32003L0016



Official Journal L 046 , 20/02/2003 P. 0024 - 0024


Direttiva tal-Kummissjoni 2003/16/KE

tad-19 ta' Frar 2003

li taddatta għall-progress tekniku l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/1/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti Kosmetiċi u l-Prodotti Mhux ta' l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi (SCCNFP),

Billi:

(1) Billi l-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti Kosmetiċi u l-Prodotti Mhux ta' l-Ikel Maħsuba għall-Konsumaturi (SCCNFP) jirrakkommanda illi l-ksilene tal-misk jista' jiġi użat fis-sigurtà fil-prodotti kosmetiċi, bl-esklużjoni tal-prodotti tal-kura orali, sa doża massima ta' kuljum teoretikament assorbita ta' madwar 10μg/kg/kuljum.

(2) Billi l-SCCNFP jirrakkommanda illi l-ketone tal-misk jista' jiġi użat fis-sigurtà fil-prodotti kosmetiċi, bl-esklużjoni tal-prodotti tal-kura orali, sa doża massima ta' kuljum teoretikament assorbita ta' madwar 14μg/kg/kuljum.

(3) Sakemm titlesta l-istima tar-riskji ta' dawn iż-żewġ sustanzi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar l-istima u l-kontroll tar-riskji tas-sustanzi eżistenti [3], dawn iż-żewġ sustanzi ġew inklużi proviżorjament, sat-28 ta' Frar 2003, fil-Parti 2 ta' l-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE.

(4) L-istima tar-riskji għadha ma ġietx ikkompletata skond ir-Regolament imsemmi hawn fuq. Għalhekk, għandu jittawwal il-perjodu taż-żmien ta' l-inklużjoni tal-ksilene tal-misk u tal-ketrone tal-misk fil-Parti 2 ta' l-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE.

(5) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-adattament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta' xkilijiet tekniċi għall-kummerċ fis-settur tal-prodotti kosmetiċi,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-data "tat-28.2.2003" tiġi mibdula bid-data "tat-30.9.2004" għan-numri ta' referenza 61 u 62 fil-kolonna g tal-Parti 2 ta' l-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mit-28 ta' Frar 2003.Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 5, ta' l-10.1.2003, p. 14.

[3] ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1.

--------------------------------------------------