Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/66/KE tat-3 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Direttiva 94/2/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE fir-rigward ta’ l-ittikkettjar ta’ l-enerġija ta’ refriġeraturi, freezers elettriċi domestiċi u l-kombinazzjonijiet tagħhomTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 170 , 09/07/2003 P. 0010 - 0014
CS.ES Chapter 13 Volume 31 P. 306 - 310
ET.ES Chapter 13 Volume 31 P. 306 - 310
HU.ES Chapter 13 Volume 31 P. 306 - 310
LT.ES Chapter 13 Volume 31 P. 306 - 310
LV.ES Chapter 13 Volume 31 P. 306 - 310
MT.ES Chapter 13 Volume 31 P. 306 - 310
PL.ES Chapter 13 Volume 31 P. 306 - 310
SK.ES Chapter 13 Volume 31 P. 306 - 310
SL.ES Chapter 13 Volume 31 P. 306 - 310
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/66/KE tat-3 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Direttiva 94/2/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE fir-rigward ta’ l-ittikkettjar ta’ l-enerġija ta’ refriġeraturi, freezers elettriċi domestiċi u l-kombinazzjonijiet tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni bl-ittikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ enerġija u riżorsi oħra ta’ apparat domestiku [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tagħha, Billi: (1) L-użu ta’ l-elettriku minn refriġeraturi, freezers u l-kombinazzjonijiet tagħhom huwa responsabbli għal parti sinifikanti tad-domanda totali Komunitarja ta’ l-enerġija fid-dar. L-għan ulterjuri għal tnaqqis ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn dan l-apparat huwa sostanzjali. (2) Is-suċċess ta’ l-iskema ta’ l-ittikkettjar intorodtta mid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE [2], flimkien mad-Direttiva 96/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Settembru 1996 dwar ħtiġiet ta’ effiċjenza ta’ enerġija għal refriġeraturi, freezers elettriċi domestiċi u l-kombinazzjonijiet tagħhom [3] wassal għal żieda ta’ l-indiċi ta’ effiċjenza ta’ refriġeraturi u freezers ġodda b’iktar minn 30 % bejn l-1996 u l-2000. (3) Madwar 20 % ta’ l-apparat tal-kesħa mibjugħ fl-2000 kien fl-iktar klassi effiċjenti A, u f’xi swieq il-proporzjon kien iktar minn 50 %. L-ishma tas-suq ta’ apparat tal-klassi A qiegħed jogħla rapidament. B’konsegwenza, hemm bżonn li jiġu introdotti żewġ klassijiet addizzjonali, li għandhom jissemmew bħala A + u A++, bħala arranġament temporanjusakemm isseħħ reviżjoni komprensiva tal-klassijiet ta’ l-ittikkettjar ta’ l-enerġija. (4) L-effett ta’ l-ittikkettjar dwar effiċjenza ta’ l-enerġija jitnaqqas, jew jisparixxi, sakemm klassijiet ulterjuri u iktar effiċjenti huma definiti. (5) Id-Direttiva 94/2/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost. Bl-istess azzjoni jkun possibbli li dik id-Direttiva tiġi allineata fuq direttivi simili adottati riċentement, għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/75/KEE. (6) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/75/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 94/2/KE hija emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej: "2. L-informazzjoni meħtieġa b’din id-Direttiva għandha tinkiseb bil-kejl magħmul skond l-istandards armonizzati adottati mill-Korpi Ewropej ta’ l-Istandardizzazzjoni (CEN, CENELEC, ETSI) taħt mandat mill-Kummissjoni skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u li għalihom Stati Membri ppubblikaw in-numri ta’ referenza ta’ l-istandards nazzjonali li jwasslu dawk l-istandardsarmonizzati. 3. Id-dispożizzjonijiet fl-Annessi I, II and III li jeħtieġu l-għoti ta’ informazzjoni li tirrelata għal storbju għandhom japplikaw biss meta dik l-informazzjoni hija meħtieġa mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 86/594/KEE. Din l-informazzjoni għandha titkejjel skond dik id-Direttiva. 4. F’din id-Direttiva id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 92/75/KEE għandhom japplikaw." 2. L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: "Meta l-informazzjoni li tirrelata għal kombinazzjoni partikolari ta’ mudell tkun ġiet ottenuta bil-kalkolu abbażi ta’ diżinn, u/jew estrapolazzjoni minn kombinazzjonijiet oħra, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji ta’ dawn il-kalkoli u/jew estrapolazzjonijiet, u ta’ testijiet magħmula għall-verifika ta’ l-eżattezza tal-kalkoli magħmula (dettallji ta’ mudell matematiku għall-kalkolu ta’ operazzjoni u ta’ kejl meħud għall-verifika ta’ dan il-mudell)." (b) Il-Paragrafu 5 huwa sostitwit b’li ġej: "5. Meta l-apparat huwa offert għall-bejgħ, kiri jew xiri b’kirja permezz ta’ komunikazzjoni stampata jew bil-miktub, jew b’mezzi oħra li jimplikaw li l-klijent potenzjali ma jistax ikun mistenni jara l-apparat eżibit, bħal offerta bil-miktub, katalgu ta’ ordnijiet bil-posta, reklami fuq l-Internet jew fuq medja elettronika, dik il-komunikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni kollha speċifikata fl-Anness III." 3. L-Annessi I, II, III, u V huma emendati kif muri fl-Anness ma’ din id-Direttiva. 4. L-Anness VI jitħassar. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jippermettu ċ-ċirkolazzjoni ta’ tikketti, fiches u komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 94/2/KE, li tikkontjeni l-informazzjoni kif riveduta b’dinid-Direttiva, s a mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 2004. Għandhom jassiguraw li t-tiketti, l-fiches u l-komunikazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 94/2/KE jikkonformaw mal-mudelli riveduti, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2003. Għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Lulju 2003. Għall-Kummissjoni Loyola De Palacio Viċi-President [1] ĠU L 297, tat-13.10.1992, p. 16. [2] ĠU L 45, tas-17.2.1994, p. 1. [3] ĠU L 236, tat-18.9.1996, p. 36. [4] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. -------------------------------------------------- L-ANNESS (1) L-Anness I huwa emendat kif ġej: (a) taħt l-intestatura "Notti fuq it-tikketta", is-sentenza finali "NB: it-termini ekwivalenti f’lingwi oħra għal dawk deskritti fuq huma mogħtija fl-Anness VI", hija mħassra; (b) taħt l-intestatura "Stampar": (i) it-test li ġej huwa inserit wara t-tpinġija: "L-ittra indikatur għal apparat A + u A++ għandha tkun skond it-tpinġijiet li ġejjin, u għandha titqiegħed fl-istess pożizzjoni bħall-indikatur A għal apparat tal-klassi A." +++++ TIFF +++++ (ii) it-test finali, li jibda bil-kliem: "Informazzjoni kompleta dwar l-istampar tinsab f’gwida għad-diżinn tat-tikketta tar-refiregeraturi/freezers…" jitħassar. (2) L-Anness II huwa emendat kif ġej: (a) il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: "4. Il-klassi ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija tal-mudell hija definita fl-Anness V, espressa bħala "Klassi ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija … fuq skala ta’ A++ (l-iktar effiċjenti) sa G (l-inqas effiċjenti)". Meta din l-informazzjoni hija pprovduta f’tabella din tista’ tiġi espress b’mezzi oħra sakemm hija ċara u l-iskala hija minn A++ (l-iktar effiċjenti) sa G (l-inqas effiċjenti)." (b) il-punt 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: "8. Il-volum nett tal-ħażna tal-kompartiment għall-hażna ta’ ikel iffriċat, u tal-kompartiment tat-tkessieħ meta disponibbli, skond l-istandards imsemmija fl-Artikolu 1(2) — ħalli barra għall-klassijiet 1, 2 u 3. Għal apparat tal-klassi 3 il-volum nett tal-"kaxxa tas-silġ"." (ċ) il-punt li ġej15 huwa miżjud: "15. Jekk il-mudell huwa prodott sabiex jiġi inkorporat, dan għandu jiġi dikjarat." (d) in-Nota finali hija mħassra. (3) L-Anness III huwa emendat kif ġej: In-Nota finali hija mħassra. (4) Fl-Anness V it-test li ġej huwa inserit wara t-titolu "KLASSI TA’ L-EFFIĊJENZA TA’ L-ENERĠIJA": "PARTI 1: Definizzjonijiet tal-Klassijiet A + u A++ Apparat għandu jiġi kklassifikat bħala A + jew A++, meta l-indiċi ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija alpha (Iα) huwa fil-firxiet speċifikati fit-Tabella 1. Tabella 1 Indiċi ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija (Iα) | "Klassi ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija" | 30 > Iα | A++ | 42 > Iα ≥30 | A+ | Iα ≥ 42 | A sa G (ara taħt) | Fit-Tabella 1 I = SC × 100 fejn: AC = il-konsum annwali ta’ l-enerġija ta’ l-apparat (skond l-Anness I, nota V) SCα = il-konsum standard annwali ta’ l-enerġija αta’ l-apparat SCα huwa kkalkolat bħala M X ∑ + N + CH fejn: Vc huwa l-volum nett (f’litri) tal-kompartiment (skond l-istandards imsemmija fl-Artikolu 1(2)). Tc hija t-temperatura tad-diżinn (fi °C) tal-kompartiment. Il-valuri ta’ Mα u Nα jingħataw fit-Tabella 2 u l-valuri ta’ FRF, CC, BI u CH jingħataw fit-Tabella 3 Tabella 2 Tip ta’ apparat | Temperatura tal-kompartiment l-iktar kiesaħ | Mα | Nα | 1.Friġġ dispensa | > - 6 °C | 0,233 | 245 | 2.Refriġeratur/li jkessaħ | > - 6 °C | 0,233 | 245 | 3.Refriġeratur mingħajr stilel | > - 6 °C | 0,233 | 245 | 4.Refriġeratur * | ≤ - 6 °C | 0,643 | 191 | 5.Refriġeratur ** | ≤ - 12 °C | 0,450 | 245 | 6.Refriġeratur ***/ | ≤ - 18 °C ***/*(***) | 0,777 | 303 | 7.Friġġ/freezer*(***) | ≤ - 18 °C ***/*(***) | 0,777 | 303 | 8.Freezer wieqaf | ≤ - 18 °C *(***) | 0,539 | 315 | 9.Chest freezer | ≤ - 18 °C *(***) | 0,472 | 286 | 10.Apparat b’ħafna bibien jew apparat ieħor | | [1] | [1] | Tabella 3 Fattur ta’ korrezzjoni | Valur | Kondizzjoni | FRF (ħieles mill-borra) | 1,2 | Għal kompartimenti ta’ l-ikel iffriżat "mingħajr ġlata" (ivventilati) | 1 | Xort’ oħra | CC (klassi ta’ klima) | 1,2 | Għal apparat "tropikali" | 1,1 | Għal apparat "subtropikali" | 1 | Xort’ oħra | BI (inkorporati) | 1,2 | Għal apparat inkorporat [2] taħt 58 ċm wisa. | 1 | Xort’ oħra | CH (kompartiment tat-tkessieħ) | 50 Kwh/y | Għal apparat b’kompartiment ta’ tkessieħ ta’ mill-inqas 15-il litru. | 0 | Xort’ oħra | Jekk apparat mhuwiex A + jew A++, għandu jiġi kklassifikat skond il-Parti 2. PARTI 2: Definizzjonijiet tal-Klassijiet A sa G. …" [1] "Għal dan l-apparat, it-temperatura u l-gradi bl-istilel tal-kompartiment bit-temperatura l-iktar baxxa jiddeterminaw il-valuri ta’ M u N. Apparat b’kompartimenti ta’ - 18"o"C *(***) għandu jiġi kkunsidratbħala friġġ/"freezers" *(***). [2] "Apparat huwa inkorporat biss jekk huwa ddiżinjat esklużivament għal installazzjoni fi spazju ta’ kċina li jeħtieġ irfinar ta’ għamara, u kkontrollat b’hekk. --------------------------------------------------