32003L0081



Official Journal L 224 , 06/09/2003 P. 0029 - 0031


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/81/KE

tal-5 ta’ Settembru 2003

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi molinate, thiram u ziram bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE ta’ l-15 ta’ Lulju 1991 dwar prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti mqiegħda fis-suq [1], kif fl-aħħar emendat mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 ta’ l-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ l-ewwel stadju fil-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti mqiegħda fis-suq [3], kif fl-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 [4], jistabbilixxi wkoll lista ta’ sustanzi attivi ta’ liema għandha ssir stima, in-vista tal-fatt illi jistghu jkunu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi molinate, thiram u ziram.

(2) Saret stima skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 ta’ l-użu varjat, kif issuġġerit minn dawk li jinnotifikaw, tas-sustanzi attivi li għandhom effett fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta’ April 1994 jippreskrivi s-sustanzi attivi ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti u jinnomina l-Istati Membri rapporteur għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 [5], kif fl-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2230/95 [6]. L-Istati Membri rapporteur segwenti, li kienu nominati, preżentaw l-istimi u rakkomandazzjonijiet relevanti lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92. L-informazzjoni relevanti dwar is-sustanza molinate kienet ippreżentata fit-30 ta’ Novembru 1998 mill-Portugal bħala Stat Membru rapporteur. L-informazzjoni relevanti dwar is-sustanza thiram kienet ippreżentata fil-15 ta’ Jannar 1998 mill-Belġju bħala Stat Membru rapporteur. L-informazzjoni relevanti dwar is-sustanza ziram kienet ippreżentata wkoll mill-Belġju, bħala Stat Membru rapporteur, fid-9 ta’ Ġunju 1998.

(3) Saret reviżjoni ta’ dawn ir-rapporti ta’ l-istimi mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(4) Ir-reviżjoni ta’ kull sustanza attiva kienet mitmuma fl-4 ta’ Lulju 2003 skond il-format rikjest mill-Kummissjoni għar-rapporti ta’ reviżjoni dwar molinate, thiram u ziram.

(5) Ir-reviżjonijiet tal-molinate, thiram u ziram ma wasslux għal mistoqsijiet jew kwistjonijet li kienu jirrikjedu konsultazzjoni mal-Kummissjoni Xjentifika għal Pjanti.

(6) Mill-eżami varji li saru jidher illi l-prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom jinsabu s-sustanzi molinate, thiram jew ziram x’aktarx jissodisfaw, in-ġenerali, l-kundizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment fir-rigward ta’ l-użu varjat ta’ dawn is-sustanzi eżaminat u dettaljat fir-rapport reviżjonat tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li dawn is-sustanzi attivi jkunu inklużi fl-Anness I, sabiex l-Istati Membri kollha jkunu jistghu jawtorizzaw, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva, l-użu ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom jinsabu dawn is-sustanzi attivi.

(7) Perjodu raġjonevoli għandu jiddekorri qabel sustanza attiva tkun inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu preparati għall-kondizzjonijiet meħtieġa li jirriżultaw minn din l-inklużjoni.

(8) Ladarba sseħħ din l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu konċessi perjodu raġjonevoli sabiex jimplementaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE dwar prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom molinate, thiram jew ziram, u partikolarment, jirrevedu dawk l-awtorizzazzjonijiet eżistenti sabiex ikun żgurat illi l-kondizzjonijiet dwar is-sustanzi attivi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huma sodisfatti. Perjodu itwal għandu jkun konċess għall-konsenja u l-istima tad-dokumenti kollha dwar kull prodott ta’ protezzjoni ta’ pjanti skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(9) Għalhekk huwa xieraq illi d-Direttiva 91/414/KEE tkun emendata.

(10) Il-miżuri li jinsabu f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE kien emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Sal-31 ta’ Jannar 2005 l-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippublikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tiġi mħarsa din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandom ikunu applikati mill-1 ta’ Frar 2005.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, trid issir riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mod kif din ir-referenza għandha ssir.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jirrevedu l-awtorizzazzjoni ta’ kull prodott ta’ protezzjoni ta’ pjanti li fih jinsab molinate, thiram jew ziram sabiex il-kondizzjonijiet dwar dawn is-sustanzi attivi jkunu mħarsa skond l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Fejn hemm bżonn l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Jannar 2005.

2. Għal kull prodott ta’ protezzjoni ta’ pjanti awtorizzat li fih is-sustanza molinate, thiram jew ziram bħala l-unika sustanza attiva jew bħala wiehed mis-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri għandħom jerġgħu jagħmlu stima tal-prodott skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dokumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Anness III ta’ din l-istess Direttiva. Dan irid isir sal-31 ta’ Lulju 2004. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfa jew le l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Fejn hu neċessarju l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Lulju 2008.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awissu 2004.

Artikolu 5

Din id-Direttiva qed tkun indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Settembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.08.91, p. 1.

[2] ĠU L 205, ta’ l-14.08.03, p. 16.

[3] ĠU L 366, tal-15.12.92, p. 10

[4] ĠU L 259, tat-13.10.00, p. 27.

[5] ĠU L 107, tat-28.04.94, p. 8.

[6] ĠU L 225, tat-22.09.95, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"Id-dħul segwenti għandhom ikunu miżżjuda fl-aħħar tat-tabella li tinsab fl-L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE

Nru | Isem komuni, numri ta'identifikazzjoni | IUPAC isem | Purità | Dħul fis-seħħ | Skadenza ta' l-inklużjoni | Dispożizzjonijiet speċifiċi |

72 | Molinate CAS Nru 2212-67-1 CIPAC Nru 235 | S-ethyl azepane-1-carbothioate; S-ethyl perhydroazepine-1-carbothioate; S-ethyl perhydroaze-pine-1-thiocarboxilate | 950 g/kilo | 1 ta' Awissu 2004 | fil-31 ta' Lulju 2014. | Użu biss bħala erbiċida huwa awtorizzat. Għall-implimentazzjoni ta' prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijietli jinsabu fir-rapporti ta' reviżjoni dwar is-sustanza molinate, u in-partikolari l-Appendiċi I u IIta' dan, bħalma l-Kumitat Permanenti dwar il- u s-Saħħa ta' l-Annimali kien iffinalizza fl-4 ta' Lulju 2003 għandu jittieħed in-konsiderazzjoni. F'din l-istima komplessiva: l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-possibilità lil-ilma li jinsab taħt l-art ikun kontaminat meta s-sustanza attiva tkun użata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kondizzjonijiet klimatiċi vulnerabili. Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandha tinkludi, fejn hu xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-possibilitàli s-sustanza attiva tkun trasprortata għal distanza qasira permezz ta' l-arja. |

73 | Thiram CAS Nru 137-26-8 CIPAC Nru 24 | tetramethylthiuramdisulfide; bis (dimethylthiocarba-moyl)-disulfide | 960 g/kilo | 1 ta' Awissu 2004 | fil-31 ta' Lulju 2014. | Użu biss bħala funguċida jew bħala element kimiku li jbiegħed l-insetti eċċ. jista' jkun awtorrizzat. Għall-implimentazzjoni ta' prinċipji uniformi fl-Anness VI, il-konklużjonijiet fir-rapport ta' reviżjoni dwar thiram, u partikolarment l-Appendiċi I u IIta' dan, bħalma l-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain us-Saħħa ta' l-Annimali kien iffinalizza fl-4 ta' Lulju 2003 għandhom jittieħdu in- konsiderazzjoni. F'din l-istima totali L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta'organiżmi akwatiċi. Fejn hu xieraq, miżuri għal mitigazzjoni ta' riskji għandhom ikunu applikatiL-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta'mammiferi u għasafar żgħar meta is-sustanza hi użata bħala trattament għaż-żerriegħa Fejn hu xieraq, miżuri għal mitigazzjoni ta' riskji għandhom ikunu applikati |

74 | Ziram CAS Nru 137-30-4 CIPACNru 31 | Zinc bis (dimethyl-dithiocarbamate) | 950 g/kilo (FAO-deskrizzjoni) Arseniku:massimu 250 mg/kiloIlma: massimu 1,5 % | 1 ta' Awissu 2004 | fil-31 ta' Lulju 2014. | Użu biss bħala funguċida jew bħala element kimiku li jbiegħed l-insetti eċċ. jista' jkun awtorizzat. Għall-implimentazzjoni tal- prinċipji uniformita' l-Anness VI, il-konklużjonijet-fir-rapport ta' reviżjoni dwar ziram, u partikolarment l-Appendiċi I u IIta' dan, bħalma l-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain uSaħħa ta' l-Annimali kien iffinalizza fl-4 ta' Lulju 2003 għandhom jittieħdu in- konsiderazzjoni. F'din l-istima totali: L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta'target artropodi u organiżmi akwatiċi fuq liema l-użu ta' din is-sustanza attiva ma għandix tkun użataMiżuri ghall-mitigazzjoni ta' riskjiL-Istati Membri għandhomjosservaw l-esposizzjoni dietetika akutatal-konsumaturi in vista tar-reviżjonijiet futuri tal-Livelli Massimi ta' Residwi. |

--------------------------------------------------