32003R0006



Official Journal L 001 , 04/01/2003 P. 0045 - 0049


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 6/2003

tat-30 ta' Diċembru 2002

dwar it-tixrid ta' l-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta' Mejju 1998 dwar prospetti ta'l-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 u 9 tiegħu,

Billi:

(1) Huwa xieraq li tiġi sfruttata kemm jista' jkun possibbli l-informazzjoni dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq, riferita fir-Regolament (KE) Nru 1172/98, filwaqt li tiġi rrispettata s-segretezza tar-reġistrazzjonijiet ta' l-informazzjoni individwali.

(2) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat livell raġjonevoli tal-kwalità fit-tagħrif imxerred u ż-żamma tas-serje ta' statistika eżistenti.

(3) Huwa meħtieġ illi ċerta informazzjoni tkun magħmula disponibbli lill-Istati Membri sabiex tikkompleta l-kopertura statistika tat-trasport bit-triq fil-livell nazzjonali.

(4) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Programm Statistiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjonijiet ta' l-informazzjoni individwali trasmessi lill-Kummissjoni (l-Eurostat) skond ir-Regolament (KE) Nru 1172/98 għandhom jintużaw sabiex jinbnew it-tabelli statistiċi li jkun fihom il-valuri aggregati miksuba bil-ġabra ta' l-informazzjoni li tibbaża ruħha fuqhom. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha xxerred it-tabelli statistiċi li jirriżultaw skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti l-Artikoli 2 u 3.

Artikolu 2

It-tixrid għandu jiġi awtorizzat għat-tabelli statistiċi elenkati fl-Anness.

Artikolu 3

1. It-tixrid tat-tabelli lil utenti oħra għajr lill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjoni li kull ċellola għandha tkun imsejsa fuq mill-inqas 10 registrazzjonijiet ta' vetturi, jiddependi mill-varjant ittabulat. Meta ċellola tiġi msejsa fuq inqas minn 10 reġistrazzjonijiet ta' vetturi, għandha tiġi aggregata maċ-ċelloli l-oħra, jew mibdula u b'sinjal xieraq. It-Tabelli riferiti fl-punt A ta' l-Anness għandhom jitħallew barra minn din ir-regola.

2. It-tabelli li jinkludu l-valuri aggregati msejsa fuq inqas minn 10 registrazzjonijiet tal-vetturi jistgħu jiġu forniti lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-istatistika Komunitarja tat-trasport fl-Istati Membri, bil-kondizzjoni li l-awtoriajiet nazzjonali japplikaw il-kondizzjoni ddikjarata fil-paragrafu 1 għal kull tabella mxerrda lil utenti oħra.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-30 ta' Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 163, tas-6.6.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

IL-LISTA TAT-TABELLI GĦAT-TIXRID

A. Il-kontinwità tat-tabelli eżistenti

Sabiex tinżamm il-kontinwità, it-tabelli eżistenti jistgħu jiġu mxerrda mill-Kummissjoni (l-Eurostat).

B. It-tabelli prinċipali

Jistgħu jiġu mxerrda s-settijiet u s-subsettijiet tat-tabelli li ġejjin.

In-Nota 1 | Għajr fejn iddikjarat xorta oħra, it-tabelli jinkludu t-tqassim waħda waħda mill-pajjiż tar-rappurtaġġ. |

In-Nota 2 | Il-miżuri li ġejjin jiġu kkalkolati internament għat-tabelli kollha: 1000 tMiljuni ta' tunnellati metriċi-kilometriMiljun vettura-kilometri (imgħobbija, battala)Il-Movimenti (imgħobbija, battala)In-numru tar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi użati sabiex tiġi kkalkolata ċ-ċellola fit-tabella |

Din il-kolonna tindika l-miżuri li jridu jiġu normalment offruti lill-utenti. Jistgħu jixxerrdu miżuri u unitajiet oħra jekk mitluba mill-utenti. |

Skond il-ħtiġiet ta' l-utenti, it-tabelli jistgħu jiġu bbażati fuq il-varjanti li jkollhom x'jaqsmu mal-vjaġġi (it-tagħrif mis-settijiet ta' l-informazzjoni fil-A2) jew fuq il-merkanzija li jkollha x'taqsam mal-ħidmiet tagħrif mis-settijiet ta' l-informazzjoni fil-A3) (ara r-Regolament (KE) 1172/98). Il-movimenti jkunu għalhekk mmarkati jew bħala n-numru tal-vjaġġi jew bħala n-numru ta' ħidmiet tat-trasport. Il-movimenti tat-transitu jkunu mmarkati ta' hekk. |

In-Nota 3 | It-tip tal-ħidma tiġi mqassma waħda waħda kif ġej: Il-Vjaġġ nazzjonaliil-postijiet tat-tagħbija u tal-ħatt it-tnejn fil-pajjiż tar-rappurtaġġIl-Vjaġġ intenazzjonali__NEWLINE__Il-postijiet tat-tagħbija jew tal-ħatt jew it-tnejn f'pajjiżi oħra għajr fil-pajjiż tar-rappurtaġġ (= is-somma ta' l-erba' kategoriji) (li minnhom)għall-estern (il-merkanzija mgħobbija fil-pajjiż tar-rappurtaġġ): il-vjaġġ jibda fil-pajjiż tar-rappurtaġġ, itemm xi mkien ieħorlejn l-intern (il-merkanzija maħtuta fil-pajjiż tar-rappurtaġġ): il-vjaġġ jibda xi mkien ieħor, item fil-pajjiż tar-rappurtaġġil-kummerċ inkroċjat: vjaġġ bejn żewġ pajjiżi oħra għajr il-pajjiż tar-rappurtaġġil-kabutaġġ: il-vjaġġ bejn postijiet ġo pajjiż ieħor għajr il-pajjiż tar-rappurtaġġ. |

In-Nota 4 | It-tfassil ta' din it-tabella hija murija fit-taqsima E ta' dan l-Anness. |

It-Tabella | Id-Deskrizzjoni in-Nota 1 | Il-Perjodu taż-żmien tar-Riferiment | L-Unitajiet In-Nota 2 | Noti |

B1 | Is-Sommarju ta' l-attività skond it-tip tal-ħidma u t-tip tat-trasport | Is-Sena, il-kwart tas-sena, | 1000 t Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri Vetturi-kilometri | In-Nota 3 In-Nota 4 |

B2 | It-Trasport, skond it-tip tal-ħidma | Is-Sena, il-kwart tas-sena, | 1000 t Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri | Nota 3 |

B3 | It-Trasport, skond it-tip tal-merkanzija | Sena | 1000 t Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri | |

B4.1 | It-Trasport internazzjonali, skond il-pajjiż tat-tagħbija u l-ħatt (it-total tal-pajjiżi kollha tar-rappurtaġġ) | Sena | 1000 t Miljuni ta' tunnellata metriċi-kilometri | |

B4.2 | Bħal għat-tabella B4.1, imma bit-tqassim waħda waħda miżjud skond it-tip tal-merkanzija. | Sena | 1000 t Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri | |

B4.3 | It-Trasport internazzjonali, skond il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħatt (bit-tqassim waħda waħda skond il-pajjiż tar-rappurtaġġ) | Sena | 1000 t Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri | |

B4.4 | Bħal għat-tabella B4.3, imma biż-żieda tat-tqassim waħda waħda skond it-tip tal-merkanzija. | Sena | 1000 t Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri | |

B5.1 | It-trasport, skond ir-reġjun tat-tagħbija | Sena | 1000 t Miljuni ta' trunnellati metriċi-kilometri Il-Movimenti | |

B5.2 | It-Trasport, skond ir-reġjun tal-ħatt | Sena | 1000 t Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri Il-Movimenti | |

B6.1 | It-Trasport, skond il-klassi tad-distanza | Sena | 1000 t Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri Miljuni ta' vetturi-kilometri Il-Movimenti | |

B6.2 | Bħal għat-tabella B6.1, imma biż-żieda tat-tqassim waħda waħda skond it-tip tal-merkanzija. | Sena | 1000 t Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri Miljuni ta' vetturi-kilometri Il-Movimenti | |

B7 | It-Trasport, skond il-konfigurazzjoni tal-fus | Sena | Miljuni ta' tunnellati metriċi-km Miljuni ta' vetturi-kilometri Il-Movimenti | |

B8 | It-trasport, skond l-għomor tal-vettura | Sena | Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri Miljuni ta' vetturi-kilometri Il-Movimenti | |

B9 | It-Trasport, skond il-piż massimu permissibbli tal-vettura | Sena | Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri Miljuni ta' vetturi-kilometri Il-Movimenti | |

B10 | It-Trasport, skond il-kapaċità tat-tagħbija tal-vettura | Sena | Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri Miljuni a' vetturi-kilometri Il-Movimenti | |

B11 | It-Trasport, skond il-fergħa tan-NACE | Sena | Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri Miljuni ta' vetturi-kilometri Il-Movimenti | |

B12 | Il-Movimenti tal-vetturi, imgħobbija u battala | Sena | Miljuni ta' vetturi-kilometri Il-Movimenti | |

B13.1 | Il-Movimenti tal-vetturi tat-transitu, skond il-pajjiż tat-transitu, imgħobbija/battala u skond il-piż massimu permissibbli (it-total tal-pajjiżi kollha tar-rappurtaġġ) | Is-Sena, | 1000 t Il-Movimenti | |

B13.2 | Il-Movimenti tal-vetturi tat-transitu, skond il-pajjiż tat-transitu (bit-tqassim wieħed wieħed tal-pajjiż tar-rappurtaġġ) | Sena | 1000 t Il-Movimenti | |

B14 | It-Trasport ta' l-oġġetti perikolużi, skond it-tip ta' l-oġġetti perikolużi | Sena | Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri Miljuni ta' vetturi-kilometri Il-Movimenti | |

B15 | It-Trasport, skond it-tip tat-tagħbija | Sena | Miljuni ta' tunnellati metriċi-kilometri Miljuni ta' vetturi-kilometri Il-Movimenti | |

C. It-Tabelli dwar il-kabutaġġ

Sabiex jiġi pprovdut it-tagħtif dwar il-kabutaġġ ekwivalenti għal dak disponibbli fir-Regolament (KE) 3118/93 [1], jistgħu jiġu mxerrda s-sett tat-tabelli u s-subsettijiet ta' dawn it-tabelli li ġejjin:

| Id-Deskrizzjoni | Il-Perjodu taż-żmien | L-Unità |

C1 | Il-Kabutaġġ imwettaq mit-trasportaturi minn kull pajjiż tar-rappurtaġġ, skond il-pajjiż tar-rappurtaġġ | Is-Sena | It-Tunnellati meriċi-kilometri |

C2 | Il-Kabutaġġ imwettaq mit-trasportaturi mill-pajjiżi kollha tar-rappurtaġġ, skond il-pajjiż li fih isir il-kabutaġġ | Is-Sena | It-Tunnellati metriku-kilometri |

C3 | Il-Kabutaġġ skond il-pajjiż tar-rappurtaġġ, il-pajjiż li fih isir il-kabutaġġ | Is-Sena | It-Tunnellati metriċi-kilometri |

D. It-Tabelli għall-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri

Sabiex jiġu megħjuna l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri għajr il-pajjiż tar-rappurtaġġ sabiex tinbena statistika kompleta dwar il-ħidmiet tat-trasport bit-triq fit-territorju nazzjonali tagħhom, jistgħu jiġu forniti l-inkartamenti ta' l-informazzjoni aggregata li ġejjin:

| Id-Deskrizzjoni | Il-perjodu taż-żmien | Id-dimensjonijiet aggregati | L-Unitajiet |

D1 | Il-Ħidmiet tat-trasport fil-livell nazzjonali (vjaġġi bit-tagħbija) | Sena | -Il-pajjiż tar-rappurtaġġ-Il-Pajjiż tat-tagħbija-Il-Pajjiż tal-ħatt-It-Tip tal-merkanzija | Tunnellati metriċi It-Tunnellati metriċi-kilometri Il-Vetturi-kilometri Il-Movimenti In-Numru ta' reġistrazzjonijiet ta' vetturi |

D2 | Il-Ħidmiet tat-trasport fil-livell nazzjonali (vjaġġi battala) | Is-Sena | -Il-Pajjiż tar-rappurtaġġ-Il-Pajjiż ta' l-oriġini-Il-Pajjiż tad-Destinazzjoni | Il-Vetturi-km Il-Movimenti In-Numru ta' reġistrazzjonijiet ta' vetturi |

D3 | Il-Ħidmiet tat-trasport fil-livell reġjonali (vjaġġi mgħobbija) | Is-Sena | -Il-Pajjiż tar-rappurtaġġ-Ir-Regjun ta' l-oriġini-Ir-Reġjun tad-destinazzjoni | It-Tunnellati metriċi It-tunnellati metriċi-kilometri Il-Vetturi-kilometri Il-Movimenti In-Numru ta' reġistrazzjonijiet ta' vetturi |

D4 | Il-Ħidmiet tat-trasport fil-livell reġjonali (il-vjaġġi battala) | Is-Sena | -Il-Pajjiż tar-rappurtaġġ-Ir-Reġjun ta' l-oriġini-Ir-Reġjun tad-destinazzjoni | Il-Vetturi-kilometri Il-Movimenti In-Numru ta' reġistrazzjonijiet ta' vetturi |

D5 | It-Trasport tat-transitu (vjaġġi mgħobbija u battala) | Sena | -Il-Pajjiż tat-transitu-Il-Pajjiż tar-rappurtaġġ-Imgħobbija/Battala | It-Tunnellati metriċi Il-Movimenti In-Numru ta' reġistrazzjonijiet ta' vetturi |

+++++ TIFF +++++

[1] ĠU L 279, tat-12.11.1993, p. 1.

--------------------------------------------------