32003L0046



Official Journal L 138 , 05/06/2003 P. 0045 - 0046


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/46/KE

ta' l-4 ta' Ġunju 2003

li temenda d-Direttiva 2001/32/KE dwar ċerti zoni protetti esposti għal riskji partikolari ta' saħħa tal-pjanti fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 fuq miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għal pjanti jew prodotti ta' pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendatA mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/22/KE [2], u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1)(h) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mill-Greċja,

Billi:

(1) Mill-1993, bid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/76/KEE [3] u mbagħad bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE tat-8 ta' Mejju 2001 li tirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari ta' saħħa tal-pjanti fil-Komunità u tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/76/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/21/KE [5], il-Greċja ġiet rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-Gonipterus scutellatus Gyll.

(2) Minħabba żball klerikali fit-tħejjija tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/21/KE li temenda d-Direttiva 2001/32/KE, it-test emendat ma kienx jirreferi għall-Greċja b'konnessjoni mal-Gonipterus scutellatus Gyll. Madankollu, ir-raġunijiet li wasslu li l-Greċja tkun rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-Gonipterus scutellatus Gyll, jibqgħu validi.

(3) Id-Direttiva 2001/32/KE għandha tiġi emendata kif suppost.

(4) Il-miżuri li sar provvediment għalihom f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 2001/32/KE qed jiġi emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Stati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju 2003 il-liġijiet, regolamenti u provvedimenti amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom igħarrfu b'dan lill-Kummissjoni bla telf ta' żmien.

Huma għandhom japplikaw dawn il-provvedimenti mis-16 Ġunju 2003.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-provvedimenti, għandu jkun hemm fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b'referenza simili dakinhar li jiġu ippubblikati uffiċjalment. Stati Membri għandhom jistabbilixxu kif din ir-referenza għandha tkun magħmula.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidhol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija Indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.00, pġ. 1.

[2] ĠU L 78, tal-25.3.3, pġ. 10.

[3] ĠU L 305, tal-21.10.92, pġ. 12.

[4] ĠU L 127, tad-9.5.1, pġ. 38.

[5] ĠU L 78, tal-25.3.3, pġ. 8.

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness għad-Direttiva 2001/32/KE, taħt l-intestatura (a), f'punt 7, id-daħla fil-kolonna tal-lemin hija mibdula b'dan li ġej:

"Greċja, Portugall (Azores)"

.

--------------------------------------------------