32003E0897



Official Journal L 333 , 20/12/2003 P. 0096 - 0096


Strateġija Komuni 2003/897/CFSP tal-kunsill ewropew

tat-12 ta' Diċembru 2003

li temenda l-Istrateġija Komuni 1999/877/CFSP dwar l-Ukrajna sabiex testendi l-perjodu ta' l-applikazzjoni tagħha

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

Billi:

(1) L-Istrateġija Komuni 1999/877/CFSP ta' l-Unjoni Ewropea tal-11 ta' Diċembru 1999 dwar l-Ukrajna [1] skadiet fit-23 ta' Diċembru 2003.

(2) Huwa kkonsidrat meħtieġ li tiġi emendata l-Istrateġija Komuni 1999/877/CFSP sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' l-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DIN L-ISTRATEĠIJA KOMUNI:

Artikolu Uniku

Fit-Taqsima IV ta' l-Istrateġija Komuni 1999/877/CFSP, l-eweel punt imsejjaħ "Tul ta' Żmien" għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"67. Din l-Istrateġija Komuni għandha tgħodd sat-23 ta' Diċembru 2004. Hija tista' tiġi mtawwla, riveduta u, fejn meħtieġ, adattata mill-Kunsill Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kuinsill."

Din l-Istrateġija Komuni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Berlusconi

[1] ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 1.

--------------------------------------------------