32003R0145



Official Journal L 023 , 28/01/2003 P. 0022 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 145/2003

tat-27 ta' Jannar 2003

temenda għad-disa' darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tat-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi indirizzati kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks Al-Qaida u t-Taliban, u li jirrevoka ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerta merkanzija u servizzi lill-Afghanistan, li jissaħħaħ il-projbiment tat-tajran u jestendi għall-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta' l-Afghanistan, [1] kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2002, [2] u partikolarment l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqaw taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skond dak ir-Regolament.

(2) Fit-22 ta' Jannar 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċida li jemenda l-elenku ta' persuni, gruppi u entitajiet għal liema japplikaw l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji u, għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat b'dan il-mod.

(3) Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

[2] ĠU L 319, tat-23.11.2002, p. 22.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-ANNESS I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

Is-segwenti persuni naturali iridu jiġu miżjuda taħt l-Intestatura "Persuni Naturali":

1. Mr Nabil Abdul Sayadi (magħruf ukol bħala Abu Zeinab);

2. Mrs Patricia Vinck (magħruf ukol bħala Souraya P. Vinck).

--------------------------------------------------