32003L0113



Official Journal L 324 , 11/12/2003 P. 0024 - 0035


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/113/KE

tat-3 ta’ Diċembru 2003

li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE f’dak li jirrigwardja l-istabbilizzar tal-livelli minimi ta’ ċerti residwi ta’ pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali, l-oġġetti ta’ l-ikel ta’ l-oriġini mill-annimali u ċerti prodotti ta’ l-oriġini mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex

(Test b’rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-istabbilizzar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/62/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-istabbilizzar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq l-oġġetti ta’ l-ikel ta’ l-oriġini mill-annimali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/60/KE [4], u partikolarment l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-istabbilizzar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti ta’ l-oriġini mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħxejjex [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/69/KE [6], u partikolarment l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/84/KE [8], u partikolarment l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1) Is-sustanzi attivi eżistenti 2,4-DB linuron u pendimethalin, kienu nklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/31/KE [9].

(2) Is-sustanzi attivi eżistenti 2,4-DB imazamox, oxasulfuron, ethoxysulfuron, foramsulfuron, oxadiargyl u cyazofamid, kienu nklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/23/KE [10].

(3) L-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati kienet ibbażata fuq l-assessjar ta’ l-informazzjoni ippreżentata li tikkonċerna l-użu pproponut. L-informazzjoni li tirrigwardja ma dan l-użu kienet ġiet ippreżentata minn ċerti Stati Membri bi qbil ma l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni disponibbli kienet ġiet riveduta u hija suffiċċjenti sabiex tippermetti ċerti livelli massimi ta’ residwi (MRL) li jkunu stabbiliti.

(4) Meta l-ebda MRL tal-Komunità jew MRL proviżjonali ma jkunu jeżistu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu MRL nazzjonali proviżjonali bi qbil ma l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel ma l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi ma jkunu awtorizzati.

(5) Fir-rigward ta’ l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati, l-evalwazzjonijiet tekniċi u xjentifiċi relatati kienu finalizzati fil-għamla ta’ rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Ir-rapporti ta’ l-assessjar għas-sustanzi msemmija kienu finalizzati fid-dati msemmija fid-Direttivi tal-Kummissjoni kif ċitati permezz ta’ (1) u (2). Dawn ir-rapporti stabbelixxew id-Dħul Aċċettabbli ta’ Kull Jum (ADI/DAJ) u jekk meħtieġ, id-Doża Akuta ta’ Referenza (ARfD/DARf) tas-sustanzi kkonċernati. L-esposizzjoni tal-konsumaturi għall-prodotti ta’ l-ikel ittrattati bis-sustanza attiva kkonċernata kienu ġie assessjati u evalwati bi qbil mal-proċeduri tal-Komunità. Qies għandu jittieħed ukoll tal-linji ta’ gwida ppublikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [11] u ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti [12] rigward il-metodoloġija wżata. Huwa konkluż li l-MRL ipproponuti ma jwasslux għal dawk il-ADI jew ArfD milli jkunu misbuqa.

(6) Sabiex ikun assigurat li l-konsumatur ikun adekwatament protett minn l-esposizzjoni għar-residwi li jirriżultaw mill-użu mhux awtorizzat tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, MRL proviżjonali għandhom ikunu stabbiliti għall-prodotti/perstiċidi relevanti f’ġemgħat fil-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika.

(7) L-istabbilizzar fil-livell tal-Komunità ta’ MRL proviżjonali tali ma jżommx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu MRL proviżjonali għas-sustanzi ta’ din id-Direttiva b’konformità ma l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI tagħha. Huwa meqjus li perjodu ta’ ħames snin huwa biż-żejjed sabiex jippermtti użu ulterjuri tas-sustanzi attivi kkonċernati. Il-MRL proviżjonali għandhom imbagħad isiru definittivi.

(8) Huwa għalhekk mħtieġ li r-residwi tal-pestiċi kollha li jirriżultaw mill-użu ta’ dawn il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti jiżdiedu ma l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE sabiex jippermettu s-sorveljanza u l-kontroll xieraq tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u tal-protezzjoni tal-konsumatur. L-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk ikunu emendati kif xieraq.

(9) Din id-Direttiva hija bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi għal 2,4-DB, linuron, pendimethalin, imazamox, oxasulfuron, ethoxysulfuron, foramsulfuron, oxadiargyl u cyazofamid kif murija fl-Anness 1 ta’ din id-Direttiva huma miżjuda mal-Parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE.

Artikolu 2

Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi għal pendimethalin, kif mutrija fl-Anness II ta’ din id-Direttiva huma miżjuda ma l-Anness IIA tad-Direttiva 86/363/KEE. Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi għal 2,4-DB u oxasulfuron, kif mutrija fl-Anness III ta’ din id-Direttiva huma miżjuda ma l-Anness IIB tad-Direttiva 86/363/KEE.

Artikolu 3

Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi għal 2,4-DB, linuron, pendimethalin, imazamox, oxasulfuron, ethoxysulfuron, foramsulfuron, oxadiargyl u cyazofamid kif murija fl-Anness 1V ta’ din id-Direttiva huma miżjuda mal-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamentui u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard sitt xhur minn wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandhom minnufih jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-4 ta’ Ġunju 2005.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b’referenza bħal din fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

Artikolu 5

Dan id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37.

[2] ĠU L 154, tal-21.6.2003, p. 70.

[3] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43.

[4] ĠU L 155, ta’ l-24.6.2003, p. 15.

[5] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71.

[6] ĠU L 175, tal-15.7.2003, p. 37.

[7] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[8] ĠU L 247, tat-30.9.2003, p. 20.

[9] ĠU L 101, tat-23.4.2003, p. 3.

[10] ĠU L 81, tat-28.3.2003, p. 39.

[11] Linji ta’ gwida sabiex ikunu mbasra r-residwi tal-pestiċidi fl-ikel dietetiku (reveduti), ippreparati mill-Programm ta’ l-Ikel/GEMS b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[12] L-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti rigward suġġetti relatati ma l-emendi ta’ l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (L-opinjoni espressa mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, l-14 ta’ Lulju 1998) (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/index_en.html).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Gruppi u eżempji ta' prodotti ndividwali li dwarhom l-MRL huma applikabbli | Residwi ta' Pestiċidji u livelli massimi ta' residwu (mg/kg) |

2,4-DB | linuron | imazamox | pendimethalin | oxasulfuron | ethoxysulfuron | foramsulfuron | oxadiargyl | cyazofamid |

ĊEREALI | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,01 | 0,01 | 0,02 |

Xgħir | | | | | | | | | |

Qamħ tal-ġenzana | | | | | | | | | |

Qamħ ir-rum | | | | | | | | | |

Millieġ | | | | | | | | | |

Ħafur | | | | | | | | | |

Ross | | | | | | | | | |

Segala | | | | | | | | | |

Sorgu | | | | | | | | | |

Tritikali | | | | | | | | | |

Qamħ | | | | | | | | | |

Ċereali oħrajn | | | | | | | | | |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi fi mg/kg (ppm) |

Ta' kontenut ta' xaħam Ta' kontenut ta' xaħam fil-laħam, preparazzjonijiet tal-laħam, raċanċ u xaħmijiet tal-laħam elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex 0201, 0202, 0203, 0204, 0205 00 00, 0206, 0207, ex 0208, 0209 00, 0210, 1601 00 u 1602 | għall-ħalib tal-baqar u krema ntiera mill-ħalib tal-baqar elenkati għall-ħalib tal-baqar u krema ntiera mill-ħalib tal-baqar elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nru 0401: għall-oġġetti ta' l-ikel l-oħrajn fl-intestaturi Nri 0401, 0402, 0405 00 u 0406 b'konformità ma | ta' bajd frisk bil-qoxra, bajd ta' l-għasafar u isfra tal-bajd elenkati ta' bajd frisk bil-qoxra, bajd ta' l-għasafar u isfra tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nru 0407 00 u 0408 |

Pendimethalin | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

--------------------------------------------------

ANNEX III

Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi fi mg/kg (ppm) |

Tal-laħam, inklużix-xaħam, preparazzjonijiettal-laħam, raċanċ uxaħmijiet ta' l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex 201,0202, 0203, 0204, 0205 00 00, 0206, 0207, ex 0208, 0209 00, 0210,1601 00 u 1602 | għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkatifl-Anness I taħtl-intestaturi Nri 0401, 0402 0405 00 u 0406 | għal bajn fil-qoxra, għal bajd ta' l-għasafar u isfra tal-bajd elenekati fi l-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 00 u 0408 |

2,4-DB | 0,05 laħam 0,1 fwied, kliewi | 0,01 | 0,05 |

oxasulfuron | 0,05 | | |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Gruppi u eżempji ta' prodotti ndividwali li dwarhom l-MRL huma applikabbli | 2,4-DB | Linuron | Pendimethalin | Imazamox | Oxasulfuron | Ethoxysulfuron | Foramsulfuron | Oxadiargyl | Cyazofamid |

1.Frott, frisk, imqadded jew mhux imsajjar, ippreservar bil-friża, li ma jkux fih żieda ta' zokkor; ġewż | | 0,05 | | | | | | | 0,01 |

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU

Tronġ | | | | | | | | | |

Lumi | | | | | | | | | |

Xkomp | | | | | | | | | |

Mandolina (inkliżi Klementini u oħrajn l-ibridi) | | | | | | | | | |

Larinġ | | | | | | | | | |

Pomeli | | | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 | | | | | | | 0,01 |

(ii)ĠEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew imqaxxar)

Lews | | | | | | | | | |

Ġewż tal-Brażil | | | | | | | | | |

Ġewż tal-kexju | | | | | | | | | |

Qastan | | | | | | | | | |

Ġewż ta' l-Indi | | | | | | | | | |

Ġellews | | | | | | | | | |

Makadamja | | | | | | | | | |

Pekani | | | | | | | | | |

Qlub tal-prinjoni | | | | | | | | | |

Pistaċċi | | | | | | | | | |

Ġews | | | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 | | | | | | | 0,01 |

(iii)FROTT TAL-POME

Tuffieħ | | | | | | | | | |

Lanġas | | | | | | | | | |

Sfraġel | | | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 | | | | | | | 0,01 |

(iv)FROTT TA' L-GĦADMA

Berquq | | | | | | | | | |

Ċirasa | | | | | | | | | |

Ħawħ (inklużin-nettarini u l-ibridi simili) | | | | | | | | | |

Għanbaqar | | | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 | | | | | | | |

(v)FROTT ŻGĦIR U KUKKU | | | | | | | | | 0,5 |

(a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid

Għeneb tal-mejda | | | | | | | | | |

Għeneb ta' l-inbid | | | | | | | | | 0,01 |

(b)Frawli (appart milli tal-foresti) | | | | | | | | | 0,01 |

(c)Frott tal-qasab (appart milli tal-foresti)

Tut | | | | | | | | | |

Dewberries | | | | | | | | | |

Loganberries | | | | | | | | | |

Lamponi | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | | 0,01\ |

(d)Kukku u frott żgħir ieħor (appart milli tal-foresti)

Bilberries | | | | | | | | | |

Cranberries | | | | | | | | | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | | | | | | | | |

Gooseberries | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | | 0,01 |

(e)Kukku u frott ieħor selvaġġ | | 0,05 | | | | | | | 0,01 |

(vi)MIXXELLANJI

Avokado | | | | | | | | | |

Banana | | | | | | | | | |

Tanal | | | | | | | | | |

Tin | | | | | | | | | |

Kiwi | | | | | | | | | |

Kumkwatt | | | | | | | | | |

Liċi | | | | | | | | | |

Mangi | | | | | | | | | |

Żebbuġ | | | | | | | | | |

Frott tal-passjoni | | | | | | | | | |

Ananas | | | | | | | | | |

Papajja | | | | | | | | | |

Oħrajn | 0,05 | | | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,01 | 0,01 | |

2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajra, iffriżati jew imqadda | | | | | | | | | 0,01 |

(i)ĦXEJJEX TA' L-GĦERUQ U TUBERI

Pitravi (ħamra) | | 0,2 | 0,2 | | | | | | |

Karroti | | 0,5 | | | | | | | |

Krafes ħomor (ħoxnin) | | | 0,2 | | | | | | |

Ravanell | | | | | | | | | |

Artiċoks | | 0,2 | 0,2 | | | | | | |

Zfunnarija (bajda) | | 0,2 | 0,2 | | | | | | |

L-għerq tat-tursin | | | | | | | | | |

Ravanell (abjad) | | | | | | | | | |

Salsafja | | | | | | | | | |

Patata ħelwa | | | | | | | | | |

Rapa Svediża | | | | | | | | | |

Nevew | | | | | | | | | |

Jamm | | 0,05 | 0,05 | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 | 0,05 | | | | | | 0,01 |

(ii)ĦXEJJEX TAL-BASLA

Tewm | | | | | | | | | |

Basal | | | | | | | | | |

Basal żgħir | | | | | | | | | |

Basal abjad (tar-rebbiegħa) | | | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 | 0,05 | | | | | | |

(iii)FROTT, ĦXEJJEX

(a)Solanaċea | | | | | | | | | 0,2 |

Tadam | | | | | | | | | |

Bżar | | | | | | | | | |

Brunġiel | | | | | | | | | 0,01 |

Oħrajn | | | | | | | | | |

(b)Kukubriti – qoxra oħra tajba għall-ikel | | | | | | | | | 0,1 |

Ħjar | | | | | | | | | |

Ħjar żgħir (tal-pikles) | | | | | | | | | |

Qargħa bagħli | | | | | | | | | 0,01 |

Oħrajn | | | | | | | | | 0,1 |

(c)Kukubriti – qoxra oħra mhux tajba għall-ikel

Bettieħ | | | | | | | | | |

Lbieba tal-qara' | | | | | | | | | |

Dolliegħ | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | | 0,01 |

(d)Qamħ-ir-rum ħelu | | 0,05 | 0,05 | | | | | | 0,01 |

(iv)ĦXEJJEX TAL-BRASSIKA

(a)Brassika tal-fjuri

Brokkli | | | | | | | | | |

Pastard | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | | |

(b)Brassika tar-ras

Brussels sprouts | | | | | | | | | |

Kaboċċa tar-ras | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | | |

(c)Brassika tal-weraq

Kaboċċa Ċiniża | | | | | | | | | |

Felful | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | | |

(d)Kolorabi | | | 0,05 | | | | | | 0,01 |

(v)ĦXEJJEX TAL-WERAQ U ĦWAWAR FRISKI | | 0,05 | | | | | | | |

(a)Ħass u simili

Krexxun | | | | | | | | | |

Ħass tal-ħaruf | | | | | | | | | |

Ħass | | | | | | | | | |

Skaroli | | | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 | | | | | | | |

(b)Spinaċi u simili

Spinaċi | | | | | | | | | |

Weraq tal-pitravi (salvelinus) | | | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 | | | | | | | |

(c)Krexxun ta' l-ilma (aruka) | | 0,05 | | | | | | | |

(d)Witluf | | | | | | | | | |

(e)Ħwawar

Maxxita | | | | | | | | | |

Kurratt selvaġġ | | 1 | | | | | | | |

Tursin | | 1 | | | | | | | |

Weraq tal-krafes | | 0,05 | | | | | | | |

Oħrajn | | | 0,2 | | | | | | 0,01 |

(vi)ĦXEJJEX LEGUMINI (friski)

Fażola (bil-miżwed) | | 0,1 | | | | | | | |

Fażola (mingħajr miżwed) | | | | | | | | | |

Piżelli (bil-miżwed) | | 0,1 | | | | | | | |

Piżelli (mingħajr miżwed) | | 0,05 | | | | | | | |

Oħrajn | | | 0,05 | | | | | | 0,01 |

(vii)ĦXEJJEX TAZ-ZOKK (friski)

Asparġi | | | | | | | | | |

Karduni | | 0,1 | | | | | | | |

Krafes | | | | | | | | | |

Bużbież | | | | | | | | | |

Qaqoċċ | | | | | | | | | |

Kurrat | | | | | | | | | |

Rabarbru | | 0,05 | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 | 0,05 | | | | | | 0,01 |

(viii)FAQIEGĦ (fungi)

(a)Faqiegħ ikkoltivat | | | | | | | | | |

(b)Faqiegħ selvaġġ | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,01 | 0,01 | 0,01 |

3.FROTT TAL-MIŻWED

Fażola | | | | | | | | | |

Għads | | | | | | | | | |

Piżelli | | | | | | | | | |

Oħrajn | 0,05 | 0,1 | 0,1 | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,01 | 0,01 | 0,02 |

4.ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT

Kittien | | | | | | | | | |

Karawett | | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-peprin | | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-ġulġliel | | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | | | | | | | | |

Żerriegħa tar-rapa | | | | | | | | | |

Fażola tas-sojja | | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-mustarda | | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-qoton | | | | | | | | | |

Oħrajn | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 0,01 | 0,01 | 0,01 |

5.PATATA

Patata bikrija | | | | | | | | | |

Patata mwaħħra | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,05 | 0,05 | 0,02 |

6.TE (weraq u zkuk, imnixxfa, iffermentati jew mod ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,05 | 0,05 | 0,02 |

7.ĦOPPS (imqadded), inklużi l-gerbubi tal-ħopps u trab mhux ikkonċentrat | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,1, p.83. | 0,05 | 0,05 | 0,02 |

--------------------------------------------------