32003L0025

Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2003 dwar il-ħtiġiet ta' stabbilta' speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-roTest b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 123 , 17/05/2003 P. 0022 - 0041
CS.ES Chapter 07 Volume 007 P. 286 - 305
ET.ES Chapter 07 Volume 007 P. 286 - 305
HU.ES Chapter 07 Volume 007 P. 286 - 305
LT.ES Chapter 07 Volume 007 P. 286 - 305
LV.ES Chapter 07 Volume 007 P. 286 - 305
MT.ES Chapter 07 Volume 007 P. 286 - 305
PL.ES Chapter 07 Volume 007 P. 286 - 305
SK.ES Chapter 07 Volume 007 P. 286 - 305
SL.ES Chapter 07 Volume 007 P. 286 - 305


Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ta' l-14 ta' April 2003

dwar il-ħtiġiet ta' stabbilta' speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Ġewwa l-qafas tal-politika tat-trasport komuni għandhom jittieħdu iktar miżuri sabiex jippromwovu s-sigurtà fit-trasport marittimu tal-passiġġieri.

(2) Il-Komunità tixtieq li tevita bil-mezzi xierqa kollha l-inċidenti fit-trasport bil-baħar li jinvolvu l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri u jirriżultaw fit-telf tal-ħajjiet.

(3) L-abbiltà tas-sopravivenza wara ħsara minn kolliżjoni ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri, kif stabbilita bl-istandard tal-ħsara tiegħu fl-istabbiltà, hija fattur essenzjali għas-sigurtà tal-passiġġieri u ta' l-ekwipaġġ u hija rilevanti b'mod partikolari fl-operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ; l-iktar problema perikoluża għall-istabbiltà ta' vapur ro-ro tal-passiġġieri bi gverta magħluqa tar-ro-ro, wara ħsara minn kolliżjoni, hija dik li tiġri bl-effett tad-dħul ta' ammonti kbar ta' l-ilma fuq din il-gverta.

(4) Il-persuni li jużaw il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ li jaħdem abbord dawn il-vapuri ġewwa l-Komunita kollha għandu jkollhom id-dritt li jordnaw l-istess livell tas-sigurtà tkun xi tkun iż-żona li fiha joperaw il-vapuri.

(5) Bil-ħsieb tad-daqs tas-suq intern tat-trasport marittimu tal-passiġġieri, l-azzjoni Komunitarja hija l-iktar mod effettiv sabiex jiġi stabbilit livell minimu komuni tas-sigurtà għall-vapuri ġewwa l-Komunità kollha.

(6) L-azzjoni fil-livell Komunitarju hija l-aħjar mod sabiex jiġi żgurat l-infurzar armonizzat tal-prinċipji miftiehma dwarhom ġewwa l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (l-IMO), biex b'hekk jiġi evitat it-tagħwiġ fil-kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li joperaw fil-Komunità.

(7) Il-ħtiġiet ġenerali ta' l-istabbiltà għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri f'kondizzjoni ta' ħsara ġew stabbiliti fil-livell internazzjonali mill-Konferenza tas-sena 1990 dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (is-SOLAS 90) u ġew inklużi fir-Regolament II-1/B/8 tas-SOLAS (l-istandard tas-SOLAS 90). Dawn il-ħtiġiet jistgħu jiġu applikati fil-Komunità kollha minħabba li ġiet applikata b'mod dirett il-Konvenzjoni tas-SOLAS għall-vjaġġi internazzjonali u ġiet applikata għall-vjaġġi domestiċi d-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u l-istandards għall-vapuri tal-passiġġieri [4].

(8) L-istandard tal-ħsara lill-istabbiltà fis-SOLAS 90 jinkludi b'mof impliċitu l-effett tad-dħul ta' l-ilma fuq il-gverta tar-ro-ro fi stat tal-baħar fl-ordni ta' għoli sinifikanti tal-mewġ ta' 1,5 m.

(9) Ir-Riżoluzjoni 14 ta' l-IMO tal-Konferenza tas-SOLAS tas-sena 1995, ippermettiet lill-membri ta' l-IMO li jikkonkludu ftehimijiet reġjonali jekk jikkunsidraw illi l-kondizzjonijiet prevalenti tal-baħar u kondizzjonijiet oħra lokali jirrikjiedu ħtiġiet ta' l-istabbiltà f'żona nnominata.

(10) Tmien pajjiżi fl-Ewropa tat-Tramuntana, inklużi seba' Stati Membri, ftiehmu fi Stokkolma fis-28 ta' Frar 1996 li jdaħħlu standard ta' stabbiltà iktar għoli għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri sabiex iqisu l-effet ta' l-akkumulazzjoni ta' l-ilma fuq il-gverta tar-ro-ro u jgħinu lill-vapuri li jissopravivu fi stati tal-baħar iktar severi mill-istandard tas-SOLAS 90, sa għoli sinifikanti tal-mewġ ta' 4 m.

(11) Skond dan il-ftehim, magħruf bħala l-Ftehim ta' Stokkolma, l-istandard speċifiku ta' l-istabbiltà għandu x'jaqsam b'mod dirett maż-żona tal-baħar li fiha jopera l-vapur u b'mod partikolari skond il-għoli sinifikanti tal-mewġ irreġistrat fiz-zona ta' l-operazzjoni; il-għoli sinifikanti tal-mewġ fejn jopera l-vapur jistabbilixxi l-għoli ta' l-ilma fuq il-gverta tar-rro-ro li jinħoloq wara li tiġri ħsara b'inċident.

(12) Fil-konklużjoni tal-Konfrenza li fiha ġie adottat il-Ftehim ta' Stokkolma, il-Kummisjoni nnotat illi l-Ftehim ma kienx jista' jiġi applikat f'partijiet oħra tal-Komunità u ħabbret l-intenzjoni tagħha li teżamina l-kondizzjonijiet lokali prevalenti li fihom ibaħħru l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri fl-ibħra Ewropej kollha u li tieħu l-inizjattivi xierqa.

(13) Il-Kunsill daħħal dikjarazzjoni fil-minuti ta' l-2074 laqgħa tas-17 ta' Marzu 1998 fejn enfasizza l-ħtieġa li jiżi żgurat l-istess livell ta' sigurtà għall-vapuri-laneċ tal-passiġġieri li joperaw f'kondizzjonijiet li jixxiebhu sewwa jekk fuq vjaġġi internazzjonali u sewwa jekk fuq vjaġġi domestiċi.

(14) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ottubru 2000 dwar il-għarqa tal-vapur-lanċa Grieg "Samina" [5], il-Parlament Ewropew espressament ddikjara li kien qiegħed jistenna l-valutazzjoni mill-Kummisjoni dwar l-effikaċja tal-Ftehim ta' Stokkolma u l-miżuri l-oħra sabiex jittejbu l-istabbiltà u s-sigurtà tal-vapuri tal-passiġġieri.

(15) Wara studju mill-esperti tal-Kummissjoni, il-kondizzjonijiet tal-għoli tal-mewġ fl-Ewropa tan-Nofsinhar instabu li huma simili għal-dawk fit-tramuntana. Filwaqt li l-kondizzjonijiet meteoroloġiċi jistgħu b'mod ġenerali jkunu iktar favorevoli fin-nofsinhar, l-istandard ta' l-istabbiltà stabbilit fil-kuntest tal-Ftehim ta' Stokkolma huwa msejjes biss fuq il-parametru tal-għoli sinifikanti tal-mewġ u l-mod kif dan jinfluwenza l-akkumulazzjoni ta' l-ilma fuq il-gverta tar-ro-ro.

(16) L-applikazzjoni ta' l-istandards Komunitarji tas-sigurtà li jirrigwardaw il-ħtiġiet ta' l-istabbiltà għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri hija essenzjali għas-sigurtà ta' dawn il-vapuri u trid tkun parti mill-qafas komuni tas-sigurtà marittima.

(17) Fl-interess li jippromwovu s-sigurtà u jevitaw it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni, l-istandards komuni tas-sigurtà rigward l-istabbiltà għandhom japplikaw għall-vapuri ro-ro kollha tal-passiġġieri, tkun xi tkun il-bandiera li jtajru, li jipprovdu servizzi regolari lejn jew minn port fl-Istati Membri fuq vjaġġi internazzjonali.

(18) Is-sigurtà tal-vapuri hija primarjament ir-responsabbiltà ta' l-Istati tal-bandiera u għalhekk kull Stat Membru għandu jiżgura li jitħarsu l-ħiġiet tas-sigurtà li japplikaw għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jtajru l-bandiera ta' dan l-Istat Membru.

(19) L-Istati Membri għandhom ukoll jiġu indirizzati fil-kapaċità tagħhom ta' Stati ospitatur. Ir-responsabbiltajiet eżerċitati f'din il-kapaċità huma msejsa fuq ir-responsabbiltajiet speċifiċi ta' l-Istat tal-port li huma għal kollox f'linja mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tas-sena 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar (Unclos).

(20) Il-ħtiġiet speċifiċi dwar l-istabbiltà mdaħħla b'din id-Direttiva għandhom ikunu msejsa fuq metodu, kif iddikjarat fl-Annessi mal-Ftehim ta' Stokkolma, li jikkalkola il-għoli tal-baħar fuq il-gverta tar-ro-ro wara l-ħsara ta' kolliżjoni f'relazzjoni ma' żewġ parametri bażiċi: l-ispazju ħieles residwali tal-vapur u l-għoli sinifikanti tal-mewġ fiż-żona tal-baħar fejn jopera l-vapur.

(21) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubbliċizzaw il-għoli sinifikanti tal-mewġ fiż-żoni ta' l-ibħra li fuqhom jaqsmu l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri fuq servizz regolari lejn u mill-portijiet tagħhom. Għar-rotot internazzjonali, il-għoli tal-mewġ għandu, kulfejn japplika u jkun posibbli, jiġi stabbilit bi ftehim bejn l-Istati fuq iż-żewġt itruf tal-vjaġġ. Jista' jiġi wkoll stabbilit il-għoli sinifikanti tal-mewġ għall-ħidma staġjonali fl-istess żoni tal-baħar.

(22) Kull vapur ro-ro tal-passiġġieri impenjat fi vjaġġi ġewwa l-iskop ta' din id-Direttiva għandu jwettaq il-ħtiġiet ta' l-istabbiltà fejn għandu x'jaqsam il-għoli sinifikanti tal-mewġ stabbilit għaż-żona tal-ħidma tiegħu. Għandu jkollu fuqu ċertifikat tal-konformita maħruġ mill-Amministrzzjoni ta' l-Istat tal-bandiera, li għandu jiġi aċċettat mill-Istati Membri l-oħra kollha.

(23) L-Istandard tas-SOLAS 90 jipprovdi livell ta' sigurtà ekwivalenti għall-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà stabbiliti b'din id-Direttiva għall-vapuri li joperaw f'żoni tal-baħar fejn il-għoli sinifikanti tal-mewġ huwa egwali għal 1,5 m jew inqas.

(24) Minħabba l-modifiki strutturali li l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri jistgħu jeħtieġu li jgħaddu minnhom sabiex iħarsu l-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà, dawn il-ħiġiet għandhom jiddaħħlu fuq perjodu taż-żmien ta' snin sabiex jippermettu biżżejjed żmien għall-konformità lill-parti ta' l-industrija affettwata: għal dan il-fini, għandha tiġi pprovvduta skeda taż-żmien imdaħħla f'fażi fażi għall-vapuri eżistenti. Din l-iskeda taż-żmien li tiddaħħal f'fażi fażi ma għandhiex taffettwa l-infurzar tal-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà fiż-żoni ta' l-ibħra kopertri bl-Annessi mal-Ftehim ta' Stokkolma.

(25) L-Artikolu 4(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġiet mandatorji għall-operat fis-sigurtà tas-servizzi tal-vapuri-laneċ u tal-vetturi ta' veloċità qawwija li jgħabbu l-passiġġieri fuq bażi regolari [6] jipprovdi illi l-Istati ospitaturi jridu jiċċekkjaw illi s-servizzi tal-vapuri-laneċ ro-ro tal-passiġġieri u tal-vetturi tal-passiġġieri ta' veloċit qawwija jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà adottati fil-livell reġjonali u trasposti fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, meta dawn il-vapuri joperaw servizz kopert b'din il-leġislazzjoni nazzjonali fir-reġjun interessat.

(26) Il-vetturi tal-passiġġieri ta' veloċità qawwija kif iddefiniti fir-Regolament 1 tal-Kapitolu X tal-Kovenzjoni tas-SOLAS, kif emendat, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, sakemm jikkonformaw għal kollox mad-dispożizzjonijiet tal-"Kodiċi internazzjonali għas-sigurtà tal-vetturi ta' veloċità qawwija" ta' l-IMO, kif emendata.

(27) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7].

(28) Ġaladarba l-mira ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri sabiex tissalvagwardja l-ħajja tal-bniedem fuq il-baħar billi tippromwovi l-abbiltà tas-sopravivenza tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri fl-eventwalità ta' ħsara, ma tistax tinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u tista' għalhekk, għar-raġuni ta' l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, tinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx iktar "il bogħod minn dak li hu meħtieġ sabiex tikseb din in-mira",

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għan

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jistabbilixxi livell uniformi tal-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri, li jridu jippromwovu l-abbiltà tas-sopravivenza ta' dan it-tip ta' vapur fil-każ ta' ħsara minn kolliżjoni u tipprovdi livell għoli tas-sigurtà lill-passiġġieri u lill-ekwipaġġ

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-għan ta' din id-Direttivam għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "vapur ro-ro tal-passiġġieri" ifisser vapur li jġorr mill-inqas 12-il pasiġġier, u li għandu spazji jew kategoriji ta' spazji għat-tagħbija tar-ro-ro, kif iddefinit fir-Regolament II-2/3 tal-Konvenzjoni tas-SOLAS, kif emendata;

(b) "vapur ġdid" ifisser vapur li l-karina tiegħu titqiegħed fl-1 ta' Ottubru 2004 jew wara, jew li jkun fi stadju simili tal-bini: stadju simili tal-bini jfisser l-istadju li fih:

(i) tibda l-kostruzzjoni li tista' tiġi identifikata bħala ta' vapur speċifikat; u

(ii) ikun beda l-muntaġġ ta' mill-inqas 5 tunnellati metriċi jew 1 % tal-massa stmata tal-materjal tal-kostruzzjoni ta' dan il-vapur, liema minnhom tkun l-inqas;

(ċ) "vapur eżistenti" ifisser vapur li mhux vapur ġdid;

(d) "passiġġier" huwa kull persuna għajr il-kaptan u l-membri ta' l-ekwipaġġ jew persuni oħra impjegati jew jaħdmu f'kull kapaċità abbord vapur fil-kummerċ ta' dan il-vapur u għajr tarbija taħt l-età ta' sena;

(e) "Konvenzjonijiet internazzjonali" tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali tas-sena 1974 dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni tas-SOLAS), u l-Konvenzjoni Internazzjonali tas-sena 1966 dwar il-Linji tat-Tagħbija, flimkien mal-Protokolli u l-emendi tagħhom fis-seħħ;

(f) "servizz regolari" ifisser serje ta' salpiet ta' vapur tar-ro-ro tal-passiġġieri li jservi t-traffiku bejn żewġ portijiet jew iktar, li jitħaddem jew:

(i) skond skeda ippubblikata taż-żmien; jew

(ii) b'salpiet hekk regolari jew ta' spiss illi jikkostitwixxu serje sistematika li tista' tingħaraf;

(g) "il-Ftehim ta' Stokkolma" ifisser il-Ftehim konkluż fi Stokkolma fit-28 ta' Frar 1996 skond ir-Riżoluzzjoni 14 "Ftehimijiet reġjonali dwar il-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri" tal-Konferenza tas-SOLAS 95, adottata fid-29 ta' Novembru 1995;

(h) "l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera" tfisser l-awtoritjiet kompetenti ta' l-Istat li l-vapur ro-ro tal-passiġġieri huwa intitolat li jtajjar;

(i) "l-Istat ospitatur" ifisser Stat Membru li vapur ro-ro tal-passiġġieri jkun fuq servizz regolari lejn jew mill-portijiet tiegħu;

(j) "vjaġġ internazzjonali" ifisser vjaġġ minn port ta' Stat Membru lejn port 'il barra minn dan l-Istat Membru, jew bil-maqlub;

(k) "ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà" tfisser il-ħtiġiet ta' l-istabbiltà ddikjarati fl-Anness I;

(l) "il-għoli sinifikanti tal-mewġ" ("hs") huwa l-għoli medju ta' l-ogħla terz għoli tal-mewġ osservat fuq perjodu mogħti taż-żmien;

m) "spazju ħieles residwali" ("fr") huwa d-distanza minima bejn il-ġverta tar-ro-ro li tkun bil-ħsara u l-linja finali ta' l-ilma (baħar) fil-lokazzjoni tal-ħsara, mingħajr ma jitqies l-effett addizzjonali ta' l-ilma baħar akkumulat fuq il-gverta tar-ro-ro bil-ħsara.

Artikolu 3

Il-kamp ta' applikazzjoni

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-vapuri ro-ro kollha tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn port ta' Stat Membru fuq servizz regolari, tkun xi tkun il-bandiera tagħhom, meta jagħmlu vjaġġi internazzjonali.

2. Kull Stat Membru, fil-kapaċità tiegħu ta' Stat ospitatur, għandu jiżgura illi l-vapuri ro-ro tal--pasiġġieri, li jtajru l-bandiera ta' Stat li mhux Stat Membru, iħarsu għal kollox il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva qabel ma jagħmlu vjaġġi minn jew lejn il-portijiet ta' dan l-Istat Membru skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/35/KE.

Artikolu 4

Il-għoli sinifikanti tal-mewġ

Għandu jintuża l-għoli sinifikanti tal-mewġ (hS) sabiex jiġi stabbilit il-għoli ta' l-ilma fuq il-gverta tal-karozzi meta jiġu applikati l-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà li jinsabu fl-Anness I. Iċ-ċifri tal-għoli sinifikanti tal-mewġ għandhom ikunu dawk li ma jinqabżux bi probabbiltà ta' iktar minn 10 % fuq il-bażi ta' kull sena.

Artikolu 5

Iż-żoni ta' l-ibħra

1. L-Istati ospitaturi għandhom jistabbilixxu, mhux iktar tard mis-17 ta' Mejju 2004, lista taż-żoni ta' l-ibħra salpati mill-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li joperaw fuq servizz regolari lejn jew mill-portijiet tagħhom kif ukoll il-valuri korrispondenti tal-għoli sinifikanti tal-mewġ f'dawn iż-żoni.

2. Iż-żoni ta' l-ibħra u l-valuri applikabbli tal-għoli sinifikanti tal-mewġ f'dawn iż-żoni għandhom jiġu ddefiniti bi qbil bejn l-Istati Membri jew, kulmeta japplika jew possibbli, bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fiż-żewġt itruf tar-rotta. Meta r-rotta tal-vapur taqsam iktar minn żona waħda tal-baħar, il-vapur għandu jissodisfa l-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà għall-ogħla valur tal-għoli sinifikanti tal-mewġ identifikat għal dawn iż-żoni.

3. Il-lista għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u ppubblikata f'database disponibbli fuq sit ta' l-Internet ta' l-awtrorità kompetenti marittima. Għandhom jiġu n-notifikati wkoll lill-Kummissjoni l-lokazzjoni ta' dan it-tagħrif kif ukoll kull aġġornament għal-lista u r-raġunijiet għal dawn l-aġġornamenti.

Artikolu 6

Il-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà

1. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tar-Regolament II-I/B/8 tal-Konvenzjoni tas-SOLAS (l-istandard tas-SOLAS 90) li għandu xjaqsam mas-subdiviżjoni li ma jgħaddix ilma minnha u l-istabbiltà f'kondizzjoni ta' ħsara, il-vapuri ro-ro kollha tal-passiġġieri imsemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifiċi ddikjaati fl-Anness I ma' din id-Direttiva.

2. Għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li joperaw b'mod esklussiv fiż-żoni ta' l-ibħra fejn il-għoli sinifikanti tal-mewġ huwa egwali għal 1,5 metri jew inqas, il-konformità mal-ħtiġiet tar-regolament imsemmi fil-paragrafu 1 għandha titqies ekwivalenti għall-konformità mal-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà ddikjarati fl-Anness I.

3. Meta jkunu qegħdin japplikaw il-ħtiġiet iddikjarati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jużaw il-linji gwida ddikjarati fl-Anness II, safejn u sakemm dan ikun prattikabbli u kompatibbli mad-disinn tal-vapur fil-kwistjoni.

Artikolu 7

L-introduzzjoni tal-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà

1. Il-vapuri ro-ro ġodda tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà kif iddikjarati fl-Anness I.

2. Il-vapuri ro-ro eżistenti tal-passiġġieri, bl-eċċezjoni ta' dawk il-vapuri li għalihom japplika l-Artikolu 6(2), għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà kif iddikjarati fl-Anness I mhux iktar tard mill-1 ta' Ottubru 2010.

Il-vapuri ro-ro eżistenti tal-passiġġieri li fis-17 ta' Merjju 2003 jkunu jikkonformaw mal-ħtiġiet tar-regolament imsemmi fl-Artikolu 6(1) għandhom jikkoformaw mal-ħtiġiet speċifiċi kif iddikjarati fl-Anness I mhux iktar tard mill-1 ta' Ottubru 2015.

3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(1)(e) tad-Direttiva 1999/35/KE.

Artikolu 8

Iċ-ċertifikati

1. Il-vapuri ro-ro ġodda jew eżistenti tal-passiġġieri li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom iġorru ċertifikat li jikkonferma t-tħaris tal-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà stabbilit fl-Artikolu 6 ta' l-Anness I.

Dan iċ-ċertifikat, li għandu jinħareġ mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera u magħqud maċ-ċertifikati l-oħra li għandhom x'jaqsmu miegħu, irid jindika l-għoli sinifikanti tal-mewġ li għalih il-vapur jista' jissodisfa l-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà.

Iċ-ċertifikat għandu jibqa' validu sakemm il-vapur idum jopera fiż-żona bl-istess valur tal-għoli sinifikanti tal-mewġ jew iktar baxx.

2. Kull Stat Membru li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' Stat ospitatur għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikati maħruġa minn Stat Membru ieħor skond din id-Direttiva.

3. Kull Stat membru li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' Stat ospitatur għandu jaċċetta ċ-ċertifikati ta' pajjiż terz li jiċċerifika illi vapur iħares il-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà stabbiliti.

Artikolu 9

Il-ħidmiet staġjonali u fuq perjodi qosra taż-żmien

1. Jekk kumpanija tat-trasport bil-baħar li topera servizz regolari matul is-sena kollha tixtieq iddaħħal vapuri ro-ro addizzjonali tal-passiġġieri biex joperaw għal perjodu iqsar taż-żmien, għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ospitatur jew ta' l-Istati ospitaturi mhux iktar tard minn xahar qabel il-vapuri msemmija jitħaddmu fuq dan is-servizz. Madankollu, fil-każijiet fejn, wara ċirkostanzi imprevisti, ikun irid jiddaħħal minfloku mill-aktar fis vapur ro-ro tal-passiġġieri li jibdlu għabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz, għandha tapplika d-Direttiva 1999/35/KE.

2. Jekk kumpanija tat-trasport bil-baħar tixtieq topera staġjonalment servizz regolari għal perjodu iqsar taż-żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur, għandha tinotifika lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ospitatur jew ta' l-Istati ospitaturi mhux iktar tard minn tliet xhur qabel issir din il-ħidma

3. Meta jsiru dawn il-ħidmiet taħt kondizzjonijiet ta' għoli sinifikanti ta' mewġ inqas minn dawk stabbiliti għall-istes żona ta' baħar għax-xogħol ta' matul is-sena kollha, jista' jintuża l-valur tal-għoli sinifikanti tal-mewġ applikabbli għal dan il-perjodu inqas taż-żmien mill-awtorità kompetenti sabiex jiġi stabbilit il-għoli ta' l-ilma fuq il-gverta meta jiġu applikati l-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà li jinsabu fl-Anness I. Il-valur tal-għoli sinifikanti tal-mewġ applikabbli għal dan il-perjodu inqas taż-żmien għandu jiġi miftiehem bejn l-Istati Membri jew, kulmeta applikabbli u possibbli, bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi fuq iż-żewġt itruf tar-rotta.

4. Wara l-qbil ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat ospitatur jew ta' l-Istati ospitaturi għall-ħidmiet fit-tifsira tal-paragrafi 1 u 2, il-vapur ro-ro tal-passiġġieri li jindaħal għal dan ix-xogħol għandu jkun meħtieġ li jġorr ċertifikat li jikkonferma l-konforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kif ipprovvdut fl-Artikolu 8(1).

Artikolu 10

L-addattamenti

Sabiex l-iżviluppi jitqiesu fil-livell internazzonali, b'mod partikolari fl-Organizzazzjoni Internazzjonli Maritima (l-IMO), u sabiex tittejjeb l-effikaċja ta' din id-Direttiva fid-dawl ta' l-esperjenza u l-progress tekniku, l-Annessi jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 11

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat tas-Sigurtà fuq il-Baħar u l-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri stabbilit skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 [8].

2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tmien ġimgħat.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 12

Il-Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli għall-penali li jistagħu jiġu applikati għall-kontravenzjonijiet kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovvduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Artikolu 13

L-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni qabel is-17 ta' Novembru 2004. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 14

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lusseburgu, fl-14 ta' April 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

A. Giannitsis

[1] ĠU C 20 E, tat-28.1.2003, p. 21.

[2] Opinjoni mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni tas-7 ta' Novembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, u d-Deċiżjoni tas-17 ta' Marzu 2003.

[4] ĠU L 144, tal-15.5.1998, p. 1; Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 53).

[5] ĠU C 178, tat-22.6.2001, p. 288.

[6] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[8] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

IL-ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI TA' L-ISTABBILTÀ GĦALL-VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI KIF IMSEMMI

Artikolu 6

1. B'żieda mal-ħtiġiet tar-Regolament II-1/B/8 tal-Konvenzjoni tas-SOLAS li għandu x'jaqsam mas-subdiviżjoni (fil-vapur) li ma jgħaddix ilma minnha u l-istabbiltà fil-vapuri f'kondizzjoni ta' ħsara, il-vapuri ro-ro kollha tal-passiġġieri imsemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' dan l-Anness.

1.1. Id-dispożizzjonijiet tar-Regoament II-1/B/8.2.3 għandhom jitħarsu meta jiġi meqjus l-effett ta' ammont ipotetiku ta' l-ilma baħar li jkun preżunt li akkumula fuq l-ewwel gverta 'il fuq mil-linja tal-baħar mal-vapur ddisinjata ta' l-ispazju tat-tagħbija ro-ro jew l-ispazju speċjali tat-tagħbija kif iddefiniti fir-Regolament II-2/3 preżunta li tkun bil-ħsara (minn issa 'l quddiem imsemmija bħala "il-gverta ro-ro bil-ħsara"). Il-ħtiġiet l-oħra tar-Regolament II-1/B/8 ma għandhomx għalfejn jitħarsu meta jiġi applikat l-istandard li jinsab f'dan l-Anness. L-ammont ta' l-ilma baħar preżunt akkumulat għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' wiċċ ta' ilma li jkollu għoli fiss 'il fuq minn:

(a) l-iktar punt baxx tax-xifer tal-gverta tal-kompartiment bil-ħsara tal-gverta tar-ro-ro; jew

(b) meta x-xifer tal-gverta tal-kompartient bil-ħsara jkun imgħarraq imbagħad il-kalkolu jiġi bbażat fuq għoli fiss 'il fuq mill-wiċċ ta' l-ilma lixx fl-angoli kollha ta' fejn ikun immejjel u fejn ikun fil-pożizzjoni t-tajba;

kif ġej:

0,5 m jekk l-ispazju ħieles residwali (fr) ikun 0,3 m jew inqas,

0,0 m jekk l-ispazju ħieles residwali (fr) ikun 2,0 m jew iktar, u

il-valuri intermedji li jridu jiġu stabbiliti bl-interpolazzjoni lineari, jekk l-ispazju ħieles residwali (fr) ikun 0,3 m jew iktar imma inqas minn 2,0 m,

meta l-ispazju ħieles residwali (fr) ikun id-distanza minima bejn il-gverta ro-ro bil-ħsara u l-linja finali ta' l-ilma mal-vapur fil-lokazjoni tal-ħsara bil-każ tal-ħsara jiġi kunsidrat mingħajr ma jitqies l-effett tal-volum ta' l-ilma preżunt li akkumula fuq il-gverta ro-ro bil-ħsara.

1.2. Meta tiġi stallata sistema ta' tneħħija ta' l-ilma ta' effiċjenza qawwija, l-amministrazzjoni tista' tippermetti tnaqqis fil-għoli tal-wiċċ ta' l-ilma.

1.3. Għall-vapuri f'żoni ta' ħidma ddefiniti geografikament bħala ristretti, l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera jista' jnaqqas il-għoli tal-wiċċ ta' l-ilma stabbilit skond il-punt 1.1 billi jibdel dan il-għoli tal-wiċċ ta' l-ilma b'dan li ġej:

1.3.1. 0,0 m jekk il-għoli sinifikanti tal-mewġ(hs) li jiddefinixxi ż-żona interessata jkun ta' 1,5 m jew inqas;

1.3.2. il-valur stabbilit skond il-paragrafu 1.1 jekk il-għoli sinifikanti tal-mewġ(hs) li jiddefinixxi ż-żona interessata jkun ta' 4,0 m jew ogħla;

1.3.3. il-valuri intermedji li jridu jiġu stabbiliti bl-interpolazzjoni lineari jekk il-għoli sinifikanti tal-mewġ (hs) li jiddefinixxi ż-żona interessata jkun ta' 1,5 m jew iktar imma inqas minn 4,0 m,

sakemm jitwettqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.3.4. l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera jkun sodisfatt illi ż-żona ddefinita tkun irrappreżentata bil-għoli sinifikanti tal-mewġ (hs) li ma jinqabiżx bi probabbiltà ta' iktar minn 10 %; u

1.3.5. jiddaħħlu fiċ-ċertifikati ż-żona tal-ħidma u, jekk applikabbli, il-parti tas-sena li għaliha jkun ġie stabbilit ċertu valur tal-għoli sinifikanti tal-mewġ (hs).

1.4. Bħala alternattiva għall-ħtiġiet tal-paragrafi 1.1 jew 1.3, l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera tista' teżenta l-applikazzjoni tal-ħtiġiet tal-paragrafi 1.1 jew 1.3 u taċċetta prova, stabbilita b'testijiet mudell imwettqa għal vapur individwali skond il-metodu tat-test mudell, li jidher fl-Appendiċi, li jiġġustifika illi l-vapur ma jinqalibx bil-kobor preżunt tal-ħsara kif ipprovvdut fir-Regolament II-1/B/8.4 meta tiġi kkunsidrata l-agħar lokazzjoni skond il-paragrafu 1.1, fi triq irregolari tal-baħar, u

1.5. għandu jiddaħħal fiċ-ċertifikati tal-vapur ir-riferiment għall-aċċettazzjoni tar-riżultati tat-test mudell bħala ekwivalenza għat-tħaris tal-paragrafi 1.1 jew 1.3 u tal-valur tal-għoli sinifikanti tal-mewġ (hs) użat fit-test mudell.

1.6. it-tagħrif fornit lill-kaptan tal-vapur skond ir-Regolamenti II-1/B/8.7.1 u II-1/B/8.7.2, kif żviluppati għall-konformità mar-Regolamenti minn II-1/B/8.2.3 sa II-1/B/8.2.3.4, għandu japplika mingħajr tibdil għall-vapuri ro-ro tal-pasiġġieri skond dawn il-ħtiġiet.

2. Sabiex jiġi stmat l-effett tal-volum ta' l-ilma baħar preżunt akkumulat fuq il-gverta ro-ro bil-ħsara fil-paragrafu 1, għandhom jipprevalu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

2.1. paratija transversali jew lonġitudinali għandha tiġi meqjusa intatta jekk il-partijiet kollha tagħha jkunu 'l ġewwa mill-uċuh vertikali fuq iż-żewġ naħat tal-vapur, li tkun lokata f'distanza mill-pjanċi tal-metall tal-qoxra egwali għal wieħed minn ħamsa tal-wisa' tal-vapur, kif iddefinit fir-Regolament II-1/2, u mkejjel kartabun mal-linja taċ-ċentru fil-livell ta' l-iktar subdiviżjoni fonda tal-linja tat-tagħbija;

2.2. fil-każijiet meta l-buq tal-vapur jiġi strutturalment imwessa' f'parti minnu sabiex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, iż-żieda li tirriżulta fil-valur ta' wieħed minn ħamsa tal-wisa' tiegħu trid tiġi wżata f'kull parti, imma ma għandhiex tirregola l-lokazzjoni tal-penetrazzjonijiet, tas-sistemi tal-pajpiet, eċċ, eżistenti tal-paratiji li kienu aċċettati qabel it-twessigħ;

2.3. ir-rassa tal-paratiji transversali u loġitudonali li jridu jitqiesu bħala effikaċi sabiex iżommu milli jinfirex l-ilma baħar preżunt akkumulat fil-kompartiment interessat fil-gverta ro-ro bil-ħsara għandha tkun ipproporzjonata mas-sistema tat-tneħħija ta' l-ilma, u għandha tiflaħ pressa idrostatika skond ir-riżultati tal-kalkolu tal-ħsara. Dawn il-paratiji għandhom ikunu għolja mill-inqas 2,2 m. Madankollu fil-każ ta' vapur li jkollu gverti tal-karozzi mdendla, il-għoli minimu tal-paratija ma għandux ikun inqas mill-għoli tal-qiegħ tal-gverta mdendla meta tkun fil-pożizzjoni mbaxxija tagħha;

2.4. jistgħu jiġu aċċettati tipi oħra tal-għoli tal-paratiji għal arraġamenti speċjali bħalma huma p.e. il-gverti mdendla mal-wisa' kollu u casings wiesgħa mal-ġnub, fuq il-bażi tat-testijiet mudell;

2.5. ma hemm għalfejn jitqies l-effett tal-volum ta' l-ilma baħar preżunt akkumulat għall-ebda kompartiment tal-gverta ro-ro bil-ħsara, sakemm dan il-kompartiment ikollu fetħiet fuq kull naħa tal-gverta għall-ħelsien ta' l-ilma mqassma egwalment matul il-kompartiment u li jikkonformaw ma' dan li ġej:

2.5.1. A ≥ 0,3 l

fejn il-A hija l-firxa totali tal-fetħiet tal-ħelsien ta' l-ilma fuq kull naħa tal-gverta f'metri kwadri; u l-1 huwa t-tul tal-kompartiment f'metri;

2.5.2. il-vapur għandu jżomm spazju ħieles residwali ta' mill-inqas 1,0 m fl-agħar kondizzjoni ta' ħsara mingħajr ma jitqies l-effett tal-volum preżunt ta' l-ilma fuq il-gverta ro-ro bil-ħsara; u

2.5.3. dawn il-fetħiet tal-ħelsien għandhom ikunu lokati sa l-għoli ta' 0,6 m 'il fuq mill-gverta ro-ro bil-ħsara u t-tarf ta' isfel tal-fetħiet għandhom ikunu sa 2 cm 'il fuq mill-gverta ro-ro bil-ħsara; u

2.5.4. dawn il-fetħiet tal-ħelsien għandhom ikunu mgħammra b'mezzi tal-għeluq jew purtelli sabiex ma jħallux l-ilma jidħol fuq il-gveerta ro-ro filwaqt li jippermettu jiskula l-ilma li jkun inġabar fuq il-gverta ro-ro.

2.6. Meta paratija 'il fuq mill-gverta ro-ro tkun preżunta bil-ħsara, iż-żewġ kompartimenti li jdawru l-paratija għandhom jiġu preżunti mgħaddra sa l-istess għoli tal-wiċċ ta' l-ilma kif ikkolkolat fil-paragrafi 1.1 jew 1.3.

3. Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit il-għoli sinifikanti tal-mewġ, għandu jintuża l-għoli tal-mewġ mogħti fuq il-mapep jew il-lista taż-żoni ta' l-ibħra stabbilita mill-Istati Membri f'linja ma' l-Artikolu 5 ta' din id-Ditrettiva.

3.1. Għall-vapuri li jridu jiġu mħaddma għal staġun iqsar biss, l-amministrazzjoni ta' l-Istat ospitatur għandu jistabbilixxi bi qbil mal-pajjiż l-ieħor li l-port tiegħu ikun inkluż fir-rotta tal-vapur, il-għoli sinifikanti tal mewġ li jrid juża.

4. It-testijiet mudell għandhom jiġu kondotti skond l-Appendiċi.

--------------------------------------------------

ANNESS II

IL-LINJI GWIDI INDIKATTIVI GĦALL-AMMINISTRAZZJONIJIET NAZZJONALI KIF IMSEMMI

fl-artikolu 6(3)

L-EWWEL PARTI

L-APPLIKAZZJONI

F'linja mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(3) ta' din id-Direttiva, dawn il-linji gwida għandhom jintużaw mill-amministrazzjonijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri meta japplikaw il-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istabbiltà ddikjarati fl-Anness I, safejn u sakemm dan ikun prattikabbli u kompatibbli mad-disinn tal-vapur fil-kwistjoni. In-numri tal-paragrafi li jidhru hawn taħt jikkorrispondu għal dawk fl-Anness I.

Il-Paragrafu 1

Bħalsa l-ewwel pass il-vapuri ro-ro kollha tal-passiġġieri imsemmija fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva jridu jikkonformaw ma' l-istandard tas-SOLAS 90 ta' l-istabbiltà residwali kif tapplika għall-vapuri kollha tal-passiġġieri mibnija fid-29 ta' April 1990 jew wara. Hija l-applikazzjoni ta' din il-ħtieġa li tiddefinixxi l-ipazju residwali (fr), meħtieġ għall-kalkolu meħtieġ fil-paragrafu 1.1.

Il-Paragrafu 1.1

1. Dan il-paragrafu jindirizza l-applikazzjoni ta' ammont ipotetiku ta' l-ilma akkumlat fuq il-gverta (tar-ro-ro) tal-paratija. L-ilma huwa preżunt li jkun daħal fil-gverta permezz ta' ftuħ magħmul bil-ħsara. Dan il-paragrafu jeħtieġ illi l-vapur, b'żieda mal-konforma mal-ħtiġiet sħaħ ta' l-istandard tas-SOLAS 90, jissokta jikkonforma ma' dik il-parti tal-kriterji tas-SOLAS 90 li jinsabu fil-punti minn 2.3 sa 2.3.4 tar-Regolament II-1/B/8 bl-ammont ddefinit ta' l-ilma fuq il-gverta. Għal dan il-kalkolu ma hemm għalfejn jitqiesu l-ebda ħtiġiet oħra tar-Regolament II-1/B/8. Per eżempju, għal dan il-kalkolu, il-vapur ma għandux għalfejn jikkonforma mal-ħtiġiet dwar l-angoli ta' l-ekwilibrija u n-nuqqas ta' għadis tal-linja tal-marġini.

2. L-ilma akkumulat jiġi miżjud bħala tagħbija likwida b'wiċċ komuni wieħed ġewwa l-kompartimenti kollha li jkunu preżunti mgħaddra fuq il-gverta tal-karozzi. Il-għoli (hw) ta' l-ilma fuq il-gverta jiddependi mill-ispazju ħieles residwali (fr) wara l-ħsara u jitkejjel permezz tal-ħsara (ara l-Figura 1). L-ispazju ħieles residwali huwa d-distanza minima bejn il-gverta ro-ro bil-ħsara u l-linja finali tal-baħar mal-vapur (wara l-miżuri ta' egwalizzazzjoni, jekk jittieħdu minnhom) permezz tal-ħsara preżunta wara li jiġu eżaminati x-xenarji kollha possibbli tal-ħsara waqt li tkun qiegħda tiġi stbbilita l-konformità ma' l-istandard tas-SOLAS 90 kif meħtieġ fil-paragrafu 1 ta' l-Anness I. Ma għandu jitqies l-ebda effett tal-volum ipotetiku ta' l-ilma preżunt li jkun ġie akkumulat fuq il-gverta ro-ro bil-ħsara meta jkun qiegħed jiġi kkalkola il-fr.

3. Jekk il-fr huwa ta' 2,0 m jew iktar, jiġi preżunt li ma jkun akkumula l-ebda ilma fuq il-gverta ro-ro. Jekk il-fr huwa ta' 0,3 m jew inqas, allura l-għoli hw jiġi preżunt li jkun ta' 0,5 m. Il-għoli intermedju jinkiseb bl-interpolazzjoni lineari (are l-figura 2).

Il-Paragrafu 1.2

Il-mezzi sabiex ineħħu l-ilma jistgħu jiġu kkunsidrati biss bħala effettivi jekk dawn il-mezzi jkunu ta' kapaċità li jipprevjienu milli jakkumulaw ammonti kbar ta' l-ilma fuq il-gverta, jiġifieri ħafna eluf ta' tunnellati metriċi kull siegħa li huwa 'l bogħod ħafna mill-kapaċitajiet imgħammra fiż-żmien ta' l-adozzjoni ta' dawn ir-regolamenti. Sistemi ta' effikaċja għolja bħal dawn jistgħu jiġu żviluppati u approvati fil-futur (imsejsa fuq il-linji gwida li jridu jiġu żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazjonli Marittima).

Il-Paragrafu 1.3

1. L-ammont ta' l-ilma akkumulat preżunt fuq il-gverta, b'żieda ma' kull tnaqqis skond il-paragrafu 1.1, jista' jitnaqqas għall-ħidmiet f'żoni ristretti ddefiniti geografikament. Dawn iż-żoni huma ddenominati skond il-għoli sinifikanti tal-mewġ (hs) li jiddefinixxu ż-żona f'linja mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva.

2. Jekk il-għoli sinifikanti tal-mewġ (hs), fiż-żona interessata, huwa ta' 1,5 m jew inqas, allura jiġi preżunt illi ma jkun akkumula l-ebda ilma addizzjonali fuq il-gverta ro-ro bil-ħsara. Jekk il-għoli sinifikanti tal-mewġ fiż-żona interessata huwa 4,0 m jew iktar, allura il-għoli ta' l-ilma akkumulat preżunt għandu jkun il-valur ikkalkolat skond il-paragrafu 1.1. Il-valuri intermedji li jridu jiġu kkalkolati bl-interpolazzjoni lineari (ara l-figura 3).

3. Il-għoli hw jinżamm kostanti, għalhekk l-ammont ta' l-ilma miżjud huwa varjabbli billi jkun dipendenti fuq l-angolu tal-mejl u sewwa jekk f'angolu partikolari tal-mejl it-tarf tal-gverta jkun taħt l-ilma u sewwa jekk le (ara l-figura 4). Għandu jiġi nnotat illi il-permeabbiltà preżunta ta' l-ispazji fuq il-gverta tal-karozzi trid tittieħed bħala 90 % (kif imsemmi fiċ-Ċirk. MSC 649), fil-waqt li l-permeabbiltajiet ta' l-ispazji migħaddra l-oħra huma dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni tas-SOLAS.

4. Jekk il-kalkoli sabiex juru l-konformità ma' din id-Deċiżjoni jkollhom x'jaqsmu ma' għoli sinifikanti tal-mewġ inqas minn 4,0 m dan il-għoli sinifikanti tal-mewġ li jirrestrinġi jrid jiġi rreġistrat fuq iċ-ċertifikat tas-siġurtà tal-vapur tal-passiġġieri tal-vapur.

Il-Paragrafi 1.4 u 1.5

Bħala alternattiva għall-konforma mal-ħtiġiet ġodda dwar l-istabbiltà fil-paragrafi 1.1 jew 1.3 amministrazzjoni tista' taċċetta prova tal-konformità permezz tat-testijiet mudell. Il-ħtiġiet tat-testijiet mudell huma ddettaljati fl-Appendiċi ma' l-Annes I. In-noti ta' gwida dwar it-testijiet mudell jinsabu fil-Tieni Parti ta' dan l-Anness.

Il-Paragrafu 1.6

L-istandard tas-SOLAS 90 idderivat konvenzjonalment li jillimta l-kurva/i (KG jew GM) jistgħu ma jibqgħux applikabbli fil-każijiet meta jiġi preżunt "l-ilma fuq il-gverta" taħt it-termini ta' din id-Direttiva u jista' jkun jeħtieġ li tiġi stabbilta kurva jew jiġu stabbiliti kurvi li jqisu l-effetti ta' dan l-ilma miżjud. Għal dan l-effett iridu jitwettqu kalkoli biżżejjed li jikkorrispondu ma' numru adegwat ta' ħidmiet dwar kemm ikun fond il-vapur fl-ilma u t-trimmjatura.

Nota:

Il-Kurvi rriveduti KG/GM li jillimtaw il-ħidma jistgħu jiġi dderivati bl-iterazzjoni fejn l-eċċess minimu GM li jirriżulta mill-kalkoli dwar l-istabbiltà jiġi miżjud ma' l-input KG (jew imnaqqas mill-KG) użat sabiex jistabbilixxi l-ispazjijiet ħielsa (fr), li fuqhom ikunu msejsa l-kwantitajiet ta' l-ilma fuq il-gverta, b'dan il-proċess jiġi mtenni sakemm l-eċċess GM isir negliġibbli.

Huwa antiċipat illi l-operaturi jibdew din l-iterazzjoni bil-massimu KG/minimu GM li jista' jiġi sostnut raġjonevolment fis-servizz u jfittxu li jimmanipulaw l-arranġament tal-paratija tal-gverta li jirriżulta sabiex jimminimizzaw l-eċċess GM idderivat mill-kalkoli ta' l-istabbiltà tal-ħsara bl-ilma fuq il-gverta.

Il-Paragrafu 2.1

Rigward il-ħtiġiet tal-ħsara tas-SOLAS konvenzjonali il-paratiji 'il ġewwa mil-linja B/5 jiġu kkunsidrati intatti fil-każ ta' ħsara minn kolliżjoni fuq il-ġenb.

Il-Paragrafu 2.2

Jekk jiġu mwaħħla sporġaturi strutturali mal-ġenb sabiex jgħinu l-konforma mar-Regolament II-1/B/8, u bħala konsegwenza jkun żieda fil-wisa' (B) tal-vapur u b'hekk id-distanza B/5 tal-vapur, din il-modifika ma għandha tikkawża r-rilokazzjoni ta' l-ebda parti strutturali eżistenti jew ta' penetrazzjonijiet eżistenti fil-paratiji transversali prinċipali li minnhom ma jistax jgħaddi l-ilma taħt il-gverta tal-paratiji (are l-fiġura 5).

Il-Paragrafu 2.3

1. Il-paratiji/ostakoli transversali jew lonġitudinali li jkunu mwaħħla u jitqiesu sabiex jikkonfinaw il-moviment ta' l-ilma akkumulat preżunt fuq il-gverta ro-ro bil-ħsara ma għandux ikun strettament li "ma jħallux l-ilma jgħaddi". Jistgħu jiġu permessi ammonti żgħar ta' tnixxija bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-tneħħija ta' l-ilma jkunu kapaċi jipprevjienu akkumulazzjoni ta' l-ilma fuq "in-naħa l-oħra" tal-paratija/ostakolu. F'dawn il-każijiet meta t-toqob mal-ġenb tal-vapur biex l-ilma joħroġ għal fuq il-gverta ma jibqgħux jaħdmu b'riżultat tat-telf tad-differenza pożittiva tal-livelli ta' l-ilma, iridu jiġu pprovvduti mezzi oħra ta' drenaġġ passiv.

2. Il-għoli (Bh) tal-paratiji/ostakoli transversali u lonġitudonali għandhom ikunu mhux inqas minn (8 x hw) metri, fejn il-hw huwa l-għoli ta' l-ilma akkumulat kif ikkalkolat bl-applikazzjoni ta' l-ispazju ħieles residwali u l-għoli sinifikanti tal-mewġ (kif imsemmi fil paragrafi 1.1 u 1.3). Madankollu, fl-ebda każ il-għoli tal-paratija/ostakolu ma jrid ikun inqas minn dak li hu l-ikbar minn:

(a) 2,2 metri; jew

(b) il-għoli bejn il-gverta tal-paratiji u l-punt iktar baxx ta' l-istruttura tan-naħa ta' taħt tal-gverti intermedji jew li jiddendlu, meta dawn ikunu fil-pożizzjoni mniżżla. Għandu jiġi nnotat illi kull spazju bejn ix-xifer ta' fuq tal-paratija u n-naħa ta' taħt tal-pjanċi jrid ikun "ippjanċat" fid-direzzjoni transverali jew lonġitudonali kif xieraq (ara l-figura 6).

Jistgħu jiġu aċċettati paratiji/ostakoli b'għoli inqas minn dak speċifikat hawn fuq jekk it-testijiet mudell jitwettqu skond it-Tieni Parti ta' dan l-Anness sabiex jikkonfermaw illi d-disinn alternattiv jiżgura l-istandard xieraq tal-kapaċità tas-sopravivenza. Teħtieġ l-attenzjoni meta jkun qiegħed jiġi ffissat il-għoli tal-paratija/ostakolu hekk illi l-għoli għandu jkun ukoll biżżejjed sabiex jipprevjieni l-għargħar progrssiv ġewwa l-firxa meħtieġa ta' l-istabbiltà. Din il-firxa ma għandiex tiġi ppreġudikata mit-testijiet mudell.

Nota:

Il-firxa tista' tiġi mnaqqsa b'10 gradi sakemm iż-żona korrispondenti taħt il-kurva tiġi miżjuda (kif imsemmi fil-MSC 64/22).

Il-Paragrafu 2.5.1

Iż-żona "A" għandha x'taqsam mal-fetħiet permanenti. Għandu jiġi nnotat illi l-għażla tal-"fetħiet għall-ħelsien ta' l-ilma" mhix tajba għall-vapuri li jeħtieġu l-galleġġjment ta' parti mis-sovrastruttura jew tas-sovrastruttura kollha sabiex tissodisfa l-kriterji. Din il-ħtieġa hija li l-fetħiet għall-ħelsien ta' l-ilma jrid ikollhom purtelli li jingħalqu mwaħħla magħhom sabiex jipprevjienu li jidħol l-ilma, imma li jħalli l-ilma jiskula.

Il-purtelli ma jridux jidependu minn mezzi attivi. Iridu jaħdmu minnhom infushom u jrid jiġi muri i;li ma jirrestrinġux il-ħruġ ta' l-ilma bi grad sinifikanti. Kull tnaqqis sinifikanti fl-effikaċja jrid jiġi kkumpensat b'fetħiet addizzjonali sabiex tinżamm iż-żona meħtieġa.

Il-Paragrafu 2.5.2

Sabiex il-fetħiet għall-ħelsien ta' l-ilma jiġu kkunsidrati effettivi, id-distanza minima mix-xifer ta' isfel tal-fetħa tal-ħelsien mill-ilma sal-linja tal-baħar bil-ħsara għandha tkun ta' mill-inqas 1,0 m.

Il-Paragrafu 2.5.3

Il-fetħiet għall-ħelsien ta' l-ilma jridu jkunu lokati fil-baxx kemm jista' jkun fil-paratija tal-ġenb jew il-pjanċi tal-qoxra. Ix-xifer ta' isfel tal-fetħiet tal-ħelsien ta' l-ilma ma jridux ikunu ogħla minn 2 ċm 'l fuq mill-gverta tal-paratiji u x-xifer ta' fuq tal-fetħa ma jridx ikun ogħla minn 0,6 m (ara l-figura 8).

Nota:

L-ispazji li għalihom japplika l-paragrafu 5, jiġifieri dawk l-ispazji li jkun fihom il-fetħiet għall-ħelsien ta' l-ilma jew fetħiet bħalhom, ma għandhomx jiġu inklużi bħala spazji intatti fid-derivazzjoni tal-kurvi ta' l-istabbiltà intatta u ta' bil-ħsara.

Il-Paragrafu 2.6

1. Il-kobor statutorju tal-ħsara jrid jiġi applikat mat-tul tal-vapur. Jiddependi mill-istandard tas-subdiviżjoni, il-ħsara tista' ma taffettwa l-ebda paratija jew tista' taffettwa paratija taħt il-gverta tal-paratiji jew biss il-paratija 'l fuq mill-gverta tal-paratiji jew għaqdiet varji ta' dawn.

2. Il-paratiji/ostakoli kollha transversali jew lonġitudonali li jirrestrinġu l-ammont preżunt akkumulat ta' l-ilma jridu jkunu f'posthom u marbuta sewwa l-ħin kollu meta l-vapur ikun fuq il-baħar.

3. F'dawk il-każijiet meta l-paratija/ostakolu transversali tiġrilhom il-ħara l-ilma akkumulat fuq il-gverta għandu jkollu livell komuni tal-wiċċ fuq iż-żewġ naħat tal-paratija/ostakolu bil-ħsara fil għoli hw (ara l-figura 9).

IT-TIENI PARTI

IT-TESTIJIET MUDELL

Il-għan ta' dawn il-linji gwida huwa li tiġi żgurata l-uniformità fil-metodi wżati fil-kostruzzjoni u l-verifika tal-mudell kif ukoll fl-impenn u l-analiżijiet tat-testijiet mudell, filwaqt li jiġi apprezzat illi l-faċilitajiet u l-ispejjeż disponibbli jridu jaffettwaw din l-unformità b'mod jew ieħor.

Il-kontenut tal-paragrafu 1 jispjega lilu nnifsu.

Il-Paragrafu 2 - Il-mudell tal-vapur

2.1. Il-materjal li minnu jsir il-mudell mhux importanti fih innifsu. Sakemm kemm il-mudell fil-kondizzjoni intatta u kemm il-mudell fil-kondizzjoni ta' ħsara jkunu riġidi biżżejjed sabiex jiżguraw illi l-proprjetajiet idrostatiċi tiegħu ikunu l-istass bħal dawk tal-vapur attwali u wkoll illi r-ripons flessurali tal-buq fil-mewġ ikun negliġibbli.

Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat illi l-kompartimenti bil-ħsara jkunu mmuddellati bl-eżattezza prattikabbli possibbli sabiex jiġi żgurat illi jkun irrapprżentat il-volum korrett ta' l-ilma.

Ġaladaba d-dħul ta' l-ilma (saħansitra f'ammonti żgħar) fil-partijiet intatti tal-mudell iridu jaffettwaw l-imġiba tiegħu, iridu jittieħdu l-miżuri sabiex jiżguraw illi dan id-dħul ma jiġrix

2.2. Il-partikolaritajiet tal-mudell

2.2.1. Filwaqt li jingħaraf illi l-effetti ta' l-iskala għandhom rwol importanti fl-imġiba tal-mudell matul it-testijiet, huwa importanti li jiġi żgurat illi dawn l-effetti jiġu mminimizzati daqs kemm hu prattikabbilment possibbli. Il-mudell għandu jkun kbir kemm jista' jkun ġaladarba d-dettalji tal-kompartimenti bil-ħsara jiġu mibnija eħfef f'mudelli kbar u jitnaqqsu l-effetti ta' l-iskala. Huwa għalhekk irrakkommandat illi t-tul tal-mudell ma jkunx inqas minn dak li jikkorrispondi għal skala ta' 1:40. Madankollu huwa meħtieġ illi l-mudell ma jkunx inqas minn 3 metri fit-tul fil-linja tas-subdiviżjoni tat-tagħbija.

2.2.2(a) F'dik li hi ħsara preżunta, il-mudell irid ikun irqiq daqs kemm prattikabbilment possibbli sabiex jiġi żgurat illi l-ammont ta' l-ilma tal-għargħar u ċ-ċentru tal-gravità ikunu rrappreżentati adegwtament. Huwa magħruf illi jista' ma jkunx possibbli għall-buq tal-mudell u l-elementi tas-subdiviżjoni primarja u sekondarja f'dik li hi ħsara jiġi mibni fid-dettal biżżejjed u minħabba dawn il-limitazzjonijiet tal-kostruzzjoni jista' ma jkunx possibbli li tiġi kkalkolata l-permeabbiltà preżunta ta' l-ispazju.

2.2.2(b) Matul it-testijiet instab illi l-kobor vertikali tal-mudell jista' jaffettwa r-riżultati meta ttestjat b'mod dinamiku. Huwa għalhekk meħtieġ illi l-vapur jiġi mmudellat għal mill-inqas tliet għolijiet standard tas-sovrastruttura 'il fuq mill-gverta tal-paratiji (l-ispazju ħieles residwali) hekk illi l-mewġ għoli tas-sensiela tal-mewġ ma tinkisirx fuq il-mudell.

2.2.2(ċ) Huwa importanti mhux biss li jiġi vverifikat il-bligħ ta' l-ilma fil-kondizzjoni intatta, imma wkoll li l-fond tal-vapur fl-ilma jiġi mkejjel bl-eżatt għall-korrelazzjoni ma' dawk idderivati mill-kalkolu ta' l-istabbiltà waqt il-ħsara. Wara l-kejl tal-bligħ ta' l-ilma jista' jinstab meħtieġ li jsiru l-aġġustamenti rigward il-permeabbiltà tal-kompartiment bil-ħsara jew bl-introduzzjoni ta' volumi intatti jew biż-żieda ta' piżijiet. Madankollu huwa importanti wkoll li jiġi żgurat illi ċ-ċentru tal-gravità ta' l-ilma tal-għargħar jiġi rrappreżentat bl-eżattezza. Fil-każ ta' kull aġġustament magħmul l-iżball irid jiġbed lejn in-naħa tas-sigurtà.

2.2.2(d) Jekk il-mudell ikun jeħtieġ li jitwaħħlu miegħu ostakoli fuq il-gverta u l-ostakoli jkunu inqas mill-għoli meħtieġ skond il-paragrafu 2.3 ta' l-Anness I, il-mudell irid jiġu mgħammar b'CCTV sabiex kull "titjir" u kull akkumulazzjoni ta' l-ilma fuq iż-żona mingħajr ħsara jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati. F'dan il-każ, reġistrazzjoni bil-video ta' l-okkażjoni trid tagħmel parti mir-reġistrazzjonijiet tat-test.

2.2.3. Sabiex jiġi żgurat illi l-karatterstiċi tal-moviment tal-mudell jirrappeżentaw lil dawk tal-vapur attwali huwa importanti illi l-mudell jiġi inklinat kif ukoll irrolljat fil-kondizzjoni intatta hekk illi jiġu vverifikati l-GM intatt u d-distribuzzjoni tal-massa.

Ir-raġġ transversali tal-ġirazzjoni tal-vapur attwali ma għandhiex tittieħed bħala li tkun ikbar minn 0,4B u r-raġġ lonġitudinali tal-ġirazzjoni ma għandux jittieħed bħala iktar minn 0,25L.

Il-perjodu taż-żmien tat-tmejjil transverali jrid jinkiseb bi:

fejn:

il-GM : il-għoli metaċentriku tal-vapur (intatt) attwali

il-g : l-aċċelerazzjoni minħabba l-gravità

il-λ : l-iskala tal-mudell

il-B : il-wisa' tal-vapur attwali.

Nota:

Waqt li l-mudell fil-kondizzjoni ta' ħsara li jkun qiegħed jinklina u jirrolja jista' jiġi aċċettat bħala kontroll bil-għan li tiġi stabbilita l-kurva ta' l-istabbiltà residwali, dawn it-testijiet ma jridux jiġu aċċettati minflok it-testijiet intatti.

Madankollu, il-mudell bil-ħsara jrid jiġi rroljat sabiex jikseb il-perjodu taż-żmien tal-mejl sabiex jitwettqu t-testijiet skond kif fil-paragrafu 3.1.2.

2.2.4. Il-kontenut ta' dan il-paragrafu jispjegaw lilhom infushom. Huwa meħud bħala fatt illi l-ventilaturi tal-kompartiment bil-ħsara tal-vapur attwali jkunu adegwati għal-għargħar bla xkiel u l-moviment ta' l-ilma tal-għargħar. Madankollu, filwaqt li wieħed ikun qiegħed jipprova jagħti l-iskala lill-arranġamenti tal-ventilazzjoni tal-vapur attwali, jistgħu jiddaħħlu skali mhux mixtieqa. Sabiex jiġi żgurat li ma jiġrix dan, huwa rrakkommandat li jinbnew arranġamenti tal-ventilazzjoni fi skala ikbar minn dik tal-mudell, filwaqt li jiġi żgurat illi dan ma jaffettwax il-mixi ta' l-ilma fuq il-gverta tal-karozzi.

2.2.5. Il-profil tat-trijangolu bin-naħat daqsinew tal-għamla priżmatika tal-ħsara huwa dak li jikkorrispondi mal-linja tal-baħar mal-vapur imgħobbi.

B'żieda ma' dan, meta jiġu mwaħħla l-casings ta' mal-ġnub ta' wisa' inqas minn B/5 u sabiex jiġi evitat kull effett possibli ta' l-iskala, it-tul tal-ħsara f'dawk li huma l-casings tal-ġnub ma jridx ikun inqas minn 2 metri.

Il-Paragrafu 3 - Il-proċedura għall-esperimenti

3.1. L-ispektra tal-mewġ

Irid jiġi wżat l-ispektrum Jonswarp billi dan jiddeskrivi x-xebh fula maqsuma u t-tul taż-żmien ta' l-ibħra limitati li jikkorrispondu mal-maġġoranza tal-kondizzjonijiet fid-dinja kolha. F'dan ir-rigward huwa importanti mhux biss li jiġi vverifikat l-ikbar perjodu taż-żmien tas-sensiela tal-mewġ imma wkoll illi jkun korrett il-perjodu taż-żmien ta' l-inkroċjkatura taż-żero.

3.1.1. Jikkorrispondi għall-ikbar perjodu taż-żmien ta' 4 hs (radic) u mogħti illi l-fattur tat-titjib γ huwa ta' 3,3, l-inkroċjatura taż-żero ma tridx tkun ikbar minn

{Tp/(minn 1,20 sa 1,28)} +/− 5 %

3.1.2. L-inkroċjatura taż-żero li tikkorrispondi għall-ikbar perjodu taż-żmien egwali għall-perjodu taż-żmien tal-mejl tal-mudell bil-ħsara u mogħti l-fattur γ ma tridx tkun ikbar minn:

{Tp/(minn 1,3 sa 1,4)} +/− 5 %,

filwaqt li jiġi nnotat illi jekk il-perjodu taż-żmien tal-mejl tal-mudell bil-ħsara jkun ikbar minn 6 hs (radic), l-ikbar perjodu taż-żmien irid jiġi limitat għal 6 hs (radic).

Nota:

Instab illi mhux prattiku li jiġu ffissati l-limiti għall-perjodi taż-żmien ta' l-inkroċjatura taż-żero ta' l-ispektra tal-mewġ tal-mudell skond il-valuri nominali tal-formoli matematiċi. Għalhekk, huwa permess marġini ta' l-iżball ta' 5 %.

Huwa meħtieġ illi għal kull prova jiġi rreġistrat u ddokumentat l-ispektrum tal-mewġ. Il-kejlijiet għal din ir-reġistrazzjoni jridu jittieħdu fil-viċinanza immedjata tal-mudell (imma mhux fuq in-naħa tal-kenn - ara l-figura (a) hawn taħt, - kif ukoll qrib il-magna li tagħmel il-mewġ. Huwa meħtieġ ukoll li l-mudell iġorr l-istrumnti sabiex jiġu mmonitorjati u rreġistrati l-movimenti tiegħu (il-mejl, il-għoli tal-pruwa u l-għadsa tal-pruwa) kif ukoll l-imġiba tiegħu (fil-mejl, fil-għads u fit-trimmjatura) matul it-test kollu.

+++++ TIFF +++++

Is-sonda ta' "qrib il-mudell" li tkejjel il-mewġ trid tkun ippożizzjonata jew fuq l-ark A jew l-ark B (ara l-figura (a)).

Il-Paragrafi 3.2, 3.3, 3.4

Il-kontenut ta' dawn il-paragrafi huwa kkunsidrat li jispjega lilu nnifsu.

Il-Paragrafu 3.5 Il-ħsarat issimulati

Ir-riċerka estensive mwettqa bil-għan li jiġu żviluppati l-kriterji xierqa għall-vapuri l-ġodda wriet biċ-ċar illi b'żieda mal-fatt li l-GM u l-ispazju ħieles huma parametri importanti fil-kapaċità tas-sopravivenzi fil-vapuri tal-passiġġieri, iż-żona fil-kurva ta' l-istabbiltà residwali sa l-angolu GZ massimu hija wkoll fattur ieħor maġġuri. B'konsegwenza ta' dan, fil-għażla ta' l-agħar ħsara fis-SOLAS għall-konformità mal-paragrafu 3.5.1, l-agħar ħsara trid ittieħed bħala dik li tagħti l-inqas żona fil-kurva ta' l-istabbilta residwali sa l-angolu GZ massimu.

Il-Paragrafu 4 - il-kriterji tas-sopravivenza

Il-kontenut ta' dan il-paragrfu huma kkunsidrati li jispejaw lilhom infushom.

Il-Paragrafu 5 - L-appovazzjoni tat-test

Id-dokumenti li ġejjin iridu jagħmlu parti mir-rapport lill-amministrazzjoni:

(a) il-kalkoli tal-ħsara lill-istabbiltà għall-agħar ħsara skond is-SOLAS u f'nofs il-vapur (jekk differenti);

(b) id-disinn ta' l-arranġamenti ġenerali tal-mudell flimkien mad-dettalji tal-kostruzzjoni u l-istrumentazzjoni;

(ċ) ir-rapporti dwar l-esperiment ta' l-inklinazzjoni u t-test tal-mejl min-naħa għall-oħra;

(d) il-kalkoli tal-perjodi taż-żmien tal-mejl min-naħa għall-oħra tal-vapur attwali u tal-mudell; u

(e) l-ispektra nominali u mkejla tal-mewġ (ħdejn il-magna li tagħmel il-mewġ u ħdejn il-mudell rispettivament);

(f) ir-reġistrazzjoni rappreżentattiva tal-movimenti tal-mudell, l-attitudni u l-mixi mal-kurrent;

(g) ir-reġistazjonijiet rilevanti tal-video.

Nota:

It-testijiet kollha jridu jiġu mixhuda mill-amministrazzjoni.

Figuri

Linji gwida indikattivi (għall-amministrazzjonijiet nazzjonali)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

1. Jekk l-fr ≥ 2,0 metri, il-għoli ta' l-ilma fuq il-gverta (h) = 0,0 metri.

2. Jekk il-fr < 0,3 metri, il-għoli ta' l-ilma fuq il-gverta (hw) = 0,5 metri.

+++++ TIFF +++++

1. Jekk il-hs ≥ 4,0 metri, il-għoli ta' l-ilma fuq il-gverta jiġi kkalkolat bħal fil-figura 3.

2. Jekk il-hs < 1,5 metri, il-għoli ta' l-ilma fuq il-gverta (hw) = 0,0 metri.

Eżempju:

Jekk il-fr = 1,15 metri u l-hs = 2,75 metri, il-għoli hw = 0,125 metri.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Il-vapuri mingħajr gverti mdendla tal-karozzi

Eżempju 1:

Il-għoli ta' l-ilma fuq il-gverta = 0,25 metri

Il-għoli minimu meħtieġ ta' l-ostakolu = 2,2 metri

Il-vapur bil-gverta li tiddendel (f'dak li hu l-ostakolu)

Eżempju 2:

Il-għoli ta' l-ilma fuq il-gverta (hw) = 0,25 metri

Il-għoli minimu meħtieġ mill-ostakolu = x

+++++ TIFF +++++

L-ispazju ħieles minimu meħtieġ għall-fetħa tal-ħelsien ta' l-ilma = 1,0 m

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Ix-xifer tal-gverta mhux imgħarraq

+++++ TIFF +++++

Ix-xifer tal-gverta imgħarraq

--------------------------------------------------