32003L0043



Official Journal L 143 , 11/06/2003 P. 0023 - 0032


Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/43/KE

tas-26 ta' Mejju 2003

li temenda d-Direttiva 88/407/KEE dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-kummerċ intrakomunitarju u l-importazzjoni ta' l-isperma ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3],

Wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) Id-Direttiva 88/407/KEE [4] issemmi l-ħtiġiet għas-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' l-isperma ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini.

(2) Fid-dawl tad-data ġdida xjentifika u disponibbli, hu meħtieġ li jsiru emendi fil-kondizzjonijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għad-dħul tal-barrin fiċ-ċentri ta' inseminazzjoni artifiċjali, partikolarment dawk li jikkonċernaw mard infettiv tal-bovini rhinotracheiris/mard infettiv pustular vulvovaginitis (IBR/IPV) u dijarea virali tal-bovini/dijarea mucosal (BVD/MD).

(3) L-istess ħtiġiet tal-ħażna għandhom japplikaw għall-istabbilimenti sew jekk huma jew mhumiex assoċċjati ma' unit ta' produzzjoni.

(4) Għandha tissimplifika ruħha l-proċedura sabiex tkun aġġornata l-lista taċ-ċentri ta' ġbir u ħażna ta' l-isperma f'terżi pajjiżi minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni tas-semen.

(5) Għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 88/407/KEE skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 fejn niżlet il-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5],

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 88/407/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1. għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin ma' l-Artikolu 1:

"Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dispożizzjonijiet taż-zootechnical tal-Komunità u/jew nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' l-inseminazzjoni artifiċjali ġenerali u partikolarment id-distribuzzjoni ta' l-isperma.";

2. L-Artikolu 2(b) hu mibdul b'dan li ġej:

"(b) - 'Ċentru ta' kollezzjoni ta' l-isperma' tfisser stabbiliment uffiċċjalment approvat u uffiċjalment issorveljat sitwat fit-territorju ta' Stat Membru jew f'terzi pajjiżi, fejn l-isperma hija prodotta għall-użu ta' inseminazzjoni artifiċjali;

- 'Ċentri ta' ħażna ta' l-isperma' tfisser stabbiliment uffiċjalment approvat u uffiċjalment issorveljat sitwat fit-teritorju ta' Stat Membru jew f'terzi pajjiżi fejn tinħażen l-isperma għall-użu ta' l-inseminazzjoni artifiċjali;"

3. L-Artikolu 3(a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(a) trid tkun inġabret u proċessata u/jew maħżuna jekk ikun hemm bżonn f'ċentru ta' kollezzjoni jew ħażna jew ċentri approvati skond l-għan ta' l-Artikolu 5(1), bil-ħsieb ta' inseminazzjoni artifiċjali u għall-għanijiet tal-kummerċ intrakomunitarji;"

4. L-Artikolu 4(1) u (2) għandu jitħassar;

5. fl-Artikoli 5, 9(2) u 9(3), il-kliem "ċentru(i) ta' kollezzjoni ta' l-isperma" għandhom jitbiddlu bil-kliem "ċentru(i) ta' kollezzjoni jew ħażna ta' l-isperma";

6. L-Artikolu 9(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. Il-lista ta' ċentri ta' kollezzjoni u ħażna ta' l-isperma minn liema l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-isperma oriġinata f'terzi pajjiżi għandha titħejja u tkun aġġornata skond dan l-Artikolu.

Stabbiliment jista' jitqiegħed biss f'din il-lista jekk l-awtorità kompetenti ta'pajjiżi terzi tigarantixxi li ntlaħqu l-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u 3(b) sa (e).

L-awtoritajiet kompetenti ta' terzi pajjiżi li jidhru fuq il-lista miktuba u aġġornata skond l-Artikolu 8 għandhom jiggarantixxu li l-lista taċ-ċentri ta' ġbir u ħażna ta' l-isperma minn fejn l-isperma tista' tkun trasmessa għall-Komunità huma miktuba, miżmuma aġġornati u kkomunikati lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-punti ta' kuntatt nominati mill-Istati Membri b'notifikazzjonijiet regolari dwar listi ġodda jew aġġornati li hi tkun irċeviet mill-awtoritajiet kompetenti tat-terzi pajjjiżi konċernati skond is-subparagrafu 3.

Jekk fi żmien 20 jum ta' xogħol min-notifika tal-Kummissjoni l-ebda Stat Membru ma joġġezzjona għal-lista ġdida jew aġġornata, l-importazzjoni għandha tkun awtorzzata mill-istabbilimenti li jidhru fuq il-lista 10 ijiem ta' xogħol wara li l-Kummissjoni tagħmilha disponibbli għall-pubbliku.

Meta ta' l-anqas Stat Membru jagħmel kummenti bil-miktub jew kull meta hija tħoss il-ħtieġa li l-lista għandha tkun emendata fid-dawl ta' informazzjoni relevanti bħar-rapport ta' spezzjoni tal-Kummissjoni jew ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa taħt l-Artikolu 12, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membri kollha u tinkludi l-kwistjoni lis-settur relevanti fl-aġenda tal-laqgħa li jkun imiss tal-Kumitat Permanenti tal-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali għad-deċiżjoni skond il-proċedura li hemm imniżżla fl-Artikolu 18(2).

Il-Kummissjoni għandha tirranġa l-verżjonijiet aġġornati tal-listi kollha sabiex ikunu disponibbli għall-pubbliku";

7. L-Artikolu 17 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 17

L-Anness A għandu jkun emendat fuq proposta mill-Kummissjoni, mill-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, partikolarment sabiex jaddattah għall-avvanz fit-teknoloġija.

L-Annessi B, C u D għandhom ikunu emendati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 18(2).";

8. L-Artikolu 18 għandu jinbidel permezz ta':

"Artikolu 18

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti tal-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilt bir-Regolamnet (KE) Nru 178/2002 [6].

2. Meta henm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom jgħoddu l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE [**] ĠU L 184, tas-17.07.99, pġ. 23..

Il-perjodu li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.";

9. L-Artikolu 19 għandu jitħassar;

10. fl-Artikoli 5, 8, u 10, il-kliem "il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 18" għandha tinbidel bil-kliem "il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(2)";

11. fl-Artikoli 8, 11 u 16, il-kliem "il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 19" għandha tinbidel bil-kliem "il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(2)";

12. L-Annessi A, B, C u D tad-Diretttiva 88/407/KEE għandhom jinbidlu bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sa l-1 ta' Lulju 2004 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amminstrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

2. Madankollu, sal-31 ta' Diċembru 2004, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-kummerċ intrakomunitarju fl-importazzjoni ta' l-isperma miġbura, proċessata, u maħżuna skond id-dsiposizzjonijiet ta' qabel tad-Direttiva 88/407/KEE u li huma akkompanjati biċ-ċertifikati ta' qabel ta' l-isperma.

Wara dik id-data, l-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw kummerċ intrakomunitarju fl-importazzjoni ta' l-isperma skond id-disposizzjonijiet li kienu fis-seħħ qabel dik id-data, sakemm ma nġabritx, kienet ipproċessata u maħżuna qabel il-31 ta' Diċembru 2004.

3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li adottaw f'dak il-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva qiegħda tkun indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Mejju 2003.

F'isem il-Kunsill

G. Drys

Il-President

[1] ĠU C 20 E, tat-28.01.03, pġ. 46.

[2] L-opinjoni mogħtija nhar it-8 ta’ April 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

[3] L-opinjoni mogħtija nhar il-11 ta’ Diċembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 194, tat-22.7.1988, pġ. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ 1994.

[5] ĠU L 184, tas-17.07.99, pġ. 23.

[6] ĠU L 31, ta’ l-01.02.02, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

“ANNESS A

KAPITOLU I KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI UFFIĊJALI TAĊ-ĊENTRI

1. Ċentri ta' ġbir ta' l-isperma għandhom:

(a) joqogħdu taħt is-sorveljanza permanenti ta' veterinarju responsabbli miċ-ċentru awtorizzat mill-awtortià kompetenti;

(b) ta' l-anqas għandu jkollu:

(i) fejn joqagħdu l-annimali, jinkludi faċilitajiet iżolati;

(ii) faċilitajiet fejn tinġabar l-isperma, jinkludu kamra separata għat-tindif, diżinfettar jew sterilizzazzjoni ta' l-apparat;

(iii) kamra għall-proċess ta' l-isperma li ma hemmx għalfejn tkun fl-istess sit;

(iv) kamra għall-ħażna ta' l-isperma li ma hemmx għalfejn tkun fl-istess sit;

(ċ) mibnija jew iżolata li ma jitħallhiex kuntatt ma' bhejjem ta' barra;

(d) mibnija b'mod u manjiera li fejn joqogħdu l-annimali u l-faċilitajiet ta' ġbir, proċessar u ħażniet ta' l-isperma jistgħu jitnaddfu u jkunu ddiżinfettati mill-ewwel;

(e) ikollhom akkomodazzjoni iżolata li ma għandhiex komunikazzjoni diretta ma' l-akkomodazzjoni normali ta' l-annimali;

(f) imfassla b'mod u manjiera li l-akkomodazzjoni ta' l-annimali hi fiżikament separata mill-kamra tal-proċessar ta' l-isperma u t-tnejn li huma separati mill-kamra fejn tinħażen l-isperma.

2. Iċ-ċentri ta' ħażna ta' l-isperma għandhom:

(a) joqogħdu taħt is-sorveljanza permanenti ta' veterinarju responsabbli miċ-ċentru awtorizzat mill-awtortià kompetenti;

(b) mibnija jew iżolati li ma jitħallhiex kuntat ma' bhejjem ta' barra;

(ċ) mibnija b'mod u manjiera li l-faċilitajiet ta' ħażna jistgħu jitnaddfu u jkunu diżinfettati mill-ewwel.

KAPITOLU II KONDIZZJONIJIET RELATATI MAS-SUPERVIŻJONI UFFIĊJALI TAĊ-ĊENTRI

1. Ċentri tal-ġbir għandhom:

(a) ikunu hekk sorveljati sabiex jaraw li għandhom biss annimali ta' l-ispeċi għall-ġbir ta' l-isperma. Jistgħu jitħallew annimali domestiċi oħra li huma strettament meħtieġa għall-operazzjoni normali taċ-ċentri tal-ġbir, sakemm ma jkunux ta' riskju ta' xi infezzjoni għall-dawk l-ispeċi għall-ġbir ta' l-isperma, u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla mill-veterinarju taċ-ċentru;

(b) ikunu hekk sorveljati għaż-żamma tar-reġistrazzjonijiet ta' l-annimali bovini kollha li hemm fiċ-ċentru, jingħataw id-dettalji tar-razza, data tat-twelid u identifikazzjoni ta' kull annimal, kif ukoll reġistrazzjoni tal-kontroll kollu għall-mard u l-vaċċinazzjon mogħti lil kull annimal;

(ċ) spezzjonati regolarment, ta' l-anqas darbtejn fis-sena, minn veterinarju uffiċjali, fil-kuntest tal-kontrolli permanenti fuq il-kondizzjonijiet approvati u ta' sorveljanza;

(d) sorveljati sabiex ma jitħallhiex id-dħul ta' persuni mhux awtorizzati. Aktar minn hekk, mistiedna awtorizzati jeħtieġu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla mill-veterinarju taċ-ċentru;

(e) iħaddmu ħaddiema kompetenti u tekniċi u mħarrġa kif xieraq fit-teknika dwar il-proċeduri ta' l-indafa u diżinfettazzjoni relevanti għall-kontroll tal-firxa tal-mard;

(f) issorveljati sabiex:

(i) l-isperma miġbura biss minn ċentru approvat hija proċessata u maħżuna f'ċentri approvati, mingħajr ma tiġi f'kuntatt ma' kunsinna oħra ta' sperma. Madankollu, sperma mhix miġbura f'ċentru approvat tista' tkun proċessata f'ċentru ta' ġbir sakemm:

- din l-isperma hija prodotta minn annimali bovini li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fil-Kapitolu I.1(d) ta' l-Anness B,

- l-ipproċessar isir minn apparat separat jew f'ħin differenti mill-isperma li hija intenzjonata għall-kummerċ intrakomunitarju, fl-aħħar każ l-apparat wara li jintuża irid jitnaddaf u jiġi sterilizzat,

- din l-isperma tista' ma tkunx suġġetta għall-kummerċ intrakomunitarju u fl-ebda mument ma tista' tiġi f'kuntatt ma', jew maħżuna ma', sperma li hija intenzjonata għall-kummerċ intrakomunitarju,

- din l-isperma hija identifikata b'marka differenti kif prevista fil-punt (vii);

Embrijoni ffriżati jistgħu wkoll ikunu maħżuna f'ċentri approvati sakemm:

- din il-ħażna hi awtorizzata mill-awtorità kompetenti,

- l-embrijoni jilħqu mal-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju u l-importazzjoni ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini [1] minn terzi pajjiżi,

- l-embrijoni jkunu maħżuna f'kontejners għall-ħażniet separatament fil-lokazzjonijiet għall-ħażna ta' sperma approvata;

(ii) ġbir, proċessar u ħażna ta' l-isperma għandha ssir biss f'lokazzjonijiet miżmuma għaldaqshekk u taħt kondizzjonijiet stretti ta' iġjene;

(iii) l-istrumenti kollha li jkollhom kuntatt ma' l-isperma jew l-annimal donatur waqt il-ġbir u l-ipproċessar għandhom ikunu diżinfettati jew sterilizzati sew, qabel ma jintużaw, ħlief għall-strumenti li għandhom jintużaw darba;

(iv) prodotti ta' oriġini mill-annimali użati waqt l-ipproċessar ta' l-isperma – magħduda addittivi jew dilwent – meħudin minn egħjun li ma humiex ta' riskju għas-saħħa ta' l-annimali jew qabel ma jintużaw jiġu trattati sabiex ma jkunx hemm dan ir-riskju.;

(v) kontejners ta' ħażna u kontejners ta' trasport iridu jkunu jew diżinfettati jew sterelizzati sew, qabel ma tibda l-operazzjoni tal-mili, ħlief għall-kontejners li jintużaw darba;

(vi) l-aġent krijoġeniku użat ma għandux ikun intuża qabel għall-prodotti oħra ta' oriġini mill-annimal;

(vii) kull doża individwali ta' sperma hija mmarkata f'manjiera ċara li d-data tal-ġbir ta' l-isperma, ir-razza u l-identifikazzjoni ta' l-annimal donatur u n-numru approvat taċ-ċentru jistgħu jkunu stabbiliti mill-ewwel; kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra l-karatteristiċi u l-forma ta' l-immarkar użata fit-territorju tiegħu;

(viii) il-unit tal-ħażna trid iżżomm mal-kondizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għaċ-ċentri tal-ħażna ta' l-isperma previst fil-punt 2.

2. Ċentri ta' ħażna għandhom:

(a) ikunu ssorveljati għaż-żamma ta' reġistrazzjoni tal-moviment ta' l-isperma kollha (fi u barra miċ-ċentru) u l-istat tal-barrin donaturi li l-isperma tagħhom hija maħżuna hemmhekk, u li għandhom iħarsu l-ħtiġiet ta' din id-direttiva;

(b) spezzjonati regolarment minn veterinarju uffiċjali, ta' l-anqas darbtejn f'sena, għall-kontrolli permanenti dwar il-kondizzjonijiet approvati u sorveljanza;

(ċ) sorveljati sabiex ma jitħallix id-dħul ta' persuni mhux awtorizzati. Aktar minn hekk, mistiedna awtorizzati jeħtieġu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla mill-veterinarju taċ-ċentru;

(d) iħaddmu ħaddiema kompetenti u tekniċi u mħarrġa kif xieraq fit-teknika dwar il-proċeduri ta' l-iġjene u diżinfettazzjoni relevanti għall-kontroll tal-firxa tal-mard;

(e) issorveljati sabiex:

(i) sperma miġbura biss minn ċentri ta' ġbir, approvati skond din id-Direttiva li hija maħżuna f'ċentri approvati għall-ħażna, mingħajr ma tiġi f'kuntatt ma xi sperma oħra.

B'żieda ma' dan, sperma li ġejja biss minn ċentru approvat għall-ġbir jew ħażna u trasportati f'kondizzjonijiet li joffru kull garanzija possibli għas-saħħa, li ma kellhiex kuntatt ma' xi sperma oħra, tista' tinġieb f'ċentru approvat għall-ħażna.

Embrijoni ffriżati jistgħu jkunu maħżuna f'ċentri approvati sakemm:

- din il-ħażna hija awtorizzata minn awtorità kompetenti,

- l-embrijoni jilħqu mal-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju fl-importazzjoni ta' l-embrijoni ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini minn terzi pajjiżi,

- l-embrijoni jkunu maħżuna f'kontejners separati għall-ħażna fil-lokazzjonijiet għall-ħażna ta' sperma approvata;

(ii) ħażna ta' sperma ssir biss fil-lokazzjonijiet miżmuma għaldaqshekk taħt kondizzjonijiet stretti ta' iġene;

(iii) kull strument li jiġi f'kuntatt ma' l-isperma iridu jiġu ddiżinfettati jew sterilizzati sew qabel ma jintużaw, ħlief għall-istrumenti li jintużaw darba;

(iv) kontejners għall-ħażna jew kontejners għat-trasport huma jew ddiżinfettati jew sterelizzati sew, qabel ma jingħata bidu għal kull operazzjoni tal-mili, ħlief għall-kontejners li jintużaw darba;

(v) l-aġent krijoġeniku użat ma għandux ikun intuża qabel għall-prodotti oħra ta' oriġini mill-annimal;

(vi) kull doża individwali ta' sperma hija mmarkata f'manjiera ċara li d-data tal-ġbir ta' l-isperma, ir-razza u l-identifikazzjoni ta' l-annimal donatur u n-numru approvat taċ-ċentru jistgħu jkunu stabbiliti mill-ewwel; kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra l-karatteristiċi u l-forma ta' l-immarkar użat fit-territorju tiegħu.

ANNESS B

KAPITOLU I KONDIZZJONIJIET LI JGĦODDU GĦALL-MOVIMENT TA' L-ANNIMALI F'ĊENTRI APPROVATI GĦALL-ĠBIR TA' L-ISPERMA

1. Għall-annimali bovini kollha sabiex jitħallew jidħlu f'ċentri ta' ġbir ta' sperma għandhom jgħoddu r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) iridu jkunu wettqu perjodu ta' kwarantina ta' l-anqas ta' 28 ġurnata f'akkomodazzjoni approvata speċifi kament għal dan il-għan minn awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, u fejn ikun hemm preżenti biss annimali ta' dufrejhom mifruqa fl-istess stat ta' saħħa;

(b) qabel iż-żmien ta' akkomodazzjoni tagħom fil-kwarantina kif deskritt f'(a), huma kienu jagħmlu parti minn merħla li hija uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi skond id-Direttiva 64/432/KEE. L-annimali qabel ma kellhomx ikunu f'merħla bi stat inferjuri;

(ċ) huma jridu jiġu minn merħla uffiċjalment ħielsa minn leukosis tal-bovini enzootic kif imfissra fid-Direttiva 64/432/KEE, jew imwielda minn ommijiet li kienu suġġetti, għall-eżamijiet b'riżultat negattivi, miżmuma skond l-Anness D (Kapitolu II) tad-Direttiva 64/432/KEE, wara li l-annimali jitneħħew minn ommhom. Fil-każjijiet ta' annimali ġejjin mit-trasferiment ta' l-embrijon, "omm" tfisser ir-reċipjent ta' l-embrijon;

Jekk ma tistax tintlaħaq din il-ħtieġa, l-isperma ma tistax tkun suġġetta għall-kummerċ sakemm id-donatur jilħaq l-eta ta' sentejn u jkun eżaminat skond il-Kapitolu II.I (ċ) b'riżultat negattiv;

(d) Fi żmien 28 ġurnata li jiġu qabel il-perjodu ta' kwarantina speċifikat f'(a), għandhom ikunu suġġetti għall-eżamijiet li ġejjin b'riżultati negattivi f'kull każ, ħlief għall-eżamijiet anti-korp tal-BVD/MD imsemmija fil-punt (v):

(i) għall-bovini tuberkulosi, eżami tuberkulin intradermali mwettaq skond il-proċedura mniżżla fl-Anness B tad-Direttiva 64/432/KEE;

(ii) għall-bovini bruċellosi, eżami seroloġikali mwettaq skond il-proċedura stabbilita fl-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE;

(iii) għal-leukosis bovini enzootic, eżami seroloġiku mwettaq skond il-proċedura stabbilita fl-Anness D (Kapitolu II) tad-Direttiva 64/432/KEE;

(iv) għall-IBR/IPV, eżami seroloġikali (virus totali) fuq kampjun tad-demm jekk l-annimal ma jiġix minn merħla ħielsa mill-IBR/IPV kif imfissra fl-Artikolu 2.3.5.3 tal-Kowd Internazzjonali dwar is-Saħħa ta' l-Annimali;

(v) għall-BVD/MD,

- eżami iżolat għall-virus jew eżami iżolat għall-antigen, u

- eżami seroloġiku sabiex jiddetermina l-preżenza jew in-nuqqas ta' l-anti-korpi.

L-awtorità kompetenti tista' tagħti awtorizzazzjoni li jitwettqu l-eżamijiet li hemm referenza għalihom fi (d) fuq kampjuni miġbura mill-post tal-kwarantina. F'dan il-każ, il-perjodu ta' kwarantina li hemm referenza għalih fl-(a) jista' ma jibdiex qabel id-data tal-kampjun. Madankollu, jekk xi eżami mniżżel fl-(a) jirriżulta pożittiv, l-annimal konċernat għandu jitneħħa immedjatament mill-post ta' isolazzjoni. Fil-każ ta' grupp ta' isolazzjoni, il-perjodu ta' kwarantina li hemm referenza għalih fl-(a) jista' ma jibdiex għall-bqija ta' l-annimali sakemm jitneħħa l-annimal li rriżulta pożittiv.

(e) fil-perjodu ta' kwarantina speċifikat fl-(a), u ta' l-anqas 21 ġurnata wara li ddaħħal għall-kwarantina (ta' l-anqas sebat ijiem wara li jiddaħħal għall-kwarantina sabiex isirlu eżami għall-Campylobacter fetus ssp.venrelis u Trichomonas foetus) kienu suġġetti għall-eżamijiet li ġejjin f'kull każ b'riżultati negattivi, ħlief għall-eżami antikorp tal-BVD/MD (ara punt (iii) hawn taħt):

(i) għall-bovini bruċellosi, eżami seroloġikali mwettaq skond il-proċedura stabbilita fl-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE;

(ii) għall-IBR/IPV, eżami seroloġiku (virus totali) fuq kampjun tad-demm;

Jekk xi annimali jirriżultaw pożittivi, dawn l-annimali għandhom jitneħħew minnufih mill-post tal-kwarantina u l-annimali l-oħra ta' l-istess grupp għandhom jibqgħu fil-kwarantina u jerġgħu jkunu eżaminati, b'riżultati negattivi, mhux anqas minn 21 ġurnata wara li jitneħħa(ew) l-annimal(i) li rriżulta(w) fil-pożittiv.

(iii) għall-BVD/MD,

- eżami iżolat tal-virus jew eżami iżolat ta' l-antigen, u

- eżami seroloġiku sabiex jiddetermina l-preżenza jew in-nuqqas ta' l-anti-korpi.

Kull annimal (seronegattiv jew seropożittiv) jista' jitħalla jidħol biss fil-faċilitajiet tal-ġbir ta' l-isperma jekk ma feġġitx fl-annimali is-sero-conversion li għall-eżamijiet li sarulhom qabel ma daħlu fil-post tal-kwarantina irriżultaw seronegattivi.

Jekk tfeġġ is-siero-conversion, il-bqija ta' l-annimali kollha seronegattivi għandhom jibqgħu fil-kwarantina għall-perjodu itwal taż-żmien, sakemm fil-grupp ma jkunx hemm aktar sero-conversion għall-perjodu ta' tliet ġimgħat. L-annimali pożittivi seroloġikament jistgħu jitħallew jidħlu fil-faċilitajiet ta' ġbir ta' l-isperma;

(iv) għall-Campylobacter fetus ssp. venerealis:

- fil-każ ta' annimali ta' anqas minn sitt xhur jew miżmuma minn dik l-eta fi grupp ta' l-istess sess qabel il-kwarantina, eżami wieħed fuq kampjun ta' likwidu tal-ħasla artifiċjali vaġinali jew materjal tal-prepuzju;

- fil-każ ta' annimali li għandhom sitt xhur jew aktar li qabel il-kwarantina setgħu kellhom kuntatt mal-feminili, eżami magħmul f'intervalli ta' tlett darbiet fil-ġimgħa fuq kampjun ta' likwidu tal-ħasla artifiċjali vaġinali jew materjal tal-prepuzju;

(v) għall-Trichomonas foetus:

- il-każ ta' annimali ta' anqas minn sitt xhur jew miżmuma minn dik l-età fi grupp ta' l-istess sess qabel il-kwarantina, eżami wieħed fuq kampjun ta' l-isperma tal-prepuzju;

- fil-każ ta' annimali li għandhom sitt xhur jew aktar li qabel il-kwarantina setgħu kellhom kuntatt mal-feminili, eżami magħmul f'intervalli ta' tliet darbiet fil-ġimgħa fuq kampjun ta' l-isperma tal-prepuzju.

Jekk xi wieħed minn dawn l-eżamijiet jirrizulta fil-pożittiv, l-annimal għandu jitneħħa mill-akkomodazzjoni ta' iżolament minnufih. Fil-każ ta' iżolazzjoni ta' grupp, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tirristabbilixxi l-eleġibbiltà tal-bqija ta' l-annimali sabiex jidħlu fiċ-ċentri ta' ġbir skond l-Anness.

(f) qabel it-trasmess inizjali ta' l-isperma tal-barrin li rriżultaw seroloġikament pożittivi għall-eżami tal-BVD/MD, kampjun ta' l-isperma ta' kull annimal għandha tkun suġġetta għall-eżami ta' iżolatament għall-virus jew għall-virus antigen ta' ELISA għall-BVD/MD. Fil-każ ta' riżultat pożittiv, il-barri għandu jitneħħa miċ-ċentru u tkun distrutta l-isperma kollha tiegħu.

2. L-eżamijiet kollha għandhom jitwettqu f'laboratorju approvat mill-Istat Membru.

3. L-annimali jistgħu jitħallew jidħlu biss fiċ-ċentri ta' ġbir ta' l-isperma bil-permess espliċitu mill-veterinarju taċ-ċentru. Għandu jkun reġistrat, kull moviment ta' dħul u ħruġ.

4. L-ebda annimal ma għandu juri xi sinjali kliniċi ta' mard fil-ġurnata li jitħalla jidħol fiċ-ċentru tal-ġbir ta' l-isperma. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, kull annimal għandu jiġi minn post ta' akkomodazzjoni iżolata, kif hemm referenza fil-paragrafu 1(a), meta fil-ġurnata tal-kunsinna uffiċjali tħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) li kien sitwat fiċ-ċentru ta' żona li għandha raġġ ta' 10 kilometri f'liema żona ma kienx hemm mard ta' l-ilsien u dwiefer ta' l-anqas għal 30 ġurnata;

(b) li għal tliet xhur kien ħieles minn marda ta' l-ilsien u dwiefer u bruċellosi;

(ċ) li kien ħieles ta' l-anqas għal 30 ġurnata minn dak il-mard tal-bovini liema mard hu obbligatament notifikabbli skond l-Anness E tad-Direttiva 64/432/KEE.

5. L-annimali jistgħu jkunu trasferiti minn ċentru appovat għall-ġbir ta' l-isperma għal ieħor ta' l-istess stat sanitarju, mingħjar iżolament jew eżamijiet jekk it-trasferiment hu dirett, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafu 4 u l-eżamijiet ta' rutina li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu II twettqu matul it-12-il xahar ta' qabel. L-annimal fil-kwistjoni ma għandux jiġi f'kuntatt direttament jew indirettament ma' annimali b'dufrejhom mifruqa li huma fi stat inferjuri ta' saħħa u l-mezz ta' trasport qabel ma jintuza għandu jkun diżinfettat. Jekk il-moviment minn ċentru għall-ieħor tal-ġbir ta' l-isperma isir bejn l-Istati Membri għandu jitwettaq skond id-Direttiva 64/432/KEE.

KAPITOLU II EŻAMIJIET TA' RUTINA LI GĦANDHOM JAPPLIKAW GĦALL-ANNIMALI BOVINI KOLLHA F'ĊENTRU APPROVAT GĦALL-ĠBIR TA' L-ISPERMA

1. Kull annimal bovin miżmum f'ċentri approvati għall-ġbir ta' l-isperma għandhom ikunu suġġetti għall-eżamijiet li ġejjin, b'riżultat negattiv għall-anqas għal sena:

(a) għall-bovini tat-tuberkolożi, eżami intradermali tuberkulin, imwettaq skond il-proċedura mniżżla fl-Anness B tad-Diretttiva 64/432/KEE;

(b) għall-bovini bruċellosi, eżami seroloġiku mwettaq skond il-proċedura kif deskritta fl-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE;

(ċ) għal-leukosis tal-bovini enzootic, eżami seroloġiku mwettaq skond il-proċedura kif deskritta fl-Anness D (Kapitolu II) tad-Direttiva 64/432/KEE;

(d) għall-IBR/IPV, eżami seroloġiku (virus totali) fuq kampjun tad-demm;

(e) għall-BVD/MD, seroloġiku anti-korp li hu applikat biss għall-annimali seronegattivi;

Jekk annimal jiġi serologikament pożittiv, kull eġukalazzjoni ta' dak l-annimal miġbura mill-aħħar eżami b'riżultat negattiv għandha titwarrab jew eżaminata għall-virus b'riżultati negattivi.

(f) għall-Campylobacter fetus ssp. venerealis, eżami fuq kampjun ta' l-isperma prepuzja. Dawk il-barrin li huma biss għall-produzzjoni ta' l-isperma jew għandhom kuntatt ma' barrin li qegħdin għall-produzzjoni ta' l-isperma għandhom ikunu eżaminati. Barrin li ġew lura għall-ġbir wara nuqqas ta' aktar minn sitt xhur għandhom ikunu eżaminati mhux aktar tard minn tletin ġurnata qabel ma jibdew il-produzzjoni;

(g) għall-Trichomonas foetus, eżami fuq kapmjun ta' sperma prepuzja. Dawk il-barrin biss għall-produzzjoni ta' l-isperma jew għandhom kuntatt ma' barrin li qegħdin għall-produzzjoni jinħtieġu li jkunu eżaminati. Barrin li ġew lura għall-ġbir wara nuqqas ta' aktar minn sitt xhur għandhom ikunu eżaminati mhux aktar tard minn tletin ġurnata qabel ma jibdew il-produzzjoni.

2. Kull eżami għandu jitwettaq f'laboratorju approvat mill-Istat Membru.

3. Jekk xi wieħed mill-eżamijiet ta' hawn fuq jirriżulta pożittiv, l-annimal għandu jkun iżolat u l-isperma li nġabret mill-aħħar eżami li rriżultat fin-negattiv tista' ma tkunx suġġetta għall-kummerċ intrakomunitarju bl-eċċezzjoni, għall-BVD/MD, ta' l-isperma minn kull eġukalazzjoni li rriżultat virus negattiv għall-eżami tal-BVD/MD.

Sperma miġbura mill-annimali l-oħra kollha li qegħdin fiċ-ċentru minn dik id-data meta l-eżamijiet irriżultaw pożittivi għandha tinżamm maħżuna separatament u tista' ma tkunx suġġetta għall-kummerċ intrakomunitarju sakemm jinkiseb lura l-istat ta' saħħa taċ-ċentru.

ANNESS Ċ

KONDIZZJONIJIET LI JRIDU JKUNU SODISFATTI MILL-ISPERMA GĦALL-KUMMERĊ INTRAKOMUNITARJU JEW GĦALL-IMPORTAZZJONI FIL-KOMUNITÀ

1. L-isperma trid tinkiseb minn annimali li:

(a) klinikament ma jurux sinjali ta' mard fil-ġurnata tal-ġbir ta' l-isperma;

(b) (i) (i) ma ngħatax il-vaċċinazzjon għal kontra l-marda ta' l-ilsien u dwiefer matul it-12-il xahar ta' qabel il-ġbir, jew

(ii) ingħata l-vaċċinazzjon kontra l-marda ta' l-ilsien u dwiefer matul it-12-il xahar ta' qabel il-ġbir, f'liema każ 5 % (permezz ta' ħamest tibniet minimu) ta' kull ġabra għandha titpoġġa għall-eżami ta' iżolament tal-virus għall-marda ta' l-ilsien u dwiefer b'riżultati negattivi;

(ċ) ma ngħatawx immedjatament il-vaċċinazzjon kontra l-marda ta' l-ilsien u dwiefer fi żmien 30 ġurnata qabel il-ġbir;

(d) fil-każ ta' ġbir ta' sperma friska, immedjatament qabel il-ġbir ta' l-isperma nżammu f'ċentru approvat għall-ġbir ta' l-isperma għall-perjodu kontinwu ta' 30 ġurnata;

(e) ma jitħallewx iservu naturalment;

(f) qabel il-ġbir ta' l-isperma u 30 ġurnata wara l-ġbir għal anqas għal tliet xhur inżammu f'ċentri ta' ġbir ta' l-isperma li kienu ħielsa mill-marda ta' l-ilsien u dwiefer jew, fil-każ ta' sperma friska, sad-data ta' trasmess, li huma sitwati f'żona ta' raġġ ta' 10 kilometri fejn, ta' l-anqas għal 30 ġurnata ma kienx hemm każ tal-marda ta' l-ilsien u dwiefer;

(g) inżammu f'ċentri ta' ġbir ta' l-isperma li, matul il-perjodu ta' 30 ġurnata li jibda jgħodd mill-ġurnata ta' qabel il-ġbir u jispiċċa 30 ġurnata wara l-ġbir ta' l-isperma jew, fil-każ ta' sperma friska, sad-data ta' trasmess, kienu ħielsa minn dak il-mard tal-bovini liema mard hu obbligatament notifikabbli skond l-Anness E(I) tad-Direttiva 64/432/KEE.

2. Għandhom jiżdiedu l-antibijotiċi mniżżla hawn taħt għall-produzzjoni ta' dawn il-konċentrazzjonijiet fid-dilwita finali ta' l-isperma:

mhux anqas minn:

- 500 μg streptomycin per ml dilwita finali,

- 500 IU penicillin per ml dilwita finali,

- 150 μg lincomycin per ml dilwita finali,

- 300 μg spectinomycin per ml dilwita finali.

Tista', b'effett ekwivalenti, tintuża alternattiva ta' taħlita oħra ta' antibijotiċi kontra l-campylobacters, leptospires u mycoplasmas.

Immedjatament wara ż-żieda tagħhom l-isperma dilwita trid tinżamm f'temperatura ta' l-anqas ta' 5 °C għal mhux anqas minn 45 minuta.

3. Sperma għall-kummerċ intrakomunitarju trid:

(a) qabel tkun trasmessa, tkun maħżuna f'kondizzjonijiet approvati għall-perjodu minimu ta' 30 ġurnata. Dan ir-rekwiżit ma għandux jgħodd għall-isperma friska.

(b) tinġarr għad-destinazzjoni ta' l-Istat Membru f'kontejners li tnaddfu u li kienu ddiżinfettati jew sterilizzati qabel intużaw u li kienu ssiġillati u nnumerati qabel it-tluq mill-faċilitajiet approvati għall-ħażna.

ANNESS D

+++++ TIFF +++++

"

[1] GU L 302, tad-19.10.1989, pg. 1. Id-Direttiva kif l-ahhar emendata bid-Decizjoni tal-Kummissjoni 94/113/KE (GU L 53, ta' l-24.2.1994, pg. 23).

--------------------------------------------------