32003D0896



Official Journal L 333 , 20/12/2003 P. 0094 - 0095


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Diċembru 2003

li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżjonli mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda thiacloprid, thiametoxam, quinoxyfen, flazasulfuron, Spodoptera exigua nuclear polyhedrosis virus, spinosad, Giocladium catenulatum, Pseudomonas chlororaphis u indoxacarb

(notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4851)

(Test b’rilevanza ŻEE)

(2003/896/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 2003 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/84/KE [2], u partikolarment ir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1) B’konformità ma l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Settembru1998, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn għand Bayer AG (issa Bayer CropScience) għall-inklużjoni tas-sustanza attiva thiacloprid fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/181/KE [3] tikkonferma li d-dossier kien imħejji u jista jkun meqjus bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, u li l-ħtiġiet tad-dettalja u l-informazzjoni ta’ l-Anness II u l-Anness III tad-Direttiva.

(2) L-awtoritajiet ta’ Spanja irċevew applikazzjoni simili f’Marzu 1999 minn għand Novartis Crop Protection AG (issa Bayer CropScience) li tikkonċerna il-thiametoxam. Dan id-dossier kien iddikjarat bħala komplut bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/181/KE.

(3) L-awtoritajiet tar-Renju Unit irċevew applikazzjoni simili f’Awissu 1995 minn għand Dow Ealnco Europe (isa Dow AgroSciences) li likkonċerna il-quinoxyfen. Dan id-dossier kien iddikjarat bħala komplut bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/457/KE [4].

(4) L-awtoritajiet ta’ Spanja irċevew applikazzjoni simili f’Diċembru 1996 minn għand ISK Biosciences Europe SA li tikkonċerna il-flazasulfuron. Dan id-dossier kien iddikjarat bħala komplut bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/865/KE [5].

(5) L-awtoritajiet ta’ l-Olanda irċevew applikazzjoni simili f’Lulju 1996 minn għand Biosys li tikkonċerna il-Spodoptera exigua nuclear polyhedrosis virus. Dan id-dossier kien iddikjarat bħala komplut bid-Deċiżjoni 97/865/KE.

(6) L-awtoritajiet ta’ l-Olanda irċevew applikazzjoni simili f’Lulju 1999 minn għand Dow AgroSciences li tikkonċerna il-spinosad. Dan id-dossier kien iddikjarat bħala komplut bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/210/KE [6].

(7) L-awtoritajiet tal-Finlandja irċevew applikazzjoni simili f’Mejju 1998 minn għand Kemira Agro Oy li tikkonċerna il-Gliocladium catenulatum. Dan id-dossier kien iddikjarat bħala komplut bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/392/KE [7].

(8) L-awtoritajiet tal-Isvezja irċevew applikazzjoni simili f’Diċembru 194 minn għand Bio Agri AB li tikkonċerna il-Pseudomonas chlororaphis. Dan id-dossier kien iddikjarat bħala komplut bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/248/KE [8].

(9) L-awtoritajiet ta’ l-Olanda irċevew applikazzjoni simili f’Ottubru 1997 minn għand Du Pont de Nemours li tikkonċerna il-indoxacarb. Dan id-dossier kien iddikjarat bħala komplut bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/398/KE [9].

(10) Il-konferma tal-kompletezza tad-dossiers kienet meħtiġa sabiex tippermetti li dawn ikunu eżaminati fid-dettall u sabiex tippermetti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet proviżjonali, għal perijodi sa tlett snin, għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi attivi kkonċernati, waqt li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, partikolarment, il-kondizzjoni li tirrigwardja l-assessjar tas-sustanza attiva u l-prodott tal-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tal-ħtiġiet stabbiliti b’din id-Direttiva.

(11) Għal dawn is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa umana u l-ambjent kienu ġew assessjati, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użu propost mill-applikanti rispettivi. L-Istati Membri rapporteur ippreżentaw abbozz tar-rapporti ta’ l-assessjar lejn il-Kummissjoni fid-29 ta’ Novembru 2000 (thiacloprid), fl-20 ta’ Frar 2000 (thiametoxam), fil-11 ta’ Ottubru 1996 (quinoxyfen), fl-1 ta’ Awissu 1999 (flazasulfuron), fid-19 ta’ Novembru 1999 (Spodoptera exigua nuclear polyhedrosis virus), fl-1 ta’ Frar 2001 (spinosad), fis-16 ta’ Mejju 2001 (Gliocladium catenulatum), fis-7 ta’ April 1998 (Pseudomonas chlororaphis) u fis-7 ta’ Frar 2000 (indoxacarb).

(12) L-eżaminazzjoni tad-dosiers għadha għaddeja wara l-preżentazzjoni ta’ l-abbozz tar-raporti ta’ l-assessjar mill-Istati Membri rapporteur rispettivi u għalhekk ma jkunx possibbli li titwettaq l-evalwazzjoni sħiħa fil-limitu tal-qafas ta’ żmien previst bid-Direttiva tal-Kunsill 91/414.KEE.

(13) Minħabba li l-evalwazzjoni s’issa għandha ma identifikat l-ebda raġuni ta’ tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li jtawwlu l-awtorizzazzjonijiet proviżjonali mogħtija għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal peridjou ta’ 24 xhar b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE hekk li jkunu jistgħu ikomplu bl-eżaminazzjoni tad-dossiers. Huwa mistenni li l-proċess tal-evalwazzjoni u tat-teħid tad-deċiżjoni fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta’ l-inklużjoni fl-Anness I għall kull waħda mis-sustanzi attivi kkonċernati ikun tlesta fi żmien 24 xhar.

(14) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L- Artikolu 1

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżjonali għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-thiacloprid, thiametoxam, quinoxyfen, flazasulfuron, Spodoptera exigua nuclear polyhedrosis virus, spinosad, Giocladium catenulatum, Pseudomonas chlororaphis jew il-indoxacarb għal perijodu li ma jeċċedix 24 xhar mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

L- Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 247, tat-30.9.2003, p. 20.

[3] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 35.

[4] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 112.

[5] ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 67.

[6] ĠU L 64, tal-11.3.2000, p. 24.

[7] ĠU L 148,tal- 15.6.1999, p. 44.

[8] ĠU L 98, tal-15.4.1997, p. 15.

[9] ĠU L 176, ta’ l-20.6.1998, p. 34.

--------------------------------------------------