32003D0905



Official Journal L 340 , 24/12/2003 P. 0074 - 0076


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Diċembru 2003

li temenda d-Deċiżjoni 2002/862/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni tal-prodotti tal-ħut mill-Każakstan

(notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4890)

(Test b’rilevanza ŻEE)

(2003/905/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tasl-ħut [1], u partikolarment l-Artikolu 11(1) tagħha,

Billi:

(1) Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/862/KE [2], "il-Kumitat tal-Foresterija, tas-Sajd u tal-Kaċċa (CFFH/FFSK) tal-Ministeru tar-Riżorsi Naturali u l-Protezzjoni ta’ l-Ambjent huwa identifikat bħala l-awtorità kompetenti fil-Każakstan sabiex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u ta" l-akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

(2) B’segwiment tar-ristruzzurazzjoni ta“ l-amministrazzjoni tal-Każakstan, l-wtorità kompetenti ġiet mibdulha għall-Dipartiment Veterinarju tal-Ministeru ta“ l-Agrikoltura (VD-MA). Din l-awtorità ġdida hija kapaċi li tivverifika effettivament l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ.

(3) Il-VD-MA ipprovdiet assigurazzjonijiet uffiċjali dwar il-konformità man-normi tal-kontrolli tas-saħħa u l-monitoraġġ tal-prodotti tal-ħut u ta’ l-akwakoltura kif stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE u dwar it-twettieq tal-ħtiġiet ta’ l-iġjene li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva.

(4) Id-Deċiżjoni 2002/862/EC għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

(5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/862/EEC hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L- Artikolu 1

Il-Dipartiment Veterinarju tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura (VD-MA) għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Każakstan sabiex jivverifika u jiċċertifika l-konformità tal-prodotti tal-ħut u ta’ l-akwakoltura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE."

2. L-Artikolu 3(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

"2. "Iċ-ċertifikati għandhom ikollhom fuqhom l-isem, il-pożizzjoni u l-firma tar-rapreżentat tal-VD-MA u t-timbru uffiċjali ta’ dak ta’ l-aħħar f"kulur differenti minn dak tal-kitbiet l-oħrajn."

3. L-Anness I huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-27 ta’ Diċembru 2003.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15; Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[2] ĠU L 301, tal-5.11.2002, p. 48.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

“L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------