32003R0045



Official Journal L 007 , 11/01/2003 P. 0060 - 0060


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 45/2003

ta’ l-10 ta’ Jannar 2003

li jikkoreġi r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli dettaljati biex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 fuq ċerti standards tal-marketing għan-negozju tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards tal-marketing għan-negozju tal-bajd [1], kif mibdul l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 5/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 20(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) It-test tal-verżjoni Taljana ta’ l-Artikolu 12(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 [3], kif emendat bir-Regolament (KE), hu żbaljat. Il-verżjoni Taljana għandha għalhekk tiġi kkoreġuta.

(2) Skond l-aħħar emenda tar-Regolament (KEE) Nru 1274/91 il-metodi tal-biedja jistgħu jkunu indikati fuq il-bajd kollu u mhux fuq il-bajd ta’ Grad "A" biss. Il-verżjoni Svediża għandha għalhekk tiġi kkoreġuta għal din ir-raġuni.

(3) Metodi tal-biedja jistgħu jkunu indikati fuq il-pakketti kollha li fihom il-bajd u mhux fuq il-pakketti żgħar biss. Il-verżjoni Olandiża għandha għalhekk tiġi kkoreġuta għal din ir-raġuni.

(4) Il-kejl imsemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Laħam ta’ Tjur u Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament (KEE) Nru 1274/91 hu kkoreġut kif ġej:

1. għal verżjoni Taljana biss:

fl-Artikolu 12(4) il-kliem fil-parentesi "(entro un raggio di 20 km dal centro di imballaggio e)" għandu jkun imħassar;

2. għal verżjoni Svediża biss:

fl-Artikolu 18(1), tielet linja, il-kliem "av klass ‘A'" u "sådana" għandhom jiġu mħassra;

3. għal verżjoni Olandiża biss:

fl-Artikolu 18(1), tieni linja, il-frażi "kleine" għandha tiġi mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 5.

[2] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 1.

[3] ĠU L 121, tas-16.5.1991, p. 11.

--------------------------------------------------