32003R0129



Official Journal L 022 , 25/01/2003 P. 0005 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 129/2003

ta' l-24 ta' Jannar 2003

li jippreskrivi regoli dettaljati biex jiġi stabbilit id-daqs tal-malji u l-ħxuna ta' l-ispag tax-xbiek tas-sajd

IL-KUMMISJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' metodi tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħażagħ ta' organimu tal-baħar [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 973/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 48 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KEE) Nru 2108/84 tat-23 ta' Lulju 1984 jippreskrivi regoli dettaljati biex jiġi stabbilit id-daqs tal-malji ta' xbiek tas-sajd [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2550/97, ġie emendat sostanzjalment u la darba jridu jsiru aktar emendi, għandu jiġi mibdul b'dan ir-Regolament fl-interessi ta' ċarezza u razzjonalizzazzjoni.

(2) Sabiex tiġi żgurata konformità mal-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' risorsi tas-sajd, huwa meħtieġ li jiġu preskritti regoli dettaljati biex jiġi stabbilit id-daqs tal-malji u l-ħxuna ta' l-ispag ta' xbiek tas-sajd.

(3) Għall-għan tal-proċedura ta' kontroll huwa meħtieġ li jiġu speċifikati t-tipi ta' strumenti tal-kejl li jridu jintużaw kif iridu jintużaw, kif iridu jintgħażlu l-malji li jridu jitkejlu, il-metodu li bih kull wieħed minnhom irid jitkejjel, kif id-daqs tal-malji tax-xibka jridu jiġi kalkolat, il-proċedura għall-għażla ta' spag tal-malji għall-istima ta' ħxuna ta' l-ispag, u biex tiġi deskritta is-sekwenza tal-proċedura ta' l-ispezzjoni.

(4) Huwa meħtieġ li jiġu preskritti l-kondizzjonijiet li bihom il-proċedura ta' kontroll tistabbilixxi li l-ħxuna ta' l-ispag ta' xbieki tas-sajd teċċedi l-ħxuna massima permessa.

(5) Fejn is-sid ta' bastiment jikkontesta r-riżultat ta' kejl matul il-kors ta' spezzjoni, disposizzjoni għandha ssir għal kejl aktar u finali.

(6) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal Risorsi tas-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "tagħmir attiv": xbieki tat-tkarkir, it-tartaruni Daniżi u xbieki rmunkati simili;

(b) "tagħmir passiv": xbieki gill, xbieki entangling, xbieki trammel, li jistgħu jikkonsistu minn xibka waħda separata jew aktar li huma armati bi ħbula ta' fuq, t'isfel u li jgaħqqdu, u li jistgħu jiġu mgħammra b'tagħmir ta' ankrar, li jiggalleġġja u navigazzjonali.

KAPITOLU II

DAQS TAL-MALJI TAT-TAGĦMIR ATTIV

Artikolu 2

Strument tal-kejl biex jiġu stabbiliti daqsijiet tal-malji

1. Strumenti tal-kejl li jridu jintużaw biex jiġu stabbiliti daqsijiet tal-malji għandhom ikunu ta' ħxuna ta' 2 mm, ċatti, ta' materjal dejjiem u kapaċi li jżommu l-għamla tagħhom. Għandu jkollhom jew serje ta' ġnubijiet bit-truf paralleli magħquda flimkien permezz ta' ġnubijiet intermedjarji li jispiċċaw bil-ponta b'ponta ta' wieħed sa tmienja fuq kull naħa, jew ġnubijiet li jispiċċaw bil-ponta biss bil-ponta ta' wieħed sa tmienja fuq kull naħa. Għandu jkollhom toqba fl-estremità l-aktar dejqa.

2. L-istrumenti tal-kejl għandhom ikunu markati "strument tal-kejl KE". Kull strument tal-kejl għandu jkollu l-kitba fuq il-wiċċ tiegħu bil-wisa' f'millimetri kemm fuq it-taqsima bil-ġnubijiet parallelli, jekk ikun hemm, u fuq it-taqsima bil-ġnubijiet li jispiċċaw bil-ponta. Fil-każ ta' dan ta' l-aħħar il-wisa' għandha tkun miktuba kull intervall ta' 1 mm u l-indikazzjoni tal-wisa' għandha tidher f'intervalli regolari. Mudell ta' l-istrumenti tal-kejl huwa muri fl-Anness I.

Artikolu 3

L-użu ta' l-istrument tal-kejl f'malji forma ta' maqrut

1. Fil-każ ta' panels b'malji forma ta' maqrut, ix-xibka għandha tiġi mġebbda fid-direzzjoni tad-djagonali t-twila tal-malji kif jidher fl-Anness II.

2. Strument tal-kejl kif deskritt fl-Artikolu 2 għandu jiddaħħal mill-estremità l-aktar dejqa tiegħu fil-fetħa tal-malja f'direzzjoni perpendikolari mal-linja tax-xibka.

3. L-istrument tal-kejl għandu jiddaħħal fil-fetħa tal-malja jew permezz ta' forza manwali jew permezz ta' wżin jew dinamometru, sakemm jitwaqqaf fil-ġnubijiet li jispiċċaw bil-ponta permezz tar-resistenza tal-malja.

Artikolu 4

L-użu ta' l-istrument tal-kejl f'malji kwadri

1. Fil-każ ta' panels b'malji kwadri, ix-xibka għandha tiġi mġebbda l-ewwel fid-direzzjoni tad-djagonali waħda u imbagħad fid-direzzjoni djagonali l-oħra tal-malji kif jidher fl-Anness II.

2. Il-proċedura preskritta fl-Artikolu 3(2) u (3) għandha tapplika għall-kejl ta' kull direzzjoni djagonali tal-malja kwadra.

Artikolu 5

Il-għażla tal-malji

1. Il-malji li jridu jitkejlu għandhom jiffurmaw serje ta' 20 malja konsekuttivi magħżula fid-direzzjoni tal-fuq it-twil tax-xibka.

2. Minbarra fil-panels tal-malji kwadri, malji inqas minn 50 ċm minn qfieli, ħbula jew koċċjo m'għandhomx jitkejlu. Din id-distanza għandha titkejjel perpedikolari mal-qfieli, ħbula jew koċċjo bix-xibka mġebbda fid-direzzjoni ta' dak il-kejl. Lanqas m'għandha titkejjel xi malja li ġiet imsewwija jew miksura jew li għandha twaħħil għax-xibka mwaħħla f'dik il-malja.

3. Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-malji li jridu jitkejlu ma jeħtieġux li jkunu konsekuttivi jekk l-applikazzjoni ta' paragrafu 2 jipprevjeni dan.

Artikolu 6

Kejl ta' kull malja

1. Xbieki għandhom jitkejlu biss meta jkunu mxarrbin u mhux iffriżati.

2. Id-daqs ta' kull malja forma ta' maqrut għandha tkun il-wisa' ta' l-istrument tal-kejl fil-ponta fejn l-istrument tal-kejl jitwaqqaf, meta dan l-istrument jintuża' bi qbil ma' l-Artikolu 3.

3. Id-daqs ta' kull malja kwadra għandha tkun il-wisa' ta' l-istrument tal-kejl fil-ponta fejn l-istrument tal-kejl jitwaqqaf meta iż-żewġ djagonali jitkejlu bi qbil ma' l-Artikolu 4.

Fejn ikun hemm differenza fil-kejl bejn id-djagonali ta' malja individwali, id-daqs ta' l-akbar djagonali għandu jintuża' fil-kalkolu tad-daqs tal-malja tax-xogħol kwadru tal-malji tax-xbiek.

Artikolu 7

Stabbilizzazzjoni tad-daqs tal-malji

Id-daqs tal-malji tax-xibka għandha tkun il-medju aritmetiku f'millimetri tal-kejl tan-numru totali ta' malji magħżula u mkejla kif provvdut fl-Artikoli 5 u 6, bix-xtur imneħħija tal-medju aritmetiku sal-millimetru li ġej.

Artikolu 8

Il-proċedura ta' l-ispezzjoni

1. L-ispettur għandu jkejjel serje waħda ta' 20 malja, magħżula bi qbil ma' l-Artikolu 5, billi jdaħħal l-istrument tal-kejl b'mod manwali mingħajr ma juża wżin jew dinamometru.

Imbagħad id-daqs tal-malji tax-xibka għandu jiġi stabbilit bi qbil ma' l-Artikolu 7.

2. Jekk il-kalkolu tad-daqs tal-malji juri li d-daqs tal-malji ma jidhirx li jikkonforma mar-regoli fis-seħħ, imbagħad żewġ serji addizzjonali ta' 20 malja magħżula bi qbil ma' l-Artikolu 5 għandhom jitkejlu.

Imbagħad id-daqs tal-malji għandu jiġi kalkolat mill-ġdid bi qbil ma' l-Artikolu 7, waqt li jitqiesu s-60 malja li diġa tkejlu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, dan għandu jkun l-ewwel daqs tal-malji tax-xibka.

Artikolu 9

Kejl fil-każ ta' nuqqas ta' qbil

1. Jekk is-sid tal-bastiment ma jaqbilx mad-daqs tal-malji stabbilit bi qbil ma' l-Artikolu 8, dan il-kejl m'għandux jitqies għall-istabilizzazzjoni tad-daqs tal-malji u x-xibka għandha titkejjel mill-ġdid.

2. Użin jew dinamometru imwaħħla ma' l-istrument tal-kejl għandu jintuża' għall-kejl mill-ġdid.

L-għażla ta' wżin jew dinamometru għandha tkun fuq id-diskrezzjoni ta' l-ispettur.

L-użin għandu jitwaħħal mat-toqba fl-estremità l-aktar dejqa ta' l-istrument tal-kejl permezz ta' ġanġ. Id-dinamometru jista' jew jitwaħħal mat-toqba fl-estremità l-aktar dejqa ta' l-istrument tal-kejl jew jiġi applikat fl-akbar estremità ta' l-istrument tal-kejl.

L-eżatezza ta' l-użin jew id-dinamometru għandha tiġi ċertifikata mill-awtorità nazzjonali xierqa.

3. Għal xbieki ta' daqs tal-malji ta' 35 mm jew inqas kif stabbilit bi qbil ma' l-Artikolu 8, forza ta' 19,61 newtona (ekwivalenti għal massa ta' 2 kilogrammi) għandha tiġi applikata u għal xbieki oħra forza ta' 49,03 newtona (ekwivalenti għal massa ta' 5 kilogrammi).

4. Għall-għanijiet ta' l-istabbilizzazzjoni tad-daqs tal-malji bi qbil ma' l-Artikolu 7 meta jintuża' wżin jew dinamometru, serje waħda ta' 20 malja biss għandha titkejjel.

5. Ir-riżultati ta' dan il-kejl għandhom ikunu finali.

KAPITOLU III

DAQS TAL-MALJI TAT-TAGĦMIR PASSIV

Artikolu 10

Strument tal-kejl biex jiġu stabbiliti daqsijiet tal-malji

1. L-istrument tal-kejl tal-malji għandu jkun ta' materjal dejjiemi u kapaċi li jżomm l-għamla tiegħu. Mudell ta' l-istrumenti tal-kejl huwa muri fl-Anness III.

2. Meta jiġi mtawwal, l-istrument tal-kejl tal-malji għandu jkun kapaċi li jkejjel daqsijiet tal-malji sa 300 mm. L-iskala għandha tiġi gradwata f'intervalli ta' 1, u 5 u 10 millimetri.

3. Strumenti tal-kejl ta' malji li jikkonformaw ma' paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu markati "strument tal-kejl KE".

4. Ix-xedaq (jaws) ta' l-istrument tal-kejl tal-malji li jkejjel l-fetħa tal-malji għandu jkun għall-inqas ta' ħxuna ta' millimetru imma mhux aktar minn 3 millimetri u għandu jkollu l-ġnubijiet ittundjati.

5. L-ebda forza oħra għajr li l-istrument tal-kejl jiġi mtawwal b'mod manwali, għandu jintuża' fil-kejl ta' malji mġebbda.

Artikolu 11

Il-għażla tal-malji

1. L-ispettur għandu jagħżel għoxrin malja mix-xibka. Fil-każ ta' xbieki tat-trammel, il-malji għandhom jintgħażlu mill-parti tax-xibka li għandha l-iżgħar malji.

2. L-għażla m'għandhiex fl-ebda ċirkostanzi tinkludi l-malji li ġejjin:

(a) malji fil-parti ta' fuq jew isfel ta' ħaxja tax-xibka mwaħħla mat-tul ta' ħabel jew qafas ta' appoġġ, jew twaħħil ieħor.

(b) malji li jinstabu ġo żewġ malji ta' qfieli u ħbula;

(ċ) malji li nkissru jew ġew imsewwija.

Artikolu 12

Kejl ta' kull malja

1. Xbieki għandhom jitkejlu meta ma jkunux iffriżati.

2. L-ispettur għandu jkejjel il-fetħa ta' kull malja billi jdaħħal l-istrument tal-kejl f'malja, fid-direzzjoni li tkun l-itwal, u l-malja għandha tiġebbed b'mod manwali sakemm il-ġnubijiet tal-malja ikunu dritti u stiżi.

Artikolu 13

Stabbilizzazzjoni tad-daqs tal-malji

Id-daqs tal-malji għandu jkun il-medju aritmetiku f'millimetri, bix-xtur imneħħija sal-millimetru li ġej, tas-somma tar-riżultati tal-kejl ta' kull waħda mill-malji magħżula u mkejla.

Artikolu 14

Il-proċedura ta' l-ispezzjoni

L-ispettur għandu jkejjel serje waħda ta' 20 malja magħżula bi qbil ma' l-Artikolu 11. Imbagħad id-daqs tal-malji tax-xibka għandu jiġi stabbilit bi qbil ma' l-Artikolu 13.

Artikolu 15

Kejl fil-każ ta' nuqqas ta' qbil

Jekk is-sid ma jaqbilx mar-riżultat tal-kejl, l-ispettur għandu jerġa' jagħżel u jkejjel 20 malja f'parti oħra tax-xibka f'konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 11 sa 14. Imbagħad id-daqs tal-malji għandu jiġi kalkolat mill-ġdid bi qbil ma' l-Artikolu 13, waqt li jitqiesu s-40 malja kollha li tkejlu. Ir-riżultat ta' dan il-kejl għandu jkun finali.

KAPITOLU IV

ĦXUNA TA' L-ISPAG

Artikolu 16

Strument tal-kejl biex tiġi stabbilita l-ħxuna ta' l-ispag

1. Strumenti tal-kejl għall-istabbilizzazzjoni tal-ħxuna ta' l-ispag għandhom ikunu ta' materjal dejjiemi, li ma jittikilx. Mudell ta' l-istrumenti tal-kejl huwa muri fl-Anness IV.

2. Meta x-xedaq (jaws) jingħalaq it-toqba tonda għandu jkollha d-dijametru, f'millimetri, immarkat fuq wieħed mix-xedaq, maġenb it-toqba. Ix-xedaq (jaws) jingħalaq meta l-wiċċ taż-żewġ ġnubijiet interni tax-xedaq imissu lil xulxin u huma lixxi (flush).

3. Strumenti tal-kejl ta' malji li jikkonformaw ma' paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu markati "strument tal-kejl KE".

Artikolu 17

L-għażla ta' spag li jrid jiġi stmat

1. L-ispettur għandu jagħżel malji minn kull parti tax-xibka li hija bla ħsara għal ħxuna massima ta' spag permessa.

2. Spag f'malji li huma mkissrin jew li ġew imsewwija m'għandux jintgħażel.

3. Fejn xi waħda mill-malji magħżula tinstab li ġiet imsewwija jew li hija miksura, spettur jista' jagħżel malji minn x'imkien ieħor fix-xibka.

Artikolu 18

Stima ta' spag

1. L-ispag għandu jiġi stmat meta ma jkunx iffriżat.

2. L-ispag f'xibka b'malji forma ta' maqrut għandu jiġi stmat, kif jidher fl-Anness II, kif ġej:

(a) fil-każ ta' xibka bi spag waħdieni, l-ispag fin-naħat kontra xulxin ta' 10 malji li jkunu ntgħażlu għandu jiġi stmat;

(b) fil-każ ta' xibka bi spag doppju, kull spaga fin-naħat kontra xulxin ta' ħames malji li jkunu ntgħażlu għandha tiġi stmata.

3. L-ispag f'xibka b'malji kwadri għandu jiġi stmat, kif jidher fl-Anness II, kif ġej:

(a) fil-każ ta' xibka bi spag waħdieni, l-ispag fuq naħa waħda biss ta' 20 malja li jkunu ntgħażlu għandu jiġi stmat, bl-istess naħa magħżula f'kull malja;

(b) fil-każ ta' xibka bi spag doppju, kull spaga fuq naħa waħda biss ta' 10 malji li jkunu ntgħażlu għandu jiġi stmat, bl-istess naħa magħżula f'kull malja.

Artikolu 19

Proċedura ta' spezzjoni għall-istabilizzazzjoni tal-ħxuna ta' l-ispag

1. Strument tal-kejl b'toqba tonda b'dijametru ekwivalenti għall-ħxuna massima ta' spag permessa għandu jintuża' mill-ispettur. Meta l-ħxuna ta' l-ispag tipprevjeni l-għeluq tax-xedaq ta' l-istrument tal-kejl jew, l-ispag ma jgħaddix faċilment minn ġot-toqba meta jingħalaq ix-xedaq, l-istima tal-ħxuna ta' spaga għandha tiġi notata mill-ispettur bħala stima negattiva (-).

2. Jekk jinstabu aktar minn ħames stimi negattivi (-) ta' l-20 spaga stmati, spettur għandu jerġa' jagħżel u jistma 30 spaga oħra bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 17 u 18.

3. Jekk jinstabu aktar minn 10 stimi negattivi (-) tat-total ta' 40 spaga stmati, il-ħxuna ta' l-ispag stabbilita teċċedi l-ħxuna massima ta' l-ispag permessa għal dik il-parti tax-xibka.

Artikolu 20

L-istabbilizzazzjoni ta' ħxuna ta' l-ispag fil-każ ta' nuqqas ta' qbil

Jekk is-sid tal-bastiment ma jaqbilx mar-riżultat ta' l-istima stabbilit bi qbil ma' l-Artikolu 19, din l-istima m'għandhiex tiqies għall-istabbilizzazzjoni tal-ħxuna ta' l-ispag.

Għall-għan ta' l-istabbilizzazzjoni tal-ħxuna ta' l-ispag l-ispettur għandu jerġa' jagħżel u jkejjel 20 malja differenti fl-istess parti tax-xibka u jekk jinstabu aktar minn ħames stimi negattivi (-) tat-total ta' 20 spaga stmati, il-ħxuna ta' l-ispag stabbilita teċċedi l-ħxuna massima ta' l-ispag permessa għal dik il-parti tax-xibka. Ir-riżultat ta' din l-istabbilizzazzjoni għandu jkun finali.

KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Ir-Revoka

Ir-Regolament (KEE) Nru 2108/84 huwa hawnhekk imħassar.

Ir-riferenzi għar-Regolament mħassar għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni dikjarata fl-Anness V.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikoli 17 u 20 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 125, tas-27.4.1998, p. 1.

[2] ĠU L 137, tad-19.5.2001, p. 1.

[3] ĠU L 194, ta' l-24.7.1984, p. 22.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS V

Tabella tal-korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 2108/84 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1(1) | L-Artikolu 2(1) minbarra l-aħħar parti tat-tieni sentenza |

L-Artikolu 1(2) | L-Artikolu 2(2) minbarra l-aħħar sentenza |

L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 3(1) minbarra l-ewwel parti ta' sentenza |

L-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 3(2) |

L-Artikolu 2(3) | L-Artikolu 3(3) |

— | L-Artikolu 4(1) |

— | L-Artikolu 4(2) |

L-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 5(1) |

L-Artikolu 3(2) | L-Artikolu 5(2) minbarra l-ewwel parti ta' l-ewwel sentenza |

L-Artikolu 3(3) | L-Artikolu 5(3) |

L-Artikolu 3(4) | L-Artikolu 6(1) |

Artikolu 4 | L-Artikolu 6(2) minbarra l-ewwel parti ta' l-ewwel sentenza fl-ewwel sottoparagrafu u t-tieni sottoparagrafu |

— | l-Artikolu 6(3) |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 7(2) minbarra l-aħħar sentenza |

L-Artikolu 6(1) | L-Artikolu 8(1) |

— | L-Artikolu 8(2) minbarra l-ewwel parti ta' l-ewwel sentenza |

L-Artikolu 6(2) | L-Artikolu 9(1)) minbarra l-aħħar kelma ta' l-aħħar sentenza |

— | L-Artikolu 9(2) |

— | L-Artikolu 9(3) |

— | L-Artikolu 9(4) |

Artikolu 6a | L-Artikolu 1(b) |

— | L-Artikolu 1(a) |

L-Artikolu 6b(1) | L-Artikolu 10(1) minbarra l-aħħar sentenza |

L-Artikolu 6b(2) | L-Artikolu 10(2) |

L-Artikolu 6b(3) | L-Artikolu 10(3) |

L-Artikolu 6b(4) | L-Artikolu 10(4) |

L-Artikolu 6b(5) | L-Artikolu 10(5) |

L-Artikolu 6ċ(1) | L-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 11(1) minbarra t-tieni parti tat-tieni sentenza |

L-Artikolu 6ċ(2) | L-Artikolu 12(2) |

L-Artikolu 6ċ(3) | L-Artikolu 13 |

L-Artikolu 6ċ(4) | L-Artikolu 11(2) a); b); ċ) minbarra l-ewwel parti ta' l-ewwel sentenza |

— | L-Artikolu 14 |

Artikolu 6d | L-Artikolu 15 minbarra l-aħħar parti ta' l-ewwel sentenza |

— | L-Artikolu 16(1) |

— | L-Artikolu 16(2) |

— | L-Artikolu 16(3) |

— | L-Artikolu 17(1) |

— | L-Artikolu 17(2) |

— | L-Artikolu 17(3) |

— | L-Artikolu 18(1) |

— | L-Artikolu 18(2)(a) u (b) |

— | L-Artikolu 18(3)(a) u (b) |

— | L-Artikolu 19(1) |

— | L-Artikolu 19(2) |

— | L-Artikolu 19(3) |

— | L-Artikolu 20 |

— | L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 22 minbarra t-tieni sentenza |

— | L-Anness I |

— | L-Anness II |

L-Anness | L-Anness III |

— | L-Anness IV |

— | L-Anness V |

--------------------------------------------------