32003L0047



Official Journal L 138 , 05/06/2003 P. 0047 - 0048


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/47/KE

ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003

li temenda l-Annessi II, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew tal-prodotti tal-pjanti u kontra it-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/22/KE [2], u partikolarment il-punt (c) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tagħha,

Wara li kkunsidrat l-proposta mill-Istati Membri kkonċernati,

Billi:

(1) Minn informazzjoni fornuta mill-Portugall ibbażata fuq stħarriġ aġġornat, jidher li ż-żona protetta għal Gonipterus scutellatus Gyll. għandha tkun immodifikata u ristretta biss għall-Ażores.

(2) Minħabba żball klerikali fil-preparazzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/36/KE [3] li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2000/29/KE, dispożizzjonijiet ġodda fir-rigward tal-ħamrija u l-medja tat-tkabir, marbuta jew assoċjata mal-pjanti, li joriġinaw f’¬ipru jew f’Malta, kienu adottati mingħajr ġustifikazzjoni.

(3) Minħabba żball klerikali fil-preparazzjoni tad-Direttiva 2002/36/KE, it-test fil-punt 2 taħt l-intestatura I tal-Parti B ta’ l-Anness V tad-Direttiva 200/29/KE kien mibdul mingħajr ma kienu msemmija l-prodotti tal-pjanti relevanti kkonċernati.

(4) L-Annessi relevanti tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom għalhekk ikunu emendati kif xieraq,

(5) il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma b’dan emendati bi qbil mal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membru għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel il-15 ta’ Ġunju 2003 l-aktar tard, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mis-16 ta’ Ġunju 2003.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew li jkunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. l-istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom immedjetament jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1.

[2] ĠU L 78, tal-25.3.2003, p. 10.

[3] ĠU L 116, tat-3.5.2002, p. 16.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi tad-Direttiva 2000/29/KEE huma emendati kif ġej:

1. fil-Parti B ta’ l-Anness II, taħt l-intestatura (a), il-punt (5), id-dħul fil-kolonna tan-naħa tal-lemin huwa mibdul b’dan li ġej:

"EL, P (Ażores)"

;

2. fl-Anness IV:

(a) fis-Sezzjoni I tal-Parti A, fil-punt (34), fil-kolonna tan-naħa tax-xellug, il-kliem "Ċipru, Malta," huma mħassra;

(b) fil-Parti B, fil-punt (19), id-dħul fil-kolonna tan-naħa tal-lemin huwa mibdul b’dan li ġej:

"EL, P (Ażores)"

;

3. fil-Parti B ta’ l-Anness V, taħt l-intestatura I:

(a) fil-punt (2), it-test huwa mibdul b’dan li ġej:

"Partijiet ta’ pjanti, apparti milli l-frott u ż-żrieragħ ta’:

- Castanea Mill., Dendranthema (DC) Des. Moul., Dianthus L., Gypsophila L., Pelargonium l’Herit. ex Ait, Phoenix spp., Populus L., Quercus L., Solidago L. u l-fjuri maqtugħin ta’ Orchidaceae,

- koniferi (Coniferales),

- Acer saccharum Marsh., li joriġinaw fil-pajjiżi ta’ l-Amerika ta’ Fuq,

- Prunus L., li joriġinaw fil-pajjiżi mhux-Ewropej,

- Il-fjur maqtugħin ta’ Aster spp., Eryngium L., Hypericum L., Lisianthus L., Rosa L. u Trachelium L.,, li joriġinaw fil-pajjiżi mhux-Ewropej,

- Il-weraq veġitali ta’ Apium graveolens L. u Ocimum L.";

(b) fil-punt (7)(b), il-kliem "Ċipru, Malta," huma mħassra.

--------------------------------------------------