32003L0057



Official Journal L 151 , 19/06/2003 P. 0038 - 0041


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/57/KE

tas-17 ta' Ġunju 2003

li temenda d-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-ikel ta' l-annimali

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' May 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-ikel ta' l-annimali [1], partikolarment fl-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/29/KE dwar sustanzi u prodotti mhux mixtieqa fin-nutriment ta' l-annimali [2], kif emendata fid- Direttiva 2001/102/KE [3], tistabbilixxi livelli massimi ta' Dioxins f'diversi materji ta' l-ikel u għalf tal-bhejjem kompost.

(2) Id-Direttiva 2002/32/KE tħassar u tbiddel id-Direttiva 1999/29/KE b'effett minn l-1 ta' Awissu 2003.

(3) Huwa ta' importanza kbira għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta' l-annimali li l-livelli massimi ta' Dioxins li ġew stabbiliti mid-Direttiva 1999/29/KE jibqgħu fis-seħħ sa wara l-1 ta' Awissu 2003. Id-Direttiva 2002/32/KE għandha għalhekk tiġi emendata sabiex tinkludi l-livelli massimi ta' Dioxins, li ġew stabbiliti mid- Direttiva 1999/29/KE.

(4) Sabiex tiġi evitata kull kunfużjoni huwa xieraq li jiġi speċifikat li t-terminu minerali jirreferi għall-materji ta' l-ikel skond l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta' April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-materji ta' l-ikel [4] kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2001/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5].

(5) Għal ċarezza akbar ir-regoli li jirregolaw id-Dioxins għandhom jiġu miġbura f'test wieħed. B'rizultat ta' dan, huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 2002/32/KE billi jiġi inserit l-Anness tagħha u d-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2439/1999 tas-17 ta' Novembru 1999 dwar il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-addittivi li jappartjenu għall-grupp "materjal li jgħaqqad, aġenti kontra l-konsolidament u sustanzi li jgħaqqdu" fl-għalf tal-bhejjem [6], kif ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 739/2000 [7], li jistabbilixxi massimu limitat provviżorju għat-tafal tal-kawlina u addittivi oħra li huma awtorizzati li jiġu użati bħala materjal li jgħaqqad, aġenti kontra l-konsolidament u sustanzi li jgħaqqdu. Billi l-ebda kontroll ta' informazzjoni jew kontroll insuffiċjenti ta' data dwar il-preżenza ta' Dioxins hija prevista għas-sulfat tal-kalċju dihydrate, għal vermiculite, għan-natrolite-phonolite, għall-alumina tal-kalċju sintetiku u għal clinoptilolite ta' oriġini sedimentali li juru n-nuqqas ta' kontaminazzjoni bid-Dioxins jew kontaminazzjoni f'livelli mhux ikkwantifikati, hu għalhekk xieraq li jiġi stabbilit livell massimu ta' Dioxins għal dawn l-addittivi barra l-livell massimu ta' Dioxins fit-tafal tal-kawlina bil-għan li titħares is-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa tal-bniedem. B'riżultat ta' dan, ir-Regolament (KE) 2439/1999 jista' jiġi mħassar.

(6) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE hu hawnhekk emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Bl-eċċezzjoni tad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw id-dħul (ċ) u (j) fil-lista ta' prodotti fl-elenku anness ma' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu din id-Direttiva sa mhux aktar tard mil-31 ta' Lulju 2003. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront. Għandhom jgħoddu dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta' Awissu 2003.

Rigward id-disposizzjonijiet li jikkonċernaw id-dħul (ċ) u (j) fil-lista ta' prodotti fl-elenku anness ma' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarja li jħarsu din id-Direttiva sa' mhux aktar tard mid-29 ta' Frar. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront. Għandhom jgħoddu dawn id- disposizzjonijiet mill-1 ta' Marzu 2004.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandha tinstab fihom riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil Kummissjoni bit-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2439/1999 tas-17 ta' Novembru 1999 dwar il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-addittivi li jappartjenu għall-grupp "materjal li jgħaqqad, aġenti kontra l-konsolidament u sustanzi li jgħaqqdu" fl-għalf tal-bhejjem għandu jiġi mħassar b'effett mill-1 ta' Marzu 2004.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ wara l-20 jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva qiegħda tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 140, tat-30.5.2, pġ. 10.

[2] ĠU L 115, ta' l-4.5.99, pġ. 32.

[3] ĠU L 6, ta' l-10.1.2, pġ. 45.

[4] ĠU L 125, tat-23.5.96, pġ. 35.

[5] ĠU L 234, ta' l-1.9.1, pġ. 55.

[6] ĠU L 297, tat-18.11.99, pġ. 8.

[7] ĠU L 87, tat-8.4.00, pġ. 14.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE ġie emendat kif ġej:

(a) fl-elenku, punt 27 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Sustanzi Mhux Mixtieqa | Prodotti Intiżi għall-Ikel ta' l-Annimali | Il-Kontenut Massimu Relattiv għall-Għalf tal-Bhejjem b'Kontenut ta' Ndewwa ta' 12 % |

(1) | (2) | (3) |

27.Dioxin (is-somma ta' polychlorinateddibenzo-para-Dioxins (PCDDs) u polychlorinateddibenzofurans (PCDFs) kif imfissra fl-ekwivalenti ta' tossiċi ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li tuża l-WHO-TEFs (fatturi tat-tossiċi ekwivalenti, 1997) | (a)Kull materjal ta' l-ikel mill-oriġini tal-pjanti kif ukoll żjut tal-ħaxix u prodotti sekondarji | 0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5)) (6) |

(b)Minerali skond is-sens ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 t'April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-materjal ta' l-ikel | 1,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5)) (6) |

(ċ)Tafal tal-kawlina, sulfat tal-kalċju dehydrate, vermiculite, natrolite-phonolite, alumina tal-kalċju sintetiku u clinoptitolite ta' oriġini sedimentali li jappartjenu għall-grupp "materjal li jgħaqqad, aġenti kontra l-konsolidament u sustanzi li jgħaqqdu" awtorizzati taħt id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE | 0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5)) (6) |

(d)Xaħam ta' l-annimali, kif ukoll xaħam mill-ħalib u xaħam tal-bajd | 2,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5)) (6) |

(e)Prodotti oħra ta' l-annimali ta' l-art kif ukoll ħalib u prodotti tal-ħalib u bajd u prodotti tal-bajd | 0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5)) (6) |

(f)Żejt tal-ħuta | 6 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5)) (6) |

(g)Ħut, annimali akkwatiċi oħra, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji minbarra żejt il-ħuta u l-proteini tal-ħut hydrolysates li fihom aktar minn 20 % grass (7) | 1,25 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5)) (6) |

(h)Għalf tal-bhejjem kompost, minbarra l-għalf tal-bhejjem għall-annimali tal-pil, l-għalf ta' l-annimali domestiċi u l-għalf tal-ħut | 0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5)) (6) |

(i) Għalf tal-ħut.Għalf ta' l-annimali domestiċi | 2,25 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5)) (6) |

(j)Proteini tal-ħut hydrolysates li fihom aktar minn 20 % grass | 2,25 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (5)) (6)" |

(b) fit-tmiem ta' dan l-Anness I, in-nota f'qiegħ il-paġna (5) ġiet imħassra u n-noti f'qiegħ il-paġna li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

"(5) Il-konċentrapmenti tan-naħa ta' fuq huma kkalkolati fuq is-suppożizzjoni li l-valuri kollha tat-taħlit differenti huma anqas mill-limitu ta' kwantifikazzjoni li huwa ugwali tal-limitu ta' kwantifikazzjoni.

(6) Dawn il-livelli massimi għandhom ikunu rreveduti għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2004 fl-isfond tad-data l-ġdida dwar il-preżenza ta' Dioxins u Dioxins bħal PCBs, partikolarment bil-għan ta' l-inklużjoni ta' Dioxins bħal PCBs fl-livelli li għandhom jiġu stabbiliti u li għandhom jiġu rreveduti aktar 'il quddiem qabel il-31 ta' Diċembru 2006 bil-għan li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-livell massimu.

(7) Ħut frisk ikkonsenjat direttament u mingħajr ipproċessar intermedjarju għall-produzzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali tal-pil huwa eżenti mil-limitu massimu u l-livell massimu ta' prodott ta' 4,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg hu applikabbli għall-ħut frisk li jiġi użat għall-għalf dirett ta' annimali domestiċi, annimali żooloġiċi u annimali taċ-ċirku. Il-prodotti, li huma proteini ta' l-annimali pproċessati minn dawn l-annimali (annimali tal-pil, annimali domestiċi, annimali żooloġiċi u annimali taċ-ċirku) ma jistgħux jifformaw parti mill-food chain u l-għalf tagħhom huwa pprojbit għall-annimali mrobbija għall-skopijiet kummerċjali li huma miżmuma, msemmijin jew imrobbija għall-produzzjoni ta' l-ikel."

--------------------------------------------------