm iżda li ma jaqbiżx it-360 nm u li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż l-10 J għal kull polz; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż il-500 W; jew

d. Wavelength tal-ħruġ li jaqbeż it-360 nm u li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-1,5 J għal kull polz; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż it-30 W;

Nota:

Għall-"lejżers" ta' l-eċċimeri, iddisinjati speċifikament għall-apparat litografiko, ara 3B001.

2. "Lejżers" tal-fwar metalliku, kif ġejjin:

a. "Lejżers" tar-ram (Cu) li għandhom saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż l-20 W;

b. "Lejżers" tad-deheb (Au) li għandhom saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż il-5 W;

ċ. "Lejżers" tas-sodju (Na) li għandhom saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż il-5 W;

d. "Lejżers" tal-Barju (Ba) li għandhom saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż iż-2 W;

3. "Lejżers" tal-monossidu tal-karbonju, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin

a. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż iż-2 J għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż il-5 kW; jew

b. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-5 kW;

4. "Lejżers" tad-dijossidu tal-karbonju, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin

a. Saħħa tal-ħruġ CW li taqbeż il-15 kW;

b. Ħruġ impulsiv li għandu "dewmin ta' l-impuls" li jaqbeż l-10 μs u li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż l-10W: jew

2. "L-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż il-100 kW; jew

ċ. Ħruġ impulsiv li għandu "dewmin ta' l-impuls" ugwali jew inqas minn 10 μs u li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Enerġija tal-polz li taqbeż il-5 J għal kull polz; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medja li taqbeż l-10W;

5. "Lejżers kimiċi", kif ġejjin:

a. "Lejżers" tal-floru t' idroġinu (HF);

b. "Lejżers" tal-floru tad-deuterju (DF);

ċ. "Leżjers tat-trasferiment", kif ġejjin:

1. "Lejżers" tal-bijossidu tal-jodju (O2-I);

2. "Lejżers" tal-floru tad-deuterju – dijossidu tal-karbonju (DF-CO2);

6. "Lejżers" tal-krypton ionizzat jew ta' l-argon ionizzat, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-5 J għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż il-50 W; jew

b. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-50W;

7. "Lejżers" tal-gass oħra, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

Nota:

6A005.a.7. ma jikkontrollax "lejżers" tan-nitroġenu.

a. Wavelength tal-ħruġ li ma jaqbiżx il-150 nm u li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-50 mJ għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż il-1 W; jew:

2. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-1 W;

b. Wavelength tal-ħruġ li jaqbeż il-150 nm imma mhux iżjed minn 800 nm u li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-1,5 J għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż it-30 W; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu t-30 W;

ċ. Wavelength tal-ħruġ li jaqbeż it-800 nm imma mhux iżjed minn 1400 nm u li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż iż-0,25 J għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż l-10 W; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-10 W; jew

d. Wavelength tal-ħruġ li jaqbeż l-1400 nm u saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-1 W.

b. "Lejżers" semikondutturi, kif ġejjin:

1. "Lejżers" semikondutturi monomod trasversali individwali, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Wavelength ugwali jew inqas minn 1510 nm, u saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-1,5 W;

b. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-500 W;

2. "Lejżers" semikondutturi multimod trasversali individwali, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Wavelength ta' inqas minn 950 nm jew ta' iżjed minn 2000 nm; u

b. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-10 W;

3. Allinjamenti individwali ta' "Lejżers" semikondutturi, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

a. Wavelength ta' inqas minn 950 nm, u saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu s-60 W;

b. Wavelength ugwali jew inqas minn 2000 nm, u saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-10 W;

Nota Teknika:

"Lejżers" semikondutturi huma komunement msejħa bħala djodi tal-"leżjer".

Nota 1:

6A005.b. jinkludi "lejżers" semikondutturi li għandhom konnetturi ottiċi ta' ħtuġ (per eżempju konnetturi spirali tal-fibbri ottiċi).

Nota 2:

Il-kondizzjonijiet ta' kontroll tal-"lejżers" semikondutturi iddisinjati speċifikament għall-apparat iehor huma determinati mill-kondizzjonijiet ta' kontroll għal dak l-apparati l-ieħor.

ċ. "Lejżers" fl-istat solidu, kif ġejjin:

1. "Lejżers""li tista' tikkurda", li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

Nota:

6A005.ċ.1. jinkludi "lejżers" taż żaffir-titanju (Ti: Al2O3), tal-YAG-Thulium (Tm: YAG), tal-YSGG-Thulium (Tm: YSGG), ta' l-alessandrite (Cr: BeAl2O4) u biċ-ċentru tal-kulur.

a. Wavelength tal-ħruġ inqas minn 600 nm u li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-50 mJ għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż il-1 W; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-10 W;

b. Wavelength tal-ħruġ ta' 600 nm jew iżjed imma li ma jaqbiżx l-1400 nm u li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-1 J għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż l-20 W; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-20 W;jew

ċ. Wavelength tal-ħruġ li ma jaqbiżx l-1400 nm u li għandu wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-50 mJ għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż l-1 W; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-1 W;

2. "Lejżers" mhux "li tista' tikkurda", kif ġejjin:

Nota:

6A005.ċ.2.jinkludi "lejżers" fl-istat solidu bit-tansizzjoni nukleari.

a. "Lejżers" tal-ħġieġ tan-neodimju, kif ġejjin:

1. "Lejżers Q-mibdula", li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż l-20 J imma mhux iżjed minn 50 J għal kull polz u saħħa tal-ħruġ medju li taqbeż l-10 W; jew

b. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-50 mJ għal kull polz;

2. Dawk li mhumiex "Lejżers Q-mibdula", li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-50 J imma mhux iżjed minn 100 J għal kull polz u saħħa tal-ħruġ medju li taqbeż l-20 W; jew

b. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-50 mJ għal kull polz;

b. "Lejżers"(għajr dawk tal-ħġieġ) drogat bin-neodimju, li għandhom Wavelength tal-ħruġ li jaqbeż l-1000 nm imma mhux iżjed minn 1100 nm, kif ġejjin:

Nota:

Għall-"Lejżers"(għajr dawk tal-ħġieġ) drogat bin-neodimju, li għandhom Wavelength tal-ħruġ li ma jaqbiżx l-1000 nm jew li jaqbeż l-1100 nm ara 6A005.ċ.2.ċ.

1. "Lejżers Q-mibdula" eċċitati bl-impulsi, b'mod ibblokkat, li għandhom "dewmin ta' l-impuls" ta' inqas minn 1 ns u li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. "L-ogħla saħħa" li taqbeż il-5 GW;

b. Saħħa tal-ħruġ medju li taqbeż l-10 W;jew

ċ. Enerġija impulsiva li taqbeż iż-0,1 J;

2. "Lejżers Q-mibdula" eċċitati bl-impulsi, li għandhom "dewmin ta' l-impuls" ugwali jew iżjed minn 1 ns u li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Ħruġ monomod trasversali li għandu:

1. "L-ogħla saħħa" li taqbeż il-100 MW;

2. Saħħa tal-ħruġ medju li taqbeż l-20 W; jew

3. Enerġija impulsiva li taqbeż iż-2 J; jew

b. Ħruġ multimod trasversali li għandu:

1. "L-ogħla saħħa" li taqbeż l-400 MW;

2. Saħħa tal-ħruġ medju li taqbeż iż-2 W; jew

3. Enerġija impulsiva li taqbeż iż-2 J;

3. "Lejżers Q-mibdula" eċċitati bl-impulsi, li għandhom:

a. Ħruġ monomod trasversali, li għandu:

1. "L-ogħla saħħa" li taqbeż il-500 MW; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medju li taqbeż il-150 W; jew

b. Ħruġ multimod trasversali, li għandu:

1. "L-ogħla saħħa" li taqbeż il-1 MW; jew

2. Saħħa medja li taqbeż iż-2 kW;

4. "Lejżers" eċċitati b'mod kontinwu, li għandhom:

a. Ħruġ monomod trasversali, li għandu:

1. "L-ogħla saħħa" li taqbeż il-500 MW; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-150 W; jew

b. Ħruġ multimod trasversali, li għandu:

1. "L-ogħla saħħa" li taqbeż il-1 MW; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu ż-2 W; jew

ċ. "Lejżers" mhux "li tista' tikkurda" oħra, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Wavelength ta' inqas minn 150 nm u li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-50 mJ għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż il-1 W; jew

b. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-1 W;

2. Wavelength ta' 150 nm jew iżjed imma mhux iktar minn 800 nm, u li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-1,5 J għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż it-30W; jew

b. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu t-30 W;

3. Wavelength ta' iżjed minn 800 nm imma li ma jaqbiżx l-1400 nm, kif ġej:

a. "Lejżers Q-mibdula", li għandhom:

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż iż-0,5 J għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż il-50W; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medju li taqbeż:

a. L-10 W għall-"lejżers" monomod trasversali;

b. It-30 W għall-"lejżers" multimod trasversali;

b. Dawk li mhumiex "Lejżers Q-mibdula", li għandhom:

1. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż iż-2 J għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż il-50W; jew

2. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-50 W; jew

4. Wavelength ta' iżjed minn 1400 nm u li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-100 mJ għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż il-1 W; jew

b. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-1 W;

d. "Lejżers" taż-żebgħa jew "lejżers" likwidi oħra, u li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Wavelength ta' inqas minn 150 nm u:

a. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-50 mJ għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż il-1 W; jew

b. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-1 W;

2. Wavelength ta' 150 nm jew iżjed imma mhux iktar minn 800 nm, u li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-1,5 J għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż l-20W; jew;

b. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-20 W; jew

ċ. Oxxillatur momomod lonġitudinali bl-impulsi li għandu saħħa tal-ħruġ medju li jaqbeż il-1 W u rata ta' repetizzjoni li taqbeż il-1 kHz jekk il-"dewmin ta' l-impuls" huwa inqas min 100 ns;

3. Wavelength ta' iżjed minn 800 nm imma li ma jaqbiżx l-1400 nm, u li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż iż-0,5 J għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż l-10W; jew

b. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-10 W; jew

4. Wavelength ta' iżjed minn 1400 nm u li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Enerġija tal-ħruġ li jaqbeż il-100 mJ għal kull polz u "l-ogħla saħħa" implusiva li taqbeż il-1 W; jew

b. Saħħa tal-ħruġ medju jew CW li jaqbżu l-1 W;

e. Komponenti, kif ġejjin:

1. Mirja mkessħa jew bit-"tkessiħ attiv" jew bit-tkessiħ bit-tubi tat-tisħin;

Nota Teknika:

It-"tkessiħ attiv" huwa teknika ta' tkessiħ ta' komponenti ottiċi bl-użu ta' fluidi f'moviment taħt il-wiċċ tal-komponenti ottiċi (nominalment inqas minn 1 mm taħt il-wiċċ ottiku) bl-iskop li jneħħi s-sħana mill-ottika.

2. Mrija ottiċi u komponenti ottiċi jew elettro-ottiċi bit-transmissjoni ottika totali jew parżjali, iddisinjati speċifikament għall-użu bil-"leżjers" kontrollati;

f. Apparat ottiku, kif ġejjin:

Nota:

Għall-elementi ottiċi b'ftuħ kommuni, li jistgħu jaħdmu fl-applikazzjonijiet ta' "Leżjers ta' saħħa kbira" ("SHPL"), ara l-elenku tal-merkanzija militari.

1. Apparat dinamiku tal-kejl tal-wavefront (fażi) li jistgħu jkejlu mill-inqas 50 posizzjoni fuq wavefront ta' raġġ, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Rati tal-kwadru ugwali jew ikbar minn 100 Hz u diskriminazzjoni ta' mill-inqas 5 % tal-Wavelength tar-raġġ; jew

b. Rati tal-kwadru ugwali jew ikbar minn 1000 Hz u diskriminazzjoni ta' mill-inqas 20 % tal-Wavelength tar-raġġ;

2. Apparat ta' djanjostiku bil-"leżjers" li jistgħu jkejlu l-iżbalji ta' orjentamenti angulari tar-raġġi ta' sistema ta' "SHPL" ugwali jew inqas minn 10 μrad;

3. Apparat u komponenti ottiċi iddisinjati speċifikament għal sistema ta' "SHPL" b'allinjament ta' fażi sabiex jassiguraw kombinazzjoni koerenti tar-raġġi bi preċiżjoni ta' l-għażla ta' l-iżgħar valur propost mikrometri, ta'lambda/10 tal-Wavelength iddisinjat, jew ta' 0,1 μm;

4. Teleskopju ta' proġettazzjoni iddisinjati speċifikament għall-użu mas-sistemi "SHPL".

6A006 "Manjetometri", "gradjumetri manjetiċi", "gradjumetri manjetiċ instrinsiċi" u sistemi ta' kompensazzjoni, u komponenti tagħhom iddisinjati speċifikament, kif ġejjin:

Nota:

6A006 ma jikkontrollax strumenti iddisinjati speċifikament għal kejl bijomanjetiku għal djanjostiċi mediċi.

a. "Manjetometri" li jużaw "teknoloġiji" ta' "superkondutturi", ta' ippompjar ottiku jew tal-preċiżjoni nukleari (protoni/Overhauser), li għandhom "livell ta' ħoss" (sensittività) inqas (aħjar) minn 0,05 nT rms għal kull radiċi kwadrata;

b. "Manjetometri" ta' bobina ta' induzzjoni li għandhom "livell ta' ħoss" (sensittività) inqas (aħjar) minn kull wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 0,05 nT rms/ radiċi kwadrata Hz fuq frekwenzi ta' inqas minn 1 Hz;

2. 1 × 10-3 nT rms/radiċi kwadrata Hz fuq frekwenzi ta' 1 Hz jew iżjed imma li ma jaqbżux l-10 Hz; jew

3. 1 × 10-4 nT rms/ radiċi kwadrata Hz fuq frekwenzi li jaqbżu l-10 Hz;

ċ. "Manjetometri" tal-fibbri ottiċi, li għandhom "livell ta' ħoss" (sensittività) inqas (aħjar) minn 1 nT rms għal kull radiċi kwadrata

d. "Gradjumetri manjetiċi" li jużaw "manjetometri" multipli speċifikati fi 6A006.a., 6A006.b. jew 6A006.ċ.;

e. "Gradjumetri manjetiċ instrinsiċi" tal-fibbri ottiċi li għandhom "livell ta' ħoss" tal-gradjant tal-kamp manjetiku (sensittività) inqas (aħjar) minn 0,3 nT/m rms għal kull radiċi kwadrata 0,3 Hz;

f. "Gradjumetri manjetiċ instrinsiċi" għajr dawk li jużaw il-fibbri ottiċi, li għandhom "livell ta' ħoss" tal-gradjant tal-kamp manjetiku (sensittività) inqas (aħjar) minn 0,015 nT/m rms għal kull radiċi kwadrata 0,3 Hz;

g. Sistemi ta' kompensazzjoni manjetika għall-sensors manjetiċi iddisinjati sabiex jaħdmu fuq pjattaformi mobbli;

h. Sensori elettromanjetiċi "superkondutturi", li fihom komponenti fabbrikati minn materjali "superkonduttivi" u li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Iddisinjati biex jaħdmu f'temperaturi taħt it-"temperatura kritika" ta' mill-inqas wieħed mill-kostituenti "superkonduttivi" tagħhom (li jinkludu għodda bl-effett Josephson jew għodda "superkonduttive" b'interferenza kwantistika ġSQUIDSħ);

2. Iddisinjati sabiex jħoss il-varjazzjonijiet tal-kamp elettromanjetku fuq frekwenzi ta' 1 kHz jew inqas; u:

3. Li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin

a. Li fihom SCQUIDS ta' film rqiq b'dimensjoni minima ta' l-element ta' inqas minn 2 μm u li għandhom ċirkuwiti tagħhom assoċjati ta' akkopjament tad-dħul u tal-ħruġ;

b. Iddisinjati sabiex jaħdmu b'oxxillazzjoni tal-kamp manjetiku li jaqbeż il-1 × 106 kwanti ta' fluss manjetiku kull sekonda;

ċ. Iddisinjati sabiex jaħdmu fil-kamp manjetiku ta' l-ambjent mingħajr tad-dinja mingħajr protezzjoni manjetiku; jew

d. Li għandhom koeffiċenti tat-temperatura ta' inqas (iżgħar) minn 0,1 kwantum/K ta' fluss manjetiku.

6A007 Miters tal-gravità (gravimiters) u gradjumetri tal-gravità, kif ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 6A107.

a. Miters tal-gravità iddisinjati jew modifikati għall-użu fl-art li għandhom preċiżjoni statika ta' inqas (aħjar) minn 10 μgal;

Nota:

6A007.a. ma jikkontrollax miters tal-gravità għall-użu fl-art tat-tip bl-element tal-kwartz (Worden).

b. Miters tal-gravità iddisinjati sabiex jaħdmu fuq pjattaformi mobbli, li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. Preċiżjoni statika ta' inqas (aħjar) minn 0,7 mgal; u

2. Preċiżjoni fil-ħidma (fl-operazzjonijiet) ta' inqas (aħjar) minn 0,7 mgal, li għandhom ħin ta' tlugħ sal-valur wieqaf inqas minn 2 minuti taħt kull kombinazzjoni ta' kompensazzjoni u influenzi dinamiċi preżenti;

ċ. Gradjumetri tal-gravità.

6A008 Sistemi, apparat u immuntar tar-radar li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti iddisinjati speċifikament għal dak l-għan:

N.B.:

ARA WKOLL 6A108.

Nota:

6A008 ma jikkontrollax:

a. Radar sekondarji tas-sorveljanza (SSR);

b. Radar tal-karozzi iddisinjati għall-prevenżjoni ta' ħbit;

ċ. Wiri jew monitors użati għall-kontrol tat-traffiku ta' l-ajru (ATC) li għandhom mhux iktar minn 12-il element ta' riżoluzzjoni għal kull millimetru;

d. Radar meteoroloġiċi (temp).

a. li jaħdmu fuq frekwenzi minn 40 GHz sa 230 GHz u li għandhom saħħa ta' ħruġ medju li taqbeż il-100 mW;

b. Li għandhom bandwidth li tista' tikkurda li jaqbeż is ± 6,2 % tal-"frekwenza ta' ħidma ċentrali";

Nota Teknika:

Il-"frekwenza ta' ħidma ċentrali" tikkorispondi għal nofs tas-somma ta' l-ogħla frekwenza ta' ħidma speċifikata u l-iżgħar l-frekwenza ta' ħidma speċifikata.

ċ. Kapaċi li jaħdmu fl-istess ħin fuq frewkenza portanti waħda jew iżjed;

d. Kapaċi li jaħdmu f'mod ta' fetħa sintetika (SAR), f'mod ta' radar ta' fetħa sintetika inversa (ISAR) jew f'mod ta' radar avjoniku ta' skansjoni laterali (SLAR):

e. Li fihom "antenne ta' l-allinjament tal-fażi li jistgħu jitmexxu elettronikament".;

f. Li jistgħu jiddetermninaw l-għoli ta' bersalli mhux koperattivi;

Nota:

6A008.f. ma jikkontrollax l-apparat radar ta' avviċinament ta' preċiżjoni (PAR) li jikkonformu ma' l-istandards ICAO.

g. Iddisinjati speċifikament għall-operazzjonijiet fl-ajru (immuntati buq bużżieqa jew ċelluli ta' arjuplan) u li għandhom "trattament tas-sinjal" għat-tisjib ta' bersalli li jiċċaqalqu;

h. li fihom trattament ta' sinjali tar-radarli jużaw wieħed mit-tekniki li ġejjin:

1. Teknika ta' "spettru estiż radar"; jew

2. Teknika ta' "aġilità ta' frekwenza tar-radar";

i. Li jipprovdu il-ħidma fl-art u li għandhom "marġni strumentali" li jaqbeż il-185 km;

Nota:

6A008.i. ma jikkontrollax:

a. Radar fl-art għas-sorveljanza ta' l-unitajiet tas-sajd;

b. Apparat tar-radar ta' l-art iddisinjati speċifikament għall-kontroll tat-traffiku ta' l-ajruplani fir-rotta, sakemm dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

1. Għandu "marġni strumentali" ta' 500 km jew inqas;

2. Huwa ikkonfigurat sabiex id-data tal-bersalli radar jistgħu jkunu trasmessi biss mill-post tar-radar għal wieħed jew iktar ċentri ta' kontroll tat-traffiku ta' l-arjuplani ċivili;

3. Ma fihiex l-ebda disposizzjonijiet għall-kontroll mid-distanza tal-veloċità ta' skansjoni tar-radar miċ-ċentru ta' kontroll tat-traffiku ta' l-arjuplani fir-rotta; u

4. Installat b'mod permanenti;

c. Radar tal-lokazzjoni tal-bżieżaq meteoroloġiċi.

j. Magħmula minn radar bil-"leżjer" jew minn apparat għat-tisjib jew kejl tad-distanza tad-dawl (LIDAR), u li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. "Kawlifikati għall-użu fl-ispażju"; jew

2. Li jużaw teknika ta' lokazzjoni koerenti eterodina jew omodina u li għandhom risolużjoni angolari ta' inqas (aħjar) minn 20 μrad (mikroradjanti);

Nota:

6A008.j. ma jikkontrollaz apparat LIDAR iddisinjati speċifikament għas-stħarriġ jew għall-osservazzjoni meteoroloġiku.

k. Li għandhom sottosistemi għat-"trattament tas-sinjal" li jużw il-"kompressjoni ta' l-impuls", li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Proporżjon ta' "kompressjoni ta' l-impuls" li jaqbeż il-150; jew

2. Wisa' ta' l-impuls ta' inqas minn 200 ns; jew

l. Li għandhom sottosistemi għat-trattament tad-data, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. "Lokazzjoni awtomatiku tal-bersall" li jagħti, f'kull rotazzjoni ta' l-antenna, il-posiżjoni previst mill-bersall wara l-mument suċċessiv tal-passaġġ tar-raġġ ta' l-antenna;

Nota:

6A008.l.1. ma jikkontrollax il-kapaċità tas-sinjalazzjoni ta' l-allarmi fil-każijiet ta' kunflitti bejn it-trajettorji fis-sistemi għall-kontrol tat-traffiku ta' l-ajru, jew fir-radar tal-baħar jew tal-portijiet.

2. Il-kalkolu tal-veloċità tal-bersall mir-radar prinċipali li għandu veoliċità ta' skansjoni mhux perjodiċi (varjabbli);

3. Trattament għar-rikonoxximent awtomatiku tat-traċċi (estrazzjoni tal-karatteristiċi) u paragun bil-bażi ta' data ta' karatteristiċi tal-bersall (waveforms jew immaġni) għall-identifikazzjoni jew klassifikazzjoni tal-bersalli; jew

4. Sovrapposizzjoni u korrelazzjoni jew fużjoni ta' dati ta' bersalli, li jiġu minn tnejn jew iktar "sensors tar-radar interkonessi" u "ġeografikament mqassma" sabiex jisaħħu u jiddisċriminaw il-bersalli.

Nota:

6A008.l.4. ma jikkontrollax sistemi, apparat jew immuntar użati għall-kontrollax tat-traffiku tal-baħar.

6A102 "Ditektors" reżistenti għar-radjazzjoni, għajr dawk speċifikati fi 6A002, iddisinjati speċifikament jew modifikati għall-protezzjoni mill-effetti nukleari (per eżempju impulsi elettromanjetiċi (EMP), raġġi-X, effetti kombinati minn splużjoni u mis-sħana), u li jistgħu jintużaw għall"-missili", iddisinjati jew previsti li jirreżistu livelli ta' radjazzjoni ugwali jew iktar minn doża ta' radjazzjoni totali ta' 5 × 105 rads (Silikon).

Nota Teknika:

In 6A102, "Ditektor" huwa definit bħala għodda mekaniċi, elettriċi, ottiċi jew kimiċi li jiddentifika u jirrekordja awtomatikament stimulu bħalma huma bdil ambjentali ta' pressjoni jew temperatura, sinjali elettriku jew elettromanjetiku jew radjazzjoni li ġej minn materjal radjuattiv. Dan jinkludi l-għodda li jagħtu rilevażjoni darba waħda biss jew fil-każ ta' ħsara.

6A107 Miters tal-gravità (Gravimetri) u komponenti ta' miters tal-gravità u gradjumetri tal-gravità, kif ġejjin:

a. Miters tal-gravità, għajr dawk speċifikati fi 6A007.b., iddisinjati jew modifikati għall-użu fl-ajru jew fil-baħar, u li għandhom preċiżjoni statika jew opperattiv ugwali jew ta' inqas (aħjar) minn 7 × 10-6 m/s2 (0,7 milligal), u ħin ta' ħin ta' tlugħ sal-valur wieqaf ugwali jew inqas minn żewġ minuti;

b. Komponenti ta' miters tal-gravità iddisinjati speċifikament speċifikati fi 6A007.b. jew 6A107.a. u gradjumetri tal-gravità speċifikati fi 6A007.ċ.

6A108 Sistemi ta' radar u sistemi ta' lokazzjoni, għajr dawk speċifikati fi 6A008, kif ġej:

a. Sistemi tar-radar u sistemi ta' radar bil-lejżers iddisinjati speċifikament jew modifikati għall-użu fil-vetturi ta' l-illanċjar fl-ispażju speċifikati fi 9A004 jew rokits tas-sondjar speċifikati fi 9A104;

Nota:

6A108.a. jinkludi dawn li ġejjin:

a. Apparat għall-kartografija tal-linji tal-livell ta' l-art;

b. Apparat tas-sensjar ta' immaġni;

ċ. Apparat għall-kartografija u għall-korrelazzjioni (diġitali u anki analoġika) tax-xenarji;

d. Apparat radar għan-navigazzjoni Doppler;

b. Sistemi ta' lokazzjoni bil-preċiżjoni, għall-użu fil-"missili", kif ġejjin:

1. Sistemi ta' lokazzjoni li użaw traslatore tal-kodiċi li jaħdem flimkien ma' sistemi tal-wiċċ, ta' l-ajru jew ma' sistemi satellitaru tan-navigazzjoni għall-kejl fil-ħin reali tal-posizzjoni u anki tal-veloċità matul titjira;

2. Strumenti radar għal-kejl tad-distanza, li jinkludu apparat tal-lokazzjoni ottiċi jew infrared, li għandhom dawn il-karaterristiċi kollha:

a. Riżoluzzjoni angolari ta' aħjar minn 3 milliradians (0,5 mils);

b. Marġini ta' of 30 km jew iktar, b'riżoluzzjoni fid-distanza aħjar minn 10 m rms;

ċ. Riżoluzzjoni tal-veloċità ta' aħjar minn 3 m/s.

6A202 Tubi fotomoltiplikaturi li għandhom dawn iż-żewġ karaterristiċi li ġejjin:

a. Erja tal-fotokatodi ikbar minn 20 ċm2; u

b. Ħin ta' tlugħ ta' l-impuls ta' l-anodu ż-żgħar minn 1 ns.

6A203 Kameras u komponenti, għajr dawk speċifikati fi 6A003, kif ġejjin:

a. Kameras bil-mera li tdur, kif ġejjin, u l-komponenti iddisinjati speċifikament għalihom:

1. Kameras ta' l-immaġni li jistgħu jirrekordjaw b' veloċità ta' iktar minn 225000 immaġni kull sekonda;

2. Kameras ta' skansjoni b'veloċità ta' rekordjar ta' iktar minn 0,5 mm kull mikrosekonda;

Nota:

Fi 6A203.a. il-komponenti ta' dawn il-kameras jinkludu l-partijiet elettroniċi ta' sinkronizazzjoni u l-immuntar li jduru li fihom turbini, mirja u bearings.

b. Kameras ta' skansjoni, kameras ta' l-immaġni elettroniċi, tubi u għodda, kif ġejjin:

1. Kameras ta' skansjoni li jistgħu jilħqu ħin ta' riżoluzzjoni uwgali jew ta' inqas minn 50 ns;

2. Tubi ta' skansjoni għall-kameraas speċifikati fi 6A203.b.1.;

3. Kameras elettronċi (jew bix-xaters elettroniċi) ta' l-immaġni li jistgħu jilħqu ħin ta' esposiżjoni ta' l-immaġni uwgali jew ta'inqas minn 50 ns;

4. Tubi għall-immaġni u għodda għall-immaġni fl-istat solidu għall-użu bil-kameras speċifikati fi 6A203.b.3., kif ġejjin:

a. Tubi intensifikaturi għall-immaġni fokalizzati għall-qrubija li għandhom il-fotokatodo depożitat fuq kisi konduttiv trasparenti sabiex titnaqqas ir-reżistenza tal-folja tal-fotokatodo;

b. Tubi vidikon tat-tip SIT li għandhom sistemi li jgħaġġlu li jippermettu l-kontroll tal-fotoelettroni mill-fotokatodo qabel ma jaħbtu mal-folja tat-tubi SIT;

ċ. Xaters elettro-ottiċi biċ-ċellola Kerr jew Pockels;

d. Tubi għall-immaġni u għodda għall-immaġni fl-istat solidu li għandhom ħin ta' kontroll ta' l-immaġni li jgħaġġel ta' inqas minn 50 ns iddisinjati speċifikament għall-kameras speċifikati fi 6A203.b.3.;

ċ. Kameras tat-television reżistenti għar-radjazzjoni u l-lenti tagħhom, iddinsjati speċifikament jew maħsuba biex jirreżistu għall-doza ta' radjazzjoni totali li taqbeż il-50 × 103 Gy (Silikon) (5 × 106 rad (Silikon)) mingħajr degradazzjoni funzjonali.

Nota Teknika:

Il-kliem Gy (silikon) jirriferixxu għall-enerġija f'Joules għal kull kilogram li hija assorbita minn kampjun mhux miksi tas-silikon absorbed espost għar-radjazzjoni ionizzanti.

6A205 "Leżjers", amplifikaturi u oxxillanti "lejżer", għajr dawk speċifikati fi 0B001.g.5., 0B001.h.6. u 6A005; kif ġej:

a. "Lejżers" ta' l-argon ionizzat li għandhom dawn iż-żewġ karateristiċi li ġejjin:

1. Jaħdmu fuq Wavelengths bejn 400 nm u 515 nm; u

2. Għandhom saħħa ta' ħruġ medju ikbar minn 40 W;

b. Lejżers oxxillaturi bil-koloranti li jistgħu jiġu kkurdati monomod bl-impulsi, li għandhom dawn il-karateristiċi kollha li ġejjin:

1. Jaħdmu fuq Wavelengths bejn 300 nm u 800 nm;

2. Għandhom saħħa ta' ħruġ medju ikbar minn 1 W;

3. Rata ta' ripetizzjoni li taqbeż il-1 kHz; u

4. Wisa' ta' l-impuls ta' inqas minn 100 ns;

ċ. Oxxillaturi u amplifikaturi lejżer bl-impulsi bil-koloranti li jistgħu jiġu kkurdati, li għandhom dawn il-karateristiċi kollha li ġejjin:

1. Jaħdmu fuq Wavelengths bejn 300 nm u 800 nm;

2. Għandhom saħħa ta' ħruġ medju ikbar minn 30 W;

3. Rata ta' ripetizzjoni li taqbeż il-1 kHz; u

4. Wisa' ta' l-impuls ta' inqas minn 100 ns;

Nota:

6A205.ċ. ma jikkontrollax oxxillaturi monomod;

d. "Lejżers" bl-impulsi tad-dijossidu tal-karbonju, li għandhom dawn il-karateristiċi kollha li ġejjin

1. Jaħdmu fuq Wavelengths bejn 9000 nm u 11000 nm;

2. Rata ta' ripetizzjoni li taqbeż il-250 kHz; u;

3. Għandhom saħħa ta' ħruġ medju ikbar minn 500 W; u

4. Wisa' ta' l-impuls ta' inqas minn 200 ns;

e. Sfażaturi Raman kważi idroġenu iddisinjati sabiex jaħdmu fuq Wavelength ta' ħruġ ta'16-il mikrometri u fuq rata ta' ripetizzjoni li taqbeż il-250 kHz;

f. "Lejżers" (għajr dawk tal-ħġieġ) Q-mibdula eċċitati bl-impulsi drogati bin-neodinju, li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Wavelength ta' ħruġ li jaqbeż l-1000 nm imma mhux iktar minn 1100 nm;

2. Dewmin ta' l-impuls ugwali jew iktar minn 1 ns; u

3. A Ħruġ multimod trasversali li għandu saħħa medja li taqbeż il-50 W.

6A225 Interferometri tal-veloċità għall-kejl ta' veloċità li taqbeż il-1 km/s matul intervalli ta' ħin ta' inqas minn 10 mikrosekondi.

Nota:

6A225 jinkludi Interferometri tal-veloċità bħalma huma VISARs (Velocity interferometer systems for any reflector) u DLIs (Doppler laser interferometers).

6A226 Sensors tal-pressjoni, kif ġej:

a. Kejl ta' manganina għall-pressjonijiet ta' iktar minn 10 GPa;

b. Trasduttori tal-pressjoni bil-kwartz għall-pressjonijiet ta' iktar minn 10 GPa.

6B Apparat ta' Prova, Spezzjoni u Produzzjoni

6B004 Apparat ottiku, kif ġej:

a. Apparat għall-kejl tal-fattur ta' riflessjoni assolut b' preċiżjoni ta' ± 0,1 % tal-valur ta' riflessjoni;

b. Apparat, għajr dak l-apparat għall-kejl tad-dispersjoni tal-wċuh ottiċi, li għandhom fetħa totali li taqbeż l-10 ċm, iddisinjati speċifikament għall-kejl ottiku mingħajr kuntatt ta' figura (profil) ta' wiċċ ottiku mhux pjana bil "preċiżjoni" ugwali jew ta' inqas (aħjar minn) minn 2 nm fir-rispett tal-profil rikjest.

Nota:

6B004 ma jikkontrollax il-mikroskopji.

6B007 Apparat ta' produzzjoni, allinjament u ta' kalibrazzjoni ta' gravimetri ta' l-art b'preċiżjoni statika ta' aħjar minn 0,1 mgal.

6B008 Sistemi ta' kejl tal-wċuh ekwivalenti bir-radar bl-implusi li għandhom wisa' ta' l-impulsi fit-trasmissjoni ta'100 ns jew inqas, u il-komponenti iddisinjati speċifikament għalihom.

N.B.:

ARA WKOLL 6B108.

6B108 Sistemi, għajr dawk speċifikati fi 6B008, iddisinjati speċifikament għall-kejl tal-wċuh ekwivalenti radar, li jistgħu jintużaw għall-"missili" u is-sottosistemi tagħhom.

6C Materjali

6C002 Materjali għas-sensors ottiċi, kif ġej:

a. Tellurju elementare (Te) b'livelli ta' purità ta' 99,9995 % jew iżjed;

b. Kristalli singulari (li jinkludu wejfers epitassjali) magħmula minn kull wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Tulluluro ta' kadmju taż-żingu (CdZnTe) b'kontenut ta' żingu ta' inqas minn 6 % għal kull "frazzjoni molari;"

2. Tulluluro ta' kadmju (CdTe) ta' purità ta' kull livell; jew

3. Tulluluro ta' merkurju ta' kadmju (HgCdTe) ta' purità ta' kull livell.

Nota Teknika:

"Frazzjoni molari" huwa definit bħala r-rapport tal-molari ZnTe mas-somma ta' molari CdTe u ZnTe preżenti fil-kristall.

6C004 Materjali ottiċi, kif ġej:

a. "Substrati mhux raffinati" ta' selenjuro taż-żingu (ZnSe) u sulfide taż-żingu (ZnS) prodotti mill-proċess ta' deposiżjoni tal-fwar kimiku, li għandhom kull wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1. Volum ikbar minn 100 ċm3; jew

2. Djametru ikbar minn 80 mm b' ħxuna ta' 20 mm jew iżjed;

b. Kristalli sintetiċi magħmula mill-materjali elettro-ottiċi li ġejjin:

1. Arsenat ta' potassju titanile (KTA);

2. Selenjuro ta' ġallju-fidda (AgGaSe2);

3. Selenjuro ta' tallju-arsenat (Tl3AsSe3, magħruf ukoll bħala TAS);

ċ. Materjali ottiċi,hux lineari, li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Suxxettibiltà tat-tielet ordni (chi 3) ta' 10–6 m2/V2 jew iżjed; u

2. Ħin ta' risposta ta' inqas minn 1 ms;

d. "Substrati mhux raffinati" ta' karburo tas-silikon jew ta' materjali ta' depożitu ta' berillju/berillju (Be/Be) ta' djametru jew tul ta' l-assi prinċipali ikbar minn 300 mm;

e. Ħġieġ, li jinkludu silika mdewba, ħġieġ fosfatat, ħġieġ florufosfatat, floru taż-żingonju (ZrF4) u floru ta' l-afnju (HfF4), li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Konċentrazzjoni ta' ionju idrossile (OH-) ta' inqas minn 5 ppm;

2. Inqas minn 1 ppm ta' impurità metallika integrati; u

3. Omogenità elevata (varjazzjoni ta' l-indiċi ta' rifrazzjoni) ta' inqas minn 5 × 10-4;

f. Materjali ta' djamanti sintetiċi b' rata ta' assorbiment inqas minn 10-5 ċm-1 għall-Wavelengths li jaqbżu l-200 nm imma mhux ikbar mill-14000 nm.

6C005 Materjali sintetiċi kristallini li jilqgħu il-"lejżer" fil-forma mhux raffinat, kif ġejjin:

a. Zaffiro drogat bit-titanju;

b. Alessandrite.

6D Software

6D001 "Software" iddisinjat speċifikament għall-"iżvillup" jew "produzzjoni" ta' l-apparat speċifikat fi 6A004, 6A005, 6A008 jew 6B008.

6D002 "Software" iddisinjat speċifikament għall-"użu" ta' l-apparat speċifikat fi 6A002.b., 6A008 jew 6B008.

6D003 "Software" ieħor, kif ġej:

a. 1. "Software" iddisinjat speċifikament għat-tiswir ta' raġġi akustiċi maħsuba għat-"trattament fil-ħin reali" tad-data akustika għar-reċezzjoni passiva bl-użu ta' arrays ta' idrofoni rmokati;

2. "Kodiċi ta' l-egħjun" għat-"trattament fil-ħin reali" tad-data akustika għar-reċezzjoni passiva bl-użu ta' arrays ta' idrofoni rmokati;

3. "Software" iddisinjat speċifikament għat-tiswir ta' raġġi akustiċi maħsuba għat-"trattament fil-ħin reali" tad-data akustika għar-reċezzjoni passiva bl-użu ta' sistemi ta' kejbils tal-fond jew tal-bajjiet;

4. "Kodiċi ta' l-egħjun" għat-"trattament fil-ħin reali" tad-data akustika għar-reċezzjoni passiva bl-użu ta' sistemi ta' kejbils tal-fond jew tal-bajjiet;

b. 1. "Software" iddisinjat speċifikament għas-sistemi ta' kompensazzjoni manjetika għall-sensors manjetiċi iddisinjati sabiex jaħdmu fuq pjattaformi mobbli;

2. "Software" iddisinjat speċifikament għar-rivelazzjoni ta' anomaliji manjetiċi fuq pjattaformi mobbli;

ċ. "Software" iddisinjat speċifikament biex jissewwa l-influwenzi dinamiċi ta' gravimetri jew gradjumetri ta' gravità:

d. 1. "Programmi" ta' "Software" li jistgħu jinużaw għall-kontrol tat-traffiku ta' l-ajru fi kalkolaturi ta' użu ġenerali mqiegħda fiċ-ċentri ta' kontrol tat-traffiku ta' l-ajru u kapaċi li jagħmlu wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Jipproċessaw u juru iktar minn 150 "traċċi tas-sistema" fl-istess ħin; jew

b. Jaċċettaw id-data relattiv għall-bersalli radar li jiġi minn iktar minn erba' radars ewlenin;

2. "Software" għad-dissin jew "produzzjoni" ta' radomes:

a. li huma iddisinajti speċifikament sabiex jipprotteġu l-"antenne ta' l-allinjament tal-fażi li jistgħu jitmexxu elettronikament" speċifikati fi 6A008.e.; u

b. li jirriżultaw f'traċċi ta' l-antenna li għandhom "livell medju tal-lobu laterali" ta' iżjed minn 40 dB taħt l-ogħla livell tar-raġġ ewlieni.

Nota Teknika:

Il-"livell medju tal-lobu laterali" fi 6D003.d.2.b. huwa miżurat fuq il-matriċi kollu esklużi l-estensjoni angulari tar-raġġ ewlieni u l-ewwel żewġ lobi laterali fuq kull ġemb tar-raġġ ewlieni.

6D102 "Software" iddisinjat jew modifikat speċifikament għall-"użu" tal-prodotti speċifikati fi 6A108.

6D103 "Software" li jipproċessa d-data reġistrat wara l-missjoni sabiex jiddeterminaw il-pożizjoni tal-vettura matul il-linja tat-titjir tagħha, iddisinjat jew modifikat speċifikament għall-"missili".

6E Teknoloġija

6E001 "Tekonoloġija" skond in-Nota Ġenerali għat-Teknoloġija għall-"iżvillup" ta' apparat, materjali jew "Software" speċifikati fi 6A, 6B, 6C jew 6D.

6E002 "Tekonoloġija" skond in-Nota Ġenerali għat-Teknoloġija għall-"produzzjoni" ta' apparat jew materjali speċifikati fi 6A, 6B or 6C.

6E003 "Tekonoloġija" oħra, kif ġej:

a. 1. "Tekonoloġiji" ta' kisi u trattament tal-wiċċ ottiku "meħtieġa" sabiex jintlaħaq uniformità ugwali għad-99,5 % jew iżjed għall-kisi ottiku li għandu djametru jew assi ewlieni ta'500 mm jew iżjed u telf totali (assorbiment u dispersjoni) ta' inqas minn 5 × 10-3;

N.B.:

ARA WKOLL 2E003.f.

2. "Tekonoloġiji" ta' fabbrikazzjoni għall-materjali ottiċi li jużaw tekniċi ta' turnitura bil-punt ta' djamant singolo, li jista' jipproduċi preċiżjoni fit-tlestija tal-wiċċ ta' aħjar minn 10 nm rms fuq wċuh mhux lixxi li jaqbez iż-0,5 m2;

b. "Tekonoloġija""meħtieġa" għall-"iżvillup", "fabbrikazzjoni" jew "użu" ta' strumenti ta' djagnostika jew ta' bersalli iddisinjati speċifikament għall-impjanti għat-testijiet għall-eżamijiet ta' "SHPL" jew għall-eżamijiet ta' l-evalwazzjoni ta' materjali irradjati mir-raġġi ta' "SHPL";

ċ. "Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvillup" jew "fabbrikazzjoni" ta' "manjumetri" fluxgate jew ta' sistemi "manjumetriċi" fluxgate, li għandhom wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin

1. "Livell ta' ħoss" ta' inqas minn 0,05 nT rms għal kull radiċi kwadrata Hz fuq frekwenzi ta' inqas minn 0,3 Hz;

2. "Livell ta' ħoss" ta' inqas minn 1 × 10-3 nT rms għal kull radiċi kwadrata Hz fuq frekwenzi ta' 1 Hz jew iżjed.

6E101 "Tekonoloġija" skond in-Nota Ġenerali għat-Teknoloġija għall-"użu" ta' l-apparat jew "Software" speċifikat fi 6A002, 6A007.b. u ċ., 6A008, 6A102, 6A107, 6A108, 6B108, 6D102 jew 6D103.

Nota:

6E101 jispeċifika biss "teknoloġija" għall-apparat speċifikat fi 6A008 meta huwa iddisinjat għall-applikazzjoni fl-ajru u jista' jintuza għall-"missili".

6E201 "Tekonoloġija" skond in-Nota Ġenerali għat-Teknoloġija għall-"użu" ta' l-apparat speċifikati fi 6A003, 6A005.a.1.ċ., 6A005.a.2.a., 6A005.ċ.1.b., 6A005.ċ.2.ċ.2., 6A005.ċ.2.d.2.b., 6A202, 6A203, 6A205, 6A225 jew 6A226.

KATEGORIJA 7

NAVIGAZZJONI U AVJONIĊI

7A Sistemi, Tagħmir u komponenti

Nota 1:

Għall-piloti awtomatiċi għall-vetturi taħt wiċċ l-ilma, ara l-Kategorija 8.

Għar-radar, ara Kategorija 6.

Nota 2:

Għal tagħmir ta' navigazzjoni inerzjali, għall-vapuri jew bastimenti li jitniżżlu taħt wiċċ l-ilma, ara l-Kontrolli ta' Oġġetti Militari.

7A001 aċċellerometri lineari maħsuba għall-użu ta' navigazzjoni inerzjali, jew sistemi ta' gwida u li jkollhom kwalunkwe minn dawn is-segwenti karatteristiċi, u għalhekk komponenti iddisinjati b'mod speċjali

N.B.:

ARA WKOLL 7A101. Għall-aċċellerometri angolari u rotazzjonali ara 7A002.

a. "stabbilita""bias" ta' anqas minn (aħjar) 130 mikro g għar-rigward valur ta' kalibrazzjoni fissa fuq perjodu ta' sena;

b. "fattur ta skala""stabbilita" ta' anqas minn (aħjar) 130 ppm għar-rigward valur ta' kalibrazzjoni fissa fuq perjodu ta' sena; jew

ċ. Speċifikata sabiex tiffunzjona fuq livelli ta' aċċelerazzjoni lineari li teċċedi il-100 g.

7A002 Gyros, u aċċellerometri angolari u rotazzjonali, li jkollhom kwalunkwe minn dawn is-segwenti karratteristiċi, u għalhekk komponenti ddisinjati b'mod speċjali:

N.B.:

ARA WKOLL 7A102.

a. "stabbilita""drift rate", meta mkejla fuq ambjent ta' 1 g fuq perjodu ta' tlett xhur u għar-rigward valur ta' kalibrazzjoni fissa, ta':

1. Anqas (aħjar) minn 0,1o kull siegħa meta speċifikat sabiex jiffunzjona fuq livelli ta' aċċelerazzjoni taħt l-10 g; jew

2. Anqas (aħjar) minn 0,5o kull siegħa meta speċifikat sabiex jiffunzjona fuq livelli ta' aċċelerazzjoni lineari minn 10 g sa 100 g inklużi; jew

b. Speċifikat sabiex jiffunzjona fuq livelli ta' aċċelerazzjoni li jeċċedu l-100 g.

7A003 Sistemi ta' Navigazzjoni Inerzjali (INS) u komponenti iddisinjati b'mod speċjali, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 7A103.

a. Sistemi ta' navigazzjoni inerzjali (gimballed jew strapdown) u tagħmir inerzjali iddisinjat għall-"ajruplan", "vettura ta' l-art" jew "vettura ta' l-ispazju" għall-attitudni, gwida jew kontroll, li jkollu kwalunkwe mis-segwenti karrateristiċi, u komponenti ddisinjati b'mod speċjali għalhekk:

1. Żball ta' navigazzjoni (liberu inerzjali) sussegwenti għall-alinjament normali ta' 0,8 mil nawtiku kull siegħa (nm/hr) "Probabbli Żball Ċirkolari" (CEP) jew anqas (aħjar); jew

2. Speċifikat sabiex jiffunzjona fuq livelli ta' aċċelerazzjoni lineari li teċċedi l-10 g;

b. Sistemi ta' Navigazzjoni Ibridi Inerzjali, li jkunu jinstabu f'Sistemi ta' Sattellita Globali ta' Navigazzjoni (s) (GNSS) jew ma' "Navigazzjoni Referenzata Data-Based" ("DBRN") Sistemi (s) għall-attitudni, gwida jew kontroll, sussegwenti għall-allinjament normali, li jkollha eżattezza ta' posizzjoni ta' navigazzjoni INS wara t-telf ta' GNSS jew "DBRN" għall-perjodu sa erbà minuti, ta' anqas minn (aħjar) 10 metri, "Probabbli Żball Ċirkolari" (CEP).

Nota 1:

Il-parametri ta' 7A003.a. u 7A003.b. huma applikabbli għall-kwalunkwe mill-kondizzjonijiet ambjentali li ġejjin:

1. Vibrazzjoni input random, b'kobor globali ta' 7,7 g rms, fl-ewwel nofs siegħa u żmien totali tat-test, ta' siegħa u nofs kull axis f'kull wieħed mit-tliet axes perpendikulari, meta l-vibrazzjoni random tilħaq is-segwenti:

a. Densita ta'qawwa kostanti spektrali (PSD) valur ta' 0,04 g2/Hz fuq interval ta' frekwenza ta' 15 sa1000 Hz; u

b. L-attenwati tal-PSD bi frekwenza minn 0,04 g2/Hz sa 0,01 g2/Hz, fuq interval ta' frekwenza minn1000 sa 2000 Hz;

2. Rata ta' roll u yaw daqs jew aktar minn + 2,62 radian/s (150 deg/s); jew

3. Skond il-livelli nazzjonali ekwivalenti għall-1. jew 2. hawn fuq.

Nota 2:

7A003 ma tikkontrollax is-sistemi ta' navigazzjoni inerzjali li huma ċċertifikati għall-użu fuq "ajruplani ċivili" minn awtoritajiet ċivili ta' "stat li jipparteċipa".

Noti Tekniċi:

1. 7A003.b. jirreferi għal sistemi li fihom jinbnew l-INS u għajnuniet oħra ta' navigazzjoni indipendenti, f'unit wieħed (ġewwa fih) sabiex tintlaħaq prestazzjoni mtejjba.

2. "Probabbli Żball Ċirkolari" (CEP) F'distribuzzjoni normali ċirkolari, li l-medda taċ-ċirku tkun ta' 50 fil-mija tal-kejl individwali li jkunu ittieħdu, jew il-medda taċ-ċirku li fih ikun hemm 50 fil-mija ta' probabbilità li jiġi lokalizzat.

7A004 kumpassi Gyro-astro, u oġġetti oħra li jidderivaw il-posizzjoni jew orjentazzjoni per mezz ta' korpi ċelestjali awtomatiċi, b'eżattezza azimuth daqs jew anqas (aħjar) minn 5 sekondi ta' ark.

N.B.:

ARA WKOLL 7A104.

7A005 sistemi ta' satelliti ta' navigazzjoni globali (i.e. GPS jew GLONASS) li jirċievu tagħmir li jkollu kwalunkwe minn dawn is-segwenti karatteristiċi, u komponenti ddisinjati b'mod speċjali għalhekk:

N.B.:

ARA WKOLL 7A105.

a. Applikar tad- decryption; jew

b. Antenna null-steerable.

7A006 altimetri fl-ajru, li jaħdmu fuq frekwenzi oltre 4,2 għall-4,4 GHz inklużi, li għandhom kwalunkwe mis-segwenti karatteristiċi:

N.B.:

ARA WKOLL 7A106.

a. "Tmexxija tal-qawwa"; jew

b. Użu tal-modulazzjoni phase shift key.

7A007 Tagħmir li jsib id-direzzjoni, li jopera fuq frekwenzi ‘l fuq minn 30 MHz u li jkollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin, u l-komponenti ddisinjati b'mod speċjali għalhekk:

a. "Bandwidth" istantanja ta' 1 MHz jew aktar;

b. Ipproċessar parallel ta' aktar minn100 kanal ta' frekwenza; u

ċ. Rata ta' pproċessar ta' aktar minn 1000 sejba ta' riżultat ta' direzzjoni kull sekonda u kull kanal ta' frekwenza.

7A101 Aċċellerometri, oltre dawk speċifikati fil-7A001, kif ġej, u b'komponenti ddisinjati b'mod speċjail għalhekk:

a. Aċċellerometri b'limitu ta' 0,05 g jew anqas, jew bi żball ta' linearita ġewwa l-0,25 % ta' scale output sħiħa, jew it-tnejn, li huma ddisinjati għall-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni inerzjali jew f'sistemi ta' gwida;

Nota:

7A101.a. ma tispeċifikax aċċellerometri li huma ddisinjati b'mod speċjali u żviluppati bħala MWD (Kejl Waqt it-Tħaffir) Sensors għall-użu ta' operazzjonijiet tas-servizz ta' downhole well.

b. Aċċellerometri ta' output kontinwu, speċifikati sabiex jiffunzjonaw fuq livelli ta' aċċelerazzjoni li teċċedi il-100 g.

7A102 It-tipi kollha ta' gyros, oltre dawk speċifikati fil-7A002, li jintużaw biss f'"missili", b' "drift rate", ratat "stabbilita" ta' anqas minn 0,5 o (1 sigma jew rms) kull siegħa f'ambjent ta'1 g, u komponenti ddisinjati b'mod speċjali, għalhekk.

7A103 strumentazzjoni, tagħmir ta' navigazzjoni u sistemi, oltre dawk speċifikati fil-7A003, kif ġej; u komponenti ddisinjati b'mod speċjali, għalhekk:

a. Tagħmir inerzjali jew tagħmir ieħor, li jintużaw aċċellerometri speċifikati fil-7A001 jew 7A101 jew gyros speċifikati fil-7A002 jew 7A102 u sistemi li jinkorporaw tagħmir bħal dan;

Nota:

7A103.a. ma tispeċifikax tagħmir li jkun fih aċċellerometri speċifikati fil-7A001 fejn dawn l-aċċellerometri huma ddisinjati b'mod speċjali u żviluppati bħala MWD (Kejl Waqt it-Tħaffir) sensors għall-użu f'operazzjonijiet tas-servizz down-hole well.

b. Sistemi ta' strumenti integrati fit-titjira, li jinkludu gyrostabilisers jew piloti awtomatiċi, ddisinjati jew modifikati għall-użu ta' vetturi space launch, speċifikati fil-9A004, vetturi ta' l-ajru mingħajr nies, speċifikati fil-9A012 jew rokkits tal-ħoss, speċifikati fil-9A104;

ċ. "Sistemi integrati ta' navigazzjoni", ddisinjati jew modifikati għall-vetturi space launch speċifikati fil-9A004, vetturi ta' l-ajru mingħajr nies, speċifikati fil-9A012 jew rokkits tal-ħoss, speċifikati fil-9A104 u li huma kapaċi li jipprovdu eżattezza ta' navigazzjoni ta' 200 m Ċirku ta' Probabbilità Ndaqs (CEP) jew anqas.

Nota Teknika:

"sistema ta' navigazzjoni" tipikament tinkorpora is-segwenti komponenti:

1. Oġġett ta' kejl inerzjali (eż, attitudni u sistema ta' referenza ta' titolu, unit ta' referenza inerzjali, jew sistema ta' navigazzjoni inerzjali);

2. Wieħed jew aktar sensors esterni wżati sabiex jaġġornaw il-posizzjoni u/jew il-veloċita, jew perjodikament jew kontinwament matul it-titjira (eż, riċevitur tan-navigazzjoni tas-sattellita, altimeter tar-radar, u/jew radar Doppler); u;

3. Hardware u Software ta' integrazzjoni.

7A104 kumpassi Gyro-astro, u oġġetti oħrajn, oltre dawk speċifikati fil-7A004, li jidderivaw il-posizzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' korpi ċelestjali awtomatiċi jew satelliti, u l-komponenti ddisinjati b'mod speċjali għalhekk.

7A105 tagħmir li jirċievi, għall-Sistemi ta' Sattelita ta' Navigazzjoni Globali (GNSS; eż. GPS GLONASS, jew Galileo), li għandhom kwalunkwe mis-segwenti karatteristiċi, jew komponenti ddisinjati b'mod speċjali għalhekk:

a. Iddisinjati jew immodifikati għall-użu f'vetturi ta' space launch, speċifikati fil-9A004, vetturi ta' l-ajru mingħajr nies, speċifikati fil-9A012 jew rokkits tal-ħoss speċifikati fil-9A104; jew

b. Iddisinjati jew modifikati għall-applikazzjonijiet fl-ajru, u li jkollhom kwalunkwe mis-segwenti:

1. Kapaċi jipprovdu informazzjoni ta' navigazzjoni b' veloċita ta' aktar minn 600 m/s; (1,165 mili nawtiċi/siegħa);

2. L-użu ta' decryption, iddisinjat jew immodifikat għas-servizzi militari jew governattivi, sabiex jiġi akkwistat l-aċċess għall-sinjali/data protetta bil-GNSS; jew

3. Li jkunu ddisinjati b'mod speċjail sabiex jiġu applikati l-karatteristiċi anti-jam. (e.ż. antenna null steering jew antenna li hija misjuqa b'mod elettroniku) sabiex tiffunzjona f'ambjent ta' kontro-miżuri attivi jew passivi.

Nota:

7A105.b.2. u 7A105.b.3. ma jikkontrollawx tagħmir iddisinjat għal servizzi GNSS, kummerċjali, ċivili jew dwar "Sigurta għall-Ħajja", (e.ż.sigurta fit-titjira, integrita tad-data).

7A106 Altimetri, oltre dawk speċifikati fil-7A006, tat-tip radar jew radar bil-laser, iddisinjat jew immodifikat għall-użu f'vetturi ta' l-ispazju speċifikati fil-9A004 jew rokkits tal-ħoss, speċifikati fil-9A104.

7A115 Sensors passivi sabiex jiddeterminaw id-direzzjoni għal-sors elettromanjetiku speċifiku (tagħmir sabiex tinstab id-direzzjoni), jew karrateristiċi terreni, iddisinjati jew immodifikati għall-użu f'vetturi ta' l-ispażju speċifikati fil-9A004 jew rokkits tal-ħoss speċifikati fil-9A104.

Nota:

7A115tinkludi sensors għat-tagħmir segwenti:

a. Tagħmir sabiex jimmarka l-kontorni fil-mapep;

b. Tagħmir tas-sensor għall-imaging (kemm attiv, kif ukoll passiv);

ċ. Tagħmir ta' interferometer passiv.

7A116 Sistemi ta' kontroll tat-titjira, u servo valves, kif ġej; iddisinjati u mmodifikati għall-użu f'vetturi ta' l-ispazju speċifikati fil-9A004 jew rokkits tal-ħoss speċifikati fil-9A104.

a. Sistemi idrawliċi, mekkaniċi, elettro-ottiċi, jew kontrolli tat-titjira, elettromanjetiċi, (inlużi dawk tat-tipi fly-by-wire);

b. Tagħmir għall-kontroll ta' l-attitudni;

ċ. Servo valves għall-kontroll tat-titjira, ddisinjati jew immodifikati għas-sistemi speċifikati fil-7A116.a. jew 7A116.b., u ddisinjati jew immodifikati sabiex joperaw f'ambjent ta' vibrazzjoni ta' aktar minn10 g rms fuq medda ntiera ta' bejn 20 Hz u 2 kHz.

7A117 "Settijiet ta' Gwida", li jintużaw f'"missili" li kapaċi jilħqu eżattezza fis-sistema ta' 3,33 % jew anqas ta' medda (e.ż., "CEP" ta' 10 km jew anqas fuq medda ta' 300 km).

7B Tagħmir ta' Prova, Spezzjoni u Produzzjoni

7B001 Tagħmir ta' prova, kalibrazzjoni jew allinejar, iddisinjat b'mod speċjali għat-tagħmir speċifikat fil-7A.

Nota:

7B001 ma jikkontrollax it-tagħmir tal-prova, il-kalibrazzjoni jew l-allinejar għal-Livell ta' Manutensjoni I jew Livell ta' Manutensjoni II.

Noti Tekniċi:

1. Livell ta' Manutensjoni I

In-nuqqas ta' unit ta' navigazzjoni inerzjali tiġi skoprita fuq l-ajruplan, minn indikazzjonijiet mill-unit tal-kontroll u tad-display (CDU) jew permezz tal-messaġġ status tas-subsistema li tikkorispondi. Permezz tas-segwenti manwal tal-manifattur, il-kawża tan-nuqqas tistà tiġi lokalizzata fil-livell ta' nuqqas ta' ffunzjonar tal-line replaceable unit (LRU). L-operatur imbagħad ineħħi l-LRU u jibdlu ma' dak li jkun sostitut għalih.

2. Livell ta' Manutensjoni II

L-LRU difettuż jintbagħat il-workshop tal-manutensjoni (tal-manifattur jew dak ta' l-operatur responsabbli għall-manutensjoni tal-Livell II). Fil-workshop tal-manutensjoni, l-LRU li ma jkunx qiegħed jaħdem sewwa jiġi ttestjat minn diversi mezzi xierqa sabiex jivverifikaw u jillokalizzaw is-shop replaceable assembly diffetuż (SRA) module responsabbli għan-nuqqas. Dan l-SRA jiġi mneħħi u mibdul ma' sostitut operattiv. L-SRA difettuż (jew possibilment l-LRU komplet) jiġi meħud lill-manifattur.

Nota:

Il-Livell ta' Manutensjoni II ma jinkludix it-tneħħija ta' l-aċċelerometri kontrollati jew il-gyro sensors mill-SRA.

7B002 Tagħmir, li kif ġej, iddisinjat b'mod speċjali sabiex jikkaraterizza il-mirjiet għar-ring "laser" gyros:

N.B.:

ARA WKOLL 7B102.

a. Scatterometers li għandhom eżatezza fil-kejl ta'10 ppm jew anqas (aħjar);

b. Profilometers li għandhom eżattezza fil-kejl ta' 0,5 nm (5 angstrom) jew anqas (aħjar).

7B003 Tagħmir iddisinjat b'mod speċjail għall-"produzzjoni" ta' tagħmir speċifikat fis-7A.

Nota:

7B003 tinkludi:

a. Stazzjonijet għall-ittestjar ta' l-intonazzjoni tal-Gyro;

b. Stazzjonijiet għall-ibbilanċjar dinamiku tal-Gyro;

ċ. Stazzjonijiet għar-run-in/prova tal-mutur tal-Gyro;

d. Stazzjonijiet għall-evakwazzjoni jew mili tal-Gyro;

e. Centrifuge fixtures għall-gyro bearings;

f. Stzzjonijiet għall-allinejar ta' l-axis ta' l-aċċelerometru.

7B102 Reflectometers iddisinjati b'mod speċjali sabiex jikkaraterizzaw il-mirjiet, għall-gyros tal-"laser", li jkollu eżatezza fil-kejl ta' 50 ppm jew anqas (aħjar).

7B103 "Faċilitajiet għall-Produzzjoni" u "tagħmir tal-produzzjoni" kif ġej:

a. "Faċilitajiet għall-Produzzjoni" iddisinjati b'mod speċjali għat-tagħmir speċifikat fil-7A117;

b. Tagħmir għall-produzzjoni, u tagħmir ieħor għall-ittestjar, kalibrazzjoni u allinejar, oltre dak speċifikat fil-7B001 to 7B003, iddisinjat jew immodifikat sabiex jiġi użat ma' tagħmir speċifikat fis-7A.

7C Materjali

Xejn

7D Software

7D001 "Software" iddisinjat b'mod speċjali jew modifikat għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta' tagħmir speċifikat fis-7A. jew 7B.

7D002 "Kodiċi tas-sors" għall-"użu" ta' kwalunkwe tagħmir ta' navigazzjoni inerzjali, mhux kontrollat minn 7A003 jew 7A004, jew Attitudni jew Sistemi ta' Titolu ta' Riferenza (AHRS).

Nota:

7D002 ma jikkontrollax il-"kodiċi tas-sors" għall-"użu" ta' gimballed AHRS.

Nota Teknika:

AHRS ġeneralment huma differenti minn sistemi ta' navigazzjoni inerzjali (INS) peress li l-AHRS tipprovdi attitudni u informazzjoni fit-titolu, u normalment ma tipprovdix l-aċċelerazzjoni, il-veloċita u l-informazzjoni tal-posizzjoni assoċjata ma' l-INS.

7D003 "Software" ieħor, kif ġej:

a. "Software" iddisinjat b'mod speċjail jew immodifikat sabiex itejjeb il-prestazzjoni operattiva, jew inaqqas l-iżball ta' navigazzjoni tas-sistemi għal-livelli speċifikati fil-7A003 jew 7A004;

b. "Kodiċi tas-sors" għal sistemi integri u ibridi li jtejjbu l-prestazzjoni operattiva jew inaqqas l-iżball ta' navigazzjoni tas-sistemi għal-livell speċifikat fil-7A003 billi kontinwament tiġi kombinata id-data inerzjali ma' kwalunkwe mis-segwenti:

1. Data tal-veloċita doppler, tar-radar;

2. Sistemi ta' satellita ta' navigazzjoni globali (i.e., GPS jew GLONASS) data ta' referenza; jew

3. Data minn "Navigazzjoni li hija Bbażata fuq Data" ("DBRN") sistemi;

ċ. "Kodiċi ta' sors" għall-avjoniċi integrati jew sistemi ta' missjoni li jikkombinaw is-sensor data, u japplikaw "sistemi ta' espert";

d. "Kodiċi ta' sors" għall-"iżvilupp" ta' kwalunkwe mis-segwenti:

1. Sistemi diġitali tat-tmexxija tat-titjiriet għall-"kontroll totali tat-titjira";

2. Sistemi ta' propulsion integrat u ta' kontroll tat-titjira;

3. Sistemi ta' kontroll fly-by-wire jew fly-by-light:

4. "sistemi ta' kontroll attiv tat-titjira" li huma "fault tolerant jew self-reconfiguring";

5. Tagħmir fl-ajru, li jsib id-direzzjoni b'mod awtomatiku;

6. Sistemi ibbażati fuq air data fuq static data tal-wiċċ; jew

7. Displays tat-tip raster-head-up, jew dawk bi tliet dimensjonijiet;

e. "Software" tad-disinn mgħejjun minn kompjuter (CAD) iddisinjat b'mod speċjali għall-"iżvilupp" ta' "sistemi ta' kontroll attiv tat-titjira", ħelikopter multi-axis fly-by-wire jew b'kontrolli fly-by-light jew ħelikopter "anti-torque, ċirkolazzjoni kontrollata jew sistemi ta' kontroll permezz ta' direzzjoni kontrollata permezz taċ-ċirkolazzjoni" li t-"teknoloġija" tagħhom hija speċifikata fil-7E004.b., 7E004.ċ.1. jew 7E004.ċ.2.

7D101 "Software" iddisinjat b'mod speċjali jew immodifikat għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat fil-7A001 sa 7A006, 7A101 sa 7A106, 7A115, 7A116.a., 7A116.b., 7B001, 7B002, 7B003, 7B102 jew 7B103.

7D102 "Software" ta' integrazzjoni kif ġej:

a. "Software" ta' integrazzjoni għat-tagħmir speċifikat fil-7A103.b.;

b. "Software" ta' integrazzjoni, iddisinjata b'mod speċjali għat-tagħmir speċifikat fil-7A003 jew 7A103.a.

ċ. "Software" ta' integrazzjoni, iddisinjat jew immodifikat għat-tagħmir speċifikat fil-7A103.ċ.

Nota:

"Software" ta' forma komuni ta' integrazzjoni li tapplika il-Kalman filtering.

7D103 "Software" iddisinjat b'mod speċjali għall-immodellar jew simulazzjoni ta' "settijiet ta' gwida" speċifikati fil-7A117 jew għall-integrazzjoni tad-disinn tagħhom, fil-vetturi ta' l-ispazju speċifikati fil-9A004, jew rokkits tal-ħoss speċifikati fil-9A104.

Nota:

"Software" speċifikat fil-7D103 jibqà kontrollat meta kombinat ma' hardware iddisinjat b'mod speċjali, speċifikat fil-4A102.

7E Teknoloġija

7E001 "Teknoloġija" skond in-Nota ta' Teknoloġija Ġenerali għall-"iżvilupp" ta' tagħmir jew "Software" speċifikat fil-7A, 7B jew 7D.

7E002 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-"produzzjoni" ta' tagħmir speċifikat fil-7A jew 7B.

7E003 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għat-tiswija, restawr jew eżaminazzjoni tat-tagħmir speċifikat fil-7A001 sa 7A004.

Nota:

7E003 ma tikkontrollax it-"teknoloġija" ta' manutensjoni assoċjata direttament mal-kalibrazzjoni, tneħħija jew tpoġġija mill-ġdid ta' LRUs li huma daneġġjati jew ma jissewwewx, u SRAs ta' "ajruplani ċivili" kif deskritti fil-Livell ta' Manutensjoni I jew Livell ta' Manutensjoni II.

Nota:

Ara n-Noti Tekniċi ta' 7B001.

7E004 "Teknoloġija" oħra, kif ġej:

a. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta':

1. Tagħmir ta' l-ajru li jsib id-direzzjoni b'mod awtomatiku, li jopera fuq frekwenzi li jeċċedu l-5 MHz;

2. Systems ta' air data bbażati biss fuq static data tal-wiċċ, i.e. li jiddispensaw mal-probes ta' air data konvenzjonali;

3. Displays tat-tip raster-head-up jew displays bi tliet dimensjonijiet għall-"ajruplani";

4. Sistemi ta' navigazzjoni inerzjali jew kumpassi gyro-astro li fihom aċċelerometri jew gyros speċifikati fil-7A001 jew 7A002;

5. Actuators elettriċi (i.e., pakkett ta' actuator elettromekkaniku, elettro-idrostatiku u integrat), iddisinjat b'mod speċjali għall-"kontroll primarju tat-titjira";

6. "Array optical sensor tal-kontroll tat-titjira" iddisinjat b'mod speċjali sabiex jiġu implimentati s-"sistemi attivi tal-kontroll tat-titjira";

b. "Żvilupp""teknoloġija", kif ġej, għall-"sistemi attivi ta' kontroll tat-titjira" (inkluż il-fly-by-wire jew fly-by-light):

1. Disinn ta' konfigurazzjoni sabiex ikun hemm interkonessjoni ta' elementi multipli ta' mikroelettroniċi li jipproċessaw (komputers abbord) sabiex jintlaħaq "ipproċessar real time" għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-kontroll;

2. Kumpens tal-liġi tal-kontroll għall-lokazzjoni tas-sensor jew piżijiet ta' airframe dinamiku, i.e., kumpens għall-vibrazzjoni tas-sensor, jew għall-varjazzjoni tal-lokazzjoni tas-sensor miċ-ċentru tal-gravita;

3. Tmexxija elettronika tar-redundancy tad-data jew redundancy tas-sistemi għat-tfittxija tal-ħsara, toleranza tal-ħsara, isolament tal-ħsara jew konfigurazzjoni mill-ġdid;

Nota:

7E004.b.3. ma tikkontrollax it-"teknoloġija" għad-disinn ta' redundancy fiżika.

4. Kontrolli tat-titjira li jippermettu ir-rikonfigurazzjoni tat-titjira, tal-forza u tal-kontrolli tal-mument ta' kontrolli real time ta' vetturi ta' l-ajru awtonomi;

5. Integrazzjoni tal-kontroll diġitali tat-titjira, navigazzjoni u data tal-kontroll propulsion, ġo sistema tat-tmexxija tat-titjira, għall-"kontroll totali tat-titjira";

Nota:

7E004.b.5. ma jikkontrollax:

a. "Żvilupp""teknoloġija" għall-integrazzjoni tal-kontroll diġitali tat-titjira, navigazzjoni u kontroll tad-data propulsion ġo sistema diġitali tat-tmexxija tat-titjira għall-"ottimizazzjoni tal-passaġġ tat-titjira";

b. "Żvilupp""teknoloġija" għall-sistemi ta' strumenti tat-titjira "ajruplan", integrata biss għall-VOR, DME, ILS jew MLS navigazzjoni jew approwċ.

6. Kontroll awtoritattiv, sħiħ u diġitali fuq it-titjira, jew sistemi ta' missjoni ta' tmexxija, multi sensor li tapplika is-"sistema ta' l-espert";

Nota:

Għat-"teknoloġija" għall-Kontroll Sħiħ Awtoritattiv u Diġitali tal-Magna ("FADEC"), ara 9E003.a.9.

ċ. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" tas-sistemi tal-ħelikopter, kif ġej:

1. Kontrolluri multi-axis fly-by-wire jew fly-by-light, li jikkombinaw il-funzjonijiet ta', ta' lanqas mis-segwenti, f'element wieħed ta' kontroll:

a. Kontrolli kollettivi;

b. Kontrolli Ċikliċi;

ċ. Kontrolli tal-yaw:

2. "Sistemi ta' anti-torque, ikkontrollat biċ-ċirkolazzjoni jew ta' kontroll direzzjonali, ikontrollat biċ-ċirkolazzjoni";

3. Rotor blades li jinkorporaw il-"variable geometry airfoils" għall-użu tas-sistemi li jużaw kontroll individwali tal-blade.

7E101 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Tekonoloġija għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat fil-7A001 sa 7A006, 7A101 sa 7A106, 7A115 sa 7A117, 7B001, 7B002, 7B003, 7B102, 7B103, 7D101 sa 7D103.

7E102 "Teknoloġija" għall-protezzjoni ta' avjoniċi u subsistemi elettriċi kontra l-polz elettromanjetiku (EMP) u perikoli ta' interferenza elettromanjetika (EMI)minn sorsi esterni, kif ġej:

a. "teknoloġija" disinn għall-sistemi ta' lqugħ;

b. "teknoloġija" disinn għall-konfigurazzjoni taċ-ċirkwiti elettriċi li bbiesu u subsistemi;

ċ. "teknoloġija" disinn għad-determinazzjoni tal-kriterji ta' l-ebbusija tal-7E102.a. u 7E102.b.

7E104 "Teknoloġija" għall-integrazzjoni tal-kontroll tat-titjira, gwida, u propulsion data ġo sistema ta' tmexxija fit-titjira għall-ottimizazzjoni tas-sistema trajectory tar-rokkit.

KATEGORIJA 8

TAL-BAĦAR

8A Sistemi, Tagħmir u Komponenti

8A001 vetturi li jitniżżlu taħt wiċċ il-baħar, u bastimenti tal-wiċċ, kif ġej:

Nota:

Għall-istatus ta' kontroll tat-tagħmir għall-vetturi li jitniżżlu taħt wiċċ il-baħar, ara:

Kategorija 5, Parti 2 "Sigurta ta' l-Informazzjoni" għall-tagħmir ta' komunikazzjoni encrypted;

Kategorija 6 għall-sensors;

Kategoriji 7 u 8 għall-tagħmir ta' navigazzjoni;

Kategorija 8A għall-apparat għal taħt wiċċ il-baħar.

a. Vetturi li jitniżżlu taħt wiċċ il-baħar mgħammra bin-nies, iddisinjati sabiex joperaw f'fond li jeċċedi 1000 m;

b. Vetturi mgħammra li jitniżżlu taħt wiċċ il-baħar untethered, li jkollhom kwalunkwe mis-segwenti:

1. Dissinjati sabiex "joperaw b'mod awtonomu" u li jkollhom il-kapaċita li jerfgħu, is-segwenti:

a. 10;% jew aktar mill-piż tagħhom fl-ajru; u

b. 15 kN jew aktar;

2. Iddisinjat sabiex jopera f'fond li jeċċedi1000 m; jew

3. Li jkollu dawn kollha li ġejjin:

a. Iddisinjat sabiex iġorr ekwipaġġ ta' 4 jew aktar;

b. Iddisinjat sabiex "jopera b'mod awtonomu" għall-10 siegħat jew aktar;

ċ. Li jkollu "medda" ta' 25 mili nawtiċi jew aktar; u

d. Li jkollu tul ta' 21 m jew anqas;

Noti Tekniċi:

1. Għall-għanijet ta' 8A001.b., "jopera b'mod awtonomu" tfisser li jkun imniżżel kollu taħt wiċċ il-baħar, mingħajr pajp, li s-sistemi kollha jaħdmu u li jivjaġġa b' veloċita minima li permezz tagħha dawn il-vetturi jistgħu b'mod protett, jikkontrollaw il-fond tagħhom b'mod dinamiku, billi juża biss id-depth planes, mingħajr l-ebda bżonn tal-bastiment għall-appoġġ jew bażi għall-appoġġ, fil-wiċċ, qiegħ il-baħar jew ix-xatt, u li jkollu sistema ta' propulsion għall-użu fil-qiegħ jew fil-wiċċ.

2. Bil-għanijiet ta' 8A001.b., "medda" tfisser nofs id-distanza minima li l-vettura li titniżżel taħt wiċċ il-baħar tista' tkopri.

ċ. Vetturi, mhux mgħammra, tethered iddisinjati sabiex joperaw f'fond li jeċċedi l-1000 m, li jkollhom kwalunkwe mis-segwenti:

1. Iddisinjat għall-manuvra, self-propelled, li juża muturi propulsion jew thrusters speċifikati fil-8A002.a.2.; jew

2. Li jkollhom data link tal-fibre optic;

d. Vetturi mhux mgħammra, untethered, li jkollhom kwalunkwe mis-segwenti:

1. Iddisinjat sabiex jiddeċiedi korsa relattiva għall-kwalunkwe referenza ġeografika mingħajr assistenza umana real-time;

2. Li jkollha data akustika jew link ta' kmand; jew

3. Li jkollha data ta' l-optic fibre, jew link ta' kmand li jeċċedi1000 m;

e. Sistemi ta' salvataġġ fl-oċejan, b'kapaċita li jerfà li teċċedi 5 MN sabiex isalvaw oġġetti minn fond li jeċċedi il-250 m, u li jkollu kwalunkwe mis-segwenti:

1. Sistemi ta' posizzjonar dinamiku li kapaċi jżomm il-posizzjoni f'20 m ta' punt partikolari, ipprovdut mis-sistema ta' navigazzjoni; jew

2. Navigazzjoni fil-qiegħ tal-baħar, u sistemi ta' integrazzjoni ta' navigazzjoni għall-fond li jeċċedi l-1000 m, b'posizzjonijiet ta' eżatezza sa 10 m ta' punt pretederminat;

f. Vetturi ta' effett fil-wiċċ, (varjeta fully skirted), li jkollhom is-segwenti karatteristiċi kollha:

1. Veloċita disinn, massima, mgħobbija kollha, li teċċedi 30 knots, f'mewġa ta' għoli sinifikattiv ta' 1,25 m (Stat tal-Baħar 3) jew aktar;

2. Pressjoni kuxxinata li teċċedi 3830 Pa; u

3. Minn vapur ħafif, għall-wieħed li jkollu proporzjon ta' ċaqliq għall-tagħbija kompleta, ta' anqas minn 0,70;

g. Vetturi ta' effett fil-wiċċ, (rigid sidewalls) b'disinn ta' veloċita massima, mgħobbijin kompletament, u li jeċċedi l-40 knots, b'għoli sinifikattiv ta' mewġa ta' 3,25 m (Stat tal-Baħar 5) jew aktar;

h. Bastimenti tal-hydrofoil, b'sistemi attivi, sabiex b'mod awtomatiku jikkontrollaw is-sistemi tal-foil, b'disinn ta' veloċita massima, mgħobbijin kompletament, ta' 40 knots jew aktar f'għoli sinifikattiv ta' mewġa ta' 3,25 m (Stat tal-Baħar 5) jew aktar;

i. "Bastimenti ta' ajruplan tal-ilma, ta' spazju żgħir" li jkollu kwalunkwe mis-segwenti:

1. Ċaqliq għall-tagħbija kompleta, li jeċċedi il-500 tunnellata, b'disinn ta' veloċita massima, mgħobbi kompletament, li teċċedi il-35 knots, f'għoli sinifikattiv ta' mewġa ta' 3,25 m (Stat tal-Baħar 5) jew aktar; jew

2. Ċaqliq għall-tagħbija kompleta li jeċċedi l-1500 tunnellata, b'disinn ta' veloċita massima, mgħobbi kompletament, li teċċedi il-25 knots f'għoli sinifikattiv ta' mewġa ta' 4 m (Stat tal-Baħar 6) jew aktar.

Nota Teknika:

"Bastiment ta' ajruplan tal-ilma ta' spazju żgħir" hija mfissra mis-segwenti formola: spazju ta' ajruplan tal-ilma, fuq ġbid ta' disinn operattiv ta' anqas minn 2 × (volum ta' ċaqliq fil-piż fuq ġbid ta' disinn operattiv) 2/3.

8A002 Sistemi u tagħmir, kif ġej:

Nota:

Għall-sistemi ta' komunikazzjoni taħt l-ilma, ara Kategorija 5, Parti 1 - Telekomunikazzjonijiet.

a. Sistemi u tagħmir, iddisinjati b'mod speċjali sabiex joperaw f'fond li jeċċedi 1000 m, kif ġej:

1. Housings tal-pressjoni jew oqsfa tal-pressjoni, b'dijametru massimu fuq ġewwa, li jeċċedi il-1,5 m;

2. Muturi tal-propulsion, b'kurrent dirett jew thrusters;

3. Kejbils umbiliċi, jew oħrajn ta' konnessjoni, jużaw l-optical fibre u li jkollhom membri ta' saħħa sintetika;

b. Sistemi ddisinjati b'mod speċjali jew immodifikati għall-kontroll awtomat tal-moviment tal-vetturi li jitniżżlu taħt wiċċ il-baħar, speċifikati fil-8A001, li jużaw data ta' navigazzjoni u li jkollhom loop servo-controls magħluqa:

1. Li jippermettu li vettura timxi ġo 10 m ta' punt predeterminat, fil-kolonna ta' l-ilma;

2. Li jżomm il-posizzjoni tal-vettura ġo10 m ta' punt predeterminat, fil-kolonna ta' l-ilma; jew

3. Li jżomm il-posizzjoni tal-vettura ġo10 m, fil-waqt li jsegwi il-kejbil fuq jew taħt il-qiegħ tal-baħar;

ċ. Penetraturi tal-qafas, optic, jew ta' konnessjoni;

d. Sistemi ta' viżjoni taħt l-ilma, kif ġej:

1. Sistemi tat-televixin, u kameras tat-televixin, kif ġej:

a. Sistemi tat-televixin, (bħal kameras, tagħmir ta' moniteraġġ jew ta' trasmissjoni ta' sinjali), li jkollhom riżoluzzjoni limitata meta mkejla fl-arja, ta' aktar minn 800 linja, u ddisinjati b'mod speċjali, jew immodifikati għall-operazzjoni rimota, ma' vetturi li jitniżżlu taħt wiċċ il-baħar;

b. Kameras tat-televixin għal taħt wiċċ l-ilma, li jkollhom riżoluzzjoni limitata meta mkejla fl-arja, ta' aktar minn1100 linja;

ċ. Kameras tat-televixin, b'livell ta' dawl baxx, iddisinjati b'mod speċjali għall-użu taħt wiċċ l-ilma, li jkollhom is-segwenti kollha:

1. Tubi li jintensifikaw l-immaġini, speċifikati fil-6A002.a.2.a.; u

2. Aktar minn 150000"pixels attivi" kull firxa ta' spazju ta' stat solidu;

Nota Teknika:

Li tiġi limitata r-riżoluzzjoni fit-televixin hija miżura ta' riżoluzzjoni orizzontali, normalment espressa f'termini ta' numru massimu ta' linji kull stampa, separata fuq test chard, billi jintuża l-Istandard IEEE 208/1960, jew kwalunkwe standard ieħor ekwivalenti.

2. Sistemi, ddisinjati b'mod speċjali, jew immodifikati għall-operazzjoni remota fuq vettura taħt wiċċ l-ilma, fejn jintużaw tekniċi sabiex jimminimizzaw l-effetti tat-tifrix fuq wara, inklużi illuminaturi range-gated, jew sistemi ta' "laser";

e. Kameras ta' ritratti fissi, ddisinjati b'mod speċjali jew immodifikati għall-użu taħt wiċċ il-baħar, taħt 150 m, li jkollhom format ta' film ta' 35 mm jew akbar, u li jkollhom kwalunkwe mis-segwenti:

1. Annotazzjoni tal-fil, b'data pprovduta minn sors estern għall-kamera;

2. Korrezzjoni fil-distanza tal-fokus fuq wara; jew

3. Kontroll awtomatiku fil-kumpens, iddisinjat b'mod speċjali, sabiex jippermetti housing tal-kamera ta' taħt l-ilma, li tistà tintuża f'fond li jeċċedi l-1000 m;

f. Sistemi ta' immaġini elettroniċi, iddisinjati b'mod speċjali, jew immodifikati għall-użu taħt wiċċ l-ilma, kapaċi li jaħżnu b'mod diġitali aktar minn, 50 immaġini esposta;

g. Sistemi tad-dawl, kif ġej, iddisinjati b'mod speċjali, jew immodifikati għall-użu taħt l-ilma:

1. Sistemi ta' dawl stroboskopiku, li kapaċi joħroġ enerġija ta' dawl ta' aktar minn 300 J kull leħħa, u rata ta' leħħa ta' aktar minn 5 leħħat kull sekonda;

2. Sistemi ta' dawl Argon ark, iddisinjati b'mod speċjali għall-użu taħt il-1000 m;

h. "Robots" iddisinjati b'mod speċjali għall-użu taħt wiċċ l-ilma, kkontrollat minn kompjuter "ikkontrollat minn programm maħżun", li jkollu kwalunkwe mis-segwenti:

1. Sistemi li jikkontrollaw "robot", billi tintuża l-informazzjoni minn sensor li jkejlu l-forza jew it-torque applikat fuq oġġett estern, distanza għall-oġġett estern, jew sens tactile bejn ir-"robot" u l-oġġett estern; jew

2. L-abbilita li tiġi eżerċitata forza ta' 250 N jew aktar jew torque ta' 250 Nm jew aktar u jintuża taħlitiet ta' metalli bbażati fuq it-titanju, jew minn materjali ta' "kompost" ta' "fibri jew filamenti", fil-membri strutturali tagħhom;

i. Manipulaturi kkontrollati b'mod remot, iddisinjati b'mod speċjali jew immodifikati għall-użu fuq vetturi li jitniżżlu taħt wiċċ l-ilma, li jkollhom kwalunkwe mis-segwenti:

1. Sistemi li jikkontrollaw il-manipulaturi billi tintuża l-informazzjoni minn sensors li jkejlu t-torque jew il-forza applikata fuq oġġett estern, jew sens tactile bejn il-manipulatur jew l-oġġett estern; jew

2. Ikkontrollat minn tekniċi ta' master-slave proporzjonali, jew billi tuża kompjuter iddedikat, bi "programm maħżun ikkontrollat" u li jkollu 5 gradi ta' liberta ta' moviment jew aktar;

Nota:

Funzjonijiet li jkollhom biss kontroll proporzjonali billi jintuża feedback posizzjonali, jew billi jintuża komputer dedikat bi "programm maħżun ikkontrollat", huma meqjusa meta jiġi determinat in-numri ta' gradi għal-liberta ta' moviment.

j. Sistemi ta' qawwa, b'arja indipendenti, iddisinjati b'mod speċjali għall-użu taħt wiċċ l-ilma, kif ġej:

1. Sistemi ta' muturi ċikliċi, ta' qawwa, b'arja indipendenti Brayton jew Rankine, li jkollhom kwalunkwe mis-segwenti:

a. Scrubber kimiku jew sistemi li jassorbu, iddisinjati b'mod speċjali sabiex ineħħu il-carbon dioxide, carbon monoxide u biċċiet mill-fwar tal-magni ċirkulat mill-ġdid;

b. Sistemi ddisinjati b'mod speċjali, sabiex jintuża il-gass monoatomiku;

ċ. Apparati jew postijiet ġewwa, iddisinjati b'mod speċjali għat-tnaqqis ta' ħsejjes taħt wiċċ l-ilma, fi frekwenzi taħt l-10 kHz, jew apparati apposta ta' immuntar għall-tnaqqis fl-impatt; jew

d. Sistemi ddisinjati b'mod speċjali:

1. Sabiex joħolqu pressjoni fuq il-prodotti tar-reazzjoni jew tal-formazzjoni mill-ġdid tal-fuel:

2. Sabiex taħżen il-prodotti tar-reazzjoni; u

3. Sabiex tiskariga l-prodotti tar-reazzjoni kontra l-pressjoni ta' 100 kPa jew aktar;

2. Sistemi ta' magni jaħdmu bid-diesel, b'arja indipendenti, li jkollhom is-segwenti kollha:

a. Scrubber kimiku u sistemi li jassorbu, iddisinjati b'mod speċjali sabiex ineħħu il-carbon dioxide, carbon monoxide u biċċiet mill-fwar tal-magni ċirkolat mill-ġdid;

b. Sistemi ddisinjati b'mod speċjali sabiex jintuża l-gass monoatomiku;

ċ. Apparat jew postijiet fuq ġewwa, ddisinjati b'mod speċjali għat-tnaqqis ta' ħsejjes taħt wiċċ l-ilma, fi frekwenzi taħt l-10 kHz jew apparati ta' immuntar għall-tnaqqis fl-impatt; u

d. Sistemi ta' fwar, iddisinjati b'mod speċjali, li ma' jirrilaxxawx b'mod kontinwu il-prodotti tal-proċess tal-ħruq;

3. Sistemi ta' qawwa ta' arja indipendenti, fuel cell bi ħruġ li jeċċedi il-2 kW, li jkollu kwalunkwe mis-segwenti:

a. Apparati jew postijiet fuq ġewwa, ddisinjati b'mod speċjali għall-tnaqqis fil-ħsejjes taħt wiċċ l-ilma, fi frekwenzi taħt l-10 kHz jew apparat ta' immuntar għall-tnaqqis fl-impatt; jew

b. Sistemi ddisinjati b'mod speċjali:

1. Sabiex jagħmlu l-pressjoni tar-reazzjoni jew tal-formazzjoni mill-ġdid tal-fuel;

2. Sabiex jaħżnu l-prodotti tar-reazzjoni; u

3. Sabiex tiskariga l-prodotti tar-reazzjoni kontra l-pressjoni ta'100 kPa jew aktar;

4. Sistemi ta' qawwa ta' magna stirling cycle ta' arja indipendenti, li jkollhom is-segwenti kollha:

a. Tagħmir jew postijiet fuq ġewwa ddisinjati b'mod speċjali għall-tnaqqis fil-ħsejjes taħt wiċċ l-ilma, fi frekwenzi taħt l-10 kHz jew apparat ta' immuntar għall-tnaqqis fl-impatt; u

b. Sistemi ta' fwar iddisinjati b'mod speċjali, li jiskarikaw il-prodotti ta' proċess ta' ħruq kontra pressjoni ta' 100 kPa jew aktar;

k. Dbielet, siġġilli u swaba, li jkollhom kwalunke mis-segwenti:

1. Iddisinjati għall-pressjoni kuxxinata ta' 3,830 Pa jew aktar, li topera fuq għoli sinifikattiv ta' mewġa ta' 1,25 m (Stat tal-Baħar 3) jew aktar, u ddisinjat b'mod speċjali għall-vetturi b'effett fil-wiċċ (varjeta fully skirted) speċifikat fil-8A001.f.; jew

2. Iddisinjat għall-pressjonijiet kuxxinati ta' 6,224 Pa jew aktar, li joperaw fuq għoli sinifikattiv ta' mewġa ta' 3,25 m (Stat tal-Baħar 5) jew aktar u ddisinjat b'mod speċjali għall-vetturi t'effett fil-wiċċ ta' (rigid sidewalls) speċifikat fil-8A001.g.;

l. Fannijiet ta' rfigħ ratati fuq aktar minn 400 kW, iddisinjati fuq vetturi ta' effett fil-wiċċ, speċifikati fil-8A001.f. jew 8A001.g.;

m. Imniżżla b'mod komplet taħt wiċċ l-ilma, subcavitatin g jew supercavitating hydrofoils, iddisinjati b'mod speċjali għall-bastimenti speċifikati fil-8A001.h.;

n. Sistemi attivi, ddisinjati b'mod speċjali jew immodifikati sabiex jikkontrollaw b'mod awtomatiku il-moviment ipprovokat mill-baħar tal-vetturi jew bastimenti, speċifikati fil-8A001.f., 8A001.g., 8A001.h. or 8A001.i.;

o. Skrejjen, sistemi ta' trasmissjoni ta' qawwa, sistemi ta' ġenerazzjoni ta' qawwa, u sistemi ta' tnaqqis ta' ħsejjes, kif ġej:

1. Skrun ta' l-ilma, jew sistemi ta' trasmissjoni ta' qawwa, kif ġej, iddisinjati b'mod speċjali għall-vetturi t'effett fil-wiċċ, (varjeta, fully skirted jew rigid sidewall), hydrofoils jew bastimenti ta' ajruplan ta' spazju żgħir, speċifikat fil-8A001.f., 8A001.g., 8A001.h. jew 8A001.i.:

a. Supercavitating, super-ventilated, parzjalment mgħaddsa, jew skrejjen li jtaqqbu l-wiċċ, ratati fuq aktar minn 7,5 MW;

b. Sistemi ta' skrejjen contrarotating, ratati fuq aktar minn15 MW;

ċ. Sistemi li jużaw tekniċi pre-swirl jew post-swirlsabiex jillixja il-mixja fl-iskrun;

d. Iggerjar ta' tnaqqis, ta' piż ħafif, u b'kapaċita għolja (fattur K li jeċċedi 300);

e. Sistemi ta' xaft ta trasmissjoni, li jinkorpora komponenti ta' materjali "komposti" kapaċi li jitrasmettu aktar minn1 MW;

2. Skrun, ta' l-ilma, sistemi ta' ġenerazzjoni ta' qawwa, jew sistemi ta' trasmissjoni iddisinjati għall-użu fuq il-bastimenti, kif ġej:

a. Skrejjen li jkollhom il-pitch kontrollabbli, u hub assemblies ratati fuq aktar minn 30 MW;

b. Magni ta' propulsion b'sistema interna liquid-cooled, bi ħruġ ta' qawwa, li teċċedi it-2,5 MW;

ċ. Magni ta' propulsion"superconductive", jew magni ta' propulsion b' kalamita elettrika permanenti, bi ħruġ ta' qawwa li teċċedi iz-0,1 MW;

d. Sistemi ta' xaftijiet ta' trasmissjoni ta' qawwa, li jinkorporaw, komponenti ta' materjali "komposti", li kapaċi jitrasmettu aktar minn 2 MW;

e. Sistemi ta' skrun ventilated jew base-ventilated ratati fuq aktar minn 2,5 MW;

3. Sistemi ta' tnaqqis ta' ħsejjes iddisinjati għall-użu ta' bastimenti ta' ċaqliq ta' 1000 jew aktar, kif ġej:

a. Sistemi li jnaqqsu il-ħsejjes taħt wiċċ l-ilma, fi frekwenzi taħt il-500 Hz u li jikkonsistu fi tlugħ akustiku maqgħud, għall-isolament akustiku ta' magni li jaħdmu bid-diesel, settijiet ta' ġeneraturi tad-diesel, turbini tal-gass, settijiet ta' ġeneraturi tat-turbini tal-gass, muturi ta' propulsion, gerijiet ta' tnaqqis ta' propulsion, iddisinjati b'mod speċjali għall-isolament tal-ħoss u l-vibrazzjoni, li jkollu piż intermedju li jeċċedi 30 % tat-tagħmir li jrid jiġi mmontat;

b. Sistemi ta' tnaqqis attiv tal-ħsejjes, jew ta' kanċellament, jew bearings manjetiċi, iddisinjati b'mod speċjali għall-sistemi ta' trasmissjoni ta' qawwa, jew li jinkorporaw sistemi ta' kontroll elettroniku, li kapaċi jnaqqas il-vibrazzjoni tat-tagħmir, bil-ġenerazzjoni ta' sinjali, kontra l-ħsejjes jew kontra l-vibrazzjoni, direttament lejn is-sors;

p. Sistemi ta' pumpjet propulsion li jkollhom ħruġ ta' qawwa li teċċedi it-2,5 MW billi jużaw divergent nozzle u tekniċi li jikkondizzjonaw il-mixja ta' l-effiċjenza propulsive, jew inaqqas il-ħsejjes taħt wiċċ l-ilma li jkunu ġenerati mill-propulsion;

q. Ċirkwit li jkun self-contained, magħluq, jew semi-magħluq (rebreathing), apparat għal-għads, u l-għawn taħt wiċċ l-ilma.

Nota:

8A002.q. ma tikkontrollax, l-apparat individwali, għall-użu personali meta takkompanja l-utent tagħha.

8B Prova, Spezzjoni u Tagħmir tal-Produzzjoni

8B001 Mini ta' l-ilma, li jkollhom ħsejjes fuq wara ta' anqas minn 100 dB (referenza 1 μPa, 1 Hz), fil-medda ta' frekwenza minn 0 sa 500 Hz, ddisinjati sabiex ikejlu l-oqsma akustiċi, ġenerati minn mixja ta' hydro, madwar il-mudelli ta' sistema ta' propulsion.

8C Materjali

8C001 "Syntactic foam" iddisinjat għall-użu taħt wiċċ l-ilma, u li jkollu is-segwenti kollha:

a. Iddisinjat għall-fond tal-baħar li jeċċedi l-1000 m; u

b. B'densita anqas minn 561 kg/m3.

Nota Teknika:

Is-"Syntactic foam" jikkonsisti fi sferi mħaffra ta' plastik jew ħġieġ, li jkun fil-matrix tar-resin.

8D Software

8D001 "Software" iddisinjat b'mod speċjali, jew immodifikat għall-"iżvilupp", "produzzjoni" jew "użu" ta' tagħmir jew materjali speċifikati fit-8A, 8B jew 8C.

8D002 "Software" speċifiku, iddisinjat b'mod speċjali jew immodifikat għall-"iżvilupp", "produzzjoni", tiswija, reviżjoni totali jew restawr (makkinar mill-ġdid) ta' skrejjen iddisinjati b'mod speċjali għall-tnaqqis ta' ħsejjes taħt wiċċ l-ilma.

8E Teknoloġija

8E001 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew "produzzjoni" ta' tagħmir jew materjali speċifikati fit-8A, 8B jew 8C.

8E002 "Teknoloġija", oħra, kif ġej:

a. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp", "produzzjoni", tiswija, reviżjoni totali jew restawr (makkinar mill-ġdid) ta' skrejjen iddisinjati għall-tnaqqis ta' ħsejjes taħt wiċċ l-ilma;

b. "Teknoloġija" għar-reviżjoni totali jew restawr ta' tagħmir speċifikat fit-8A001, 8A002.b., 8A002.j., 8A002.o. jew 8A002.p.

KATEGORIJA 9

SISTEMI TA' PROPULSJONI, VETTURI SPAZJALI U TAGĦMIR RELATAT

9A Sistemi, Tagħmir u Komponenti

N.B.:

Għal sistemi ta' propulsjoni ddisinjati jew klassifikati li jirreżistu radjazzjoni bin-newtroni jew radjazzjoni jonizzanti transitorja, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

9A001 Magni aeronawtiċi bit-turbini tal-gass li jinkorporaw xi waħda mit-"teknoloġiji" speċifikati fid-9E003.a., kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A101.

a. Mhux ċċertifikati għal "l-inġenji ta' l-ajru ċivili" speċifiċi li għalihom huma maħsuba;

b. Mhux ċċertifikati għall-użu ċivili mill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni fi "stat parteċipant";

ċ. Iddisinjati biex jivvjaġġaw b'veloċitajiet moderati li jeċċedu l-Mach 1,2 għal aktar minn tletin minuta.

9A002 "Magni marini bit-turbini tal-gass" li għandhom klassifika ta' forza kontinwa skond l-istandard ta' l-ISO ta' 24245 kW jew aktar u konsum speċifiku ta' karburanti li ma jeċċedix iż-0,219 kg/kWh fil-firxa ta' forza ta' minn 35 sa 100 %, u mmuntaturi u komponenti ddisinjati b'mod speċjali għalihom.

Nota:

It-terminu "magni marini bit-turbini tal-gass" jinkludi dawk il-magni bit-turbini tal-gass sew industrijali, jew dawk derivati minn magni aeronawtiċi, adattati għall-ġenerazzjoni tal-forza elettrika ta' vapur jew għall-propulsjoni tiegħu.

9A003 Immuntaturi u komponenti li huma ddisinjati b'mod speċjali, u li jinkorporaw xi waħda mit-"teknoloġiji" speċifikati fid-9E003.a., għas-sistemi ta' propulsjoni b'magni bit-turbini tal-gass li ġejjin:

a. Speċifikati fid-9A001;

b. Li d-disinn tagħhom jew l-oriġini tal-produzzjoni jew mhumiex "stati parteċipanti" jew mhumiex magħrufin mal-fabbrikant.

9A004 Vetturi tal-varar fl-ispazju u "vetturi spazjali".

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A104.

Nota:

Id-9A004 ma tikkontrollax it-tagħbija li tinġarr.

N.B.:

Għall-istatus ta' kontroll ta' prodotti li jinsabu fit-tagħbija li tinġarr fil-"vetturi spazjali", ara l-Katergoriji xierqa.

9A005 Sistemi ta' propulsjoni tar-ròkits bil-propellant likwidu li jkunu jinsabu fihom xi wieħed mis-sistemi jew komponenti speċifikati fid-9A006.

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A105 u D-9A119.

9A006 Sistemi u komponenti ddisinjati b'mod speċjali għal sistemi ta' propulsjoni tar-ròkits bil-propellant likwidu, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A106 u D-9A108.

a. Refriġerejters krijoġeniċi, fliexken ta' Dewar ta' piż ħafif għat-trasport bl-ajru, pajpijiet tas-sħana krijoġeniċi jew sistemi krijoġeniċi ddisinjati b'mod speċjali għall-użu fil-vetturi spazjali u kapaċi li jirrestrinġu t-telf ta' fluwidu krijoġeniku għal inqas minn 30 % fis-sena;

b. Kontenituri krijoġeniċi jew sistemi tar-refriġerazzjoni b'ċiklu magħluq li kapaċi jipprovdu temperaturi ta' 100 K (- 173 °Ċ) jew anqas għall-"inġenji ta' l-ajru" li huma kapaċi ta' titjir sostenut f'veloċitajiet li jeċċedu l-Mach 3, vetturi tal-varar jew "vetturi spazjali";

ċ. Sistemi ta' ħażna jew ta' trasferiment ta' idroġenu fi stat nofsu maħlul;

d. Turbopompi bi pressjoni għolja (li teċċedi s-17,5 MPa), komponenti tal-pompi jew is-sistemi assoċjati tagħhom ta' trasmissjoni ta' forza permezz tat-turbini b'ċiklu ta' espansjoni jew ta' ġeneraturi tal-gass;

e. Kmamar ta' l-imbottatura bi pressjoni għolja (li teċċedi l-10,6 MPa) u ż-żennuni għalihom;

f. Sistemi tal-ħażna ta' propellant li jużaw il-prinċipju ta' trażżin kapillari jew ta' tkeċċija posittiva (i.e., bil-bżieżaq flessibbli);

ġ. Injettaturi ta' propellant likwidu, b'toqob individwali b'dijametru ta' 0,381 mm jew inqas (erja ta' 1,14 × 10-3 ċm2 jew inqas għal toqob mhux fl-għamla ta' ċirku) iddisinjati b'mod speċjali għall-magni tar-ròkits bil-propellant likwidu:

g. Kmamar ta' l-imbottatura tal-karbonju-karbonju f'biċċa waħda jew koni tal-ħruġ tal-karbonju-karbonju f'biċċa waħda b'densità li teċċedi l-1,4 g/ċm3 u qawwa taħt il-ġbid li teċċedi t-48 MPa.

9A007 Sistemi ta' propulsjoni tar-ròkits bil-propellant solidu b'xi wieħed milli ġej:

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A119.

a. Kapaċità ta' impuls totali li teċċedi l-1,1 MNs;

b. Impuls speċifiku ta' 2,4 kNs/kg jew aktar meta l-fluss miż-żennuna tespandi għall-kondizzjonijiet ambjentali tal-livell tal-baħar għal pressjoni tal-kamra aġġustata ta' 7 MPa;

ċ. Frazzjonijiet tal-massa ta' l-istadju li jeċċedu t-88 % u tagħbijiet tal-propellant solidu li jeċċedu s-86 %;

d. Xi wieħed mill-komponenti speċifikati fid-9A008; jew

e. Sistemi ta' iżolazzjoni u ta' rbit ta' propellant li jużaw disinni tal-mutur b'irbit dirett biex jipprovdu "rabta mekkanika qawwija" jew barriera għall-emigrazzjoni kimika bejn il-propellant solidu u l-materjal ta' iżolazzjoni tal-kontenitur.

Nota Teknika:

Għall-iskop tad-9A007.e., "rabta mekkanika qawwija" tfisser qawwa ta' rbit daqs jew aktar mill-qawwa tal-propellant.

9A008 Komponenti, kif ġej, iddisinjati b'mod speċjali għas-sistemi ta' propulsjoni tar-ròkits bil-propellant solidu:

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A108.

a. Sistemi ta' rbit ta' l-iżolazzjoni u tal-propellant bl-użu ta' inforor biex jipprovdu "rabta mekkanika qawwija" jew barriera għall-emigrazzjoni kimika bejn il-propellant solidu u l-materjal ta' l-iżolazzjoni tal-kontenitur;

Nota Teknika:

Għall-iskop tad-9A008.a., "rabta mekkanika qawwija" tfisser qawwa ta' rbit daqs jew aktar mill-qawwa tal-propellant.

b. Kontenituri tal-muturi mdawrin bil-filament "kompost" ta' dijametru li jeċċedi ż-0,61 m jew ta' "proporzjonijiet ta' effiċjenza strutturali (PV/W)" li jeċċedu l-25 km;

Nota Teknika:

Il-"proporzjon ta' effiċjenza strutturali (PV/W)" huwa l-pressjoni tat-tifqigħ (P) immultiplikata bil-volum tar-reċipjent (V) diviż bil-piż totali (W) tar-reċipjent tal-pressjoni.

ċ. Żennuni b'livelli ta' imbottatura li teċċedi l-45 kN jew rati ta' tgħawwir ta' l-egħnuq taż-żennuni ta' inqas minn 0,075 mm/s;

d. Żennuni li jistgħu jiċċaqalqu jew sistemi tal-kontroll ta' l-imbottatura tal-vettoru bl-injezzjoni sekondarja ta' fluwidu li kapaċi jagħmlu wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Moviment fuq kull assi li jeċċedi l ± 5o;

2. Rotazzjonijiet angulari tal-vettoru ta' 20o/s jew aktar; jew

3. Aċċelerazzjonijiet angulari tal-vettoru ta' 40o/s2 jew aktar.

9A009 Sistemi tal-propulsjoni ibridi tar-ròkits bi:

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A109 u D-9A119.

a. Kapaċità ta' l-impuls totali li teċċedi l-1,1 MNs; jew

b. Livelli ta' imbottatura li jeċċedu l-220 kN f'kondizzjonijiet ta' ħruġ fil-vakwu.

9A010 Komponenti ddisinjati b'mod speċjali, sistemi u strutturi għall-vetturi tal-varar, sistemi ta' propulsjoni għall-vetturi tal-varar jew "vetturi spazjali", kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL IL-1A002 U D-9A110.

a. Komponenti u strutturi li kull wieġed minnhom jeċċedi l-10 kg, iddisinjati b'mod speċjali għall-vetturi tal-varar manifatturati bl-użu ta' "matriċi" tal-metall, "kompost", "kompost" organiku, "matriċi" taċ-ċeramika jew materjali intermetalliċi rrinforzati speċifikati fil-1Ċ007 jew fil-1Ċ010;

Nota:

Il-limitu tal-piż mhux relevanti għall-koni ta' quddiem.

b. Komponenti u strutturi ddisinjati b'mod speċjali għas-sistemi ta' propulsjoni għall-vetturi tal-varar speċifikati fid-9A005 sad-9A009 manifatturati bl-użu ta' matriċi tal-metall, kompost, kompost organiku, matriċi taċ-ċeramika jew materjali intermetalliċi rrinforzati speċifikati fil-1Ċ007 jew fil-1Ċ010;

ċ. Komponenti strutturali u sistemi ta' iżolazzjoni ddisinjati b'mod speċjali biex jikkontrollaw b'mod attiv ir-rispons dinamiku jew it-tagħwiġ ta' strutturi ta' "vetturi spazjali";

d. Magni tar-ròkits bil-propellant likwidu bil-vibrazzjoni bi proporzjonijiet ta' imbottatura għal piż daqs jew aktar minn 1 kN/kg u b'ħin ta' rispons (il-ħin meħtieġ biex tinkiseb 90 % ta' l-imbottatura klassifikata totali mit-tluq) ta' inqas minn 30 ms.

9A011 Magni ramjet, magni scramjet jew magni b'ċiklu magħqud u l-komponenti ddisinjati b'mod speċjali għalihom.

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A111 u D-9A118.

9A012 Vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Kapacità awtonoma tal-kontroll tat-titjir u tan-navigazzjoni (eż., awtopilota b'Sistema ta' Navigazzjoni Inerzjali); jew

b. Kapaċità ta' titjir ikkontrollat barra mill-medda tal-vista diretta li tinvolvi operatur uman (eż., kontroll remot televiżwali).

9A101 Turboġett ħafif u magni tat-turbofann (inklużi magni turbokomposti) li jistgħu jintużaw f'"missili", oħra għajr dawk speċifikati fid-9A001, kif ġej;

a. Magni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. Valur massimu ta' imbottatura ogħla minn 400 N (li jintlaġaq bil-magna mhix installata) esklużi magni ċċertifikati miċ-ċivil b'valur massimu ta' imbottatura ogħla minn 8890 N (li jintlaġaq bil-magna mhix installata), u

2. Konsum speċifiku ta' karburanti ta' 0,15 kg/N/siegħa jew inqas (f'forza massima kontinwa fil-livell tal-baħar f'kondizzjonijiet statiċi u standard);

b. Magni ddisinjati jew modifikati għall-użu fil-"missili".

9A104 Ròkits ta' l-iskandaljar, kapaċi li jilħqu distanza ta' mill-inqas 300 km.

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A004.

9A105 Magni tar-ròkits bil-propellant likwidu, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A119.

a. Magni tar-ròkits bil-propellant likwidu li jistgħu jintużaw fil-"missili", oħra għajr dawk speċifikati fid-9A005, u li għandhom kapaċità totali ta' impuls ta' 1,1 MNs jew ogħla;

b. Magni tar-ròkits bil-propellant likwidu, li jistgħu jintużaw f'sistemi kompluti tar-ròkits jew ta' vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ, li kapaċi jilħqu distanza ta' 300 km, oħra għajr dawk speċifikati fid-9A005 jew id-9A105.a., u li għandhom kapaċità totali ta' impuls ta' 0,841 MNs jew ogħla.

9A106 Sistemi jew komponenti, oħra għajr dawk speċifikati fid-9A006, li jistgħu jintużaw fil-"missili", kif ġej, iddisinjati b'mod speċjali għal sistemi ta' propulsjoni tar-ròkits bil-propellant likwidu:

a. Inforor ablattivi għall-kmamar ta' l-imbottatura jew tal-kombustjoni;

b. Żennuni tar-ròkits;

ċ. Sotto-sistemi għall-kontroll ta' l-imbottatura tal-vettoru;

Nota Teknika:

Eżempji ta' metodi biex jinkiseb il-kontroll ta' l-imbottatura tal-vettoru speċifikat fid-9A106.ċ. huma:

1. Żennuna flessibbli;

2. Injezzjoni ta' fluwidu jew ta' gass sekondarju;

3. Magna jew żennuna li jistgħu jiċċaqalqu;

4. Liwja tan-nixxiegħa ta' gass ta' l-ispurgar (il-qlugħ jew is-sondi tal-ġett); jew

5. Tabs ta' l-imbottatura.

d. Sisemi tal-kontroll għall-propellant likwidu u propellant magħmul minn slurry (inkluż l-ossidanti), u l-komponenti ddisinjati b'mod speċjali għalihom, iddisinjati jew modifikati biex joperaw f'ambjenti ta' vibrazzjoni ta' aktar minn 10 g rms bejn l-20 Hz u l-2000 Hz.

Nota:

L-uniċi servo-valvi u pompi speċifikati fid-9A106.d., huma dawn li ġejjin:

a. Servo-valvi ddisinjati għal rati ta' fluss ta' 24 litru il-minuta jew ogħla, fi pressjoni assoluta ta' 7 MPa jew ogħla, li għandhom ħin ta' rispons ta' l-attwatur ta' inqas minn 100 ms;

b. Pompi, għal propellanti likwidi, b'veloċità tax-xâft daqs jew ogħla minn 8000 r.p.m. jew bi pressjoni tal-ħruġ daqs jew ogħla minn 7 MPa.

9A107 Magni tar-ròkits bil-propellant solidu, li jistgħu jintużaw f'sistemi kompluti tar-ròkits jew ta' vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ,li kapaċi jilħqu distanza ta' 300 km, oħra għajr dawk speċifikati fid-9A007, u li għandhom kapaċità totali ta' impuls ta' 0,841 MNs jew ogħla.

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A119.

9A108 Komponenti, oħra għajr dawk speċifikati fid-9A008, li jistgħu jintużaw f'"missili", kif ġej, iddisinjati b'mod speċjali għal sistemi ta' propulsjoni tar-ròkits bil-propellant solidu:

a. Kontenituri tal-muturi tar-ròkits, il-"kisja ta' ġewwa" u l-"iżolazzjoni" għalihom;

b. Żennuni tar-ròkits;

ċ. Sotto-sistemi għall-kontroll ta' l-imbottatura tal-vettoru.

Nota Teknika:

Eżempji ta' metodi biex jinkiseb il-kontroll ta' l-imbottatura tal-vettoru speċifikat fid-9A106.ċ. huma:

1. Żennuna flessibbli;

2. Injezzjoni ta' fluwidu jew ta' gass sekondarju;

3. Magna jew żennuna li jistgħu jiċċaqalqu;

4. Liwja tan-nixxiegħa ta' gass ta' l-ispurgar (il-qlugħ jew is-sondi tal-ġett); jew

5. Tabs ta' l-imbottatura.

9A109 Muturi tar-ròkits ibridi, li jistgħu jintużaw f'"missili", oħra għajr dawk speċifikati fid-9A009, u l-komponenti ddisinjati b'mod speċjali għalihom.

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A119.

9A110 Strutturi komposti, laminati u l-immanifatturi tagħhom, oħra għajr dawk speċifikati fid-9A010, iddisinjati b'mod speċjali għall-użu fil-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati fid-9A004 jew fir-ròkits ta' l-iskandaljar speċifikati fid-9A104 jew fis-sottosistemi speċifikati fid-9A005, 9A007, 9A105.a., 9A106 sad-9A108, 9A116 jew id-9A119.

N.B.:

ARA WKOLL IL-1A002.

9A111 Magni tal-ġett bil-vibrazzjoni, li jistgħu jintużaw fil-"missili", u l-komponenti ddisinjati b'mod speċjali għalihom.

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A011 u D-9A118.

9A115 Tagħmir sostenitur tal-varar, iddisinjat jew modifikat għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati fid-9A004 jew ròkits ta' l-iskandaljar speċifikati fid-9A104, kif ġej:

a. Apparat u għodda għall-immaniġjar, kontroll, attivazzjoni jew varar;

b. Vetturi għat-trasport, immaniġjar, kontroll, attivazzjoni jew varar.

9A116 Vetturi tad-dħul mill-ġdid, li jistgħu jintużaw fil-"missili", u t-tagħmir ddisinjat jew modifikat għalihom, kif ġej:

a. Vetturi tad-dħul mill-ġdid;

b. Tarki għall-isħana u l-komponenti għalihom manifatturati miċ-ċeramika jew minn materjali ablattivi;

ċ. Korpijiet biex jixorbu s-sħana u l-komponenti għalihom manifatturati minn materjali ħfief, u ta' kapaċità termika għolja;

d. Tagħmir elettroniku ddisinjat b'mod speċjali għall-vetturi tad-dħul mill-ġdid.

9A117 Mekkaniżmi għas-separazzjoni fi stadji, mekkaniżmi għas-separazzjoni, u s-stadji intermedji tagħhom, li jistgħu jintużaw fil-"missili".

9A118 Għodda biex jirregolaw il-kombustjoni li jistgħu jintużaw fil-magni, li jistgħu jintużaw fil-"missili", speċifikati fid-9A011 jew id-9A111.

9A119 Stadji individwali tar-ròkits, li jistgħu jintużaw f'sistemi kompluti tar-ròkits jew vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ, u li kapaċi jilħqu distanza ta' 300 km, oħra għajr dawk speċifikati fid-9A005, 9A007, 9A009, 9A105, 9A107 u d-9A109.

9B Tagħmir tal-Prova, Spezzjoni u Produzzjoni

9B001 Tagħmir, għodda u oġġetti fissi fil-post ddisinjati b'mod speċjali, kif ġej, għall-manifattura ta' xfafar tat-turbini tal-gass, qlugħ jew l-ikkastjar ta' l-estremitajiet tal-ħbula:

a. Tagħmir ta' solidifikazzjoni direzzjonali jew ta' l-ikkastjar monokristallin;

b. Qlub jew qxur taċ-ċeramika;

9B002 Sistemi tal-kontroll on-line (żmien reali), strumentazzjoni (inkluż is-sensors) jew tagħmir awtomatiku ta' l-akkwist u l-iproċessar tad-data, iddisinjati b'mod speċjali għall-"iżvilupp" ta' magni bit-turbini tal-gass, immuntaturi jew komponenti li jinkorporaw it-"teknoloġiji" speċifikati fid-9E003.a.

9B003 Tagħmir iddisinjat b'mod speċjali għall-"produzzjoni" jew il-prova tas-siġilli ta' l-ixkupilja bit-turbini tal-gass iddisinjati li joperaw f'veloċità ta' l-estremitajiet li teċċedi t-335 m/s, u f'temperaturi li jeċċedu s-773 K (500 °Ċ), u l-komponenti u l-aċċesorji ddisinjati b'mod speċjali għalihom.

9B004 Għodda, forom jew oġġetti fissi fil-post għall-għaqda fl-istat solidu ta' ajrufojl-mad-disk b'"superliga", titanju jew intermetallika kif deskritt fid-9E003.a.3. jew id-9E003.a.6. għat-turbini tal-gass.

9B005 Sistemi tal-kontroll on-line (żmien reali), strumentazzjoni (inkluż is-sensors) jew tagħmir awtomatiku ta' l-akkwist u l-iproċessar tad-data, iddisinjati b'mod speċjali għall użu ma' xi wieħed mill-mini tar-riħ jew għodda li ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL ID-9B105.

a. Mini tar-riħ iddisinjati għall-veloċità ta' Mach 1,2 jew aktar, ħlief dawk iddisinjati b'mod speċjali għal skopijiet edukattivi u li għandhom "daqs tas-sezzjoni tal-prova" (meqjusa lateralment) ta' inqas minn 250 mm;

Nota Teknika:

"Daqs tas-sezzjoni tal-prova" fid-9B005.a. ifisser id-dijametru taċ-ċirku, jew il-ġenb tal-kwadru, jew l-itwal ġenb tar-rettangolu, fl-akbar lokalità tas-sezzjoni tal-prova.

b. Għodda għas-simulazzjoni ta' l-ambjenti tal-fluss f'veloċitajiet li jeċċedu l-Mach 5, inklużi l-mini b'impuls termiku, mini b'arka tal-plażma, tubi tax-xokk, mini tax-xokk, mini tal-gass u xkubetti tal-gass ħafif; jew

ċ. Mini tar-riħ jew għodda, oħra għajr sezzjonijiet f'żewġ dimensjonijiet, kapaċi li jissimulaw fluss bin-numru ta' Reynolds li jeċċedi l-25 × 106.

9B006 Tagħmir tal-prova bil-vibrazzjoni akustika kapaċi li jipproduċi livelli ta' pressjoni tal-ħoss ta' 160 dB jew aktar (referenzat għal 20 μPa) bi produzzjoni klassifikata ta' 4 kW jew aktar f'temperatura ta' ċellola tal-prova li teċċedi l-1273 K (1000 °Ċ), u ħîters tal-kwarz iddisinjati b'mod speċjali għalih.

N.B.:

ARA WKOLL ID-9B106.

9B007 Tagħmir iddisinjat b'mod speċjali għall-ispezzjonar ta' l-integrità tal-muturi tar-ròkits bl-użu ta' metodi ta' teknika tal-prova mhux distruttivi (NDT) oħra għajr l-użu ta' tar-raġġi-X planari jew ta' analiżi fiżika jew kimika bażika.

9B008 Transducers iddisinjati b'mod speċjali għat-tiqjis dirett tal-frizzjoni tal-qoxra tal-ħajt tal-fluss tal-prova b'temperatura ta' staġnar li teċċedi t-833 K (560 °Ċ).

9B009 Għodda iddisinjati b'mod speċjali għall-produzzjoni ta' komponenti tar-rotors ta' magni bit-turbini miksuba bil-metallurġija tat-trab li kapaċi joperaw f'livelli ta' forza ta' 60 % tal-qawwa finali taħt il-ġbid (UTS) jew aktar u f'temperaturi tal-metall ta' 873 K (600 °Ċ) jew aktar.

9B105 Mini tar-riħ għall-veloċitajiet ta' Mach 0,9 jew aktar, li jistgħu jintużaw għall-"missili" u s-sottosistemi tagħhom.

N.B.:

ARA WKOLL ID-9B005.

9B106 Kmamar ambjentali u kmamar mingħajr eku, kif ġej:

a. Kmamar ambjentali li kapaċi jissimulaw il-kondizzjonijiet tat-titjir li ġejjin:

1. Ambjenti tal-vibrazzjoni ta' 10 g rms jew aktar bejn l-20 Hz u l-2000 Hz u li jgħaddu forzi ta' kN jew aktar; u

2. Għoli ta' 15000 m jew aktar; jew

3. Firxa ta' temperaturi ta' mill-inqas 223 K (- 50 °Ċ) sa 398 K (+ 125 °Ċ);

b. Kmamar mingħajr eku li kapaċi jissimulaw il-kondizzjonijiet tat-titjir li ġejjin:

1. Ambjenti akustiċi b'livell totali ta' pressjoni tal-ħoss ta' 140 dB jew aktar (referenzat għal 20 μPa) jew b'produzzjoni ta' forza klassifikata ta' 4 kW jew aktar; u

2. Għoli ta' 15000 m jew aktar; jew

3. Firxa ta' temperaturi ta' mill-inqas 223 K (- 50 °Ċ) sa 398 K (+ 125 °Ċ).

9B115 Tagħmir tal-"produzzjoni" iddisinjat b'mod speċjali għas-sistemi, sottosistemi u komponenti speċifikati fid-9A005 sad-9A009, 9A011, 9A101, 9A105 sad-9A109, 9A111, 9A116 sad-9A119.

9B116 "Faċilitajiet tal-produzzjoni" iddisinjati b'mod speċjali għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati fid-9A004, jew għas-sistemi, sottosistemi u komponenti speċifikati fid-9A005 sad-9A009, 9A011, 9A101, 9A104 sad-9A109, 9A111, jew fid-9A116 sad-9A119.

9B117 Bankijiet u stazzjonijiet tal-prova għar-ròkits bil-propellant solidu jew likwidu jew għall-muturi tar-ròkits, li għandhom xi waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

a. Il-kapaċità li jimmaniġjaw aktar minn 90 kN ta' imbottatura; jew

b. Kapaċi li jqisu fl-istess ħin t-tliet komponenti ta' l-imbottatura fuq l-assi.

9Ċ Materjali

9Ċ110 Prepregs bil-ħjut mimlija bir-raża u l-forom tagħhom imsawrin minn qabel bil-ħjut miksija bil-metall, għall-istrutturi komposti, laminati u l-immanifatturi speċifikati fid-9A110, magħmula jew minn matriċi organika jew minn matriċi tal-metall li jużaw rinforzi tal-ħajt jew tal-filament li għandhom "qawwa speċifika taħt il-ġbid" ta' aktar minn 7,62 × 104 m u "modulus speċifiku" ta' aktar minn 3,18 × 106 m.

N.B.:

ARA WKOLL IL-1Ċ010 u L-1Ċ210.

Nota:

L-uniċi prepregs bil-ħjut mimlija bir-raża speċifikati fl-annotazzjoni 9Ċ110 huma dawk li jużaw rażi b'temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg), wara t-trattament, li teċċedi l-418 K (145 °Ċ) kif determinata mill-ASTM D4065 jew l-ekwivalenti tagħha.

9D Software

9D001 "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"iżvilupp" tat-tagħmir jew it-"teknoloġija" speċifikati fid-9A, 9B jew id-9E003.

9D002 "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat fid-9A jew id-9B.

9D003 "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall "użu" tal-"kontrolli diġitali u elettroniċi tal-magni b'awtorità sħiħa" ("FADEC") għas-sistemi ta' propulsjoni speċifikati fid-9A jew it-tagħmir speċifikat fid-9B, kif ġej:

a. "Software" f'kontrolli diġitali u elettroniċi għal sistemi ta' propulsjoni, faċilitajiet tal-prova aerospazjali jew faċilitajiet tal-prova ta' magni aeronawtiċi aerobiċi;

b. "Software" li tittollera żbalji użata fis-sistemi "FADEC" għas-sistemi ta' propulsjoni u faċilitajiet tal-prova assoċjati.

9D004 "Software" ieħor, kif ġej:

a. "Software" viskuż 2D jew 3D irratifikat bid-data tal-prova miksuba mill-mina tar-riħ jew mit-titjir meħtieġa għall-immudellar iddettaljat tal-fluss fil-magni;

b. "Software" għall-ittestjar ta' magni aeronawtiċi bit-turbini tal-gass, immuntaturi jew komponenti, iddisinjati b'mod speċjali biex jiġbru, inaqqsu u janalizzaw data fiż-żmien reali, u kapaċi li jikkontrollaw il-feedback, inkluż l-aġġustament dinamiku ta' l-artikoli tal-prova jew il-kondizzjonijiet tal-prova, waqt li l-prova tkun għaddejja;

ċ. "Software" iddisinjat b'mod speċjali biex jikkontrolla s-solidifikazzjoni direzzjonali jew l-ikkastjar monokristallin;

d. "Software" fil-"kodiċi tas-sors", "kodiċi ta' l-oġġett" jew kodiċi tal-magna meħtieġ għall-"użu" ta' sistemi attivi ta' kumpens għall-kontroll ta' l-ispazju ħieles madwar l-estremitajiet tax-xfafar tar-rotors.

Nota:

Id-9D004.d. ma tikkontrollax "Software" imdaħħal f'tagħmir mhux ikkontrollat jew meħtieġ għall-attivitajiet ta' manutenzjoni assoċjati mal-kalibrar jew tiswija jew aġġornament tas-sistema attiva ta' kumpens għall-kontroll ta' l-ispazju ħieles.

9D101 "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"użu" tal-merkanzija speċifikata fid-9B105, 9B106, 9B116 jew id-9B117.

9D103 "Software" iddisinjat b'mod speċjali għall-immudellar, simulazzjoni jew integrazzjoni tad-disinn tal-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati fid-9A004 jew tar-ròkits ta' l-iskandaljar speċifikati fid-9A104, jew tas-sottosistemi speċifikati fid-9A005, 9A007, 9A105.a., 9A106, 9A108, 9A116 jew id-9A119.

Nota:

"Software" speċifikat fid-9D103 jibqa' kkontrollat meta jkun magħqud mal-hardware iddisinjat b'mod speċjali speċifikat fl-4A102.

9D104 "Software" iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"użu" tal-merknazija speċifikata fid-9A001, 9A005, 9A006.d., 9A006.ġ., 9A007.a., 9A008.d., 9A009.a., 9A010.d., 9A011, 9A101, 9A105, 9A106.ċ., 9A106.d., 9A107, 9A108.ċ., 9A109, 9A111, 9A115.a., 9A116.d., 9A117 jew id-9A118.

9D105 "Software" li jikordina l-funzjoni ta' aktar minn sottosistema waħda, iddisinjat jew modifikat b'mod speċjali għall-"użu" fil-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati fid-9A004 jew tar-ròkits ta' l-iskandaljar speċifikati fid-9A104.

9E Teknoloġija

Nota:

"Teknoloġija" ta' "l-iżvilupp" jew l-"produzzjoni" speċifikata fid 9E001 sad-9E003 għall-magni bit-turbini tal-gass tibqa' kkontrollata meta użata bħala "teknoloġija" ta' l-"użu" għat-tiswija, bini mill-ġdid u reviżjoni totali. Esklużi mill-kontroll huma: data teknika, tpinġija jew dokumentazzjoni għal attivitajiet tal-manutenzjoni assoċjati direttament mal-kalibrar, tneħħija jew tibdil ta' unitajiet tal-linja li jistgħu jinbidlu li jkunu bil-ħsara jew li ma jistgħux jintużaw, inkluż it-tibdil ta' magni sħaħ jew ta' moduli tal-magni.

9E001 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-"iżvilupp" tat-tagħmir jew is-"Software" speċifikati fid-9A001.ċ., 9A004 sad-9A011, 9B jew id-9D.

9E002 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat fid-9A001.ċ., 9A004 sad-9A011, jew id-9B.

N.B.:

Għat-"teknoloġija" tat-tiswija ta' strutturi kkontrollati, laminati jew materjali, ara l-1E002.f.

9E003 "Teknoloġija" oħra, kif ġej:

a. "Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' xi wieħed mill-komponenti jew is-sistemi għall-magni bit-turbini tal-gass li ġejjin:

1. Xfafar tat-turbini tal-gass, qlugħ jew ħbula tat-truf magħmula minn liegi b'solidifikazzjoni direzzjonali (DS) jew b'monokristallin (SC) li għandhom (fid-Direzzjoni ta' l-Indiċi ta' Miller 001) ħajja sa ma jinfqgħu taħt il-forza li teċċedi l-400 siegħa f'temperatura ta' 1273 K (1000 °Ċ) f'forza ta' 200 MPa, ibbażata fuq il-valuri medji tal-proprjetà;

2. Kmamar tal-kombustjoni b'koppli multipli li joperaw f'temperaturi medji ta' l-iżbokka tal-berner li jeċċedu l-1813 K (1540 °Ċ) jew kmamar tal-kombustjoni li jinkorporaw inforor tal-kombustjoni sseparati b'mod termiku, inforor mhux metalliċi jew qxur mhux metalliċi;

3. Komponenti manifatturati minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a. Materjali organiċi "komposti" iddisinjati biex joperaw f'temperaturi ogħla minn 588 K (315 °Ċ);

b. Materjali "komposti" bil-"matriċi" tal-metall, materjali bil-"matriċi" taċ-ċeramika, intermetalliċi jew intermetalliċi rrinforzati speċifikati fil-1Ċ007; jew

ċ. Materjal "kompost" speċifikat fil-1Ċ010 u manifatturat bir-rażi speċifikati fil-1Ċ008.

4. Xfafar tat-turbini, qlugħ, ħbula ta' l-estremitajiet jew komponenti oħra mhux imkessħa iddisinjati biex joperaw f'temperaturi tal-mogħdija tal-gass ta' 1323 K (1050 °Ċ) jew aktar;

5. Xfafar tat-turbini, qlugħ jew ħbula ta' l-estremitajiet imkessħa, oħra għajr dawk deskritti fid-9E003.a.1., esposti għal temperaturi tal-mogħdija tal-gass ta' 1643 K (1370 °Ċ) jew aktar;

6. Tagħqid ta' xfafar ta' ajrufojl-mad-disk bl-użu ta' għaqda fl-istat solidu;

7. Komponenti għall-magni bit-turbini li jużaw it-"teknoloġija" ta' l-"irbit bid-diffużjoni" speċifikata fit-2E003.b.;

8. Komponenti li jduru tal-magni bit-turbini tal-gass b'tolleranza għad-danni li jużaw materjali miksuba mill-metallurġija tat-trab speċifikati fil-1Ċ002.b.;

9. "FADEC" għall-magni bit-turbini tal-gass u dawk b'ċiklu magħqud u l-komponenti dijanjostiċi relatati, sensors u komponenti ddisinjati b'mod speċjali tagħom;

10. Ġometrija varjabbli tal-mogħdija tal-fluss u sistemi tal-kontroll assoċjati għal:

a. Turbini tal-gass għall-ġeneraturi;

b. Turbini bil-fann jew turbini bil-forza;

ċ. Żennuni tal-propulsjoni;

Nota 1:

Il-ġometrija varjabbli tal-mogħdija tal-fluss u s-sistemi tal-kontroll assoċjati fid-9E003.a.10. ma jinkludux qlugħ li jiggwidaw l-ftuħ, fannijiet b'intensità varjabbli, partijiet stazzjonarji varjabbli tal-magni jew valvi għall-kompressuri minn fejn joħroġ xi fluwidu jew gass.

Nota 2:

Id-9E003.a.10. ma tikkontrollax l-"iżvilupp" jew it-"teknoloġija" tal-"produzzjoni" għall-ġometrija varjabbli tal-mogħdija tal-fluss għall-imbottatura bil-kontra.

11. Xfafar tal-fann imħaffra u b'korda wiesgħa mingħajr sostenn ta' parti mill-wisa';

b. "Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Mudelli aeronawtiċi tal-mini tar-riħ b'tagħmir ta' sensors mhux deffusi kapaċi li jittrasmetti d-data mis-sensors għas-sistema ta' l-akkwist tad-data; jew

2. Pali ta' l-iskrun jew propfans"komposti" li kapaċi jassorbu aktar minn 2000 kW f'veloċitajiet tat-titjir li jeċċedu l-Mach 0,55;

ċ. "Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tal-komponenti għall-magni bit-turbini tal-gass li jużaw proċessi tat-titqib bl-użu ta' "lejżer", merżuq ta' l-ilma, ECM jew EDM biex jipproduċu toqob li għandhom xi wieħed mill-gruppi ta' karatteristiċi li ġejjin:

1. Dawn kollha li ġejjin:

a. Fond ta' aktar minn erba' darbiet daqs id-dijametru tagħhom;

b. Dijametri inqas minn 0,76 mm; u

ċ. Angoli ta' inċidenza daqs jew inqas minn 25o; jew

2. Dawn kollha li ġejjin:

a. Fond ta' aktar minn ħames darbiet daqs id-dijametru tagħhom;

b. Dijametri inqas minn 0,4 mm; u

ċ. Angoli ta' inċidenza ta' aktar minn 25o;

Nota Teknika:

Għall-iskop tad-9E003.ċ., l-angolu ta' inċidenza huwa meqjus minn pjan tanġenzali mal-wiċċ ta' l-ajrufojl fil-punt fejn l-assi tat-toqba tidħol fil-wiċċ ta' l-ajrufojl.

d. "Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tas-sistemi ta' trasferiment tal-forza ta' ħelikopters jew tas-sistemi ta' trasferiment tal-forza ta' "inġenji ta' l-ajru" bir-rotor inklinat jew bil-ġewnaħ inklinat;

e. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tas-sistemi ta' propulsjoni ta' vetturi ta' l-art b'magni tad-diesel bil-moviment alternat li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. "Volum tal-kaxxa" ta' 1,2 m3 jew inqas;

2. Produzzjoni totali ta' forza ta' aktar minn 750 kW ibbażat fuq 80/1269/KEE, ISO 2534 jew ekwivalenti nazzjonali; u

3. Densità ta' forza ta' aktar minn 700 kW/m3"volum tal-kaxxa";

Nota Teknika:

Il-"volum tal-kaxxa" fid-9E003.e. huwa l-kwantità li tiġi mill-multiplikazzjoni ta' tliet dimensjonijiet perpendikulari meqjusa bil-mod li ġej:

Tul : It-tul tal-krankxaft mill-flanġ ta' quddiem sal-wiċċ tal-volant tal-magna;

Wisa' a. Id-dimensjoni ta' barra minn kopertura ta' valv sa oħra;

b. Id-dimensjonijiet tat-truf ta' barra tas-cylinder heads; jew

ċ. Id-dijametru tal-kisi protettiv tal-volant tal-magna;

Għoli a. Id-dimensjoni mil-linja fiċ-ċentru tal-krnakxaft sal-pjan ta' fuq tal-kopertura tal-valv (jew tas-cylinder head) b'żieda tad-doppju tat-tefgħa tal-pistun; jew

b. Id-dijametru tal-kisi protettiv tal-volant tal-magna.

f. "Teknoloġija""meħtieġa" għall-"produzzjoni" ta' komponenti ddisinjati b'mod speċjali, kif ġej, għall-magni tad-diesel bi produzzjoni għolja:

1. "Teknoloġija""meħtieġa" għall-"produzzjoni" tas-sistemi tal-magni b'dawn il-komponenti kollha li ġejjin u li jużaw il-materjali taċ-ċeramika speċifikati fil-1Ċ07:

a. Inforor għaċ-ċilindri;

b. Pistuni;

ċ. Cylinder heads; u

d. Wieħed jew aktar mill-komponenti (inkluż il-ftuħ għall-ispurgar, turbochargers, gwidi tal-valvi, immuntaturi tal-valvi jew injettaturi tal-karburanti iżolati);

2. "Teknoloġija""meħtieġa" għall-"produzzjoni" tas-sistemi turbocharger, b'kompressuri ta' stadju wieħed li għandhom dawn kollha li ġejjin:

a. Joperaw f'proporzjonijiet ta' pressjoni ta' 4:1 jew ogħla;

b. Fluss tal-massa fil-firxa ta' minn 30 sa 130 kg kull minuta; u

ċ. Kapaċità ta' l-erja tal-fluss varjabbli fil-kompressur jew fis-sezzjonijiet tat-turbina;

3. "Teknoloġija""meħtieġa" għall-"produzzjoni" tas-sistemi ta' injezzjoni tal-karburanti b'kapaċità multikarburanti (eż., diesel jew karburanti tal-ġett) iddisinjata b'mod speċjali li tkopri firxa ta' viskożità minn karburanti tad-diesel (2,5 cSt f'temperatura ta' 310,8 K (37,8 °Ċ)) ‘l isfel sa karburanti tal-gażolina (0,5 cSt f'temperatura ta' 310,8 K (37,8 °Ċ)), u li għandha t-tnejn li ġejjin:

a. Ammont ta' injezzjoni ta' aktar minn 230 mm3 għal kull injezzjoni għal kull ċilindru; u

b. Karatteristiċi elettroniċi tal-kontroll iddisinjata b'mod speċjali għat-tibdil awtomatiku tal-karatteristiċi li jirregolaw skond il-proprjetà tal-karburanti biex jipprovdu l-istess karatteristiċi tal-forza tad-dawran bl-użu ta' sensors xierqa;

ġ. "Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta' magni tad-diesel bi produzzjoni għolja għal-lubrikazzjoni tal-ħajt taċ-ċilindru b'pellikola solida, likwida jew f'fażi tal-gass (jew b'tagħqid tagħhom), li tippermetti l-operazzjoni sa temperaturi li jeċċedu s-723 K (450 °Ċ), meqjusa fuq il-ħajt taċ-ċilindru fil-limitu ta' fuq nett tal-moviment taċ-ċirku ta' fuq nett tal-pistun.

Nota Teknika:

Magni tad-diesel bi produzzjoni għolja: magni tad-diesel bi pressjoni effettiva medja speċifikata tal-brejkijiet ta' 1,8 MPa jew aktar f'veloċità ta' 2300 r.p.m., sakemm il-veloċità klassifikata hi ta' 2300 r.p.m. jew aktar.

9E101 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tal-merkanzija speċifikata fid-9A101, 9A104 sad-9A111 jew id-9A115 sad-9A119.

9E102 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-"użu" tal-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati fid-9A004, jew tal-merkanzija speċifikata fid-9A005 sad-9A011, 9A101, 9A104 sad-9A111, 9A115 sad-9A119, 9B105, 9B106, 9B115, 9B116, 9B117, 9D101 jew id-9D103.

[1] Manufacturers calculating positioning accuracy in accordance with ISO 230/2 (1997) should consult the competent authorities of the Member State in which they are established.

[2] Manufacturers calculating positioning accuracy in accordance with ISO 230/2 (1997) should consult the competent authorities of the Member State in which they are established.

[3] Manufacturers calculating positioning accuracy in accordance with ISO 230/2 (1997) should consult the competent authorities of the Member State in which they are established.

[4] Manufacturers calculating positioning accuracy in accordance with ISO 230/2 (1997) should consult the competent authorities of the Member State in which they are established.

[5] Manufacturers calculating positioning accuracy in accordance with ISO 230/2 (1997) should consult the competent authorities of the Member State in which they are established.

[6] Manufacturers calculating positioning accuracy in accordance with ISO 230/2 (1997) should consult the competent authorities of the Member State in which they are established.

[7] Manufacturers calculating positioning accuracy in accordance with ISO 230/2 (1997) should consult the competent authorities of the Member State in which they are established.

[8] Manufacturers calculating positioning accuracy in accordance with ISO 230/2 (1997) should consult the competent authorities of the Member State in which they are established.

[9] In-numri fil-parentesi jirreferu għan-Noti f'din it-Tabella li ġejja.

--------------------------------------------------

ANNESS II

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TA' L-ESPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ Nru UE001

(imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000)

L-awtorità tal-ħruġ: Il-Komunità Ewropea

Parti 1

Din l-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni tkopri l-prodotti li ġejjin:

Il-prodotti kollha b'użu doppju speċifikati f'kull annotazzjoni fl-Anness I tar-Regolament preżenti minbarra dawk elenkati fil-Parti 2 t'hawn taħt.

Parti 2

— | All items specified in Annex IV. |

— 0C001 | "Natural uranium" or "depleted uranium" or thorium in the form of metal, alloy, chemical compound or concentrate and any other material containing one or more of the foregoing. |

— 0C002 | "Special fissile materials" other than those specified in Annex IV. |

— 0D001 | "Software" specially designed or modified for the "development", "production" or "use" of goods specified in Category 0, in so far as it relates to 0C001 or to those items of 0C002 that are excluded from Annex IV. |

— 0E001 | "Technology" according to the Nuclear Technology Note for the "development", "production" or "use" of goods specified in Category 0, in so far as it relates to 0C001 or to those items of 0C002 that are excluded from Annex IV. |

— 1A102 | Resaturated pyrolised carboncarbon components designed for space launch vehicles specified in 9A004 or sounding rockets specified in 9A104. |

— 1C351 | Human pathogens, zoonoses and "toxins". |

— 1C352 | Animal pathogens. |

— 1C353 | Genetic elements and genetically modified organisms. |

— 1C354 | Plant pathogens. |

— 7E104 | "Technology" for the integration of the flight control, guidance, and propulsion data into a flight management system for optimisation of rocket system trajectory. |

— 9A009.a. | Hybrid rocket propulsion systems with total impulse capacity exceeding 1,1 MNs. |

— 9A117 | Staging mechanisms, separation mechanisms, and interstages, usable in "missiles". |

Parti 3

Din l-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni hija valida f'kull parti tal-Komunità għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

L-Awstralja

Il-Kanada

Ir-Repubblika Ċeka

L-Ungerija

Il-Ġappun

In-New Zealand

In-Norveġja

Il-Polonja

L-Isvizzera

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

Nota:

Il-Partijiet 2 u 3 jistgħu jiġu emendati biss skond l-obligazzjonijiet u l-irbit relevanti li kull Stat Membru jkun aċċetta bħala membru tar-reġimi internazzjonali tan-non-proliferazzjoni u l-arranġamenti tal-kontroll ta' l-esportazzjoni, u skond l-interessi tas-sigurtà pubblika ta' kull Stat Membru kif irriflettat fir-responsabbiltà tiegħu biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni ta' prodotti b'użu doppju taħt l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament.

Kondizzjonijiet u ħtiġiet għall-użu ta' din l-awtorizzazzjoni

(1) Din l-awtorizzazzjoni ġenerali ma tistax tintuża jekk l-esportatur ġie informat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih huwa stabbilit li l-prodotti msemmija huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom, għall-użu konness ma' l-iżvilupp, produzzjoni, immaniġjar, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, skoperta, identifikazzjoni jew tixrid ta' armi kimiċi, bioloġiċi jew nukleari jew ta' għodda oħra splussivi nukleari jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta' missili li kapaċi jwasslu armi bħal dawn, jew jekk l-esportatur jaf li l-prodotti msemmija huma maħsuba għal użu bħal dan.

(2) Din l-awtorizzazzjoni ġenerali ma tistax tintuża jekk l-esportatur ġie informat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih huwa stabbilit li l-prodotti msemmija huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal użu aħħari militari kif definit fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament f'pajjiż li huwa suġġetti għal embargo ta' l-armi mill-UE, l-OSCE jew l-UN, jew jekk l-esportatur jaf li l-prodotti msemmija huma maħsuba għal użu bħal dan.

(3) Din l-awtorizzazzjoni ġenerali ma tistax tintuża meta l-prodotti relevanti huma esportati f'żona jew f'maħżen mingħajr dazji doganali li jinstabu f'destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni.

(4) Il-ħtiġiet tar-reġistrazzjoni u r-rapurtaġġ konnessi ma' l-użu ta' din l-awtorizzazzjoni ġenerali, u l-informazzjoni addizjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jeħtieġ dwar prodotti esportati taħt din l-awtorizzazzjoni, huma definiti mill-Istati Membri. Dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' l-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu għal awtorizzazzjonijiet bħal dawn.

--------------------------------------------------

ANNESS IIIa

(forma tal-mudell)

(imsejħa fl-Artikolu 10(1))

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IIIb

ELEMENTI KOMUNI GĦALL-PUBLIKAZZJONI TA' AWTORIZZAZZJONIJIET ĠENERALI TA' L-ESPORTAZZJONI

(imsejħa fl-Artikolu 10(3))

(1) Titolu ta' l-awtorizzazzjoni ġenerali ta' l-esportazzjoni

(2) L-awtorità li toħroġ l-awtorizzazzjoni

(3) Validità tal-KE. It-test li ġej għandu jintuża: "Din hija awtorizzazzjoni ġenerali ta' l-esportazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000. Din l-awtorizzazzjoni, skond l-Artikolu 6(2) ta' dak ir-Regolament, hija valida fl-Istati Membri kollha tal-Komunità Ewropea".

(4) Prodotti kkonċernati: it-test preliminari li ġej għandu jintuża: "Din l-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni tkopri l-prodotti li ġejjin"

(5) Destinazzjonijiet kkonċernati: It-test preliminari li ġej għandu jintuża: "Din l-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni hija valida għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin"

(6) Kondizzjonijiet u ħtiġiet

--------------------------------------------------

ANNESS IV

(Lista msejħa fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000)

L-annotazzjonijiet mhux dejjem ikopru d-deskrizzjoni kompluta tal-prodott u tan-noti relatati fl-Anness I [1]. L-Anness I biss jipprovdi d-deskrizzjoni kompluta tal-prodotti.

It-tismija ta' prodott f'dan l-Anness ma jaffettwax l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar prodotti fis-suq tal-massa li huma fl-Anness I.

PARTI I

(possibiltà ta' Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għal kummerċ intra-Komunitarju)

Prodotti tat-teknoloġija sigrieta

1Ċ001 Materjali ddisinjati b'mod speċjali għall-użu bħala assorbenti ta' mewġ elettromanjetiku, jew ta' polimers li huma intrinsikament konduttivi.

NB:

ARA WKOLL IL-1Ċ101

1Ċ101 Materjali jew għodda għat-tnaqqis tal-karatteristiċi li jistgħu jkunu osservati bħal riflettività tar-radar, karatteristiċi ultravjola u infra-aħmar u karatteristiċi akustiċi, oħra għajr dawk speċifikati fil-1Ċ001, li jistgħu jintużaw fil-"missili" u s-sottosistemi tagħhom;

1D103 "Software" iddisinjat b'mod speċjali għall-analiżi tat-tnaqqis tal-karatteristiċi li jistgħu jkunu osservati bħar-riflettività tar-radar, karatteristiċi ultravjola u infra-aħmar u karatteristiċi akustiċi;

1E101 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tal-merkanzija speċifikata fil-1Ċ101 jew il-1D103.

1E102 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" tas-"Software" speċifikat fil-1D103.

6B008 Sistemi għat-tiqjis tal-wiċċ magħmul mill-qtugħ tar-radar bil-vibrazzjoni li għandhom wisgħa tal-vibrazzjoni tat-trasmissjoni ta' 100 ns jew inqas u l-komponenti tagħhom iddisinjati b'mod speċjali;

NB:

ARA WKOLL IS-6B108

6B108 Sistemi ddisinjati b'mod speċjali għat-tiqjis tal-tal-wiċċ magħmul mill-qtugħ tar-radar li jistgħu jintużaw għall-"missili" u s-sottosistemi tagħhom;

Prodotti tal-kontroll strateġiku tal-Komunità

1Ċ239 Splussivi għolja, oħra għajr dawk speċifikati fil-kontrolli tal-merkanzija tal-militar, jew sustanzi jew taħlit li jkunu jinsabu fihom aktar minn 2 % tagħhom, b'densità tal-kristalli ta' aktar minn 1,8 gm kull ċm3 u li għandhom veloċità ta' l-isplużjoni akbar minn 8000 m/s.

1E201 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tal-merkanzija speċifikata fil-1Ċ239.

3A229 Settijiet ta' l-isparar u ġeneraturi ekwivalenti b'vibrazzjoni ta' kurrent għoli, kif ġej…

NB:

ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA TAL-MILITAR

3A232 Detonaturi u sistemi ta' inizjazzjoni multipunt, kif ġej…

NB:

ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA TAL-MILITAR

3E201 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat fit-3A229 jew it-3A232.

6A001 Akustiċi, limitati għal li ġej:

6A001.a.1.b. Sistemi għall-iskoperta jew it-tisjib tal-post ta' oġġetti li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Frekwenza tat-trasmissjoni taħt il-5 kHz;

6. Iddisinjati biex jirreżistu…;

6A001.a.2.a.1. Idrofoni… Li jinkorporaw…

6A001.a.2.a.2. Idrofoni… Li għandhom xi wieħed minn…

6A001.a.2.a.5. Idrofoni… Iddisinjati biex…

6A001.a.2.b. Serje ta' idrofoni akustiċi rmonkati…

6A001.a.2.ċ. Tagħmir ta' l-iproċessar, iddisinjat b' mod speċjali, għall-applikazzjoni fiż-żmien reali ma' serje ta' idrofoni akustiċi rmonkati, li għandu "programmabiltà aċċessibbli għall-utenti" u proċessar u korrelazzjoni fid-dominju tal-ħin jew tal-frekwenza, inkluż l-analiżi spettrali, il-filtrazzjoni diġitali u l-ifformar tar-raġġi bl-użu ta' Fast Fourier jew ta' prodotti ta' trasformazzjoni jew proċessi oħra;

6A001.a.2.e. Sistemi ta' kejbil tal-qiegħ jew fil-bajja li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Li jinkorporaw l-idrofoni… jew

2. li jinkorporaw moduli tas-sinjali ta' gruppi ta' idrofoni moltipliċi…;

6A001.a.2.f. Tagħmir ta' l-iproċessar, iddisinjat b'mod speċjali, għall-applikazzjoni fiż-żmien reali ma' sistemi ta' kejbil tal-qiegħ jew fil-bajja, li għandu "programmabiltà aċċessibbli għall-utenti" u proċessar u korrelazzjoni fid-dominju tal-ħin jew tal-frekwenza, inkluż l-analiżi spettrali, il-filtrazzjoni diġitali u l-ifformar tar-raġġi bl-użu ta' Fast Fourier jew ta' prodotti ta' trasformazzjoni jew proċessi oħra;

6D003.a. "Software" għall-‘iproċessar fiż-żmien reali ta' data akustika;

8A002.o.3. Sistemi għat-tnaqqis tal-ħoss iddisinjati għall-użu fuq bastimenti ta' spjazzament ta' 1000 tunnellata metrika jew aktar, kif ġej:

b) sistemi attivi għat-tnaqqis jew il-kanċellazzjoni tal-ħoss, jew bearings manjetiċi, iddisinjati b'mod speċjali għas-sistemi tat-trasmissjoni ta' forza, u li jinkorporaw sistemi tal-kontroll elettroniku kapaċi li jnaqqsu b'mod attiv il-vibrazzjoni mit-tagħmir bil-produzzjoni ta' sinjali kontra l-ħoss jew kontra l-vibrazzjoni direttament lejn l-għajn;

8E002.a. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni", tiswija, reviżjoni totali jew irranġar mill-ġdid (tiswir mill-ġdid bil-magni) ta' skrejjen iddisinjati b'mod speċjali għat-tnaqqis ta' ħoss taħt l-ilma.

Prodotti tal-kontroll strateġiku tal-Komunità - Kriptografija – Il-Kategorija 5 Il-Parti 2

5A002.a.2. Tagħmir diddisinjat jew modifikat għall-esekuzzjoni ta' funzjonijiet kriptoanalitiċi.

5D002.ċ.1. Software li għandu l-karatteristiċi, jew li jagħmel jew jissimula l-funzjonijiet, tat-tagħmir speċifikat fil-5A002.a.2 biss.

5E002 "Teknoloġija" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tal-merkanzija speċifikata fil-5A002.a.2. jew il-5D002.ċ.1. t'hawn fuq biss.

Prodotti tat-teknoloġija ta' l-MTCR

7A117 "Settijiet ta' direzzjoni", li jistgħu jintużaw f’"missili" li kapaċi jilħqu preċiżjoni tas-sistema ta' 3,33 % jew inqas tad-distanza (eż., "CEP" ta' 10 km jew inqas f'distanza ta' 300 km), ħlief "settijiet ta' direzzjoni" iddisinjati għal missili b'distanza taħt it-300 km jew inġenji ta' l-ajru bl-ekwipaġġ.

7B001 Tagħmir tal-prova, kalibrar jew allinjament iddisinjat b'mod speċjali għat-tagħmir speċifikat fis-7A117 t'hawn fuq.

Nota:

Is-7B001 ma tikkontrollax it-tagħmir tal-prova, kalibrar jew allinjament għal-Livell ta' Manutenzjoni I jew il-Livell ta' Manutenzjoni II.

7B003 Tagħmir iddisinjat b'mod speċjali għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat fis-7A117 t'hawn fuq.

7B103 "Faċilitajiet ta' produzzjoni" iddisinjati b'mod speċjali għat-tagħmir speċifikat fis-7A117 t'hawn fuq.

7D101 "Software" iddisinjat b'mod speċjali għall-"użu" tat-tagħmir speċifikat fis-7B003 jew is-7B103 t'hawn fuq.

7E001 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" tat-tagħmir jew s-"Software" speċifikati fis-7A117, 7B003, 7B103 jew is-7D101 t'hawn fuq.

7E002 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat fis-7A117, 7B003 u s-7B103 t'hawn fuq.

7E101 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall "użu" tat-tagħmir speċifikat fis-7A117, 7B003, 7B103 u s-7D101 t'hawn fuq.

9A004 Vetturi tal-varar fl-ispazju li kapaċi li jwasslu tagħbija ta' mill-inqas 500 kg għal distanza ta' mill-inqas 300 km.

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A104.

Nota 1:

Id-9A004 ma tikkontrollax it-tagħbija li tinġarr.

9A005 Sistemi ta' propulsjoni tar-ròkits bi propellant likwidu li jkunu jinsabu fihom xi waħda mis-sistemi jew komponenti speċifikati fid-9A006 li jistgħu jintużaw għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati fid-9A004 t'hawn fuq jew ròkits ta' l-iskandaljar speċifikati fid-9A104 t'hawn taħt.

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A105 u D-9A119.

9A007.a. Sistemi ta' propulsjoni tar-ròkits bi propellant solidu, li jistgħu jintużaw għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati fid-9A004 t'hawn fuq jew ròkits ta' l-iskandaljar speċifikati fid-9A104 t'hawn taħt, b'xi wieħed minn dawn li ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A119.

a. Kapaċità ta' impuls totali li teċċedi l-1,1 MNs.

9A008.d. Komponenti, kif ġej, iddisinjati b'mod speċjali għas-sistemi ta' propulsjoni tar-ròkits bi propellant solidu:

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A108.ċ.

d. Żennuni li jistgħu jiċċaqalqu jew sistemi tal-kontroll ta' l-imbottatura tal-vettoru bl-injezzjoni sekondarja ta' fluwidu, li jistgħu jintużaw fil-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati fid-9A004 t'hawn fuq jew ròkits ta' l-iskandaljar speċifikati fid-9A104 t'hawn taħt, kapaċi jagħmlu wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Moviment fuq kull assi li jeċċedi l-± 5o;

2. Rotazzjonijiet angulari tal-vettoru ta' 20o/s jew aktar; jew

3. Aċċelerazzjonijiet angulari tal-vettoru ta' 40o/s2 jew aktar.

9A104 Ròkits ta' l-iskandaljar, kapaċi li jwasslu tagħbija ta' mill-inqas 500 kg għal distanza ta' mill-inqas 300 km.

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A004.

9A105.a. Magni tar-ròkits bil-propellant likwidu, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL ID-9A119.

a. Magni tar-ròkits bil-propellant likwidu li jistgħu jintużaw fil-"missili", oħra għajr dawk speċifikati fid-9A005, u li għandhom kapaċità totali ta' impuls ta' 1,1 MNs jew ogħla; ħlief magni apoġew bil-propellant likwidu ddisinjati jew modifikati għall-applikazzjonijiet tas-satelliti u li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1. dijametru ta' l-għonq taż-żennuna ta' 20 mm jew inqas; u

2. pressjoni tal-kamra tal-kombustjoni ta' 15 bar jew inqas.

9A106.ċ. Sistemi jew komponenti, oħra għajr dawk speċifikati fid-9A006, li jistgħu jintużaw fil-"missili", kif ġej, iddisinjati b'mod speċjali għal sistemi ta' propulsjoni tar-ròkits bil-propellant likwidu:

ċ. Sotto-sistemi għall-kontroll ta' l-imbottatura tal-vettoru, ħlief dawk iddisinjati għas-sistemi tar-ròkits li mhux kapaċi jwasslu tagħbija ta' mill-inqas 500 kg għal distanza ta' mill-inqas 300 km.

Nota Teknika:

Eżempji ta' metodi biex jinkiseb il-kontroll ta' l-imbottatura tal-vettoru speċifikat fid-9A106.ċ. huma:

1. Żennuna flessibbli;

2. Injezzjoni ta' fluwidu jew ta' gass sekondarju;

3. Magna jew żennuna li jistgħu jiċċaqalqu;

4. Liwja tan-nixxiegħa ta' gass ta' l-ispurgar (il-qlugħ jew is-sondi tal-ġett); jew

5. Tabs ta' l-imbottatura.

9A108.ċ. Komponenti, oħra għajr dawk speċifikati fid-9A008, li jistgħu jintużaw f'"missili", kif ġej, iddisinjati b'mod speċjali għal sistemi ta' propulsjoni tar-ròkits bil-propellant solidu:

ċ. Sotto-sistemi għall-kontroll ta' l-imbottatura tal-vettoru, ħlief dawk iddisinjati għas-sistemi tar-ròkits li mhux kapaċi jwasslu tagħbija ta' mill-inqas 500 kg għal distanza ta' mill-inqas 300 km.

Nota Teknika:

Eżempji ta' metodi biex jinkiseb il-kontroll ta' l-imbottatura tal-vettoru speċifikat fid-9A108.ċ. huma:

1. Żennuna flessibbli;

2. Injezzjoni ta' fluwidu jew ta' gass sekondarju;

3. Magna jew żennuna li jistgħu jiċċaqalqu;

4. Liwja tan-nixxiegħa ta' gass ta' l-ispurgar (il-qlugħ jew is-sondi tal-ġett); jew

5. Tabs ta' l-imbottatura.

9A116 Vetturi tad-dħul mill-ġdid, li jistgħu jintużaw fil-"missili", u t-tagħmir ddisinjat jew modifikat għalihom, kif ġej, ħlief għal dawk il-vetturi tad-dħul mill-ġdid iddisinjati għal tagħbija li mhix armi:

a. Vetturi tad-dħul mill-ġdid;

b. Tarki tas-sħana u l-komponenti għalihom manifatturati miċ-ċeramika jew minn materjali ablattivi;

ċ. Korpijiet biex jixorbu s-sħana u l-komponenti għalihom manifatturati minn materjali ħfief, u ta' kapaċità termika għolja;

d. Tagħmir elettroniku ddisinjat b'mod speċjali għall-vetturi tad-dħul mill-ġdid.

9A119 Stadji individwali tar-ròkits, li jistgħu jintużaw f'sistemi kompluti tar-ròkits jew vetturi mingħajr ekwipaġġ, li kapaċi jwasslu tagħbija ta' mill-inqas 500 kg għal distanza ta' 300 km, oħra għajr dawk speċifikati fid-9A005 jew id-9A007.a. t'hawn fuq.

9B115 "Tagħmir tal-produzzjoni" iddisinjat b'mod speċjali għas-sistemi, sottosistemi u komponenti speċifikati fid-9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9A105.a., 9A106.ċ., 9A108.ċ., 9A116 jew id-9A119 t'hawn fuq.

9B116 "Faċilitajiet tal-produzzjoni" iddisinjati b'mod speċjali għall-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati fid-9A004, jew għas-sistemi, sottosistemi u komponenti speċifikati fid-9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9A104, 9A105.a., 9A106.ċ., 9A108.ċ., 9A116 jew id-9A119 t'hawn fuq.

9D101 "Software" iddisinjat b'mod speċjali għall-"użu" tal-merkanzija speċifikata fid-9B116 t'hawn fuq.

9E001 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" tat-tagħmir jew is-"Software" speċifikati fid-9A004, 9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9B115, 9B116 jew id- 9D101 t'hawn fuq.

9E002 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"produzzjoni" tat-tagħmir speċifikat fid-: 9A004, 9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9B115 jew id-9B116 t'hawn fuq.

Nota:

Għat-"teknoloġija" tat-tiswija ta' strutturi kkontrollati, laminati jew materjali, ara l-1E002.f.

9E101 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tal-merkanzija speċifikata fid-9A104, 9A105.a., 9A106.ċ., 9A108.ċ., 9A116 jew id-9A119 t'hawn fuq.

9E102 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tal-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati fid-9A004, 9A005, 9A007.a., 9A008.d., 9A104, 9A105.a., 9A106.ċ., 9A108.ċ., 9A116, 9A119, 9B115, 9B116 jew id-9D101 t'hawn fuq.

Eżenzjonijiet:

L-Anness IV ma jikkontrollax il-prodotti tat-teknoloġija tal-MTCR li ġejjin:

1) li huma trasferiti fuq il-bażi ta' ordnijiet skond relazzjoni kuntrattwali magħmula mill-Aġemzija Spazjali Ewropea (ESA) jew li huma trasferiti mill-ESA biex twettaq il-kompiti uffiċjali tagħha;

2) li huma trasferiti fuq il-bażi ta' ordnijiet skond relazzjoni kuntrattwali magħmula minn organizzazzjoni spazjali nazzjonali ta' Stat Membru jew li huma trasferiti minnha biex twettaq il-kompiti uffiċjali tagħha;

3) li huma trasferiti fuq il-bażi ta' ordnijiet skond relazzjoni kuntrattwali magħmula f'konnessjoni ma' programm Komunitarju ta' żvilupp u produzzjoni tal-varar fl-ispazju ffirmat minn tnejn jew aktar mill-gvernijiet Ewropej;

4) li huma trasferiti għal sît tal-varar fl-ispazju kkontrollat minn Stat fit-territorju ta' Stat Membru, sakemm dak l-Istat Membru ma jikkontrollax trasferimenti bħal dawn skond dan ir-Regolament.

PARTI II

(l-ebda Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju)

Prodotti tal-CWC (Konvenzjoni ta' l-Armi Kimiċi)

1Ċ351.d.4. Riċinu

1Ċ351.d.5. Sassitossina

Prodotti tat-teknoloġija NSG

Il-Kategorija 0 kollha ta' l-Anness I hija inkluża fl-Anness IV, bla ħsara lil dan li ġej:

- 0Ċ001: dan il-prodott mhux inkluż fl-Anness IV.

- – 0Ċ002: dan il-prodott mhux inkluż fl-Anness IV, ħlief għall-materjali speċjali fissili kif ġej:

a. plutonju sseparat;

b. "uranju arrikkit fl-iżotopi 233 jew 235" għal aktar minn 20 %.

- 0D001 (Software) huwa inkluż fl-Anness IV ħlief għal meta jirreferi għaż-0Ċ001 jew għal dawk il-prodotti taż-0Ċ002 li huma esklużi mill-Anness IV.

- 0E001 (teknoloġija) hija inkluża fl-Anness IV ħlief għal meta tirreferi għaż-0Ċ001 jew għal dawk il-prodotti taż-0Ċ002 li huma esklużi mill-Anness IV.

N.B.:

Għaż-0Ċ003 u ż-0Ċ004, għall-użu f'"reattur nukleari" biss (fl-ambitu taż-0A001.a.).

1B226 Separaturi elettromanjetiċi ta' l-iżotopi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, egħjun joniċi singoli jew multipli kapaċi li jipprovdu kurrent totali ta' dija jonika ta' 50 mA jew ogħla.

Nota:

il-1B226 tinkludi s-separaturi:

a. Kapaċi li jarrikkixxaw iżotopi stabbli;

b. Bl-egħjun joniċi u l-kolletturi t-tnejn fiż-żona manjetika u dawk il-konfigurazzjonijiet li fihom huma barra miż-żona manjetika.

1Ċ012 Materjali kif ġej:

Nota Teknika:

Dawn il-materjali jintużaw tipikament għall-egħjun ta' sħana nukleari.

b. Nettunju 237 "Isseparat minn qabel" taħt kull forma.

Nota:

il-1Ċ012.b. ma tikkontrollax tagħbija b'kontenut ta' nettunju-237 ta' 1 g jew inqas.

1B231 Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a. Faċilitajiet jew impjanti għall-produzzjoni, rkupru, estrazzjoni, konċentrazzjoni, jew immaniġjar tat-tritju;

b. Tagħmir għall-faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, kif ġej:

1. Unitajiet tar-refriġerazzjoni bl-idroġenu jew bl-elju kapaċi li jkessħu sat-23 K (- 250 °Ċ) jew inqas, b'kapaċità tat-tneħħija ta' l-isħana akbar minn 150 W;

2. Sistemi ta' ħażna jew ta' purifikazzjoni ta'l-iżotopu ta' l-idroġenu bl-użu ta' idruri metalliċi bħala l-mezz tal-ħażna jew tal-purifikazzjoni.

1B233 Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a. Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju;

b. Tagħmir għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-litju, kif ġej:

1. Kolonni ta' skambju likwidu-likwidu ppakkjati ddisinjati b'mod speċjali għall-amalgami tal-litju;

2. Pompi għall-amalgami tal-merkurju jew l-litju;

3. Ċelloli ta' l-elettrolisi ta' l-amalgama tal-litju;

4. Evaporaturi għas-soluzzjoni konċentrata ta' l-idrossidu tal-litju.

1Ċ233 Litju arrikkit fl-iżotpu tal-litju-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza iżotopika tiegħu naturali, u prodotti jew għodda li jkunu jinsabu fihom litju arrikkit, kif ġej: litju elementali, liegi, komposti, taħlit li jkun jinsab fihom il-litju, l-immanifatturi tagħhom, skart jew ammonti żgħar ta' xi wieħed minn dawn imsemmija hawn aktar qabel.

Nota:

il-1Ċ233 ma tikkontrollax dosimetri termoluminixxenti.

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-litju 6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 % tal-piż (7,5 perċentwali ta' atomu).

1Ċ235 Tritju, komposti tat-tritju, taħlit li jkun jinsab fihom it-tritju u li fihom il-proporzjon ta' tritju mqabbel ma' l-atomi ta' idroġenu jeċċedi l-1 f'1000 partijiet, u prodotti jew għodda li jkunu jinsabu fihom xi wieħed minn dawn imsemmija hawn aktar qabel.

Nota:

il-1Ċ235 ma tikkontrollax prodott jew għodda li jkun jinsab fihom inqas minn 1,48 × 103 GBq (40 Ci) ta' tritju.

1E001 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tat-tagħmir jew materjali speċifikati fil-1Ċ012.b.

1E201 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali tat-Teknoloġija għall-"użu" tal-merkanzija speċifikata fil-1B226, 1B231, 1B233, 1Ċ233 jew il-1Ċ235.

3A228 Għodda għat-tibdil, kif ġej:

a. Tubi b'katowd kiesaħ, kemm jekk mimlija bil-gass jew jekk le, li joperaw b'mod simili bħall-ispazju bejn it-terminals fejn isiru l-isparks (spark gap), u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1. Li jkunu jinsabu fihom tliet elettrodi jew aktar;

2. Klassifika ta' vultaġġ massimu fl-anodu ta' 2,5 kV jew aktar;

3. Klassifika ta' kurrent massimu fl-anodu ta' 100 A jew aktar; u

4. Ħin ta' dewmien fl-anodu ta' 10 μs jew inqas;

Nota:

it-3A228 tinkludi tubi tal-gass tat-tip krytron u tubi tal-vakwu tat-tip sprytron.

b. Spazji bejn it-terminals fejn isiru l-isparks (spark-gaps) bil-molla li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1. Ħin ta' dewmien fl-anodu ta' 15 μs jew inqas; u

2. Klassifikata għal kurrent massimu ta' 500 A jew aktar.

3A231 Sistemi ġeneraturi tan-newtroni, inkluż it-tubi, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a. Iddisinjati biex joperaw mingħajr sistema esterna tal-vakwu; u

b. Jużaw aċċelerazzjoni elettrostatika biex jikkaġunaw reazzjoni nukleari tritju-deuterju.

3E201 "Teknoloġija" skond in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall "użu" tat-tagħmir speċifikat fit-3A228.a., 3A228.b. jew it-3A231.

6A203 Magni tar-ritratti u l-komponenti, oħra għajr dawk speċifikati fis-6A003, kif ġej:

Magni tar-ritratti bil-mera li jduru b'mod mekkaniku, kif ġej, u l-komponenti tagħhom iddisinjati b'mod speċjali:

1. Magni tar-ritratti b'sistema ta' fotogrammi (framing cameras) b'rati ta' reġistrazzjoni ta' aktar minn 225000 fotogramma kull sekonda;

2. Magni tar-ritratti b'sistema ta' skansjoni (streak cameras) b'veloċità ta' reġistrazzjoni ta' aktar minn 0,5 mm kull mikrosekonda;

Nota:

Fis-6A203.a. komponenti ta' dawn il-magni tar-ritratti jinkludu l-partijiet elettroniċi tas-sinkronizzaturi tagħhom u l-immuntaturi tar-rotor li jikkonsistu f'turbini, mirja u bearings.

6A225 Interferometri tal-veloċità għat-tiqjis ta' veloċità li teċċedi l-1 km/s matul intervalli tal-ħin ta' inqas minn 10 mikrosekondi.

Nota:

is-6A225 tinkludi interferometri tal-veloċità bħal VISAR (Velocity interferometer systems for any reflector) u DLI (Doppler laser interferometers).

6A226 Sensorji tal-pressjoni, kif ġej:

a. Strumenti tal-kejl bil-manganin għal pressjoni ogħla minn 10 GPa;

b. Transducers tal-pressjoni tal-kwarz għal pressjoni ogħla minn 10 GPa.

[1] Id-differenzi fl-għażla ta' kliem użat/intenzjonijiet bejn l-Anness I u l-Anness IV huma indikati b'test b'tipi grassi u korsivi.

--------------------------------------------------