Official Journal L 247 , 30/09/2003 P. 0020 - 0025
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/84/KE tal-25 ta’ Settembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi flurtamone, flufenacet, iodosulfuron, dimethenamid-p, picoxystrobin, fosthiazate u silthiofam bħala sostanzi attivi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha, Billi: (1) Skond l-Article 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE l-awtoritajiet ta’ Franza rċevew nhar il-15 ta’ Frar 1994 applikazzjoni mingħand ir-Rhône-Poulenc Agro France (illum Bayer CropScience) għal inklużjoni tas-sustanzi attivi flurtamone fl-Annex I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1996/341/KE [3] kkonfermat li d-dossjer kien "komplut" fis-sens li jistà jkun ikkunsidrat bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, il-ħtiġijiet tad-data u l-informazzjoni ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. (2) Franza rċeviet applikazzjoni taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE nhar l-1 ta’ Frar 1996, applikazzjoni mingħand Bayer AG (illum Bayer CropScience) dwar il-flufenacet (li qabel kien jissejjaħ: fluthiamide). Din l-applikazzjoni kienet dikjarata kompluta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/362/KE [4]. (3) Il-Ġermanja rċeviet applikazzjoni taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE nhar l-14 ta’ Diċembru 1998 minn Hoechst Schering AgrEvo GmbH (illum Bayer CropScience) dwar il-iodosulfuron (bħala s-sostanza primarja tal-iodosulfuron-methyl-sodium). Din l-applikazzjoni kienet iddikjarata kompluta permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/392/KE [5]. (4) Il-Ġermanja rċeviet applikazzjoni taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE nhar is-16 t’April 1999 mingħand BASF AG dwar id-dimethenamid-p. Din l-applikazzjoni kienet dikjarata kompluta permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/555/KE [6]. (5) L-Irlanda rċeviet applikazzjoni taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE nhar is-26 ta’ Mejju 1999 mingħand Zeneca Agrochemicals (illum Syngenta) dwar il-picoxystrobin. Din l-applikazzjoni kienet iddikjarata kompluta wkoll permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/555/KE. (6) Ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE nhar il-5 ta’ Marzu 1996 mingħand ISK Biosciences Europe SA dwar il-fosthiazate. Din l-applikazzjoni kienet dikjarata kompluta permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/362/KE. (7) L-Irlanda rċeviet applikazzjoni taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE nhar l-14 ta’ Diċembru 1998 mingħand Monsanto Crop Protection dwar is-silthiofam (qabel kien jissejjaħ: silthiopham). Din l-applikazzjoni kienet dikjarata kompluta permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/392/KE. (8) Għal dawk is-sostanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa umana u l-ambjent ġew stmati, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għal użi proposti mill-applikanti. Ir-rapporteur ta’ l-Istati Membri nominat, issottometta abbozz ta’ rapport dwar stima, li jikkonċerna s-sostanzi, lill-Kummissjoni nhar il-21 ta’ Mejju 1997 (flurtamone), 6 ta’ Jannar 1998 (flufenacet), 30 ta’ Mejju 2000 (iodosulfuron), 26 ta’ Settembru 2000 (dimethenamid-p), 11 ta’ Ġunju 2001 (picoxystrobin), 18 ta’ Marzu 1998 (fosthiazate), u 2 t’Ottubru 2000 (silthiofam). (9) L-abbozzi ta’ rapporti dwar stimi, ġew riveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali. Ir-reviżjoni kienet finalizzata nhar l-4 ta’ Lulju 2003 fil-format ta’ rapport ta’ reviżjoni mill-Kummissjoni dwar il-flurtamone, flufenacet, iodosulfuron, dimethenamid-p, picoxystrobin, fosthiazate u silthiofam. (10) Ir-reviżjoni ta’ l-iodosulfuron, dimethenamid-p, picoxystrobin u silthiofam ma żvela l-ebda mistoqsijiet fil-miftuħ jew tħassib, li jkunu jinħtieġu konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti. (11) Għall-flurtamone, id-dokumenti u l-informazzjoni kienu wkoll sottomessi lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, għal konsultazzjoni separata. Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, ġie konsultat darbtejn, primarjament sabiex jistma it-tidwid potenzali taż-żewġ metaboliti tas-sostanzi attivi, 3-trifluoromethylbenzoic acid (TFMBA) u trifluoroacetic acid (TFAA). Fl-ewwel opinjoni [7], il-Kumitat Xjentifiku rrakomanda għar-rigward it-TFMBA, l-inklużjoni ta’ ħamriji bil-valuri pH bejn 7 u 8 fl-istudji sorption ma’ dan il-metabolit. Rigward il-metabolit TFAA, il-Kumitat sab illi d-data disponibbli hija nsuffiċjenti sabiex tiġi stmata l-kontaminazzjoni ta’ l-ilma ta’ l-art. Sussegwentement, saru studji oħrajn mill-applikanti dwar iż-żewġ metaboliti. Fit-tieni opinjoni tiegħu [8] il-Kumitat Xjentifiku kkonkluda illi l-konċentrazzjonijiet ta’ TFMBA li jwassal għal tidwid fl-ilma ta’ l-art minn ħamriji li jkollhom pH il-fuq minn 5 jistà jeċċedi l-0,1 g/l f’persentaġġ żgħir ta’ każijiet/sitwazzjonijiet. Il-Kumitat ikkonkluda wkoll illi l-metabolit TFAA ma jirrapreżentax riskju inaċċettabbli ta’ organism akwatiċi mill-ilma ta’ l-art imma l-informazzjoni tossiloġika disponibbli għall-Kumitat kienet għadha nsuffiċċjenti. Ir-rakomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku, ttieħdu in konsiderazzjoni waqt reviżjoni oħra, u f’din id-Direttiva u fir-Rapport tar-Reviżjoni. Wara li ġiet ikkonsenjata l-informazzjoni nieqsa mill-applikant u evalwata mir-rapporteur ta’ l-Istat Membru. L-evalwazzjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti ikkonkludiet illi ma jkun hemm l-ebda nfluenza inaċċetabbli tal-metaboliti TFMBA u TFAA fuq l-ambjent jekk jiġu applikati il-miżuri meħtieġa għat-tnaqqis ta’ riskju. (12) Rigward il-flufenacet, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti ġie mistoqsi sabiex jikkumenta dwar żewġ prodotti ta’ degradazzjoni (M2 u M4) tas-sustanzi attivi, li jkunu ġew intraċċati f’lysimeters leachates, u l-esposizzjoni ta’ operaturi. Fl-opinjoni tiegħu [9] il-Kumitat sab għall-metaboliti M2 u M4, illi r-riskju t’organiżmi terrestri mhux fil-mira, ma kienux għadhom stmati adegwatament u identifka żewġ prodotti oħra ta’ degradazzjoni li għalihom ir-riskju t’ organiżmi mhux fil-mira, kienu jinħtieġu evalwazzjoni oħra. Il-Kumitat kien ta’ l-opinjoni illi l-istima dwar riskju ta’ l-operatur tal-flufenacet kienet ġiet adegwatament indirizzata, iżda nnota is-sensitizzar tal-potenzal tal-formulazzjoni kienet tinħtieġ attenzjoni adegwata. Ir-rakomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku kienu ngħataw konsiderazzjoni matul ir-reviżjoni l-oħra, u f’din id-Direttiva u fir-Rapport ta’ Reviżjoni. Wara li l-informazzjoni nieqsa ġiet sussegwentement konsenjata mill-applikant u evalwata mir-rapporteur ta’ l-Istat Membru. L-evalwazzjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti kkonkluda illi r-riskju mill-prodotti kollha identifikati ta’ degradazzjoni għall-organismi mhux fil-mira, u li r-riskju ta’ sensitizzar ikun ukoll aċċetabbli jekk jiġu applikati l-miżuri meħtieġa dwar tnaqqis ta’ riskju. (13) Dwar il-fosthiazate, il-Kumitat Xjentifiku ġie mistoqsi sabiex jikkumenta dwar il-potenzal ta’ tidwid fl-ilma ta’ l-art, dwar ir-riskju t’organiżmi mhux fil-mira, li jgħixu fil-ħamrija, dwar ir-riskju lill-għasafar u mammali slavaġ, u dwar ir-riskju possibli t’organophosphate-induced delayed polyneuropathy (OPIDP) fil-bnedmin wara inċidenti ta’ vvalenar sever. Fl-opinjoni tiegħu [10] il-Kumitat sab illi a bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, l-ebda xenarju t’użu sigur ma seta jiġi identifikat, u li ma jkollu l-ebda riskju inaċċetabbli għall-ilma ta’ l-art. Il-Kumitat innota illi huwa possibbli li l-istudji tal-lysimeter juru nuqqas ta’ tidwid għal xenarju wieħed jew aktar, imma l-ebda wieħed ma ġie rapportat. Lanqas ma ġie ndirizzat b’mod suffiċjenti ir-riskju fuq il-metaboliti differenti għall-organiżmi tal-ħamrija. Il-Kumitat ikkunsidra wkoll illi l-potenzal t’eżposizzjoni għal għasafar u mammiferi slavaġ mir-rotot kollha msemmija hawn fuq, kienu jinħtieġu kunsiderazzjonijiet oħra. Finalment il-Kumitat kien ta’ l-opinjoni illi l-NTE (neuropathy target esterase) inibizzjoni minn fosthiazate u l-iżomeri tiegħu ma kienux ġew stmati adegwatament. Ir-rakomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku ttieħdu in konsiderazzjoni waqt reviżjoni oħra u f’din id-Direttiva u fir-Rapport ta’ Reviżjoni. Wara li l-informazzjoni nieqsa ġiet sussegwentement konsenjata mill-applikant mir-rapporteur ta’ l-Istat Membru u wara li ttieħdu in konsiderazzjoni il-miżuri meħtieġa għat-tnaqqis ta’ riskju, l-evalwazzjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti kkonkluda li ma huma mistennija l-ebda effetti ta’ ħsara mill-inibizzjoni ta’ l-NTE mill-fosthiazate u l-iżomeri tiegħu. L-evalwazzjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti kkonkluda wkoll illi r-riskju mis-sostanza primarja u l-prodotti ta’ degradazzjoni identifikati għall-ilma ta’ l-art, organiżmi tal-ħamrija, għasafar u mammiferi slavaġ ikun aċċetabbli jekk jiġu applikati l-miżuri dwar tnaqqis ta’ riskju. (14) Deher illi minn diversi eżaminazzjonijiet li saru, prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti li jkun fihom sostanzi attivi konċernati, ikun mistenni illi jissodisfaw, b’mod ġenerali il-ħtiġijiet imfassla fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment dwar l-użi li ġew eżaminati u ddetaljati fir-rapport ta’ reviżjoni mill-Kummissjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu nklużi l-flurtamone, flufenacet, iodosulfuron, dimethenamid-p, picoxystrobin, fosthiazate u s-silthiofam fl-Annex I, sabiex jiġI assigurat illi fl-Istati Membri kollha l-awtorizazzjonijiet tal-prodottu dwar il-protezzjoni tal-pjanti, li jkun fihom dawn is-sostanzi attivi jkunu mogħtija skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. (15) Wara l-inklużjoni l-Istati Membri għandhom jingħatawlhom terminu raġonevoli sabiex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Directive 91/414/KEE għar-rigward il-prodotti dwar il-protezzjoni ta’ pjanti li jkun fihom il-flurtamone, flufenacet, iodosulfuron, dimethenamid-p, picoxystrobin, fosthiazate u s-silthiofam u partikolarment sabiex jirrevedu l-awtorizazzjonijiet proviżorji eżistenti u, sa tmiem dan it-terminu l-aktar tard, sabiex jittrasformaw dawk l-awtorizazzjonijiet f’awtorizazzjonijiet sħaħ, jemendawhom jew jirtirawhom, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/EEC. (16) Għalhekk huwa meħtieġ illi tiġI emendata d-Direttiva 91/414/KEE b’dan il-mod. (17) Il-miżuri li hemm provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’l-Annimali, ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif jingħad fl-Anness ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw sat-30 ta’ Ġunju 2004 l-aktar tard, il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2004. Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jirrevedu l-awtorizazzjoni għal kull prodott dwar il-protezzjoni tal-pjanti, li jkun fih il-flurtamone, flufenacet, iodosulfuron, dimethenamid-p, picoxystrobin, fosthiazate jew is-silthiofam sabiex jassiguraw li l-kondizzjonijiet dwar dawm is-sostanzi attivi mfassla fl-Anness I tad-Direttivato 91/414/KEE ikunu osservati. Fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw awtorizazzjonijiet skond id-Direttiva 91/414/KEE mit-30 ta’ Ġunju 2004, l-aktar tard. 2. Għal kull prodott dwar il-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih il-flurtamone, flufenacet, iodosulfuron, dimethenamid-p, picoxystrobin, fosthiazate jew is-silthiofam bħala, jew bħala l-uniku sostanza attiva jew bħala wieħed minn diversi sostanzi attivi, liema sostanzi huma kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mill-31 ta’ Diċembru 2004 l-aktar tard, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fl-Anness VI, a bażi ta’ dossjer li jissodisfa il-ħtiġijiet ta’ l-Anness III tiegħu. A bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet imfassla fl-Artikolu 4(1)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Fejn meħtieġ, u sat-30 ta’ Ġunju 2005 l-aktar tard, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizazzjoni għal kull prodott dwar il-protezzjoni tal-pjanti. Artikolu 4 Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Settembru 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [2] ĠU L 228, tat-12.9.2003, p. 11. [3] ĠU L 130, tal-31.5.1996, p. 20. [4] ĠU L 152, tal-11.6.1997, p. 31. [5] ĠU L 148, tal-15.6.1999, p. 44. [6] ĠU L 210, ta’ l-10.8.1999, p. 22. [7] Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti dwar l-inklużjoni tal-flurtamone fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE li tikkonċerna t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti dwar il-protezzjoni tal-pjanti (SCP/FLURT/004-Finali, addottata nhar it-18 ta’ Diċembru 1998). [8] Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti dwar l-inklużjoni tal-flurtamone fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti dwar il-protezzjoni tal-pjanti (SCP/FLURT/018-Finali, addottata nhar is-26 ta’ Jannar 2001). [9] Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, dwar mistoqsijiet speċifiċi mill-Kummissjoni, li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-flufenacet (FOE 5043) fil-kuntest tad-Direttiva 91/414/KEE, (SCP/FLUFEN/002-Finali, addottata nhar is-17 t’ Ottubru 2001). [10] Opinjoni dwar mistoqsijiet speċifiċi mill-Kummissjoni, li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-fosthiazate (IKKI-1145/TO-1145) fil-kuntest tad-Direttiva 91/414/KEE, (SCP/FOSTHIAZ/002-Finali, adottata nhar l-20 ta’ Diċembru 2001). -------------------------------------------------- L-ANNESS Fl-Anness I, is-segwenti fillieri ġew miżjuda fit-tarf tat-tabella "Nru | Isem Komuni, Identifikazzjoni Numri | IUPAC Isem | Purita | Dħul fis-seħħ | Skadenza ta' l-inklużjoni | Disposizzjonijiet speċifiċi | 64 | Flurtamone SAK Nru 96525-23-4 | (RS)-5-methylamino-2-phenyl-4-(a,a,a-trifluoro-m-tolyl) furan-3 (2H)-one | 960 g/kg | 1 ta' Jannar 2004 | 31 ta' Diċembru 2013 | Użu biss bħala ħerbiċidji jistgħu jiġu awtorizzati. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi fl-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport dwar reviżjoni fuq il-flurtamone, u partikolarment l-AppendiċI I sa II tiegħu, kif finalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ta' l-4 ta' Lulju 2003, għandhom jiġu kkunsidrati. F'din l-istima ġenerali, l-Istati Membri: għandhom jagħtu attenzjoni għall-protezzjoni ta' l-ilma ta' l-art, meta s-sustanza attiva hija applikata f'reġjuni b'ħamrija vunnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċi,għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-alga u pjanti akwatiċi oħrajn.Fejn meħtieġ għandhom jiġu applikati miżuri għat-tnaqqis ta' riskji. | 65 | Flufenacet SAK Nru 142459-58-3 CIPAC Nru 588 | 4'-fluoro-N-isopropyl2-(5-(trifluoromethyl)-1,3,4-thiadiazol-2-ylox-y) acetanilide | 950 g/kg | 1 ta' Jannar 2004 | 31 ta' Diċembru 2013 | Użu biss bħala ħerbiċidji jistgħu jiġu awtorizzati Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi fl-Anness VI, l-konklużjonijiet tar-rapport dwar reviżjoni fuq il-flufenacet, u partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali nhar l-4 ta' Lulju 2003, għandu jiġi kkunsidrat. F'din l-istima ġenerali, l-Istati Membri: għandhom jagħtu attenzjoni speċjali għall-protezzjoni ta' l-ilma ta' l-art, meta is-sostanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'ħamrija vunnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċi,għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' alga u pjanti akwatiċi,għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-operaturi.Għandhom jiġu applikati miżuri dwar tnaqqis ta' riskju fejn jinħtieġ. | 66 | Iodosulfuron SAK Nru 185119-760 (primarju) 144550-36-7 (iodosul-furon-methyl-sodium) CIPAC No 634 (primarju) 634.501 (iodosulfuron-methyl-sodium) | 4-iodo-2-(3-(4-methoxy-6-methyl-1,3,5-triazin-2-yl)-ureidosulfonyl) | 910 g/kg | 1 ta' Jannar 2004 | 31 ta' Diċembru 2013 | Użu biss bħala ħerbiċidi jistgħu jiġu awtorizzati. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi fl-AnnessVI, il-konklużjonijiet tar-rapport dwar reviżjoni fuq l-iodosulfuron, u Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali nhar l-4 ta' Lulju 2003, għandhom jiġu kkunsidrati. F'din l-istima ġenerali, l-Istati Membri: għandhom jagħtu attenzjoni għall-potenzal ta' l-iodosulfuron u l-metaboliti tiegħu dwar il-kontaminazzjoni ta' l-ilma ta' l-art, fejn is-sustanza attiva hija applikata f'reġjuni b'ħamrija vunnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċi,għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' pjanti akwatiċi.Għandhom jiġu applikati miżuri dwar tnaqqis ta' riskju meta meħtieġ. | 67 | Dimethenamid-p SAK Nru 163515-14-8 CIPAC Nru 638 | S-2-chloro-N-(2,4-dimethyl-3-thienyl)-N-(2-methoxy-1-methy-lethyl)-acetamide | 890 g/kg (valur preliminarju bbażat fuq pjanta pilota) | 1 ta' Jannar 2004 | 31ta' Diċembru 2013 | Użu biss bħala ħerbiċida jistà jiġi awtorizzat. Għall-implimentazzjoni ta' prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport dwar ir-reviżjoni fuq id-dimethenamid-p, u partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzat mill-Kumitat Parmanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, nhar l-4 ta' Lulju 2003, għandu jiġi kkunsidrat. F'din l-istima ġenerali l-Istati Membri: għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-potenzal ta' metaboliti tad-dimethenamid-p għall-kontaminazzjoni ta' ilma ta' l-art, meta s-sustanza attiva hija applikata f'reġjuni b'ħamrija vunnerabbli u/jew kondizzjonjiet klimatiċi,għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' sistemi ekoloġiċi akwatiċi, speċjalment dawk tal-pjanti akwatiċi.Għandhom jiġu applikati miżuri dwar it-tnaqqis ta' riskju meta meħtieġ. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13(5) dwar l-ispeċifikar ta' materjal tekniku kif manifatturat kummerċjalment. | 68 | Picoxystrobin SAK Nru 117428-22-5 CIPAC Nru 628 | Methyl (E)-3-methoxy-2-{2-(6-(trifluoro-methyl) – 2- pyridyloxy-methyl)phenyl} acrylate | 950 g/kg (valur preliminarju bbażat fuq pjanta pilota) | 1 ta' Jannar 2004 | 31 ta' Diċembru 2013 | Użu biss bħala fungiċida jistà jiġi awtorizzat Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport dwar ir-reviżjoni fuq il-picoxystrobin, u partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali nhar l-4 ta' Lulju 2003, għandhom jiġu kkunsidrati. F'din l-istima ġenerali l-Istati Membri: għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-ilma ta' l-art, meta s-sustanza attiva hija applikata f'reġjuni b'ħamrija vunnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċi,għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-organiżmi tal-ħamrija,għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tas-sistemi ekoloġiċi akwatiċi.Għandhom jiġu applikati miżuri ta' tnaqqis ta' riskju meta meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skond l-Article 13(5) dwar l-ispeċifikar ta' materjal teknniku kif manifatturat kummerċjalment. | 69 | Fosthiazate SAK Nru 98886-44-3 CIPAC Nru 585 | (RS)-S-sec-butyl O-ethyl 2-oxo-1,3-thiazolidin-3-ylphosphonothioate | 930 g/kg | 1 ta' Jannar 2004 | 31ta' Diċembru 2013 | Użu biss bħala nematiċida jistà jiġi awtorizzat. Għall-implimentazzjoni ta' prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport dwar ir-reviżjoni fuq il-fosthiazate, u partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, nhar l-4 ta' Lulju 2003, għandhom jiġu kkunsidrati.. F'din l-istima ġenerali l-Istati Membri: għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-ilma ta' l-art, meta s-sustanza attiva hija applikata f'reġjuni b'ħamrija vunnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċi,għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' għasafar u mammiferi slavaġ, parikolarment jekk is-sustanza hija applikata fl-istaġun tat-tnissil,għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-organiżmi tal-ħamrija mhux fil-mira.Għandhom jiġu applikati miżuri dwar it-tnaqqis ta' riskju meta meħtieġ. Sabiex jitnaqqas ir-riskju potenzali għall-għasafar żgħar, awtorizazzjonijiet dwar il-prodott, jinħtieġu illi jilħqu livell għoli ħafna t'inkorporazzjoni ta' granuli fil-ħamrija. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13(5) dwar l-ispeċifikar ta' materjal tekniku kif kummerċjalment mannifatturat. | 70 | Silthiofam SAK Nru 175217-20-6 CIPAC No 635 | N-allyl-4,5-dimethyl-2-(trimethylsilyl)thio-phene-3-carboxamide | 950 g/kg | 1 ta' Jannar 2004 | 31 ta' Diċembru, 2013 | Użu bħala fungiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. Użu ieħor oltre trattament ta' żerriegħa, illum m'humiex appoġġjati adegwatament minn data. Sabiex jiġu appoġġjati awtorizazzjonijiet għal dan l-użu, trid tiġ ġġenerata sottomessa lill-Istati Membri data u informazzjoni li tipprova l-aċċettazzjoni tagħhom mill-konsumaturi, operaturi u l-ambjent. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport dwar ir-reviżjoni fuq is-silthiofam, u partikolarment l-Appendices I u II tiegħu, kif finalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali nhar l-4 ta' Lulju 2003 għandu jittieħed in konsiderazzjoni shall be taken into account. | --------------------------------------------------