Official Journal L 340 , 24/12/2003 P. 0054 - 0054
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2003 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' ftehim bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi (l-Ażerbajġan, il-Każakistan, Taġikistan u Turkmenistan) dwar kummerċ fi prodotti tessili (2003/901/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 133, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Kummissjoni negozjat, għan-nom tal-Komunità, ftehim bilaterali sabiex jiġi estiż il-ftehim bilaterali dwar kummerċ fi prodotti tessili ma' ċerti pajjiżi terzi (l-Ażerbajġan, il-Każakistan, Taġikistan u Turkmenistan). (2) Soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard, il-ftehim għandu jiġi firmat għan-nom tal-Komunità. (3) Huwa xieraq li dan il-ftehim jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2004, fl-istennija tal-kompletazzjoni tal-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni tiegħu, soġġett għal reċiproċità, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Soġġett għal konklużjoni possibbli f'data aktar tard, il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar persuni bis-setgħa li jiffirmaw għan-nom tal-Komunità Ewropea l-ftehim dwar kummerċ fi prodotti tessili bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi (l-Ażerbajġan, il-Każakistan, Taġikistan u Turkmenistan). Artikolu 2 Soġġett għal reċiproċità, l-ftehim imsemmi f’Artikolu 1 għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2004 fl-istennija tal-kompletazzjoni tal-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. It-testi tal-ftehim huma annessi ma' din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 2003. Għall-Kunsill Il-President G. Alemanno --------------------------------------------------