Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0001 - 0008
Id-Deċiżjoni Nru 2317/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi programm għat-titjib tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004 sa 2008) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 149 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3], Wara li aġixxew skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], Billi: (1) Il-Komunità Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità, inter alia, permezz ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. (2) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona (23 u 24 ta’ Marzu 2000) enfasizzaw li jekk l-Ewropa għandha tilqa’ l-isfida tal-globalizzazzjoni, Stati Membri jeħtieġ li jadattaw is-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ professjonal tagħhom għad-domandi (għall-ħtiġiet) tas-soċjeta ta’ għarfien. (3) Il-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma (23 u 24 March 2001) indika li x-xogħol fuq l-insegwiment ta’ l-għanijiet ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ għandu jkun stmat fil-kuntest ta’ perspettiva mondjali (dinjija). Il-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona (15 u 16 ta’ Marzu 2002) kkonferma li ftuħ għal dinja iktar wiesa’ huwa wieħed mit-tliet prinċipji bażiċi għall-programm tax-xogħol għall-2010 għal sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ. (4) Il-Ministri ta’ l-Edukazzjoni Ewropej, fil-laqgħa ta’ Bolonja (19 ta’ Ġunju 1999), iddikjaraw fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom li huwa meħtieġ li jkun żgurat li s-sistema ta’ edukazzjoni Ewropea tikseb grad mondjali ta’ faxxinu (ġibda lejn) li jixraq lill-kisbiet kulturali u xjentifiċi maġġuri Ewropej. (5) Il-Ministri Ewropej responsabbli mill-edukazzjoni ogħla f’laqgħa fi Praga (19 ta’ Mejju 2001) komplew jenfasizzaw, inter alia, l-importanza li jikber il-faxxinu (il-ġibda lejn) ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea għal studenti mill-Ewropa u partijiet oħra tad-dinja. (6) Fil-komunikazzjoni tagħha dwar ir-rafforzar tal-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla, il-Kummissjoni argumentat li internazzjonalizzazzjoni akbar ta’ l-edukazzjoni ogħla hija meħtieġa biex twieġeb (tirreaġixxi) għall-isfidi tal-proċess ta’ globalizzazzjoni, identifikat għanijiet ġenerali għal strateġija ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f’dan il-qasam u ssuġġeriet miżuri konkreti biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. (7) Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Frar 2002 dwar il-promozzjoni tad-diversita lingwistika u tagħlim tal-lingwi fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet tas-sena Ewropea tal-lingwi 2001 [5] tenfasizza l-ħtieġa għall-Unjoni Ewropea biex tqis il-prinċipju tad-diversita lingwistika fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi. (8) L-istituzzjonijiet akkademiċi fl-Unjoni Ewropea jimmiraw biex ikabbru s-sehem ta’ studenti internazzjonalment mobbli. Hemm rikonoxximent wiesa’ tal-potenzal kbir irrappreżentat mis-saħħiet individwali magħquda ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropej, mid-diversita edukattiva tagħhom u l-esperjenza wiesa’ tagħhom f’networking u f’koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, li jagħmel possibli għalihom li joffru korsijiet ta’ kwalità kbira (għolja) unika fl-Ewropa u jippermettu li l-benefiċċji ta’ mobilita internazzjonali jitqassmu iktar fil-wisa’ ġewwa l-Komunità u l-pajjiżi sħab (partner) tagħha. (9) L-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropej għandhom jibqgħu f’pożizzjoni li jmexxu l-iżviluppi. Għal dan il-għan huma għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ma’ istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu laħqu livell ta’ żvilupp komparabbli ma’ dak ta’ istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni ogħla fil-Komunità. L-edukazzjoni ogħla għandha tiftiehem fit-totalita tagħha, li tagħha t-taħriġ ogħla professjonali (vokazzjonali) jagħmel sehem integru, filwaqt li jqis it-trejqiet speċifiċi bħal korsijiet ta’ taħriġ għal inġinieri jew tekniċi ogħla. (10) L-għan ta’ dan il-programm huwa li jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla fl-Ewropa u fl-istess ħin li jkollu impatt fuq il-viżibilita u l-perċezzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea madwar id-dinja, kif ukoll jibni kapital ta’ rieda tajba fost dawk li jkunu pparteċipaw fil-programm. (11) Dan il-programm jipprovdi għall-istabbiliment ta’ "kors masters ta’ l-Erasmus Mundus" li jagħmel possibbli għall-istudenti li jivvjaġġaw madwar l-Ewropa jattendu diversi universitajiet differenti. Din id-dimensjoni ta’ edukazzjoni ogħla għandha tqis ir-reviżjoni ta’ programmi eżistenti bħal Socrates (Erasmus), biex jittieħdu miżuri adegwati li jippromwovu aċċess għal dan il-programm lil studenti Ewropej. (12) L-azzjoni Komunitarja għandha tkun immaniġġata b’manjiera li tkun trasparenti, utent-bonarja, miftuħa u li tiftiehem. (13) Fil-promozzjoni ta’ mobilita internazzjonali, il-Komunità għandha żżomm f’moħħha l-fenomenu magħruf komunement bħala "it-telf ta’ l-imħuħ". (14) Hemm ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi Komunitarji għall-promozzjoni ta’ djalogu u fehim bejn kulturi mad-dinja kollha, filwaqt li jinżammu fil-moħħ id-dimensjoni soċjali ta’ l-edukazzjoni ogħla kif ukoll l-ideali tad-demokrazija u rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-ugwaljanza tas-sessi, b’mod speċjali billi l-mobilita tinkoraġġixxi l-iskoperta ta’ ambjenti kulturali u soċjali ġodda u tiffaċilita l-fehim tagħhom, u filwaqt li tagħmel hekk tiżgura li ebda grupp ta’ ċittadini jew nazzjonali (ċittadini) ta’ pajjiżi terzi ma jkun eskluż jew żvantaġġat kif imsemmi fl-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. (15) Biex ikun irrafforzat il-valur miżjud ta’ l-azzjoni Komunitarja huwa meħtieġ li jkunu żgurati l-koerenza u l-komplimentarita bejn l-azzjonijiet implimentati fil-qafas ta’ din id-Deċiżjoni u politiki, strumenti u azzjonijiet Komunitarji relevanti oħra, b’mod partikolari s-sitt programm qafas għar-riċerka stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE [6] u programmi ta’ koperazzjoni esterna fis-settur ta’ l-edukazzjoni ogħla. (16) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim dwar iż-ŻEE) jipprovdi għall-koperazzjoni ikbar fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-pajjiżi ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Kummerċ Liberu parteċipanti fiż-Żona Ekonomika Ewropea (Stati tas-ŻEA-AEKL), mill-oħra; il-kondizzjonijiet u r-regoli ddettaljati għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msemmija hawn iktar ’il fuq f’dan il-programm għandhom ikunu stabbiliti skond id-disposizzjonijiet relevanti tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. (17) Il-kondizzjonijiet u r-regoli ddettaljati għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati ċentrali u tal-lvant Ewropej (PĊLEi) f’dan il-programm għandhom ikunu stabbiliti skond id-disposizzjonijiet preskritti fil-ftehim Ewropej, fil-Protokolli addizzjonali u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta’ Assoċjazzjoni rispettivi tagħhom. Rigward Ċipru, il-parteċipazzjoni għandha tkun iffinanzjata b’approprjazzjonijiet addizzjonali skond il-proċeduri li għandhom ikunu maqbula ma’ dak il-pajjiż. Rigward Malta u t-Turkija, parteċipazzjoni għandha tkun iffinanzjata b’approprjazzjonijiet addizzjonali skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat. (18) Dan il-programm għandu jkun regolarment immonitorjat u vvalutat f’koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jippermetti riaġġustamenti, b’mod partikolari rigward il-prijorita għall-implimentar tal-miżuri; il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni esterna u indipendenti. (19) Ladarba l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta dwar il-kontribuzzjoni ta’ koperazzjoni Ewropea għal edukazzjoni ta’ kwalità ma’ jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, inter alia, minħabba l-ħtieġa ta’ partenarjati multilaterali u mobilita multilaterali u skambji ta’ informazzjoni bejn il-Komunità u pajjiżi terzi u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju minħabba d-dimensjoni trasnazzjonali ta’ l-azzjonijiet u miżuri Komunitarji, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju taa-sussidjarita kif miġjub fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalita kif miġjub f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. (20) Din id-Deċiżjoni tippreskrivi għat-tul taż-żmien kollu tal-programm qafas finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u titjib tal-proċedura tal-budget [7], għall-awtorita tal-budget matul il-proċedura annwali tal-budget. (21) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzu tas-setgħat ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [8], IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Stabbiliment tal-programm 1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm - "Erasmus Mundus" (hawn iżjed ’il quddiem "il-programm") - għat-titjib tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla ġewwa l-Unjoni Ewropea u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. 2. Il-programm għandu jkun implimentat fuq perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2004 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2008. 3. Il-programm għandu jappoġġa u jissuplimenta l-azzjoni meħuda minn jew fl-Istati Membri filwaqt li tkun irrispettata b’mod komplet ir-responsabbilta tagħhom għall-kontenut ta’ edukazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ, u d-diversita lingwistika u kulturali tagħhom. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għan ta’ din id-Deċiżjoni: 1. "istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla" tfisser kull istituzzjoni li skond il-leġislazzjoni nazzjonali jew prassi toffri kwalifikazzjonijiet jew lawrji f’dak il-livell, jissejħu x’jissejħu stabbilimenti tali; 2. "student illawrjat ta’ pajjiż terz" tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz barra minn dawk minn Stati taż-ŻEE-AEKL u pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea, li diġa kiseb l-ewwel lawrja fl-edukazzjoni ogħla, mhux residenti f’xi wieħed mill-Istati Membri jew il-pajjiżi parteċipanti kif ipprovdut fl-Artikolu 11, li ma jkunx wettaq l-attivita prinċipali tiegħu jew tagħha (studji, xogħol, eċċ.) għal iktar minn total ta’ 12-il xahar matul l-aħħar ħames snin f’xi wieħed mill-Istati Membri jew il-pajjiżi parteċipanti; u li kien aċċettat biex jirreġistra jew huwa rreġistrat fil-Kors Masters Erasmus Mundus kif deskritt fl-Anness; 3. "skular ta’ pajjiż terz" tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz barra minn dawk l-Istati taż-ŻEE-AEKL u pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea, li mhux residenti f’xi wieħed mill-Istati Membri jew il-pajjiżi parteċipanti kif ipprovdut fl-Artikolu 11, li ma jkunx wettaq l-attivita prinċipali tiegħu jew tagħha (studji, xogħol, eċċ.) għal iktar minn total ta’ 12-il xahar matul l-aħħar ħames snin f’xi wieħed mill-Istati Membri jew il-pajjiżi parteċipanti, u li għandu esperjenza akkademika u/jew professjonali eċċellenti; 4. "studji għal-lawrja jew wara l-lawrja" tfisser korsijiet ta’ edukazzjoni ogħla li jsegwu l-ewwel grad li jdumu minimu ta’ tliet snin u jwasslu għat-tieni grad jew iktar. Artikolu 3 Għanijiet tal-programm 1. Il-mira ġenerali tal-programm hija li jgħolli l-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea bl-inkoraġġiment ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi biex itejjeb l-iżvilupp tar-riżorsi umani u jippromvwovi djalogu u fehim bejn popli u kulturi. 2. L-għanijiet speċifiċi tal-programm huma: (a) li jippromwovu offerta ta’ kwalità fl-edukazzjoni ogħla b’valur miżjud distint Ewropew, affaxxinanti (li jiġbdek) kemm ġewwa l-Unjoni Ewropea kif ukoll lilhinn mill-konfini tagħha; (b) li jinkoraġġixxu u jagħmel possibbli għal lawrjati u skulari bi kwalifiki għolja mid-dinja kollha, li jiksbu kwalifiki u/jew esperjenza fl-Unjoni Ewropea; (ċ) li jiżviluppaw koperazzjoni iktar strutturata bejn l-Unjoni Ewropea u istituzzjonijiet ta’ pajjiżi oħra u mobilita ’l barra ikbar ta’ l-Unjoni Ewropea bħala parti minn programmi ta’ studju Ewropej; (d) li jtejbu l-aċċessibilita u jgħollu l-profil u l-viżibilita ta’ l-edukazzjoni ogħla fl-Unjoni Ewropea. 3. Il-Kummissjoni għandha, meta ssegwi l-għanijiet tal-programm, tosserva l-politika ġenerali tal-Komunità dwar opportunitajiet ugwali għal irġiel u nisa. Il-Kummissjoni għandha wkoll tiżgura li ebda grupp ta’ ċittadini jew nazzjonali (ċittadini) ta’ pajjiżi terzi ma jkunu esklużi jew żvantaġġati. Artikolu 4 Azzjonijiet tal-programm 1. L-għanijiet tal-programm kif miġjubin fl-Artikolu 3 għandhom ikunu segwiti permezz l-azzjonijiet li ġejjin: (a) korsijiet masters Erasmus Mundus magħżula fuq il-bażi tal-kwalità tat-taħriġ propost u ospitalita ta’ studenti; (b) partenarjati ma’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla ta’ pajjiżi terzi; (d) miżuri li jgħollu l-faxxinu ta’ l-Ewropa bħala destinazzjoni edukattiva; (e) miżuri ta’ appoġġ tekniku. 2. Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu rrealizzati bl-użu tal-proċeduri deskritti fl-Anness, u permezz tat-tipi ta’ l-avviċinamenti li ġejjin, li jistgħu jingħaqdu flimkien fejn xieraq: (a) appoġġ għall-iżvilupp ta’ programmi edukattivi konġunti u koperazzjoni ta’ xbieki (networks) li jiffaċilitaw l-iskambju ta’ esperjenza u prassi tajba; (b) appoġġ imtejjeb għal mobilita, bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, ta’ nies fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla; (ċ) promozzjoni ta’ kapaċitajiet fil-lingwi, preferibilment billi jipprovdu lill-istudenti l-possibilta li jitgħallmu għal-inqas tnejn mil-lingwi mitkellma fil-pajjiżi li fihom l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla involuti fil-kors masters Erasmus Mundus huma llokati, u promozzjoni tal-fehim ta’ kulturi differenti; (d) appoġġ għal proġetti sperimentali bbażati fuq partenarjati trasnazzjonali ddisinjati biex jiżviluppaw innovazzjoni u kwalità fl-edukazzjoni ogħla; (e) appoġġ għall-analiżi u insegwiment ta’ tendenzi fi, u evoluzzjoni ta’, edukazzjoni ogħla f’perspettiva internazzjonali. Artikolu 5 Aċċess għall-programm Taħt il-kondizzjonijiet u arranġamenti għall-implimentazzjoni speċifikati fl-Anness I u filwaqt li jinżammu fil-moħħ id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2, il-programm huma mmirat b’mod partikolari lejn: (a) istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla; (b) studenti li jkunu kisbu l-ewwel lawrja mogħtija minn istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla; (ċ) skulari jew professjonisti li jgħallmu (jagħtu lectures) jew imexxu riċerka; (d) staff direttament involut fl-edukazzjoni ogħla; (e) korpi pubbliċi jew privati oħra attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla li jistgħu jieħdu sehem biss fl-azzjonijiet 4 u 5 fl-Anness. Artikolu 6 Implimentazzjoni tal-programm u koperazzjoni ma’ l-Istati Membri 1. Il-Kummissjoni għandha: (a) tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta’ l-azzjonijiet Komunitarji koperti mill-programm skond l-Anness; (b) tqis il-koperazzjoni bilaterali ma’ pajjiżi terzi li jkunu ndaħlu għaliha l-Istati Membri; (ċ) tikkonsulta ma’ l-assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet relevanti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla fil-livell Ewropew u tgħarraf lill-Kumitat li jirreferi għalih l-Artikolu 8 bl-opinjonijiet tagħhom; (d) tfittex sinerġiji u tiżviluppa azzjonijiet konġunti ma’ programmi u azzjonijiet Komunitarji oħra fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla u riċerka. 2. L-Istati Membri għandhom: (a) jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw it-tmexxija effiċjenti tal-programm fil-livell ta’ Stat Membru billi jinvolvu l-partijiet kollha kkonċernati fl-edukazzjoni skond il-prassi nazzjonali inklużi sforzi biex ikunu adottati miżuri tali li jistgħu jkunu kkunsidrati xierqa biex jitneħħew ostakoli (barrieri) legali u amministrattivi; (b) jaħtru strutturi xierqa biex jikkoperaw mill-qrib mal-Kummissjoni; (ċ) jinkoraġġixxu sinerġiji potenzali ma’ programmi Komunitarji oħra u inizjattivi nazzjonali simili oħra possibbli meħuda f’livell ta’ Stat Membru. 3. Il-Kummissjoni, f’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha tiżgura: (a) informazzjoni xierqa, pubbliċita u insegwiment rigward l-azzjonijiet appoġġati mill-programm; (b) t-tixrid tar-riżultati ta’ l-azzjonijiet meħuda ġewwa l-qafas tal-programm. Artikolu 7 Miżuri ta’ implimentazzjoni 1. Il-miżuri li ġejjin meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura tal-maniġment li jirreferi għaliha l-Artikolu 8(2): (a) il-pjan tax-xogħol annwali, inklużi l-prijoritajiet; (b) il-kriterji u l-proċeduri ta’ l-għażla, inklużi l-komposizzjoni u r-regoli interni tal-bord ta’ l-għażla, u r-riżultati ta’ l-għażliet għall-Azzjoni 1, b’rispett dovut għad-disposizzjonijiet miġjuba fl-Anness; (ċ) il-linji gwida ġenerali għall-implimentar tal-programm; (d) il-budget annwali, it-tqassim tal-fondi fost l-azzjonijiet differenti tal-programm u ammonti indikattivi ta’ għotjiet; (e) l-arranġamenti għall-immonitorjar u l-valutazzjoni tal-programm u għat-tixrid u t-trasferiment tar-riżultati. 2. Proposti għal deċiżjonijiet dwar ir-riżultati ta’ l-għażla, ħlief għażliet għall-Azzjoni 1, u l-miżuri kollha l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura konsultattiva li jirreferi għaliha l-Artikolu 8(3). Artikolu 8 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna b’Kumitat. 2. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikawi, waqt li jitqiesu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn. 3. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jitqiesu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. 4. Il-Kumitat għandu jaddotta r-Regoli Interni (Regoli ta’ Proċedura) tiegħu. Artikolu 9 Finanzjament 1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1 qiegħed b’dan jiġi ffissat għal 230 miljun EUR. Għall-perjodu wara l-31 Diċembru 2006, dan l-ammont għandu jitqies li ġie kkonfermat jekk ikun konsistenti għal din il-fażi mal-perspettivi finanzjarji fis-seħħ għall-perjodu li jibda fl-2007. 2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorita tal-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja. Artikolu 10 Konsistenza u komplimentarita 1. Il-Kummissjoni għandha, f’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, tiżgura konsistenza u komplimentarita ma’ politiki, strumenti u azzjonijiet Komunitarji relevanti oħra, b’mod partikolari mas-sitt programm qafas għal riċerka u ma’ programmi ta’ koperazzjoni esterna fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla. 2. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat li jirreferi għalih l-Artikolu 8(1) regolarment informat bl-inizzjattivi tal-Komunità meħuda f’oqsma relevanti, tiżgura rabta effiċjenti u, fejn xieraq, azzjonijiet konġunti bejn il-programm u l-programmi u azzjonijiet fiż-żona ta’ l-edukazzjoni meħuda ġewwa l-qafas tal-koperazzjoni tal-Komunità ma’ pajjiżi terzi, inklużi ftehim bilaterali, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. Artikolu 11 Partiċipazzjoni ta’ l-Istati taż-ŻEE-AEKL u pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea Il-kondizzjonijiet u r-regoli ddettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-Istati taż-ŻEE-AEKL u pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea fil-programm għandhom ikunu stabbiliti skond id-disposizzjonijiet relevanti ta’ l-istrumenti li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u dawn il-pajjiżi. Artikolu 12 Immonitorjar u valutazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha regolarment timmonitorja l-programm f’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri. Ir-riżultati tal-proċess ta’ mmonitorjar u valutazzjoni għandhom ikunu utilizzati meta l-programm ikun implimentat. Dan l-immonitorjar għandu jinkludi r-rapporti li jirreferixxi għalihom l-paragrafu 3 u attivitajiet speċifiċi. 2. Il-programm għandu jkun ivvalutat regolarment mill-Kummissjoni filwaqt li tikkunsidra l-għanijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, l-impatt tal-programm fit-totalita tiegħu u l-komplimentarita bejn azzjoni taħt il-programm u dik segwita taħt politiki, strumenti u azzjonijiet relevanti Komunitarji oħra. 3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: (a) ma’ l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda, rapport dwar ir-riperkuzzjonijiet finanzjarji ta’ dawn l-adeżjonijiet fuq il-programm, segwit, jekk xieraq, minn proposti kif tittratta dawk ir-riperkussjonijiet. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jieħdu deċiżjoni dwar proposti tali kemm jista’ jkun malajr; (b) rapport interim ta’ valutazzjoni dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi ta’ l-implimentazzjoni tal-programm sat-30 ta’ Ġunju 2007; (ċ) akomunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-programm sal-31 ta’ Diċembru 2007; (d) rapport ta’ valutazzjoni ex post sal-31 ta’ Diċembru 2009. Artikolu 13 Dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Diċembru 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President P. Lunardi [1] ĠUK 331 E, 31.12.02, p. 25. [2] ĠU C 95, 23.04.03, p. 35. [3] ĠU C 244, 10.10.03, p. 14. [4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ April 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 (ĠU C 240 E, tas-7.10.2003, p. 1) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [5] ĠU C 50, 23.02.02, p. 1. [6] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 dwar is-sitt programm qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoliġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, kontribuzzjoni għall-ħolqien ta’ Żona ta’ Riċerka Ewropea u ta’ innovazzjoni (2002 sa 2006) (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1). [7] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1; Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, ta’ l-14.6.2003, p. 25). [8] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23. -------------------------------------------------- ANNESS AZZJONIJIET KOMUNITARJI U PROĊEDURI TA’ L-GĦAŻLA AZZJONI 1: AZZJONI 2: AZZJONI 3: AZZJONI 4: AZZJONI 5: PROĊEDURI TA’ L-GĦAŻLA AZZJONI 1: KORSIJIET MASTERS TA’ L-Erasmus MUNDUS 1. Il-Komunità għandha tagħżel korsijiet Ewropej ta’ wara l-lawrja li, għall-għanijiet tal-programm, ikunu jissejħu "korsijiet masters Erasmus Mundus" u għandhom jintagħżlu fuq il-bażi tal-kwalità tal-korsijiet offruti u ospitalita ta’ studenti, kif ipprovdut taħt "Proċeduri għall-għażla" f’dan l-Anness. 2. Għall-għan ta’ dan il-programm, korsijiet masters Erasmus Mundus għandhom: (a) jinvolvu minimu ta’ tliet istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla minn tliet Stati Membri differenti; (b) jimplimentaw programm ta’ studju li jinvolvi perjodu ta’ studju għall-inqas f’żewġ mit-tliet istituzzjonijiet taħt il-punt (a); (ċ) ikollhom mekkaniżmi interni (built-in) għar-rikonoxximent ta’ perjodi ta’ studju meħuda f’istituzzjonijiet sħab (partner) ibbażati fuq, jew kompatibbli ma’, is-sistema Ewropea ta’ trasferiment ta’ credit; (d) jirriżultaw fl-għotja ta’ gradi konġunti, doppji jew multipli, irrikonoxxuti jew akkreditati mill-Istati Membri, mill-istituzzjonijiet parteċipanti; (e) jirriżervaw minimu ta’ postijiet għal, u jospitaw, studenti minn pajjiżi terzi li ngħataw appoġġ finanzjarju taħt il-programm; (f) jistabbilixxu kondizzjonijiet trasparenti għal ammissjonijiet li dovutement jirrispettaw, inter alia, kwistjonijiet ta’ ġeneru u kwistjonijiet ta’ ekwita; (g) jaqblu li jirrispettaw ir-regoli applikabbli għall-proċedura ta’ l-għażla ta’ dawk li se jintgħażlu (grantees) (studenti u skulari); (h) jistabbilixxu arranġamenti xierqa li jiffaċilitaw l-aċċess għal, u l-ospitalita ta’, studenti minn pajjiżi terzi (faċilitajiet ta’ informazzjoni, akkomodazzjoni, eċċ.); (i) mingħajr preġudizzju għall-lingwa ta’ istruzzjoni, jipprovdu għall-użu ta’ għall-inqas żewġ lingwi Ewropej mitkellma fl-Istati Membri fejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla involuti fil-kors masters Erasmus Mundus huma llokati u, jekk xieraq, għal preparazzjoni u assistenza lingwistika għal studenti, b’mod partikolari permezz ta’ korsijiet organizzati mill-istituzzjonijiet in kwistjoni. 3. korsijiet masters Erasmus Mundus għandhom jintgħażlu għal perjodu ta’ ħames snin, suġġetti għal proċedura ħafifa annwali ta’ tiġdid ibbażata fuq l-irrapportar ta’ progress, liema perjodu jista’ jinkludi attivitajiet preparatorji ta’ sena qabel mal-kors attwali jibda għaddej. Rappreżentanza bbilanċjata f’oqsma differenti ta’ studju għandha tintalab (tkun infittxija) matul iż-żmien kollu tal-programm. Il-Komunità tista’ tipprovdi appoġġ finanzjarju għal korsijiet masters Erasmus Mundus u l-finanzjament ghandu jkun suġġett għall-proċedura annwali ta’ tiġdid. AZZJONI 2: BOROŻ TA’ STUDJU 1. Il-Komunità għandi tistabbilixxi skema unika, globali ta’ boroż ta’ studju mmirata lejn studenti gradwati u skulari tal-pajjiżi terzi. (a) l-Komunità tista’ tipprovdi appoġġ finanzjarju lil studenti ta’ pajjiżi terzi li jkunu ammessi, permezz ta’ proċess kompetittiv, għall-korsijiet masters Erasmus Mundus. (b) Il-Komunità tista’ tipprovdi appoġġ finanzjarju lil skulari ta’ pajjiżi terzi li jżuru l-korsijiet masters Erasmus Mundus, bil-ħsieb li jwettqu inkarigi ta’ tagħlim u riċerka u xogħol bir-reqqa ta’ skulari (scholarly) fl-istituzzjonijiet parteċipanti fil-korsijiet masters Erasmus Mundus. 2. Boroż ta’ studju jinfetħu għal studenti llawrjati u skulari minn pajjiżi terzi kif iddefinit fl-Artikolu 2, mingħajr ebda kondizzjoni minn qabel għal parteċipazzjoni ħlief l-eżistenza ta’ relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ l-istudenti jew skulari in kwestjoni. 3. The Commission shall take steps to ensure that no student or scholar riċevitur Finanzjarju jappoġġa (jew isostni) for the same purpose under more than one Komunità programme. AZZJONI 3: PARTENARJATI MA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ EDUKAZZJONI OGĦLA TA’ PAJJIŻI TERZI 1. Il-Komunità tista’ tappoġġa relazzjonijiet strutturati bejn korsijiet masters Erasmus Mundus u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiżi terzi. Filwaqt li jkunu kkunsidrati l-kriterji l-aktar importanti tal-kwalità, distribuzzjoni ġeografika varjata fost l-istutizzjonijiet tal-pajjiżi terzi parteċipanti fil-programm għandha wkoll tittieħed f’kunsiderazzjoni. Il-partenarjati għandhom jipprovdu l-qafas tal-mobilita ‘l barra ta’ studenti u skulari ta’ l-Unjoni Ewropea involuti fil-korsijiet masters Erasmus Mundus. 2. Il-partenarjati għandhom: - jinvolvu kors masters Erasmus Mundus u għall-inqas istituzzjoni waħda ta’ edukazzjoni ogħla minn pajjiż terz, - ikunu appoġġati għal perjodi ta’ sa tliet snin, - jipprovdu qafas ta’ mobilita ‘l barra għal studenti rreġistrati fil-korsijiet masters Erasmus Mundus u fil-korsijiet ta’ l-għalliema; studenti u skulari eliġibbli għandhom ikunu ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea jew nazzjonali (ċittadini) ta’ pajjiż terz li kienu residenti legali fl-Unjoni Ewropea għall-inqas għal tliet snin (u għal għanijiet oħra minbarra studju) qabel il-bidu tal-mobilita ‘l barra, - jiżguraw ir-rikonoxximent ta’ perjodi ta’ studju fl-istituzzjoni ospiti (i.e., mhux-Ewropea). 3. Attivitajiet ta’ proġetti f’partenarjat jistgħu wkoll jinkludu: - karigi ta’ għalliema f’istituzzjoni sħab (partner) li tappoġġa l-iżvilupp ta’ kurrikulum tal-proġett, - skambji ta’ għalliema, trainers, amministraturi, u speċjalisti relevanti oħra, - żvilupp u tixrid metodoloġiji ġodda fl-edukazzjoni, inklużi l-użu ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, e-tagħlim, u tagħlim miftuħ u distanti (‘il bogħod), - żvilupp ta’ skemi ta’ koperazzjoni ma’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiżi terzi bil-ħsieb li joffru kors fil-pajjiż in kwistjoni. AZZJONI 4: TITJIB TAL-FAXXINU 1. Permezz ta’ din l-azzjoni, il-Komunità tista’ tappoġġa attivitajiet immirati lejn titjib tal-profil u viżibilita ta’, u aċċessibilita għal, edukazzjoni Ewropea. Il-Komunità għandha wkoll tappoġġa attivitajiet komplimentari li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-programm inklużi attivitajiet li jittrattaw id-dimensjoni internazzjonali ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, rikonoxximent tal-credit, rikonoxximent tal-kwalifiki Ewropej barra (barra l-Ewropa) u rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki ma’ pajjiżi terzi, żvilupp tal-kurrikulum u mobilita. 2. Istituzzjonijiet eliġibbli jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni domestikament jew f’livell internazzjonali. L-attivitajiet għandhom jitmexxew ġewwa xbieki (networks) li jinvolvu minimu ta’ tliet organizzazzjonijiet minn tliet Stati Membri differenti u jistgħu jinvolvu organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi. L-attivitajiet (li jistgħu jinkludu seminari, konferenzi, ħwienet tax-xogħol (workshops), żvilpp ta’ għodda għal TIK, produzzjoni ta’ materjali għal pubblikazzjoni, eċċ.) jistgħu jsiru fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi. 3. Attivitajiet promozzjonali għandhom ifittxu li jistabbilixxu ħoloq bejn l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, u jisfruttaw kull meta jkun possibbli sinerġiji potenzali. 4. Permezz ta’ din l-azzjoni l-Komunità tista’ tappoġġa xbieki (networks) tematiċi internazzjonali biex jitrattaw dawn il-kwistjonijiet. 5. Il-Komunità tista’ tappoġġa kif xieraq proġetti sperimentali ma’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li tkun żviluppata koperazzjoni ikbar fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla fil-pajjiżi in kwistjoni. 6. Il-Komunità għandha tappoġġa assoċjazzjoni ta’ alunni għall-istudenti kollha (pajjiżi terzi u Ewropej) li jillawrjaw minn korsijiet masters Erasmus Mundus. AZZJONI 5: MIŻURI TA’ APPOĠĠ TEKNIKU Fit-twettiq tal-programm, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għal esperti, għal aġenzija eżekuttiva, għal aġenziji kompetenti eżistenti fi Stati Membri u, jekk meħtieġ, għal għamliet oħra ta’ assistenza teknika, li l-finanzjament tagħhom jista’ jkun ipprovdut minn ġewwa l-qafas finanzjarju ġenerali tal-programm. PROĊEDURI TA’ GĦAŻLA Il-proċeduri ta’ l-għazla għandhom ikunu preskritti kif jipprovdi l-Artikolu 7(1). Dawn il-proċeduri għandhom jirrispettaw id-disposizzjonijiet li ġejjin: (a) il-proposti ta’ l-għażla taħt l-azzjoni 1 u l-azzjoni 3 għandhom jitwettqu minn bord ta’ l-għażla ppresedut minn persuna li hu jeleġġi, kompost minn personalitajiet ta’ stima għolja mid-dinja akkademika li jkunu rappreżentattivi tad-diversita ta’ l-edukazzjoni ogħla fl-Unjoni Ewropea. Il-bord ta’ l-għażla għandu jiżgura li l-korsijiet masters Erasmus Mundus u partenarjati jikkorrispondu ma’ l-ogħla kwalità akkademika; (b) kull kors masters Erasmus Mundus għandu jkun allokat lilu numru speċifiku ta’ għotjiet taħt l-azzjoni 2. L-għażla ta’ studenti minn pajjiżi terzi għandha titwettaq mill-istituzzjonijiet parteċipanti fil-korsijiet masters Erasmus Mundus. Il-proċeduri ta’ l-għażla għandhom jipprovdu għall-mekkaniżmu ta’ clearing fuq livell Ewropew, biex ikunu impeduti żbilanċi serji ma’ oqsma ta’ studju u reġjuni ta’ provenjenza ta’ studenti u skulari u Stati Membri ta’ destinazzjoni; (ċ) proposti taħt l-azzjoni 4 għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni; (d) proċeduri ta’ l-għażla għandhom jinvolvu konsultazzjoni ma’ l-istrutturi maħtura skond l-Artikolu 6(2)(b). --------------------------------------------------