Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0097 - 0105
id-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru ta’ l-2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll fuq il-perikoli ta’ aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi. IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità’ Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2], Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni, Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fit-22 ta’ Ottubru ta’ l-2003 [3], Billi: (1) Direttiva 96/82/KE [4] għandha l-għan li tipprevjeni aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għall-bniedem u għan-natura, bil-għan li tassigura livelli għolja ta’ protezzjoni mal-Komunità kollha f’mod konsistenti u effettiv. (2) Fid-dawl ta’ aċċidenti industrijali riċenti u studji fuq karċinoġeni u sustanzi perikolużi għall-ambjent imwettqa mill-Kummissjoni fuq talba tal-Kunsill, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/82/KE għandu jkun estiż. (3) It-tixrid tas-cyanide li niġġes id-Danubju wara l-aċċident fil-Baia Mare fir-Rumanija f’Jannar tas-sena 2000 wera li ċertu ħżin u attivitajiet ta’ proċessar fit-tħaffir fil-minjieri, speċjalment f’faċilitajiet ta’ rimi ta’ tailings, inkluż għadajjar u digi ta’ tailings, għandhom potenzjal li jikkawżaw konsegwenzi serji ħafna. Il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-operat sigur ta’ attivitajiet tal-minjieri u dwar is-sitt programm ta’ azzjoni ta’ l-ambjent tal-Komunità’ Ewropea b’hekk emfasiżżaw il-bżonn għall-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/82/KE. Fir-reżoluzzjoni tagħha tal-5 ta’ Lulju ta’ l-2001 [5] dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-operat sigur ta’ attivitajiet tal-minjieri, il-Parlament Ewropew laqa’ wkoll l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva li ikopri riskji li jseħħu minn ħżin u attivitajiet ta’ proċessar fil-minjieri. (4) Il-proposta għal direttiva dwar l-imaniġġjar ta’ skart minn industriji ta’ estrazzjoni tista’ tkunu qafas relevanti għal miżuri li jirrigwardaw dawk il-faċilitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ l-iskart li jippreżentaw riskju ta’ aċċidenti iżda li mhumiex koperti mid-Direttiva preżenti. (5) L-"aċċident tal-logħob tan-nar" f’Enschede fl-Olanda f’Mejju tas-sena 2000 wera l-potenzjal ta’ aċċident kbir li hemm minn ħżin u manifattura ta’ sustanzi pirotekniċi u splussivi. It-tifsira ta’ tali sustanzi fid-Direttiva 96/82/KE għandha għalhekk tkun kjarifikata u simplifikata. (6) L-isplużjoni f’impjant ta’ fertilizzant f’Toulouse f’Settembru ta’ l-2001 wera l-potenzal ta’ aċċident li hemm mill-ħżin ta’ nitrat ta’ l-ammonja u fertilizzanti bbażati fuq in-nitrat ta’ l-ammonja, b’mod partikolari ta’ materjal mhux aċċettat matul il-proċess ta’ manifattura jew ritornat lill-manifattur (off-specs). Il-kategoriji eżistenti ta’ nitrat ta’ l-ammonja u fertilizzanti bbażati fuq in-nitrat ta’ l-ammonja f’Direttiva 96/82/KE għandhom għalhekk ikunu riveduti bl-għan li jinkludu materjal "off-specs". (7) Id-Direttiva 96/82/KE m’għandhiex għalhekk tkun applikata għal siti ta’ min jużaha l-aħħar fejn nitrat ta’ l-ammonja u fertilizzanti bbażati fuq in-nitrat ta’ l-ammonja, li mal-kunsenja kienu konformi ma’ l-ispeċfikazzjoni f’dik id-Direttiva iżda sussegwentament ġew degradati jew imniġġsa, huma temporanjament preżenti qabel ma jkunu imneħħija għal proċessar mill-ġdid jew distrutti. (8) Studji mwettqa mill-Kummissjoni f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri jappoġġaw l-estensjoni tal-lista ta’ karċinoġeni bi kwantitajiet xierqa li jikkwalifikaw u li jbaxxu b’mod sinfikanti l-kwantitajiet li jikkwalifikaw mogħtija lil sustanzi perikolużi għall-ambjent f’Direttiva 96/82/KE. (9) Għal stabbilimenti li sussegwentament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/82/KE, ġie muri li huwa neċessarju li jkunu introdotti perjodi minimi għan-notifikazzjonijiet u l-istabbiliment ta’ politiċi ta’ prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar, rapporti ta’ sigurta’ u pjanijiet ta’ emerġenza. (10) L-esperjenza u t-tagħrif ta’ persunal relevanti fl-istabbiliment jistgħu jgħinu fit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ emerġenza, u l-persunal kollu fi stabbiliment u persuni li hemm ċans jintlaqtu, għandhom ikunu adegwatament infurmati dwar miżuri u azzjonijiet ta’ sigurta’. (11) L-addozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom tat-23 ta’ Ottubru ta’ l-2001 li tistabbilixxi mekkaniżmu tal-Komunità biex jiffaċilita l-koperazzjoni rafforzata fl-interventi ta’ għajnuna ta’ protezzjoni ċivili [6] jenfasiżża l-bżonn li tkun faċilitata koperazzjoni rafforzata fl-interventi ta’ għajnuna ta’ protezzjoni ċivili. (12) Huwa bżonnjuż, sabiex ikunu faċilitat l-ippjanar għall-użu ta’ l-art, li jkunu mfassla linji gwida li jiddefinixxu database li għandha tintuża sabiex issir stima tal-kompatibilita’ bejn l-istabbilimenti koperti bid-Direttiva 96/82/KE u l-oqsma deskritti fl-Artikolu 12(1) ta’ dik id-Direttiva. (13) Għandu jkun hemm obbligu fuq l-Istati Membri sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni minima dwar l-istabbilimenti koperti bid-Direttiva 96/82/KE. (14) Huwa xieraq fl-istess ħin li jkunu kjarifikati ċerti partijiet fid-Direttiva 96/82/KE. (15) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva kienu s-suġġett ta’ proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li tinvolvi l-partijiet interessati. (16) Id-Direttiva 96/82/KE għandha għalhekk tkun emendata kif jixraq, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA Artikolu 1 Id-Direttiva 96/82/KE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej: (a) Punti (e) u (f) huma sostitwiti b’dan li ġej: "(e) l-esplojtazzjoni (esplorazzjoni, estrazzjoni u proċessar) ta’ minerali fil-minjieri, barrieri, jew permezz ta’ boreholes, bl-eċċezzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar kimiċi u termali u ħżin relatat ma’ dawk l-operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi perikolużi, kif definit fl-Anness I; (f) l-esplorazzjoni offshore u esplojtazzjoni ta’ minerali, inkluż idrokarboni;" (b) Il-punt segwenti għandu jkunu miżjud: "(g) siti ta’ land-fills għall-iskart, bl-eċċezzjoni ta’ faċilitajiet operativi ta’ rimi ta’ tailings, inkluż għadajjar jew digi ta’ tailings, li fihom sustanzi perikolużi kif definit fl-Anness I, b’mod partikolari meta użati in konnessjoni ma’ l-ipproċessar kimiku u termali ta’ minerali." 2. L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej: (a) l-inċiż segwenti huwa miżjud fil-paragrafu 1: "— għal stabbilimenti li sussegwentament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fi żmien tliet xhur wara d-data li minnha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment konċernat, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)." (b) l-inċiż segwenti huwa mdaħħal wara l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6(4): "— modifika ta’ stabbiliment jew installazzjoni li jista’ jkollha riperkussjonijiet sinifikanti fuq perikoli ta’ aċċidenti kbar, jew". 3. Il-paragrafu segwenti huwa mdaħħal fl-Artikolu 7: "1a. Għal stabbilimenti li sussegwentament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun imfassal mingħajr dewmien, iżda f’kull każ fi żmien tliet xhur wara d-data li minnha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment konċernat, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)" 4. L-Artikolu 8(2)(b) huwa sostitwit b’dan li ġej: "(b) dispożizzjoni hija magħmula għal koperazzjoni sabiex il-pubbliku jkun infurmat u fil-provvista ta’ informazzjoni lill-awtorita’ responsabbli għall-preparazzjoni ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni." 5. L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej: (a) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "2. ir-rapport tas-sigurta’ għandu jkollu fih għall-inqas id-data u informazzjoni mniżżla fl-ANNESS II. Għandu jsemmi l-organizzazzjonijiet relevanti involuti fit-tfassil tar-rapport. Għandu jkollu fih ukoll inventarju aġġornat tas-sustanzi perikolużi preżenti fl-istabbiliment." (b) L-inċiż segwenti huwa mdaħħal bejn it-tielet u r-raba’ inċiżi tal-paragrafu 3: "— għal stabbilimenti li sussegwentament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, mingħajr dewmien, iżda f’kull każ fi żmien sena wara d-data li minnha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment ikkonċernat, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)." (ċ) Fil-paragrafu 4, ir-referenza għal "it-tieni, it-tielet, u r-raba’ inċiż" isiru "it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames inċiż" rispettivament. (d) Il-punt segwenti huwa miżjud ma’ l-Artikolu 9(6): "(d) Il-Kummissjoni hija mistiedna sabiex tirrevedi sal-31 ta’ Diċembru ta’ l-2006 b’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, il-"Gwida dwar il-Preparazzjoni ta’ Rapport tas-Sigurta" eżistenti" 6. L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej: (a) L-inċiż segwenti huwa miżjud mall-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1: "— għall-istabbilimenti li sussegwentament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, mingħajr dewmien,, iżda f’kull każ fi żmien sena wara d-data li minnha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment konċernat, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)." (b) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: "3. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-awtoritajiet kompetenti, Stati Membri għandhom jassiguraw li l-pjanijiet ta’ emerġenza interni previsti f’din id-Direttiva huma mfassla f’konsultazzjoni mal-persunal li jaħdem fl-istabbiliment, inkluż il-persunal relevanti sub-kontrattat għal żmien twil, u li l-pubbliku huwa konsultat dwar pjanijiet ta’ emerġenza esterni meta huma stabbiliti jew aġġornati." (ċ) Il-paragrafu segwenti huwa mdaħħal: "4a. Għal dak li jirrigwarda pjanijiet ta’ emerġenza esterni, Stati Membri għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-bżonn li jiffaċilitaw koperazzjoni mtejjba fl-għajnuna tal-protezzjoni ċivili f’emerġenzi kbar." 7. L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej: (a) It-tieni subpargrafu ta’ paragrafu 1 huwa sostitwit permezz tas-segwenti: "Stati Membri għandhom jassiguraw li l-politika tagħhom dwar l-użu ta’ l-art u/jew politika oħra relevanti u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ dik il-politika jieħdu in konsiderazzjoni l-bżonn, f’medda twila ta’ żmien, li jżommu distanzi xierqa bejn stabbilimenti koperti b’din id-Direttiva u oqsma residenzali, bini u oqsma ta’ użu pubbliku, rotot kbar tat-trasport sakemm jista’ jkun, oqsma ta’ rikreazzjoni u oqsma ta’ sensittivita’ jew interess naturali partikolari u, fil-każ ta’ stabbilimenti eżistenti, tal-bżonn għal miżuri tekniċi addizzjonali in konformita’ ma’ l-Artikolu 5 sabiex ma jkabbrux ir-riskji għan-nies." (b) Il-paragrafu li ġej jiddaħħal: "1a. Il-Kummissjoni hija mistiedna sal-31 ta’ Diċembru ta’ l-2006, f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, biex tfassal linji gwida li jiddefinixxu database teknika inklużi data ta’ riskju u xenarji ta’ riskju, li għandhom ikunu użati biex issir stima tal-kompattiblita’ bejn l-istabbilimenti koperti b’din id-Direttiva u l-oqsma deskritti fil-paragrafu 1. Id-definizzjoni ta’ din id-database għandha kemm jista’ jkun tieħu in konsiderazzjoni l-valutazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet kompetenti, l-informazzjoni miksuba minn operaturi u l-informazzjoni l-oħra kollha relevanti bħall-benefiċċji soċjo-ekonomiċi ta’ l-iżvilupp u l-effetti mitiganti tal-pjanijiet ta’ emerġenza." 8. L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej: (a) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li informazzjoni dwar miżuri ta’ sigurta’ u dwar il-kondotta meħtieġa fl-eventwalita’ ta’ aċċident hija mogħtija regolarment u fil-forma l-iktar xierqa, mingħajr ma jkollhom bżonn jitolbuha, lill-persuna kollha u stabbilimenti kollha li jaqdu lill-pubbliku (bħal skejjel u spartijiet) li x’aktarx ikunu effettwati b’aċċident kbir li joriġina fi stabbiliment kopert bl-Artikolu 9." (b) Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: "6. Fil-każ ta’stabbilimenti soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-inventarju ta’ sustanzi perikolużi previst fl-Artikolu 9(2) huwa disponibbli lill-pubbliku soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 20." 9. l-paragrafu segwenti huwa mdaħħal fl-Artikolu 19: "1a. Għal stabbilimenti koperti b’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’ta’ l-anqas din l-informazzjoni segwenti: (a) l-isem jew l-isem kummerċjali ta’ l-operatur u l-indirizz sħiħ ta’ l-istabbiliment konċernat; u (b) l-attivita’ jew attivitajiet ta’ l-istabbiliment Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata database li fiha l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri. Aċċess għad-database għandu jkun riservat għal persuni awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri." 10. L-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness. 11. L-Anness II, punt IV parti B hija sostitwita permezz tas-segwenti: "B. Stima tad-daqs u severita’ tal-konsegwenzi ta’ aċċidenti kbar identifikati inkluż mapep, imaġini jew, kif xieraq, deskrizzjonijiet ekwivalenti, li juru oqsma li huma suxxettibbli li jkunu effettwati b’tali aċċidenti li ġejjin mill-istabbiliment, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 13(4) u 20." 12. Fl-Anness III, punt (ċ) huwa emendat kif ġej: (a) punt (i) huwa sostitwit permezz tas-segwenti: "(i) organizzazzjonijiet u persunal – ir-rwolijiet u responsabbilitajiet ta’ persunal involut fl-imaniġġjar ta’ perikoli kbar fil-livelli kollha fl-organizzazzjoni. L-identifikazzjoni ta’ bżonnijiet ta’ taħriġ ta’ tali persunal u l-provdiment tat-taħriġ hekk identifikat. L-involviment ta’ impjegati u tal-persunal subkuntrattat li qegħdin jaħdmu fl-istabbiliment." (b) punt (v) huwa sostitwit permezz tas-segwenti: "(v) Pjanijiet għall-emerġenzi – adozzjoni u implimentazzjoni ta’ proċeduri sabiex ikunu identifikati emerġenzi prevedibbli b’analiżi sistematiċi, sabiex jippreparaw, jittestjaw u jirrevdu pjanijiet ta’ emerġenza biex jirrispondu għal tali emerġenzi u li jipprovdu taħriġ speċifiku għall-persunal konċernat. Dan it-taħriġ għandu jkun mogħti lil persunal kollu li jaħdem fl-istabbiliment, inkluż persunal rilevanti subkuntrattat." Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju ta’ l-2005. Għandhom jinfumaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President G. Alemanno [1] ĠU C 75 E, tas-26.3.2002, p. 357 u ĠU C 20 E, tat-28.1.2003, p. 255. [2] ĠU C 149, tal-21.6.2002, p. 13. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju ta’ l-2002 (ĠU C 271 E, tat-12.11.2003, p. 315), pożizzjoni komuni tal-Parlament Ewropew ta’ l-20 ta’ Frar ta’ l-2003 (ĠU C 102 E, tad-29.4.2003, p. 1) u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ġunju ta’ l-2003 (għad ma huwix ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Reżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Novembru ta’ l-2003 (għad ma huwix ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Diċembru ta’ l-2003. [4] ĠU L 10, ta’ l-14.1.1997, p. 13. [5] ĠU C 65 E, ta’ l-14.3.2002, p. 382. [6] ĠU L 297, tal-15.11.2001, p. 7. -------------------------------------------------- ANNESS L-Anness I għad-Direttiva 96/82/KE huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. Il-punti segwenti huma miżjuda ma' l-introduzzjoni: "6. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, gass huwa kwalunkwe sustanza li għandu pressa assoluta ta' fwar ugwali għal jew iktar minn 101,3 kPa f'temperatura ta' 20 oC. 7. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, likwidu huwa kwalunkwe sustanza li mhix definita spjegat bħala gass u li mhix fi stat solidu f'temperatura ta' 20 oC u fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa." 2 Fil-lista f'Parti 1: (a) l-iskrizzjonijiet li jirrigwardaw in- "nitrat ta' l-ammonja" huma sostitwiti permezz tas-segwenti: "Nitrat ta' l-ammonja (ara nota 1) | 5000 | 10000 | nitrat ta' l-ammonja (ara nota 2) | 1250 | 5000 | nitrat ta' l-ammonja (ara nota 3) | 350 | 2500 | nitrat ta' l-ammonja (ara nota 4) | 10 | 50" | (b) l-iskrizzjonijiet segwenti huma mdaħħla wara l-iskrizzjonijiet li jirrigwardaw in- "nitrat ta' l-ammonja" : "nitrat tal-potassju (ara nota 5) | 5000 | 10000 | nitrat tal-potassju (ara nota 6) | 1250 | 5000" | (ċ) l-iskrizzjoni segwenti li tirrigwarda "IL-KARĊINOĠENI segwenti" hija sostitwita permezz tas-segwenti: "il-KARĊINOĠENI segwenti f'konċentrazzjonijiet iktar minn 5 % bl-użin: 4 -Aminobiphenyl u/jew l-imluħ tagħha, Benzotrichloride, Benzidine u/jew l-imluħ, Bis (chloromethyl) ether, Chloromethyl methyl ether, 1,2-Dibromoethane, Diethylsulphate, Dimethyl sulphate, Dimethylcarbamoyl chloride, 1,2-Dibromo-3-chloropropane, 1,2-Dimethyl-hydrazine, Dimethylnitrosamine, Hexamethylpho-sphoric triamide, Hydrazine, 2- Naphthylamine u/jew simluħ, 4-Nitrodiphenyl, u 1,3 Propanesultone | 0,5 | 2" | (d) l-iskrizzjoni li tirrigwarda "Petrol tal-karozzi u spirti tal-pitrolju oħra" hija sostitwita permezz tas-segwenti: "Prodotti tal-pitrolju: (a)petrol u naphtha,(b)kerosin (inkluż karburanti tal-ġet),(ċ)żjut tal-gass (inkluż karburanti tad-diesel, żjut li jsaħħnu d-dar u żjut sistemi li jħalltu l-gass u ż-żejt) | 2500 | 25000" | (e) (i) Noti 1 u 2 huma sostitwiti permezz tas-segwenti: "1. Nitrat ta' l-ammonja (5000/10000): fertilizzanti kapaċi li jiddekomponu waħedhom Dan japplika għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażat fuq nitrat ta' l-ammonja (fertilizzanti komposti/imħalltin li fihom nitrat ta' l-ammonja bil-phosphate u/jew potasju) fejn il-kontenut ta' nitrogen bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja huwa - bejn 15,75 % (1) u 24,5 % (2) bl-użin, u jew mhux b'iktar minn 0,4 % total ta' materjali li jinħarqu/organiċI jew li jilħqu l-ħtiġijiet ta' l-Anness II għad-Direttiva 80/876/KEE, - 15,75 % (3) bl-użin jew inqas u materjali mhux ristretti li jinħarqu, u li huma kapaċi li jiddekomponu waħedhom skond it-Test tal-Ħawt tan-NU (ara Rakkommanzdazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża) Manwal ta' Testijiet u Kriterji, Parti III, subsezzjoni 38.2). 2. Nitrat ta' l-ammonja (1250/5000): grad ta' fertilizzant Dan japplika għal fertilizzanti puri bbażati fuq nitrat ta' l-ammonja u għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq in-nitrat ta' l-ammonj fejn il-kontenut tan-nitrogen bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja huwa - iktar minn 24,5 % bl-użin, ħlief għal taħlit ta' nitrat ta' l-ammonja bid-dolomiti, ġebel tal-ġir u/jew carbonate tal-kalċju li fih purita' ta' 90 % għall-inqas, - iktar minn 15,75 % bl-użin għal taħlit ta' nitrat ta' l-ammonja u kubrit ta' l-ammonja - iktar minn 28 % (4) bl-użin għal taħlit ta' nitrat ta' l-ammonja bid-dolomiti, ġebel tal-ġir u/jew carbonate tal-kalċju li fih purita' ta' 90 % għall-inqas, u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Anness II għad-Direttiva 80/876/KEE. 3. Nitrat ta' l-ammonja (350/2500): grad tekniku Dan japplika għal: - nitrat ta' l-ammonja u preparazzjonijiet ta' nitrat ta' l-ammonja fejn il-kontenut tan-nitrogen bħala riżultat tan-nitrat ta' l-ammonja huwa - bejn 24,5 % u 28 % bl-użin, u li fihom hemm mhux iktar minn 0,4 % sustanzi li jinħarqu, - iktar minn 28 % bl-użin, u li fih iktar minn 0,2 % sustanzi li jinħarqu, - taħlit bl-ilma tan-nitrat ta' l-ammonja fejn il-konċentrazzjoni tan-nitrat ta' l-ammonja hija iktar minn 80 % bl-użin. 4. Nitrat ta' l-ammonja (10/50): "materjal"off-specs' u fertilizzanti li ma' jissodisfawx it-test ta' spluzzjoni. Dan japplika għal: - materjal irrifjutat matul il-proċess ta' manifattura u għan-nitrat ta' l-ammonja u preparazzjonijiet ta' nitrat ta' l-ammonja, fertilizzanti puri bbażati fuq in-nitrat ta' l-ammonja u fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq nitrat ta' l-ammonja msemmij f'noti 2 u 3, li qegħdin jew ġew ritornati minn min użaha l-aħħar lil manifattur, ħżin temporanju jew proċessar mill-ġdid għal xogħol mill-ġdid, riċiklaġġ jew trattament għal użu sigur, għaliex ma jikkonformawx iktar ma' l-ispeċifikazzjonijiet ta' Noti 2 u 3; - fertilizzanti msemmija f'nota 1, l-ewwel inċiż, u Nota 2 li ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta' l-Anness II tad-Direttiva 80/876/KEE. 5. Nitrat tal-potassju (5000/10000): cfertilizzanti imħalltin bbażati fuq potassju-nitrat maħgmula minn nitrat tal-potassju f'forma prilled/granulat FORMA. 6. Nitrat tal-potassju (1250/5000): cfertilizzanti mħalltin bbażati fuq potassju-nitrat magħmula minn nitrat tal-potassju f'forma tal-kristalli:." (ii) in-nota li tirrigwarda il-polychlorodibenzofurans u polychlorodibenzodioxins issir nota 7. (iii) in-noti f'qiegħ il-paġna segwenti li jidhru taħt il-lista ntitolata "Fatturi Internazzjonali ta' Tossiku Ekwivalenti (ITEF) għal congeners ta' xogħol (NATO/CCMS)" : "(1) 15,75 % kontenut ta' nitrogen bl-użin bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja tikkorrispondi għal 45 % nitrat ta' l-ammonja. (2) 24,5 % kontenut ta' nitrogen bl-użin bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja tikkorrispondi għal 70 % nitrat ta' l-ammonja. (3) 15,75 % kontenut ta' nitrogen bl-użin bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja tikkorrispondi għal 45 % nitrat ta' l-ammonja (4) 28 % kontenut ta' nitrogen bl-użin bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja tikkorrispondi għal 80 % ta' nitrat ta' l-ammonja." 3. F'Parti 2: (a) l-iskrizzjonijiet 4 u 5 huma sostitwiti permezz tas-segwenti: "4.SPLUSSIV (ara nota 2)fejn is-sustanza, perparazzjoni jew artikolu taqa' taħt Diviżjoni 1.4 UN/ADR | 50 | 200 | 5.SPLUSSIV (ara nota 2)fejn is-sustanza, preparazzjoni jew artikolu taqa' u taħt kwalunkwe minn: Diviżjonijiet 1.1, 1.2, 1.3, 1.5 UN/ADR jew 1.6 jew frażi ta' riskju R2 jew R3 | 10 | 50" | (b) l-iskrizzjon 9 hija sostitwita permezz tas-segwenti: "9.Frażijiet ta' Risjkju PERIKOLUŻ GĦALL-AMBJENT: (i)R50: "Tossiċi ħafna għal organiżmi tal-baħar(inkluż R50/53)" | 100 | 200 | (ii)R51/53: "Tossiċi għal organiżmi tal-baħar; jistgħu jkollhom effetti ħżiena fuq perjodu ta' żmien twil fl-ambjent tal-baħar" | 200 | 500" | (ċ) Fin-noti: (i) Nota 1 hija sostitwita permezz tas-segwenti: "1. Sustanzi u preparazzjonijiet huma klassifikati skond id-Direttivi segwenti u addattament kurrenti tagħhom għal progress tekniku: Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju ta' l-1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta'sustanzi perikolużi (1), Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju ta' l-1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (2). Fil-każ ta' sustanzi u preparazzjonijiet li mhumix klassifikati bħala perikolużi skond id-direttivi ta' hawn fuq tagħhom, per eżempju skart, iżda li xorta waħda huma preżenti, jew x'aktarx ikunu preżenti, fi stabbiliment u li għandhom jew x'aktarx jkollhom, taħt il-kondizzjonijiet misjuba fl-istabbiliment, propjetajiet ekwivalenti fit-termini ta' potenzal ta' aċċident kbir, il-proċeduri għall-klassifikazzjoni proviżjonali għandhom ikunu segwiti in konformita' ma' l-artikolu relevanti tad-Direttiva adegwata. Fil-każ ta' sustanzi u preparazzjonijiet bi propjetajiet li jġibu iktar minn klassifikazzjoni waħda, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva l-kwantitajiet li l-inqas jikkwalifikaw għandhom japplikaw. Madankollu, għall-applikazzjoni tar-regola f'Nota 4, il-kwanita' użata li tikkwalifika għandha dejjem tkun dik li tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni konċernata. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata lista ta' sustanzi li ġew ikklassifikati fil-kategoriji hawn fuq imsemmija permezz ta' Deċiżjoni armoniżżata in konformita "mad-Direttiva 67/548/KEE."" (ii) Nota 2 hija sostitwita permezz tas-segwenti: "2. "Splussiv" ifisser: - sustanza jew preparazzjoni li toħloq ir-riskju ta' splużjoni permezz ta' xokk, frizzjoni, nar jew sorsi oħra ta' ignition (fażi ta' riskju R2), - sustanza jew preparazzjoni li toħloq riskji estremi ta' splużjoni permezz ta' xokk, frizzjoni, nar jew sorsi oħra ta' ignition (frażi ta' riskju R3), jew - sustanza, preparazzjoni jew artikolu kopert permezz ta' Klassi 1 tal-Ftehim Ewropew li jikkonċerna it-Tagħbija Internazzjonali ta' Merkanzija Perikoluża (UN/ADR), konkluż fit-30 ta' Settembru ta' l-1957, kif emendat, kif trasportat permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru ta' l-1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri għal dak li jirrigwarda t-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-triq (3). Inkluża f'din it-tifsira huma pirotekniċi, li għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva huma mfissra bħala sustanzi (jew taħlit ta' sustanzi) magħżula sabiex jipproduċu sħana, dawl, ħsejjes, gass jew duħħan jew taħlit ta' tali effetti minn reazzjonijiet fihom innfushom kimiċi exotermiċi. Fejn sustanza jew preparazzjoni hija klassifikata permezz taż-żewġ UN/ADR u fażi ta' riskju R2 jew R3, il-klassifikazzjoni UN/ADR għandha tiġi qabel l-għotja tal-fażijiet ta' riskju. Sustanzi u artikoli ta' Klassi 1 huma klassifikati fi kwalunkwe mid-diviżjonijiet 1.1 sa 1.6 in konformita "ma' l-iskema ta' klassifikazzjoni UN/ADR. Id-diviżjonijiet konċernati huma:" Diviżjoni 1.1 : "Sustanzi u artikoli li għandhom perikoli ta' splużjoni tal-massa (splużjoni tal-massa hija splużjoni li taffettwa kważi it-tagħbija kollha kważi f'daqqa waħda).'" Diviżjoni 1.2 : "Sustanzi u artikoli li għandhom projezzjoni ta' perikolu iżda mhux perikolu ta' splużjoni tal-massa.'" Diviżjoni 1.3 ""Sustanzi Ou artikoli li għandhom perikolu ta' nar u jew perikolu ta' blast żgħira jew perikolu ta' projezzjoni żgħira jew it-tnejn, iżda mhux perikolu ta' splużjoni tal-massa:" (a) li l-kombustjoni tagħhom toħloq sħana li tiddi b'mod konsiderevoli; jew (a) kombustjoni li tiġġenra ammont konsiderevoli ta' sħana radjata (b) li jinħarqu waħda wara l-oħra, li jipproduċu blast żgħir jew effetti ta' projezzjoni jew it-tnejn." Diviżjoni 1.4 : "Sustanzi u artikoli li jippreżentaw riskji minimi biss fl-eventwalita' ta' ignition jew bidu tat-trasport. L-effetti huma limitati l-aktar għall-pakkett u l-ebda projezzjoni ta' biċċiet ta' daqs jew qies konsiderevoli ma hi mistennija. In-nar estern ma għandux jikkawża splużjoni instantanja ta' kważi l-kontenuti kollha tal-pakkett." Diviżjoni 1.5 : "Sustanzi mhux sensittivi ħafna li għandhom perikolu ta' splużjoni tal-massa li huma tant mhux sensittivi li hemm probabilita' żgħira ħafna ta' bidu jew ta' transizzjoni minn ħruq għal detonazzjoni taħt kondizzjonijiet normali tat-trasport. Bħala ħtieġa minima ma għandhomx jisplodu fit-test tan-nar estern." Diviżjoni 1.6 : "Artikoli mhux sensittivi xejn li ma għandhomx perikolu ta' splużjoni tal-massa. L-artikoli fihom sustanzi biss ta' sparar mhux sensittivi xejn u juru probabilita' negliġibbli ta' bidu aċċidentali jew tixrid. Ir-riskju huwa limitat għall-isplużjoni ta' artikolu wieħed.'" Inkluż f'din it-tifsira huma wkoll sustanzi splussivi jew pirotekniċi jew preparazzjonijiet li jinsabu fl-artikoli. Fil-każ ta' artikoli li fihom sustanzi jew preparazzjonijiet ta' splussiv jew protechnic, jekk il-kwantita' jew preparazzjoni fihom hija magħrufa, dik il-kwantita' għandha tkun ikkunsidrata għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva. Jekk il-kwantita' ma hijix magħrufa, imbagħad, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, l-artikolu kollu għandu jkun meqjus bħala splussiv." (iii) f'nota 3(b)(1), it-tieni inċiż għandu jkun sostitwit permezz tas-segwenti: "— sustanzi u preparazzjonijiet li għandhom flash point inqas minn 55 oC u li jibqgħu likwidi taħt pressjoni, fejn kondizzjonijiet ta' proċess partikolari, bħal pressjoni għolja jew temperatura għolja, jistgħu joħolqu perikoli ta' aċċidenti kbar." (iv) nota 3(ċ)(2) hija sostitwita permezz tas-segwenti: "2. gassijiet li huma infjammabbli meta jkollhom kuntatt ma' l-arja f'temperatura ta' l-ambjent u pressjoni (frażi ta' riskju R12, it-tieni inċIż), li huma fi stat ta' gass jew supercritical, u" (v) nota 3(ċ)3 hija sostitwita permezz tas-segwenti: "3. f'sustanzi likwidi u preparazzjonijiet infjammabbli u infjammabbli ħafna miżmuma f'temperatura iktar mill-boiling point tagħhom." (vi) nota 4 hija sostitwita permezz tas-segwenti: "4. Fil-każ ta' stabbiliment fejn l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma hija preżenti fi kwantitail fuq jew ugwali għall-kwanitajiet relevanti li jikkwalifikaw, ir-regoli segwenti għandhom ikunu applikati sabiex jiddeterminaw jekk l-istabbiliment huwiex kopert bil-ħtiġiet relevanti ta' din id-Direttiva. Din id-Direttiva għandha tapplika jekk is-somma q1/QU1 + q2/QU2 + q3/QU3 + q4/QU4 + q5/QU5 +… hija ikbar minn jew ugwali għal 1, fejn qx = il-kwantita' ta' sustanzi perikolużi x (jew kategorija ta' sustanzi perikolużi) li jaqgħu f'Partijiet 1 jew 2 ta' dan l-Anness, au QUX = il-kwantitá relevanti li jikkwalifika għal sustanza jew kategorija x minn kolonna 3 ta' Partijiet 1 jew 2. Din id-Direttiva għandha tapplika, bl-eċċezzjoni ta' L-artikoli 9, 11 u 13, jekk is-somma q1/QL1 + q2/QL2 + q3/QL3 + q4/QL4 + q5/QL5 +… hija ikbar minn jew ugwali għal 1, fejn qx = il-kwantita' ta' sustanzi perikolużi x (jew kategorija ta' sustanzi perikolużi) li jaqgħu f'Partijiet 1 jew 2 ta' dan l-Anness, u QLX = il-kwantità relevanti li tikkwalifika għal sustanza jew kategorija x minn kolonna 2 ta' Partijiet 1 jew 2. Din ir-regola għandha tkun użata sabiex teżamina il-perikoli kollha assoċjati mat-tossiċita', flessibbilita', u eko-tossiċita'. Għandha għalhekk tkun applikata tlett darbiet: (a) għaż-żieda ta' sustanzi u preparazzjonijiet imsemmija f'Parti 1 u klassifikata bħala tossika jew tossika ħafna, flimkien ma' sustanzi u preparazzjonijiet li jaqgħu f'kategoriji 1 jew 2; (b) għaż-żieda ta' sustanzi u preparazzjonijiet imsemmija f'Parti 1 u klassifikati bħala oxidising, splussivi, infjammabbli, infjammabbli ħafna, jew estremament infjammabbli, flimkien ma' sustanzi u preparazzjonijiet li jaqgħu f'kategoriji 3, 4, 5, 6, 7a, 7b jew 8; (ċ) għaż-żieda ta' sustanzi u preparazzjonijiet imsemmija f'Parti 1 u klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent (R50 (inkluż R50/53) jew R51/53), flimkien ma' sustanzi u preparazzjonijiet li jaqgħu f'kategoriji 9(i) jew 9(ii); Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva japplikaw jekk kwalunkwe mis-somom miksuba permezz ta' (a), (b) jew (ċ) hija ikbar minn jew ugwali għal 1." (vii) dawn in-noti f'qiegħ il-paġna jidhru fit-tarf tan-noti: "(1) ĠU C 196, tas- 16.8.1967, p. l. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tar-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36). (2) ĠU L 200, tat-30.7.1999, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/60/KE (ĠU L 226, tat-22.8.2001, p. 5). (3) ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/28/KE (ĠU L 90, tat-8.4.2003, p. 45)." --------------------------------------------------