32003L0076



Official Journal L 206 , 15/08/2003 P. 0029 - 0030


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/76/KE

tal-11 ta’ awwissu 2003

li temenda d-direttva tal-kunsill 70/220/KEE dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġiż ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi b’mutur

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġiż ta’ l-arja minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/80/KE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 70/220/KEE hija waħda mid-direttivi separati għall-għanijiet tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE.

(2) Id-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2002/80/KE, introduċiet ħtiġiet speċifiċi li jirrelataw għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-gass bikarburati u monokarburati fir-rigward ta’ sistemi djanjostiċi abbord (OBD). Għamlet dispożizzjoni ukoll għall-approvazzjoni tat-tip, għal perjodu limitat, ta’ sistemi ta’ vetturi karburati bil-gass OBD li jikkontjenu defiċjenzi minuri. Huwa neċessarju li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu kkumplimentati b’miżuri tekniċi addizzjonali li jkopru t-trażmissjoni ta’ senjali djanjostiċi sabiex tiġi pprevenuta barriera għall-kummerċ li tirriżulta bħala riżultat ta’ teknoloġiji OBD ta’ vetturi tal-gass żviluppati riċentement li jikkonformaw fir-rigwardi l-oħra kollha mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/220/KEE.

(3) Id-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2002/80/KE, ukoll introduċiet ħtiġiet speċifiċi li jirrelataw għall-approvazjon tat-tip KE ta’ kovertituri kataloitiċi ta’ sostituzzjoni. Dawk il-ħtiġiet għandhom jiġu aġġustati sabiex konvertitur katalitiku ta’ sostituzzjoni jista’ jiġi approvat skond it-tip bħala unità teknika separata fuqil-bażi li huwa ta’ l-istess tip bħal konvertitur katalitiku ta’ apparat oriġinali jew konvertitur katalitiku oriġinali ta’ sostituzzjoni li għalih diġà ingħatat approvazzjoni tat-tip.

(4) Id-Direttiva 70/220/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif adattat.

(5) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għal Adattament għall-Progress Tekniku stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi XI u XIII mad-Direttiva 70/220/KEE huma emendati bi qbil mal-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-4 ta’ Settembru 2004, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-4 ta’ Settembru 2004.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha bħala d-destinatarji tagħha lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Awissu 2003.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36.

[3] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1.

[4] ĠU L 291, tat-28.10.2002, p. 20.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi XI u XIII mad-Direttiva 70/220/KEE huma emendati kif ġej:

A. L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

1. Is-Sezzjoni 3.3.3.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

"3.3.3.4. Jekk attiv fuq il-karburant magħżul, komponenti oħra ta’ sistema ta’ kontroll ta’ emissjoni jew sistemi oħra, jew komponenti powertrain relatati ma’ l-emissjoni jew sistemi li huma konnessi ma’ kompjuter, li n-nuqqas tagħhom jista’ jirriżulta’ f’emissjonijiet mill-pajp ta’ wara li jeċċedu l-limiti mogħtija f’ 3.3.2;".

2. Is-Sezzjoni 4.5.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

"4.5.2. Minkejja l-ħtiġiet tas-sezzjoni 6.6 ta’ l-Appendiċi 1 ma’ dan l-Anness, u meta mitlub mill-fabbrikant, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha taċċetta n-nuqqasijiet li ġejjin bħala li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ dan l-Anness għall-valutazzjoni u t-trażmissjoni ta’ sinjali djanjostiċi:

- it-trażmissjoni ta’ sinjali djanjostiċi għall-karburant f’użu preżenti fuq indirizz ta’ fonti unika,

- valutazzjoni ta’ sett wieħed ta’ sinjali djanjostiċi għaż-żewġ tipi ta’ karburant (li jikkorrispondu għal vetturi tal-gass b’karburant wieħed, u indipendenti mill-karburant f’użu preżenti),

- l-għażla ta’ sett wieħed ta’ sinjali djanjostiċi (assoċjati ma’ wieħed miż-żewġ tipi ta’ karburant) mill-pożizzjoni ta’ swiċċ tal-karburant,

- il-valutazzjoni u t-trażmissjoni ta’ sett wieħed ta’ sinjali djanjostiċi għaż-żewġ karburanti fil-kompjutertal-petrol indipendenti mill-karburant fl-użu. Il-kompjutertal-fornitura tal-gass jivvaluta u jittrasmetti s-sistema ta’ sinjali djanjostiċi realatati mas-sistema ta’ karburant gassuż u jaħżen l-istorja ta’ l-istat tal-karburant.

Għażliet ulterjuri jistgħu jintalbu mill-fabbrikant u jingħataw fuq id-diskrezjoni ta’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip.".

3. Fl-Appendiċi 1, is-sezzjoni 6.6 hija sostitwita b’dan li ġej:

"6.6. Ħtiġiet speċifiċi li jirrigwardaw it-trażmissjoni ta’ sinjali djanjostiċi minn vetturi tal-gass bi karburati

6.6.1. Għal vetturi tal-gass bikarburati fejn is-sinjali speċifiċi tas-sistemi differenti ta’ karburanti jinħażnu fl-istess kompjuter, is-sinjali djanjostiċi għall-operazzjoni fuq petrol u għall-operazzjoni fuq gass għandhom jiġu vvalutati u jiġu trażmessi indipendentement minn xulxin.

6.6.2. Għal vetturi tal-gass bikarburati fejnis-sinjali speċifiċi tas-sistemi differenti ta’ karburant jinħażnu f’kompjutersseparati, is-sinjali djanjostiċi għall-operazzjoni fuq petrol u għall-operazzjoni fuq il-gass għandhom jiġu vvalutati u trażmessi mill-kompjuterspeċifiku għall-karburant.

6.6.3. Fuq talba minn għodda djanjostika, is-sinjali djanjostiċi għall-vettura li topera fuq il-petrol għandhom jiġu trażmessi fuq indirizz ta’ fonti singola u s-sinjali djanjostiċi għall-vettura li topera fuq il-gass għandhom jiġu trażmessi fuq indirizz ieħor ta’ fonti. L-użu ta’ l-indirizz ta’ fonti huwa deskritt f’ ISO DIS 15031-5 "Vetturi tat-triq- komunikazzjoni bejn vetturi u tagħmir estern tat-test għal djanjostiċi relatati ma’ emissjonijiet — Parti 5: Servizzi djanjostiċi relatati ma’ emissjoniiet"., bid-data ta’ l-1 ta’ Novembru 2001.".

B. Fl-Anness XIII, tiżdied is-sezzjoni 4.4 li ġejja:

"4.4. Jekk applikant għall-approvazzjon tat-tip jista’ juri lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip jew lis-servizz tekniku li l-konvertitur katalitiku ta’ sostituzzjoni huwa ta’ tip indikat fis-sezzjoni 1.10 ta’ l-Appendiċi ma’ l-Anness X ma’ din id-Direttiva, l-għoti ta’ ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip m’għandux ikun dipendenti fuq verifika ta’ konformità mal-ħtiġiet speċifikati fis-sezzjoni 6.".

--------------------------------------------------