32003L0019



Official Journal L 079 , 26/03/2003 P. 0006 - 0013


Direttiva tal-Kummissjoni 2003/19/KE

tal-21 ta' Marzu 2003

li temenda, għall-iskopijiet biex tiġi taddatta għall-progress tekniku, id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat il-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/116/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 1997 dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li temenda d-Direttiva 701/156/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva 2001/85/KE [4], hija waħda mid-Direttivi separati taħt il-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE. Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE li għandhom x'jaqsmu mas-sistema, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tal-vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva 97/27/KE.

(2) Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Direttiva 97/27/KE, huwa meħtieġ li jiġu emendati u speċifikati b'mod iktar preċiż ċerti disposizzjonijiet misjuba fiha sabiex tiġi żġurata l-interpretazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha.

(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali [5], kif emendata bid-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6], iżżid id-dimensjonijiet awtorizzati ta' ċerti vetturi bil-mutur u b'mod partikolari t-tul massimu tal-karozzi tal-linja u l-coaches. Sabiex tkun permessa l-approvazzjonitat-tip tal-KE ta' vetturi li jilħqu t-tul massimu awtorizzat, huwa meħtieġ li l-ħtiġiet tad-Direttiva 97/27/KE jiġu emendati kif jixraq.

(4) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Addattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi minn I sa IV mad-Direttiva 97/27/KE jiġu emendati skond l-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2003, fil-każ tal-vetturi li jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 97/27/KE, kif emendata b'din id-Direttiva, l-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-mases u d-dimensjonijiet:

(a) jirrifjutaw, rigward tip ta' vettura bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N jew O, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

(b) jirrifjutaw, rigward tip ta' vettura bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N jew O, li jassenjaw mases tar-reġistrazzjoni/fis-servizz skond l-Anness IV (meta meħtieġ); jew

(ċ) jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' dawn il-vetturi.

2. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2004, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, u jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tip ta' vettura tal-kategorija M2, M3, N jew O għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-mases u d-dimensjonijiet tagħha, jekk ma jkunux sodisfatti l-ħtiġiet tad-Direttiva 97/27/KE, kif emendata b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva ma għandha tinvalida ebda approvazzjoni mogħtija skond id-Direttiva 97/27/KE, u lanqas tipprevjieni l-estensjoni ta' dawn l-approvazzjonijiet skond id-Direttiva li taħta ġew mogħtija.

Artikolu 4

Ir-Renju Unit u l-Portugall jistgħu, ġewwa t-territorju tagħhom sad-9 ta' Marzu 2005, jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali lil tip ta' vettura, jew jirrifjutaw jew jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta' vettura, jew jikkonsidraw iċ-ċertifikat ta' konformità tagħha bħala mhux validu fit-tifsira ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE jekk il-vettura ma tikkonformax mal-kriterji tal-manuvrabbiltà speċifikati fl-Artikolu 8(a) tad-Direttiva 96/53/KE.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-iktar tard sat-30 ta' Settembru 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta Stati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif issir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewliena tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 18, tal-21.1.2002, p. 1.

[3] ĠU L 233, tal-25.8.1997, p. 1.

[4] ĠU L 42, tat-13.2.2002, p. 1.

[5] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 59.

[6] ĠU L 67, tad-9.3.2002, p. 47.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-ANNESSI MINN I SA IV MAD-DIRETTIVA 97/27/KE JIĠU EMENDATI KIF ĠEJ:

A. L-Anness I jiġi emendat kif ġej:

1. Taħt l-intestatura fit-taqsima 2, jiddaħħal dan li ġej:

"Id-definizzjonijiet kif stabbiliti fl-Anness I (inklużi n-noti f'qiegħ il-paġna) u fl-Anness II mad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw għal din id-Direttiva."

2. It-taqsima 2.4.1 tiġi emendata kif ġej:

(a) is-sitt u s-seba' inċiżi jiġu mibdula b'dan li ġej:

"— il-mirja u mezzi oħra ta' viżjoni indiretta,

— il-għajnuniet għall-ħars,"

(b) il-għaxar, il-ħdax u t-tnax-il inċiż jiġu mibdula b'dan li ġej:

"— it-turġien ta' l-aċċess u l-poġġamani,

— il-lastiku li jolqot b'sabta kbira u tagħmir simili,

— il-pjattaformi tar-rfigħ, ir-rampi ta' l-aċċess u tagħmir simili f'kundizzjoni ta' tħddim, li ma jaqbiżx it-300 mm, sakemm il-kapaċità tat-tagħbija tal-vettura ma tiġix miżjuda;"

(ċ) jiżdiedu l-inċiżi erbatax u ħmistax li ġejjin:

"— il-bsaten tat-trolley tal-vetturi li jaħdmu bl-elettriku

— il-viżieri fuq barra tax-xemx."

3. It-taqsima 2.4.2 hija emendat kif ġej:

(a) is-seba' inċiż jiġi mibdul b'dan li ġej:

"— il-mirja u mezzi oħra ta' viżjoni indiretta,"

(b) jiżdiedu l-ħdax u t-tnax-il inċiż li ġejjin:

"— il-għajnuniet tal-ħars;

— il-mezzii ta' gwida laterali li jinfetħu u jingħalqu fuq il-karozzi tal-linja u l-karozzi l-kbar tal-passiġġieri maħsub sabiex jintużaw fuq sistemi ta' karozzi tal-linja ggwidati, jekk ma jingħalqux."

4. Fit-taqsima 2.4.3, it-tieni inċiż jiġi mibdul b'dan li ġej:

"— il-pantografi jew il-bsaten tat-trolley fil-posizzjoni elevata tagħhom."

5. Fit-taqsima 2.4.4, it-tieni inċiż jiġi mibdul b'dan li ġej:

"— il-mezzi msemmija fit-taqsima 2.4.1".

6. It-taqsima 2.5 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"2.5. "Il-massa tal-vetturi fil-kondizzjoni ta' sewqan" tfisser il-massa ddefinita fit-taqsima 2.6 ta' l-Anness I mad-Direttiva 70/1565/KEE."

7. Fit-taqsima 2.6, it-tieni sentenza tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Il-kategorija tal-vettura tiġi stabbilita skond l-Anness II mad-Direttiva 70/156/KEE."

8. It-taqsimiet 2.7, 2.8 u 2.9 jiġu mibdula b'dan li ġej:

"2.7. "Il-massa massima teknikment permissibbli fuq il-fus (m)" tfisser il-massa li tikkorrispondi mat-tagħbija massima statika vertikali pemissibbli eżerċitata mill-fus fuq il-wiċċ tat-triq, ibbażata fuq il-kostruzzjoni tal-vettura u tal-fus kif iddikjarati mill-manifattur tal-vettura.

Fil-vetturi tal-kategorija N1 il-massa massima teknikament permissibbli fuq il-fus/fusien ta' wara tista' tinqabeż b'mhux iktar minn 15 % u l-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tista' tinqabeż b'mhux iktar minn 10 % jew 100 kg, liema minnhom hija l-inqas, sakemm il-veloċità tal-ħidma hija ristretta għal 80 km fis-siegħa jew inqas.

Il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika kull restrizzjoni bħal din għall--veloċità jew kull kondizzjoni oħra tax-xogħol fil-manwal tas-sid.

2.8. "Il-massa massima teknikment permissibbli fuq grupp ta' fusien (μ)" tfisser il-massa li tikkorrispondi mat-tagħbija massima statika vertikali pemissibbli eżerċitata minn grupp ta' fusien fuq il-wiċċ tat-triq, ibbażata kemm fuq il-kostruzzjoni tal-vettura u kemm fuq il-grupp tal-fusien kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura.

2.9. "Il-massa li tista' tiġi rmonkata" tfisser it-tagħbija totali eżerċitata fuq il-wiċċ tat-triq mill-fus/fusien tal-vettura/i rmonkata/i."

9. It-taqsima 2.11 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"2.11. "Il-massa massima teknikment permissibbli fuq il-punt tal-igganċjar ta' vettura bil-mutur" tfisser il-massa li tikkorrispondi mat-tagħbija massima statika vertikali pemissibbli eżerċitata fuq il-punt tal-igganċjar bbażata fuq il-kostruzzjoni tal-vettura bil-mutur u/jew il-mezz tal-igganċjar kif iddikjarat mill-manifattur. Skond id-definizzjoni, din il-massa ma tinkludix il-massa tal-mezz tal-igganċjar tal-vettura bil-mutur."

10. It-taqsima 2.13 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"2.13. "Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni (MC)" tfisser il-massa totali ta' kombinazzjoni ta' vettura bil-mutur u karru/ijiet kif iddikjarata mill-manifattur. Għandha tntuża l-massa massima tat-tagħbija teknikament permissibbli fuq il-fus tal-karru minflok il-massa massima tat-tagħbija teknikament possibbli M fil-każ ta' kombinazzjonijiet b'semi-karrijiet jew karrjiet bil-fus fiċ-ċentru."

11. It-taqsima 2.19 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"2.19. "It-tip tal-vettura" tfisser il-vetturi li ma jiddifferixxux minn xulxin rigward:

- il-manifattur,

- l-aspetti essenzjali tal-kostruzzjoni u tad-disinn bħalma huma:

- għall-vetturi tal-karegorija M2 u M3:

- ix-chassis/il-karozzerija li ssostni lilha nnifisha, sular wieħed jew doppju, riġidi jew artikolati (differenzi ovvji u fundamentali),

- in-numru tal-fusien;

- għall-vetturi tal-kategorija N:

- ix-chassis /l-art (differenzi ovvji u fundamentali)

- in-numru tal-fusien

- għall-vetturi tal-kategorija O:

- ix-chassis/karozzerija li ssostni lilha nnifisha (differenzi ovvji u fundamentali), il-karru/semi-karru bi drawbar/il-karru bil-fus fin-nofs,

- is-sistema tal-brejkijiet: mhux ibbrejkjata/bl-inerzja/kontinwa,

- in-numru tal-fusien.

Għall-iskopijiet ta' din it-taqsima, l-aspetti tal-kostruzzjoni u d-disinn, bħalma huma b'mod partikolari l-bażi tar-roti, id-disinn tal-fusien, is-sospensjoni, l-isteering, it-tyres u l-modifiki korrispondenti tal-mezz li jikkorreġi l-brejkijiet għall-fusien, jew iż-żieda jew it-tneħħija tal-valvijiet tar-riduzzjoni f'relazjoni mal-konfigurazzjonijiet ta' trattur ta' semi-karru u tat-trakk, u t-tagħmir li għandu x'jaqsam max-chassis (p.e. il-magna, it-tankijiet tal-kaburant, it-trasmissjoni, eċċ.) mhumiex ikkonsidrati essenzjali."

12. It-taqsima 7.2 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"7.2. Il-kejl tad-dimensjonijiet

Il-kejl tat-tul, tal-wisa' u tal-għoli globali jitwettaq skond id-disposizzjoijiet tat-taqsima 2.4 fuq il-vettura/i fil-kondizzjoni ta' sewqan skond it-taqsima 3.3.

Jekk id-dimensjonijiet imkejla jiddifferixxu b' iktar minn 1 % minn dawk iddikjarati mill-manifattur għall-konfigurazzjonijiet tekniċi korrispondenti fi ħdan it-tip, id-dimensjonijiet imkejla jintużaw għall-iskopijiet tal-ħtiġiet ta' hawn taħt u s-servizz tekniku jista' mbagħad, jekk ikun meħieġ, iwettaq kejl addizzjonali fuq vetturi għajr dawk sottomessi skond it-taqsima 3.3. Madankollu, il-valuri tal-limiti stabbiliti fl-Anness I mad-Direttiva 96/63/KE ma jistgħux jinqabżu."

13. It-taqsimiet 7.4.2.5 u 7.4.2.5.1 jiġu mibdula b'dan li ġej:

"7.4.2.5. Meta l-vettura tkun imgħobbija sal-massa tagħha M skond xi waħda mis-sitwazzjonijiet rilevanti deskritti fit-taqsimiet 7.4.2.5.1 jew 7.4.2.5.2, il-massa li tikkorrispondi mat-tagħbija fuq il-fus "i" ma għandhiex taqbeż il-massa Mi fuq dan il-fus, u l-massa li tikkorrispondi mat-tagħbija fuq il-fus waħdieni jew il-grupp tal-fusien "j" ma għandhiex taqbeż il-massa μi:.

7.4.2.5.1. Id-distribuzzjoni uniformi tal-massa tfisser li l-vettura taħdem b'massa ta' 75 kg ipposizzjonata fuq kull post tal-passiġġieri titgħabba sal-massa tagħha M, bit-tagħbija tkun imqassma b'mod uniformi fuq iż-żona ddeżinjata għat-trasport ta' l-oġġetti."

14. Jitħassru t-taqsimiet 7.4.2.5.1.1 u 7.4.2.5.1.2.

15. It-taqsima 7.4.2.5.2 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"7.4.2.5.2. Fil-każ tad-distribuzzjoni estrema tal-massa (tagħbija mhux uniformi), il-manifattur għqndu jiddikjara l-posizzjonijiet estremi permessibbli possibbli taċ-ċentru tal-gravità tat-tagħbija u/jew tal-karozzerija u/jew tat-tagħmir jew muntaġġi nterni (per eżempju: minn 0,50 sa 1,30 m il quddiem mill-ewwel fus fuq wara, bil-vettura f'kondizzjoni ta' sewqan u massa ta' 75 kg ipposizzjonata fuq kull post tal-passiġġieri mgħobbi sal-massa tiegħu M)."

16. Jitħassru t-taqsimiet 7.4.2.5.2.1 sa 7.4.2.5.3.2.

17. It-taqsima 7.4.3.2 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"7.4.3.2. Il-massa tal-vettura f'kondizzjoni ta' sewqavn, magħduda mal-massa Q immoltiplikata bin-numru tal-passiġġieri bil-qiegħda u bil-wieqfa, magħduda mal-mases WP, B u BX kif iddefiniti fit-taqsima 7.4.3.3.1, magħduda mal-massa teknika massima permissibbli fuq il-post tal-igganċjar, jekk ikun twaħħal ġanċ mill-manifattur, ma għandhomx jaqbżu l-massa M."

18. It-taqsima 7.4..3.3.1 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"7.4.3.3.1. Il-vettura f'kondizzjonmi ta' sewqan tiġi mgħobbija bi: massa li tikkorrispondi man-numru P tal-passiġġieri bil-qiegħda, tal-massa Q; massa li tikkorispondi man-numru tal-passiġġieri bil-wieqfa SP, tal-massa Q imqassma b'mod uniformi fuq il-wiċċ disponibbli għall-passiġġieri bil-wieqfa S1; meta approprjat, massa WP imqassma b'mod uniformi fuq kull spazju ta' siġġu tar-roti; massa ugwali għal B (kg) imqassma b'mod uniformi fuq il-kompartimenti tal-bagalji; massa ugwali għal BX (kg) imqassma b'mod unformi fuq iż-żona tal-wiċċ tas-saqaf imgħammra għall-ġarr tal-bagalji, fejn:

il-P huwa n-numru tal-postijiet bil-qiegħda.

il-S1 huwa ż-żona tal-passiġġieri bil-wieqfa. Fil-każ tal-vetturi tal-klassjiet III jew B, il-S1 = 0.

Il-SP, iddikjarat mill-manifattur, ma għandux jaqbeż il-valur ta' S1/Ssp, meta l-Ssp huwa l-ispazju konvenzjonali pprovvdut għal passiġġier wieħed bil-wieqfa speċifikat fit-tabella ta' hawn taħt.

Il-WP (kg), huwa n-numru ta' l-ispazji għas-siġġijiet tar-roti mmoltiplikat b'250 kg li jirrappreżenta l-massa tas-siġġu tar-roti u l-utent.

Il-B (kg), iddikjarat mill-manifattur, għandu ikollu valur numeriku mhux inqas minn 100 x V. Dan għandu jinkludi l-kompartimenti jew l-ixkafef tal-bagalji li jistgħu jitwaħħlu fuq in-naħa ta' barra tal-vettura.

Il-V huwa l-volum totali tal-kompartimentri tal-bagalji f'm3. Medta tkun qiegħda tiġi approvata vettura tal-Klassi I jew A, ma għandux jingħata każ tal-volum tal-kompartimenti tal-bagalji.

Il-BX, iddikjarat mill-manifattur, għandu ikollu valur numeriku ta' mhux inqas minn 75 kg/m2. Il-vetturi ta' żewġ soqfa ma għandhomx ikunu mgħammra għall-ġarr tal-bagalji fuq is-saqaf u għalhekk il-BX għall-vetturi ta' żewġ soqfa għandu jkun żero.

Il-Q u l-Ssp għandhom il-valuri stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Il-Klassi tal-vettura | Il-Massa Q (kg) għal passiġġier wieħed | L-Ispazju konvenzjonali Ssp (m2/passiġġier) għal passiġġier wieħed bil -wieqfa |

Il-Klassi I u A | 68 | 0,125 |

Il-Klasi II | 71 [1] | 0,15 |

Il-Klassi III u B | 71 [1] | Xejn" |

19. Jiddaħħlu t-taqsimiet minn 7.4.3.3.2 sa 7.4.3.3.2.3 li ġejjin:

"7.4.3.3.2. Fil-każ ta' vettura mgħammra b'kapaċità ta' postijiet ta' bil-qiegħda li jvarjaw, iż-żona disponibbli għall-passiġġieri bil-wieqfa (S1) u/jew imgħammra għall-ġarr tas-siġġijiet tar-roti, għandhom jiġu stabbiliti l-ħtġiet tat-taqsimiet 7.4.3.2 u 7.4.3.3 għal kull waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin skond kif tapplika.

7.4.3.3.2.1. Bil-postijiet kollha bil-qiegħda possibbli okkupati segwiti bil-bqija taż-żona għall-passiġġieri bil-wieqfa (sal-limitu tal-kapaċità ta' bil-wieqfa ddikajarat mill-manifattur, jekk milħuq) u, jekk jibqa' l-ispazju, kull post okkupat mis-siġġijiet tar-roti.

7.4.3.3.2.2. Bil-postijiet kollha bil-qiegħda possibbli okkupati segwiti bil-bqija taż-żona għall-passiġġieri bil-wieqfa (sal-limitu tal-kapaċità ta' bil-wieqfa ddikajarat mill-manifattur, jekk milħuq) u, jekk jibqa' l-ispazju, kull post okkupat mis-siġġijiet tar-roti.

7.4.3.3.2.3. Bil-postijiet kollha tas-siġġijiet tar-roti possibbli okkupati segwiti bil-bqija taż-żona għall-passiġġieri bil-wieqfa (sal-limitu tal-kapaċita ta' bil-wieqfa ddikjarat mill-manifattur, jekk milħuq) u mbagħad bil-bqija tal-postjiet ta' bil-qiegħda disponibbli okkupati."

20. It-taqsima 7.4.3.4 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"7.4.3.4. Meta l-vettura tkun f'kondizzjoni ta' sewqan jew imgħobbija kif speċifikat fit-taqsima 7.4.3.3.1, il-massa li tikkorrispondi mat- tagħbija fuq il-fus jew il-grupp tal-fusien fuq quddiem ma għandhiex tkun inqas mill-perċentwal tal-massa tal-vettura f'kondizzjoni ta' sewqan jew tal-massa massima mgħobbija teknikament possibbli "M" stabbilita fit-tabella li ġejja:

Il-Klassi I u A | Il-Klasi II | Il-Klassi III u B |

Riġida | Artikolata | Riġida | Artikolata | Riġida | Artikolata |

20 | 20 | 25 [2] | 20 | 25 [2] | 20" |

21. Tiddaħħal it-taqsima 7.4.3.5 li ġejja:

"7.4.3.5. Meta vettura tkun għandha tiġi approvata għal iktar minn Klassi waħda, it-taqsimiet 7.4.3.2 u 7.4.3.3 għandhom japplikaw għal kull Klassi."

22. Fit-taqsima 7.4.4 it-Titolu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"7.4.4. Il-Ħtiġiet għall-karavani bil-karru".

23. Fit-taqsima 7.6.1, it-tieni sentenza tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Għall-vetturi bil-mutur u s-semi-karrijiet b'mezzi tar-rfigħ tal-fusien (ara t-taqsima 2.14), din il-ħtieġa tapplika wkoll għall-veturi bil-mutur bil-fus/fusien li jintrefgħu u jinżlu fil-posizzjoni merfugħa jew bil-fus/ien li jistgħu jitgħabbew fil-kondizzjoni ta' mingħajr tagħbija. Il-għajnuniet tal-bidu tax-xogħol bħalma huma l-fusien lijinżlu u jitilgħu li jwettqu l-ħtiġiet tat-taqsima 3.5 ta' l-Anness IV huma eżentati minn din il-ħieġa."

24. It-taqsimiet 7.6.2, 7.6.3 u 7.6.4 jiġu mibdula b'dan li ġej:

"7.6.2. Ħtiġiet addizzjonali għall-vetturi tal-kategorija N:

Meta l-vettura tkun stazzjonarja u jkollha r-roti mmexxija mill-isteering hekk diretti illi jekk il-vettura titmexxa, il-punt l-iktar "il quddiem tagħha jagħmel ċirku ta' raġġ ta' 12.50 m, għandu jiġi stabbilit pjan vertikali tanġenzjali man-naħa tal-vettura li tħares" il quddiem miċ-ċirku billi tiġi mmarkata linja fuq l-art.

Meta l-vettura titmexxa l quddiem fuq kull waħda miż-żewġ naħat u ssegwi ċ-ċirku tar-raġġ ta' 12,50 m, l-ebda parti minnha ma għandha toħroġ mill-pjan verikali b'iktar minn 0,80 m (ara l-Figura B).

Għall-vetturi b'mezz tar-rfigħ tal-fus/ien din il-ħtieġa tapplika wkoll għall-vetturi bil-fus/ien fil-posizzjoni merfugħa (fit-tifsira tat-2.14). Għall-vetturi tal-kategorija N bil-fusien li jitilgħu u jinżlu fil-posizzjoni merfugħa, jew bil-fusien li jistgħu jitgħabbew fil-posizzjoni ta' mingħajr tagħbija, iċ-ċifra ta' 0,80 m tiġi mibdula b'1.00 m.

7.6.3. Ħtiġiet addizzjonali għall-vetturi tal-karegorija M2 jew M3:

Bil-vettura stazzjonarja, għandu jiġi stabbilit pjan vertikali tanġenzjali man-naħa tal-vettura u li jħares il barra miċ-ċirku billi tiġi mmarkata linja fuq l-art. Fil-każ ta' vettura artikolata, iż-żewġ porzjonijiet riġidi għandhom jiġu allineati mal-pjan. Meta l-vettura titmexxa minn avviċinament f'linja dritta għal ġoż-żona ċirkolari deskritta fit-taqsima 7.6.1, l-ebda parti minnha ma għandha toħroġ minn dan il-pjan vertikali b'iktar minn 0,60 m (ara l-figuri C u D).

7.6.4. Il-ħtiġiet tat-taqsimiet minn 7.6.1 sa 7.6.3 jistgħu jiġu vverifikati wkoll, fuq it-talba tal-manifattur, b'wirja approprjata ta' kalkolu jew ġeometrija ekwivalenti.

Jekk, fuq it-talba tal-manifattur, il-vetturi tal-kategorija N mingħajr il-fusien ta' wara mmexxija mill-isteering jiġu vverifikati skond il-karatteristiċi ġeometriċi tagħhom: vettura titqies li tikkonforma mal-ħtiġiet tal-paragrafu 7.6.2 ta' hawn fuq jekk il-parti li tisporġi fuq wara ma tkunx iktar minn 60 % tal-bażi tar-roti."

+++++ TIFF +++++

25. Fit-taqsima 7.6.4 il-Figura Ċ tiġi mibdula b'dan li ġej:I1 Figura C

R = 12,5 m

r = 5,3 m

U = maximum 0,6

+++++ TIFF +++++

26. Fit-taqsima 7.6.3, tiżdied il-Figura D li ġejja: I1 Figura Dfugure C

R = 12,5 m

r = 5,3 m

U = maximum 0,6

27. Tiddaħħal it-taqsima 7.6.5 li ġejja:

"7.6.5. Fil-każ tal-vetturi mhux ikkompletati, il-manifattur għandu jiddikjara d-dimensjonijiet massimi permissibbli li għalihom il-vettura għandha tiġi ċċekkjata mal-ħtiġiet tat-taqsimiet minn 7.6.1 sa 7.6.3."

28. It-taqsimiet 7.8.1 u 7.8.2 jiġu mibdula b'dan li ġej:

"7.8.1. Il-massa massima teknikament possibbli fuq il-punt tal-igganċjar ta' vettura bil-mutur sabiex tirmonka karru bil-fus fin-nofs u b'massa massima teknikament possibbli li tiġi rmunkata li taqbeż it-3,5 tunnellati metriċi għandha tkun mill-inqas ugwali għal 10 % tal-massa massima tagħha teknikament possibbli li tiġi rmunkata, jew 1000 kg, liema minnhom hija l-inqas.

7.8.2. Il-massa massima teknikament possibbli fuq il-punt tal-igganċjar ta' vettura bil-mutur ddisinjata biex tirmonka karru bil-fus fin-nofs u b'massa massima teknikament possibbli li tiġi rmunkata li taqbeż it-3.5 tunnellati metriċi għandha tkun mill-inqas ugwali għal 4 % tal-massa massima tagħha teknikament possibbli li tiġi rmunkata, jew 25 kg, liema minnhom hija l-itqal."

29. It-taqsima 7.10 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"7.10. Il-proporzjon tal-qawwa tal-magna/massa massima

Il-vetturi bil-mutur għandhom jipprovdu output tal-qawwa tal-magna ta' mill-inqas 5 kW/t tal-massa massima mgħobbija teknikament possibbli tal-kombinazzjoni. Fil-każ ta' trattur ta' fuq it-triq, il-qawwa tal-magna għandha tkun mill-inqas ta' 2,2 kW/t. Il-qawwa tal-magna titkejjel skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE [3]."

B. L-Anness II jiġi emendat kif ġej:

1. It-taqsima 0.2 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"0.2. It-Tip."

+++++ TIFF +++++

2. It-taqsima 13 tiġi mibdula b'dan li ġej:

Ċ. L-Anness III jiġi emendat kif ġej:

"1.24.3. In-numru tal-postijiet tas-siġġijiet tar-roti għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 (2):"

D. L-Anness IV jiġi emendat kif ġej:

1. Titħassar it-taqsima 1.3.3.

2. It-taqsima 2.2.1 tiġi emendata kif ġej:

(a) Il-punt (ċ) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"ċ) il-vetturi b'massa massima li ma taqbiżx it-3,5 t maħsuba biss biex jirmunkaw karrijiet b' sistemi ta' brejkijiet bl-inerzja (overrun): il-massa massima mgħobbija permissibbli tar-reġistrazzjoni/fis-servizz tal-vettura, jew għal vetturi off-road (ara t-Taqsima 7.5 ta' l-Anness I) 1,5 drabi ta' din il-massa b'massima ta' 3,5 t;"

(b) Il-punt (e) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"e) il-vetturi maħsuba biex jirmunkaw il-karrijiet, barra minn semi-karrijiet, b'sistemi ta' brejkijiet kontinwi: 1,5 darbiet il-massa massima mgħobbija teknikament possibbli tar-reġistrazzjoni/fis-servizz tal-vettura."

3. Fit-taqsima 2.2.1, titħassar l-aħħar linja ta' l-ewwel paragrafu, li jinqara "basta li jitwettqu d-disposizzjonijiet tekniċi rilevanti kollha tad-Direttiva 96/53/KE."

4. Fit-taqsima 3.2, it-tieni sentenza tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Għal dan il-fini, il-fus li jitla' u jinżel jew li jista' jitgħabba għandu ikun iktar baxx lejn l-art jew jiġi mgħobbi awtomatikament jew l-eqreb fus/ien tal-grupp jew il-fus ta' quddiem tal-vettura jkunu mgħobbija sal-massa/mases massima/i tagħha/hom permissibbli tar-reġistrazzjoni/waqt ix-xogħol."

5. Titħassar it-taqsima 3.3.

6. Fit-taqsima 3.5.1, ir-raba' inċiż jiġi mibdul b'dan li ġej:

"— wara li l-vettura bil-mutur tkun telqet minn fuq il-post u qabel ma taqbeż il-veloċità ta' 30 km fis-siegħa, il-fus għandu jerġa' ikun awtomatikament iktar baxx lejn l-art jew jiġi mgħobbi mill-ġdid."

[1] "Jinkludi 3 kg għall-bagaliji ta' l-id.

[2] "Din iċ-ċifra titnaqqas għal 20 % għall-vetturi bi tliet fusien tal-Klassijiet II u III li jkollhom żewġ fusien imħaddma bl-"isteering

[3] ĠU L 375, tal-31.12 1991, p. 46.

--------------------------------------------------