Official Journal L 154 , 21/06/2003 P. 0070 - 0078
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/62/KE ta' l-20 ta' Ġunju 2003 temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE dwar il-livelli massimi ta' residwi għal hexaconazole, clofentezine, myclobutanyl u prochloraz (Test b'relevanza għall-FEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 fuq l-iffissar tal-livelli massimi ta' residwi tal-pestiċidi li jinsabu fuq u fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż frott u ħaxix [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu, Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 fuq l-iffissar tal-livelli massimi ta' residwi tal-pestiċidi fuq u fiċ-ċereali [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 [4], u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/79/KE [5] iffissat livelli massimi ta' residwi (MRLs) in konnessjoni ma ċertu taħlit ta' pestiċidju/ikel. (2) Wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva 2002/79/KE, il-Kummissjoni rċeviet talbiet, sostnuti minn iktar data, biex tirrevedi l-livelli fejn l-MRLs ta' ċertu taħlit ta' pestiċidju/ikel ma kinux iffissati skond id-Direttiva 2002/79/KE. L-applikazzjonijiet u d-data kienu reveduti, u għal ċertu taħlit, id-data kienet suffiċjenti biex ikun iġġustifikat l-iffissar ta' MRL 'il fuq mil-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika. (3) L-esposizzjoni akuta għal dawn il-pestiċidji matul l-ħajja tal-konsumaturi permezz ta' prodotti ta' l-ikel li jistgħu jikkontjenu residwi ta' dawn il-pestiċidji li jirriżultaw mill-użu tagħhom fil-protezzjoni għall-pjanti u, fejn ikun applikabbli, f'mediċina veterinarja kienet stmata u valutata skond il-proċeduri u l-prattika segwita fil-Komunità Ewropea, ġiet kkunsidrata l-għajnuna ppublikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [6] u kien ikkalkulat li l-livelli massimi ta' residwi ffissati f'din id-Direttiva ma jagħtux lok għal vjolazzjoni tad-dħul aċċettat ta' kuljum jew tad-dosaġġi ta' referenza akuti. (4) L-isħab kummerċjali tal-Komunità għandhom ikunu kkonsultati dwar il-livelli mfassla f'din id-Direttiva permezz ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-kummenti tagħhom fuq dawn il-livelli jkunu kkunsidrati. (5) L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku Għall-Pjanti, partikolarment il-pariri u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi ta' prodotti ta' l-ikel trattati bil-pestiċidji u fuq l-applikazzjoni tal-metodoloġija, imsemmija hawn fuq, mill-istat Membru relatur kienu kkunsidrati [7]. (6) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Il-livelli massimi ta' residwi elenkati fl-Anness ta' din d-Direttiva għandhom jissostitwixxu dawk elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE għall-pestiċidji in kwistjoni. Artikolu 2 Fil-parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE il-fillieri segwenti jinbidlu: "Residwu tal-pestiċidju | Livell massimu f'mg/kg | Hexaconazole | 0,1 Barley u qamħ 0,02 Ċereali oħra | Prochloraz (somma ta' prochloraz) | 1 Ross, ħafur, barley 0,5 Triticale, qamħ, segala 0,05 Ċereali oħra | Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji minn mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2003 biex tiġi mħarsa din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu fil-pront lill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri għandhom japplikaw mill-1 ta' Awissu 2003. Artikolu 4 Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mod kif din ir-riferenza għandha ssir. Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ ġurnata wara li tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 6 Din id-Direttiva qiegħeda tiġi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Ġunju 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 350, ta’ l-14.12.90, pġ. 71. [2] ĠU L 122, tas-16.5.3, pġ. 1. [3] ĠU L 221, tas-7.08.86, pġ. 37. [4] ĠU L 122, tas-16.5.3, pġ. 36. [5] ĠU L 291, tat-28.10.2002, pġ. 1. [6] Regoli ta’ gwida għat-tħabbir ta’ dħul Djetarju ta’ residwi tal-pestiċidi (reviżjonata), preparati minn GEMS/Food Programme in kollaborazzjoni mall-Kumitat Codex fuq Residwi tal-Pestiċidji, ippublikata mill-Organizzazzjoni Dinija għas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7). [7] SCP/RESI/021; SCP/RESI/024. -------------------------------------------------- L-ANNESS Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali għal liema japplikaw l-MRLs | Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg) | Hexaconazole | Myclobutanil | Clofentezine | 1.Frott, frisk, imqadded jew mhux imsajjar, ippreservat bl-iffriżar, li ma jkollux zokkor, ġewż miżjud (i)FROTT TAĊ-ĊITRU | 0,02 | 3 | 0,5 | Tronġ | | | | Lumi | | | | Lajm | | | | Mandolin (inkluż klementini uibridi oħra) | | | | Larinġ | | | | Grejpfrut | | | | Oħrajn | | | | (ii)Ġewż tas-Siġar (bil-qoxra jew bla qoxra) | 0,05 | 0,05 | 0,05 | Lewż | | | | Ġewż tal-Brażil | | | | Ġewża ta' l-anakardju | | | | Qastan | | | | Ġewża ta' l-indi | | | | Ġellewża | | | | Macadamia | | | | Ġewża Amerikana | | | | Ġewż ta' l-arżnu | | | | Pistaċċi | | | | Ġewża | | | | Oħrajn | | | | (iii)FROTT TAL-POME | | 0,5 | 0,5 | Tuffieħ | 0,1 | | | Lanġas | 0,1 | | | Sfarġel | | | | Oħrajn | 0,02 | | | (iv)FROTT TA' L-GĦADMA | 0,02 | | | Berquq | | 0,3 | | Ċirasa | | 1 | | Ħawħa (inkluż ċiprisk uibrid i simili) | | 0,5 | | Għanbaqar | | 0,5 | 0,2 | Oħrajn | | 0,02 | 0,02 | (v)FROTT ŻGĦIR (a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | 0,1 | 1 | | Għeneb tal-mejda | | | 0,02 | Għeneb ta' l-inbid | | | 1 | (b)Frawli (barra mis-selvaġġ) | 0,2 | 1 | 2 | (ċ)Frott tal-Qasba (barra mis-selvaġġ) | 0,02 | 0,02 | | Tuta salvaġġa | | | 3 | Dewberries | | | | Loganberries | | | | Frotta tal-ġens taċ-ċawsli | | | 3 | Oħrajn | | | 0,3 | (d)Frott żgħir ieħor (minbarradak selvaġġ) | 0,02 | | | Mirtill | | | | Cranberries | | | | Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | 1 | 0,5 | Rużberi | | 1 | | Oħrajn | | 0,02 | 0,02 | (e)Tuta Salvaġġa u Frott Salvaġġ | 0,02 | 0,02 | 0,02 | (vi)Mixxellanji | | | 0,02 | Avokado | | | | Banana | 0,1 | 2 | | Tamli | | | | Tin | | | | Kiwi | | | | Kumquats | | | | Litchi | | | | Mangu | | | | Żebbuġ | | | | Frotta tal-fjura tal-Passjoni | | | | Ananas | | | | Rummiena | | | | Oħrajn | 0,02 | 0,02 | | 2.Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew xott (i)ĦAXIX TUBERU U TA' L-GĦERUQ | 0,02 | | 0,02 | Pitravi | | | | Karrotta | | 0,2 | | Krafes ħoxnin | | | | Ħorsradixx | | | | Qaqoċċ ta' Ġerusalem | | | | Zunnarija bajda | | | | Għerq tat-tursin | | | | Ravanell abjad | | | | Salsafja | | | | Patata ħelwa | | | | Swedes | | | | Nevew | | | | Jam | | | | Ohrajn | | 0,02 | | (ii)ĦAXIX TAL-BASLA | 0,02 | 0,02 | 0,02 | Tewm | | | | Basal | | | | Basal abjad | | | | Basal zgħir | | | | Ohrajn | | | | (iii)ĦAXIX TAL-FROTT (a)Solanacea Tadam | 0,1 | 0,3 | 0,3 | Bżar | | 0,5 | | Brunġiel | | 0,3 | | Ohrajn | 0,02 | 0,02 | 0,02 | (b)atrambatra qoxra li tista' tittiekel | 0,02 | 0,1 | 0,02 | Ħjara | | | | Ħjara żgħira | | | | Qargħa bagħli żgħir | | | | Ohrajn | | | | (ċ)atrambatra qoxra li ma tistax tittiekel | 0,02 | 0,2 | | Bettieħ | | | 0,1 | Għattan | | | | Dulliegħa | | | | Oħrajn | | | 0,02 | (d)Qamħ ħelu | 0,02 | 0,02 | 0,02 | (iv)ĦAXIX TAL-BRASSIKA | 0,02 | 0,02 | 0,02 | (a)BrassiKa li tagħmel il-fjuri Brokkli | | | | Pastarda | | | | Oħrajn | | | | (b)Brassika tar-ras Kaboċċi żgħar | | | | Kaboċċa tar-ras | | | | Ohrajn | | | | (ċ)Brassica mwerraq Kaboċċa ċiniża | | | | Kaboċċa | | | | Oħrajn | | | | (d)Ġidra | | | | (v)ĦAXIX TAL-WERAQ U ĦWAWAR FRISK | 0,02 | 0,02 | 0,02 | (a)Ħassa u simili Ħaxixet id-drass | | | | Valerjanella | | | | Ħassa | | | | Scarole | | | | Oħrajn | | | | (b)Spinaċi u simili Spinaċi | | | | Beet leaves (l-ispeċi fl-ġeneru Salvelinus) | | | | Oħrajn | | | | (ċ)Krexxuni | | | | (d)Wtloof | | | | (e)Ħwawar Sorfolja | | | | Kurrat salvaġġ | | | | Tursin | | | | Weraq tal-karfus | | | | Ohrajn | | | | (vi)ĦAXIX TAL-LEGUM (frisk) | 0,02 | 0,02 | 0,02 | Fażola (bil-miżwed) | | | | Fażola (mingħajr miżwed) | | | | Piselli (bil-miżwed) | | | | Piselli (mingħajr miżwed) | | | | Oħrajn | | | | (vii)ĦAXIX TAZ-ZOKK (frisk) | 0,02 | | 0,02 | Sfarġ | | | | Kardun | | | | Karfus | | | | Bużbież | | | | Qaqoċċ tal-globu | | 0,5 | | Kurrata | | | | Rabarbu | | | | Oħrajn | | 0,02 | | (viii)FUNGI | 0,02 | 0,02 | 0,02 | (a)Faqqiegħ ikkoltivat | | | | (b)Faqqiegħ salvaġġ | | | | 3.Legumi | 0,02 | 0,02 | 0,02 | Fażola | | | | Għadsa | | | | Piselli | | | | Oħrajn | | | | 4.Żerriegħa li minnha jingħasar iż-żejt | 0,05 | 0,05 | 0,05 | Linseed | | | | Karawett | | | | Żerriegħa tal-peprina | | | | Ġulġlien | | | | Żerriegħa tal-ġirasol | | | | Żerriegħa tar-apa | | | | Soya sħiħa | | | | Senapa | | | | Żerriegħa tal-qoton | | | | Oħrajn | | | | 5.Patata | 0,02 | 0,02 | 0,02 | Patata | | | | Patata tal-ware | | | | 6.Tè (weraq u zkuk, imnixxfa, fermentati mod ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis) jew | 0,05 | 0,05 | 0,05 | 7.Il-Ħop(imnixxef), inkluż gerbubiet tal-ħop u trab mhux konċentrat | 0,05 | 2 | 0,05 | --------------------------------------------------