Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0106 - 0107
Id-Direttiva 2003/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (STEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu, Wara li kkonsidraw il-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [1], Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni, Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2], Billi: (1) Waqt il-proċedura ta’ adozzjoni dwar id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (STEE) [3] kien hemm xi tħassib dwar il-possibilt_ ta’ implikazzjonijiet finanzjarji mill-kliem ta’ l-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva għal produtturi tat-tagħmir konċernat. (2) Fil-laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni ta’ l-10 ta’ Ottubru 2002 dwar dik id-Direttiva il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni esprimew l-intenzjoni tagħhom f’Dikjarazzjoni Konġunta li jeżaminaw il-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva, dwar finanzjament fir-rigward tal-STEE minn utenti għajr djar privati, kemm jista’ jkun malajr. (3) Skond id-Dikjarazzjoni Konġunta, il-Kummissjoni eżaminat l-implikazzjonijiet finanzjarji għal produtturi li jirriżultaw mill-kliem attwali ta’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/96/KE, u sabet li l-obbligu ta’ teħid lura għal STEE imqiegħed fis-suq fl-imgħoddi joħloq responsabbilt_ retroattiva li dwarha ma kienet saret ebda disposizzjoni u li aktarx ser tesponi ċerti produtturi għal riskji ekonomiċi serji (4) Biex jiġu evitati riskji bħal dawn, ir-responsabbilt_ finanzjarja għall-ġbir, trattament, użu mill-ġdid, irkuprar u riċiklaġġ ta’ STEE minn utenti għajr djar privati mqiegħda fis-suq qabel it-13 ta’ Awwissu 2005 għandha tkun tal-produtturi meta jissupplixxu prodotti ġodda biex jissostitwixxu prodotti ta’ tip ekwivalenti jew li jaqdu l-istess funzjonijiet. Meta skart bħal dan ma jinbidilx bi prodotti ġodda, ir-responsabbilt_ għandha tkun ta’ dawk l-utenti. Stati Membri, produtturi u utenti għandu jkollhom il-possibilt_ li jagħmlu arranġamenti oħra. (5) Skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/96/KE, Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dik id-Direttiva sat-13 ta’ Awwissu 2004. Biex jiġi evitat il-bżonn ta’ emendi fil-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri adottata sa dik id-data, din id-Direttiva għandha tiġi adottata kemm jista’ jkun malajr u implimentata fil-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri fl-istess ħin bħad-Direttiva 2002/96/KE. (6) Id-Direttiva 2002/96/KE għandha tiġi emendata skond dan, ADOTTAW DIN ID-DIRETIVA: Artikolu 1 L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/96/KE tinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 9 Finanzjament fir-rigward ta’ STEE minn utenti għajr djar privati 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, sat-13 ta’ Awwissu 2005, il-finanzjament ta’ l-ispejjeż dwar ġbir, trattament, irkuprar u r-rimi skond ħtiġijiet ambjentali ta’ STEE minn utenti għajr djar privati ta’ prodotti mqiegħda fis-suq wara t-13 ta’ Awwissu 2005 għandu jsir mill-produtturi.. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, sat-13 ta’ Awwissu 2005, dwar STEE minn prodotti mqiegħda fis-suq qabel it-13 ta’ Awwissu 2005 (skart storiku), il-finanzjament għall-ispejjeż ta’ amministrazzjoni ikun kif preskritt fit-tielet u r-raba’ subparagrafi. Dwar skart storiku mibdul bi prodotti ġodda ekwivalenti jew bi prodotti ġodda bl-istess funzjoni, il-finanzjament ta’ l-ispejjeż għandu jkun ir-responsabbilt_ tal-produtturi ta’ dawk il-prodotti meta jfornuhom. L-Istati Membri jistgħu, alternattivament, jiddisponu li utenti għajr djar privati ikunu wkoll responsabbli, parzjalment jew totalment, għal dan il-finanzjament.. Dwar skart storiku ieħor, il-finanzjament ta’ l-ispejjeż għanu jkun ir-responsabbilt_ ta’ l-utenti għajr djar privati. 2. Produtturi u utenti għajr djar privati jistgħu, bla ħsara għal din id-Direttiva, jikkonkludu ftehimiet li jistipulaw metodi oħra ta’ finanzjament" Artikolu 2 Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Awwissu 2004. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih. Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikun hemm magħhom referenza bħal din meta ssir il-pubblikazzjoni offiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Diċembru 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President F. Frattini [1] ĠU C 234, tat-30.09.2003, p. 91. [2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2003 (għad mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2003. [3] ĠU L 37, tat-13.02.2003, p. 24. --------------------------------------------------