32003L0026



Official Journal L 090 , 08/04/2003 P. 0037 - 0040


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE

tat-3 ta' April 2003

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limitaturi tal-veloċità u l-emissjonijiet ta' l-exhaust ta' vetturi kummerċjali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Waqt li kkunsidrat id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 fuq l-ispezzjoni teknika fit-triq ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fil-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 2000/30/KE dwar qafas legali għall-ispezzjoni fit-triq ta' vetturi kummerċjali, kemm jekk iġorru passiġġieri jew merkanzija.(1) Id-Direttiva 2000/30/KE dwar qafas legali għall-ispezzjoni fit-triq ta' vetturi kummerċjali, kemm jekk iġorru passiġġieri jew merkanzija.Teħtieġ Stati Membri li jissupplimentaw il-verifika teknika tat-triq ta' kull sena b'ispezzjonijiet mhux mistennija ta' proporzjon rappreżentattiv tal-flotta tal-vetturi kummerċjali fit-toroq tagħhom kull sena.Teħtieġ Stati Membri li jissupplimentaw il-verifika teknika tat-triq ta' kull sena b'ispezzjonijiet mhux mistennija ta' proporzjon rappreżentattiv tal-flotta tal-vetturi kummerċjali fit-toroq tagħhom kull sena.

(2) Fil-qasam tal-verifiki tekniċi fuq il-vetturi jgħoddu d-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1996 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-verifiki tekniċi għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [2], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/11/KE [3], li jkopri verifiki tekniċi regolari, u bid-Direttiva 2000/30/KE, li tapplika għall-ispezzjonijiet fit-triq ta' vetturi kummerċjali kbar.Iż-żewġ Direttivi jużaw l-istess Kumitat u l-istess proċedura għall-adattamenti tekniċi.Iż-żewġ Direttivi jużaw l-istess Kumitat u l-istess proċedura għall-adattamenti tekniċi.

(3) Id-Direttiva 96/96/KE ġiet emendata billi ġew iffissati limiti ta' emissjoni aktar iebsa għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-verifika funzjonali tat-tagħmir li jillimità l-veloċità fuq vetturi kummerċjali kbar.(3) Id-Direttiva 96/96/KE ġiet emendata billi ġew iffissati limiti ta' emissjoni aktar iebsa għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-verifika funzjonali tat-tagħmir li jillimità l-veloċità fuq vetturi kummerċjali kbar.Biex tkun konsistenti ma' dik id-Direttiva, id-Direttiva 2000/30/KE għandha bżonn li tkun adattata biex tinkludi dispożizzjonijiet ġodda tekniċi, jiġifieri billi jinġabu sistemi ta' monitoraġġ dijanjostiċi abbord (OBD) u limitaturi tal-veloċità fl-iskop ta' spezzjonijiet fit-triq.Biex tkun konsistenti ma' dik id-Direttiva, id-Direttiva 2000/30/KE għandha bżonn li tkun adattata biex tinkludi dispożizzjonijiet ġodda tekniċi, jiġifieri billi jinġabu sistemi ta' monitoraġġ dijanjostiċi abbord (OBD) u limitaturi tal-veloċità fl-iskop ta' spezzjonijiet fit-triq.Id-Direttiva 2000/30/KE teħtieġ ukoll aġġornament (flimkien mad-Direttiva 96/96/KE) biex ikunu inkorporati valuri tal-limitu tal-verifika ta' l-emissjoni riveduti għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur.Id-Direttiva 2000/30/KE teħtieġ ukoll aġġornament (flimkien mad-Direttiva 96/96/KE) biex ikunu inkorporati valuri tal-limitu tal-verifika ta' l-emissjoni riveduti għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur.

(4) Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bis-saħħa ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/96/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2000/30/KEE għandhom jiġu emendati kif provdut fl-Anness ta' din id-Direttiva.1

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2004.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom.L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam iggvernat minn din id-Direttiva

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara il-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' April 2003.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Vici-President

[1] ĠU L 203, ta' l-10.8.2000, p. 1.

[2] ĠU L 46, tas-17.2.1997, p. 1.

[3] ĠU L 48, tas-17.2.2001, p. 20.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I u II tad-Direttiva 2000/30/KE huwa emendati kif ġej:

1. Fil-punt 10 ta' l-Anness I, paragraph (k) huwa mibdul b'li ġej:

"(k) tagħmir għal-limitazzjoni tal-veloċità (installazzjoni u funzjoni)".

2. L-Anness II jiġi emendat kif ġej:is amended:

- - il-Punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2. Kondizzjonijiet speċifiċi dwar l-emissjonijiet ta' l-exhaust

2.1. Vetturi bil-mutur mgħammra b'magni (petrol) positive-ignition

(a) Meta l-emissjonijiet ta' l-exhaust m'humiex ikkontrollati b'sistema avanzata ta' kontroll ta' l-emissjoni bħal konvertitur katalitiku three-way li huwa ikkontrollat b'lambda-probe:

1. Spezzjoni viżiva tas-sistema ta' l-exhaust biex tkun verifikata li hija sħiħa u f'kondizzjoni sodisfaċenti u li ma tagħmilx.Spezzjoni viżiva tas-sistema ta' l-exhaust biex tkun verifikata li hija sħiħa u f'kondizzjoni sodisfaċenti u li ma tagħmilx.

2. Spezzjoni viżiva tat-tagħmir tal-kontroll ta' l-emissjoni mpoġġija mill-manifattur biex ikun verifikat li huwa sħiħ u f'kondizzjoni sodisfaċenti u li ma jagħmilx.Spezzjoni viżiva tat-tagħmir tal-kontroll ta' l-emissjoni mpoġġija mill-manifattur biex ikun verifikat li huwa sħiħ u f'kondizzjoni sodisfaċenti u li ma jagħmilx.

Wara perjodu raġonevoli tal-kondizzjonament tal-magna (wara li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-manifatturi) jitkejjel il-kontentut tal-monossidu tal-karbonju (CO) tal-gassijiet ta' l-exhaust meta l-magna tkun idle (mhux ingranata).Wara perjodu raġonevoli tal-kondizzjonament tal-magna (wara li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-manifatturi) jitkejjel il-kontentut tal-monossidu tal-karbonju (CO) tal-gassijiet ta' l-exhaust meta l-magna tkun idle (mhux ingranata).

Il-kontenut massimu permissibbli fil-gassijiet ta' l-exhaust huwa dak mistqarr mill-maifattur tal-vettura.Il-kontenut massimu permissibbli fil-gassijiet ta' l-exhaust huwa dak mistqarr mill-manifattur tal-vettura.Meta din l-informazzjoni mhix disponibbli jew meta l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiddeċiedu li ma jużawhiex bħala valur ta' referenza, il-kontentut CO m'għandux jaqbeż li ġej:

(i) għall-vetturi reġistrati jew impoġġija fis-servizz għall-ewwel darba bejn id-data minn meta l-Istati Membri ħtieġu li l-vetturi jħarsu id-Direttiva 70/220/KEE [1] u l-1 ta' Ottubru 1986:CO - 4,5 % vol.

ii) għall-vetturi reġistrati jew impoġġija fis-servizz għall-ewwel darba wara l-1 ta' Ottubru 1986 - 3,5 % vol.

(b) Meta l-emissjonijiet m'humiex ikkontrollati b'sistema avanzata ta' kontroll ta' emissjoni bħal konvertitur katalitiku li huwa kkontrollat b'lambda-probe:CO - 4,5 % vol.

1. Spezzjoni viżiva tas-sistema ta' l-exhaust biex tkun verifikata li hija sħiħa u f'kondizzjoni sodisfaċenti u li ma tagħmilx.

2. Spezzjoni viżiva tat-tagħmir tal-kontroll ta' l-emissjoni mpoġġija mill-manifattur biex ikun verifikat li huwa sħiħ u f'kondizzjoni sodisfaċenti u li ma jagħmilx. Spezzjoni viżiva tat-tagħmir tal-kontroll ta' l-emissjoni mpoġġija mill-manifattur biex ikun verifikat li huwa sħiħ u f'kondizzjoni sodisfaċenti u li ma jagħmilx.

3. Determinazzjoni ta' l-effiċjenza tas-sistema tal-kontroll ta' l-emissjoni bil-kejl tal-valur lambda u l-kontenut CO tal-gassijiet ta' l-exhaust skond it-taqsima 4 jew bil-proċeduri proposti mill-manifatturi u approvati fiż-żmien ta' l-approvazzjni tat-tip.Għal kull prova l-magna hija kondizzjonalta skond ir-rakommandazzjonijiet tal-manifatturi.

4. Emissjonijiet tal-pajp ta' l-exhaust -valuri tal-limitu Il-kontenut massimu permissibbli tas-CO fil-gassijiet ta' l-exhaust huwa dak mistqarr mill-manifattur tal-vettura.

Meta din l-informazzjoni mhux disponibbli il-kontenut CO m'għandux jaqbeż li ġej:

(i) Kejl tal-veloċità idle tal-magna:

Il-kontenut massimu permissibbli CO fil-gassijiet ta' l-exhaust m'għandux jaqbeż 0,5 % vol. u għal vetturi li għandhom l-approvazzjoni tat-tip skond il-valuri tal-limitu murija fir-ringiela A jew ir-ringiela B tat-tabella fit-taqsima 5.3.1.4. ta' l-Anness 1 tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendat mid-Direttiva 98/69/KE [2] jew emendi aktar tard il-kontenut CO massimu m'għandhux jaqbeż 0,3 % vol. Meta mhux possibbli l-identifikazzjoni għad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE imbagħad jgħodd ta' fuq għall-vetturi reġistrati jew impoġġija l-ewwel fis-servizz wara l-1 ta' Lulju 2002.

(ii) Kejl f'veloċità għolja idle (mhux ingranata), il-veloċità tal-magna għandha tkun ta' l-anqas 2000 min-1:

Is-Co irid ikunfih: 0.3 % massimu vol. u għall-vetturi li ġew approvati skond il-limiti murija f'ringieli A u B tat-tabella tat-taqsima 5.3.1.4 5.3.1.4. ta' l-Anness 1 tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendat mid-Direttiva 98/69/KE(2) jew emendi aktar tard il-kontenut CO massimu m'għandhux jaqbeż 0,2 % vol. Meta mhux possibbli l-identifikazzjoni għad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE imbagħad jgħodd ta' fuq għall-vetturi reġistrati jew impoġġija l-ewwel fis-servizz wara l-1 ta' Lulju 2002.

Lambda:1 ± 0,03 jew skond l-ispeċifikazjonijiet tal-manfattur.

(iii) Għall-vetturi mgħammra b'sistemi ta' On-Board Diagnostic (OBD) skond id-Direttiva 70/220/KEE (kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE u emendi sussegwenti) l-Istati Membri jistgħu bħala alternattiva għat-test speċifikat f'(i), jistabbilixxu l-funzjonament korrett tas-sistema ta' emissjoni permezz ta' qari xieraq tat-tagħmir OBD u l-verifika simultanja tal-funzjonament tajjeb tas-sistema OBD.

2.2. Vetturi mgħammra b'magni (diesel) li jitqabbdu bil-kompressjoni:

(a) L-opaċità ta' l-emissjoni tal-gass li trid titkejjel matul l-aċċelerazzjoni ħielsa (mingħajr tagħbija mill-idle sal-veloċità ta' mat-tluq) bil-gerliver f'pożizzjoni newtrali u l-clutch imqabbad.

(b) Il-pre-kondizzjonament tal-vettura:

1. Il-vetturi jistgħu jiġu ppruvati mingħajr pre-kondizzjonament għalkemm għal raġunijiet ta' sigurtà għandhom isiru verifiki illi l-magna hija sħuna u f'kondizzjoni mekkanika sodisfaċenti.

2. Għajr kif speċifikat fis-subparagrafu (d)(5), l-ebda vettura ma għandha teħel fil-prova għajr jekk tkun ġiet ipprekondizzjonata skond il-ħtiġiet li ġejjin:

(i) Il-magna trid tkun sħuna għal kollox, pereżempju t-temperatura taż-żejt tal-magna mkejla permezz ta' sonda fil-pajp ta' fejn tkun il-ħadida li tkejjel il-livell taż-żejt trid tkun ta' mill-inqas 80 °C C, jew it-temperatura normali tal-ħidma jekk tkun inqas, jew it-temperatura tal-blokka tal-magna mkejla skond il-livell tar-radjazzjoni infrared trid tkun mill-inqas ta' temperatura ekwivalenti.Jekk, minħabba l-konfigurazzjoni tal-vettura, dan il-kejl mhux prattiku, kif tiġi stabilita t-temperatura tal-magna waqt li tkun taħdem normalment jista' jsir b'mezzi oħra, per eżempju permezz tal-ħidma tal-fann li jkessaħ il-magna.

(ii) Is-sistema ta' l-exhaust għandha tiġi msoffija b'mill-inqas tliet dawriet ta' l-aċċelerazzjoni ħielsa jew b'metodu ekwivalenti.

(ċ) Il-proċedura tal-provi:

1. Spezzjoni viżiva tat-tagħmir tal-kontroll ta' l-emissjoni mpoġġija mill-manifattur biex ikun verifikat li huwa sħiħ u f'kondizzjoni sodisfaċenti u li ma jagħmilx.

2. Il-magna, u kull turbocharger imgħammar fuqha, iridu jaħdmu idle qabel il-bidu ta' kull dawra ta' l-aċċelerazzjoni ħielsa. Għall-vetturu ta' xogħol tqil li jaħdmu bid-diesel, dan ifisser stennija ta' mill-inqas 10 sekondi wara li jiġi mitluq il-mezz tal-gass.

3. Sabiex tinbeda l-aċċelerazzjoni ħielsa, il-mezz tal-għoti tal-gass trid tkun magħfusa għal kollox bil-ħeffa u kontinwament (f'inqas minn sekonda) iżda mhux bil-forza, sabiex jikseb it-twassil massimu mill-pompa ta' l-injezzjoni.

4. Matul kull dawra ta' l-aċċelerazzjoni ħielsa, il-magna għanda tilħaq il-veloċità ta' qabel it-tluq, jew, għall-vetturi li għandhom trasmissjonijiet awtomatiċi, il-veloċità speċifikata mill-manifattur jew jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, żewġ terzi tal-veloċità tat-tluq, qabel jiġi mitluq il-mezz li jagħti l-gass.Dan irid jiġi kkontrollat, pereżempju, bil-monitoraġġ tal-veloċità tal-magna jew billi jitħalla jgħaddi biżżejjed ħin bejn il-għafsa tal-bidu tal-mezz tal-għoti tal-gass u r-rilaxx tiegħu, illi fil-każ tal-vetturi fil-kategoriji 1 u 2 ta' l-Anness I, irid jkun ta' mill-inqas żewġ sekondi.

(d) Il-valuri tal-limiti:

1. Il-livell ta' konċentrazzjoni m'għandux jaqbeż il-livell reġistrat fuq il-pjanċa bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE [3].

2. Fejn dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli jew fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jużawx din bħala referenza, il-livell ta' konċentrazzjoni m'għandux jaqbeż il-livell mistqarr mill-manifattur jew il-valuri tal-limitu tal-koeffiċjent ta' l-assorbiment li huma kif ġejjin:

Il-koeffiċjent massimu ta' l-assorbiment għal:

- magni tad-diesel b'aspirazzjoni naturali = 2,5 m-1,

- magni tad-diesel bit-turbo-charger = 3,0 m-1,

- limitu ta' 1,5 m-1 għandu japplika għall-vetturi li ġejjin li ġew approvati tat-tip skond il-valuri tal-limitu murija fil-‘'- magni tad-diesel b'aspirazzjoni naturali = 2,5 m-1,

(a) ringiela B tat-tabella fit-taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/20/KEE, kif emendat mid-Direttiva 98/69/KE - (Vettura diesel tax-xogħol mhux kbir -Euro4);

(b) ringiela B1 tat-tabella fit-taqsima 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, kif emendat mid-Direttiva 1999/96/KE - (Vettura diesel tax-xogħol kbir -Euro4);

(ċ) ringiela B2 tat-tabelli fit-taqsima 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, kif emendat mid-Direttiva 1999/96/KE - (Vettura diesel tax-xogħol kbir -Euro5);

(d) ringiela Ċ tat-tabelli fit-taqsima 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, kif emendat mid-Direttiva 1999/96/KE - (Vettura diesel tax-xogħol kbir -- EEV);

jew valuri tal-limitu f'emendi aktar tard tad-Direttiva 70/220/KEE kif emendat bid-Direttiva 98/69/KE, jew valuri tal-limitu f'emendi aktar tard tad-Direttiva 88/77/KEE kif emendata bid-Direttiva 1999/96/KE, jew valuri ekwivalenti fejn isir użu ta' tagħmir ta' tip differenti minn dak użat għall-approvazzjoni tat-tip KE.

Meta l-identifikazzjoni għat-taqsima 5.3.1.4 ta' l-Anness 1 tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata mid-Direttiva 98/69/KE jew għat-taqsima 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, kif emendata mid-Direttiva 1999/96/KE mhux possibbli imbagħad jgħodd ta' hawn fuq għall-vetturi reġistrati jew impoġġija fis-servizz l-ewwel wara l-1 ta' Lulju 2008.

3. Il-vetturi reġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba qabel l-1 Jannar 1980 huma eżentati minn dawn il-ħtiġiet.

4. Il-vetturi għandhom jiġu mwaħħla mill-prova biss jekk il-medji aritmetiċi ta' mill-inqas l-aħħar tliet dawriet ta' l-aċċelerazzjoni ħielsa jkunu iżjed mill-valur tal-limiti.Dan jista' jiġi kkalkolat billi jiġi injorat kull kejl li jmur "il bogħod mill-medja mkejla, jew mir-riżultat ta' kull kalkolu statistiku ieħor li jqis it-tifrix tal-kejl. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru ta' ċikli tal-prova."

5. Sabiex jiġu evitati provi bla ħtieġa, l-Istati Membri jistgħu, bħala eċċezzjoni mid-dispożizzjoni tal-paragrafu 2.2(d)(4), iwaħħlu fil-prova l-vetturi li jkunu kejlu valuri li jaqbżu b'mod sinifikanti l-limiti wara inqas minn tliet dawriet ta' l-aċċelerazzjoni ħielsa jew wara ċ-ċikli tat-tisfija (jew l-ekwivalenti) speċifikati fis-subparagrafu 2.2(b)2(ii).Bl-istess mod biex jiġu evitati provi mhux ta' ħtieġa, l-Istati Membri jistgħu, bħala eċċezzjoni mid-dispożizzjoni tal-paragrafu 2.2(d)(4), jgħaddu mill-prova l-vetturi li jkunu kejlu valuri b'mod sinifikanti taħt il-valuri tal-limiti wara inqas minn tliet dawriet ta' l-aċċelerazzjoni ħielsa jew wara ċ-ċikli tat-tisfija (jew l-ekwivalenti) speċifikati fis-subpragrafu 2.2(b)2(ii).

2.3. Tagħmir tal-prova

L-emissjonijiet tal-vettura huma pprovati bl-użu ta' tagħmir disinjat biex jistabbilixxi preċiżament jekk tħarsux il-valuri tal-limitu preskritti jew indikati mill-manifattur."

- - Punt 3 jiżdied, kif ġej:

"3. Kondizzjonijiet speċifiċi dwar il-limitaturi tal-veloċità

- meta possibbli, ivverifika jekk il-limitatur tal-veloċità huwa mwaħħal kif meħtieġ mid-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE [*] ĠU L 57, tat-2.3.1992, p. 27.,

- ivverifika l-validità tal-pjanċa tal-limitatur tal-veloċità,

- meta jkun prattiku, ivverifika li s-siġilli tal-limitatur tal-veloċità, u meta xieraq, kull mezz ieħor ta' protezzjoni tal-konnessjonijiet minn manipolazzjoni frawdolenti huma intatti.

- ivverifika meta jkun prattiku li t-tagħmir għal-limitazzjoni tal-veloċità ma jħallix il-vetturi msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 92/6/KEE mill jaqbżu l-valuri preskritti. Kondizzjonijiet speċifiċi dwar il-limitaturi tal-veloċità"

[1] ĠU L 57, tat-2.3.1992, p. 27.

[2] ĠU L 350, tat-28.12.98, p. 1.

[3] ĠU L 190, ta' l-20.8.1972, p. 1.

--------------------------------------------------